02003L0087 — MT — 01.03.2023 — 014.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ottubru 2003

li tistabbilixxi ►M9  sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ u li temenda d-Direttiva 96/61/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 275 25.10.2003, p. 32)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

ID-DIRETTIVA 2004/101/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Ottubru 2004

  L 338

18

13.11.2004

►M2

DIRETTIVA 2008/101/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Novembru 2008

  L 8

3

13.1.2009

 M3

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M4

DIRETTIVA 2009/29/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ April 2009

  L 140

63

5.6.2009

 M5

DEĊIŻJONI Nru 1359/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Diċembru 2013

  L 343

1

19.12.2013

►M6

REGOLAMENT (UE) Nru 421/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014

  L 129

1

30.4.2014

►M7

DEĊIŻJONI (UE) 2015/1814 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Ottubru 2015

  L 264

1

9.10.2015

►M8

REGOLAMENT (UE) 2017/2392 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Diċembru 2017

  L 350

7

29.12.2017

►M9

DIRETTIVA (UE) 2018/410 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Marzu 2018

  L 76

3

19.3.2018

►M10

DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1071 tat-18 ta’ Mejju 2020

  L 234

16

21.7.2020

►M11

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1416 tas-17 ta’ Ġunju 2021

  L 305

1

31.8.2021

►M12

DEĊIŻJONI (UE) 2023/136 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Jannar 2023

  L 19

1

20.1.2023

►M13

REGOLAMENT (UE) 2023/435 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Frar 2023

  L 63

1

28.2.2023


Emendata bi:

►A1

TRATTAT DWAR L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA

  L 112

21

24.4.2012


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 140, 14.5.2014, p.  177 (421/2014)

 C2

Rettifika, ĠU L 420, 25.11.2021, p.  132 (2015/1814)




▼B

ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ottubru 2003

li tistabbilixxi ►M9  sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ u li temenda d-Direttiva 96/61/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



▼M2

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼B

Artikolu 1

Il-materja tas-suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi ►M9  sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoniji tal-gassijiet serra ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ (minn issa ‘l quddiem imsjħa ►M9  l-“EU ETS” ◄ ) sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika.

▼M4

Din id-Direttiva se tipprovdi wkoll għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sabiex tikkontribwixxi għal-livelli tat-tnaqqis kunsidrati meħtieġa xjentifikament biex jimpedixxu bidla perikoluża fil-klima.

Din id-Direttiva tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenn tat-tnaqqis iktar riġidu tal-UE li jeċċedi 20 %, li għandu jiġi applikat mal-approvazzjoni ►M9  mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqbeż dak meħtieġ fl-Artikolu 9, kif rifless fl-impenn ta’ 30 % kif ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007.

▼B

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I u għall-gassijiet serra elenkati fl-Annes II.
2.  
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kull ħtieġa skond id-Direttiva 96/61/KE.

▼M2

3.  
L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-ajruport ta’ Ġibiltà hija mifhuma li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit rigward it-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.

▼B

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“kwota ta’ emissjoni” tfisser id-dritt ta’ emissjoni ta’ tunnellata metrika ta’ l-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju matul perjodu taż-żmien speċifikat, li għandha tkun valida biss sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din d-Direttiva u għandha tkun trasferibbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan id-Direttiva;

▼M2

(b) 

“emissjonijet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra fl-atmosfera minn sorsi ta’ emissjonijiet f’installazzjoni jew ir-rilaxx mill-inġenju tal-ajru waqt li jkun qed iwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tal-gassijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività;

▼M4

(ċ) 

“gassijiet serra” tfisser dawk il-gassijiet elenkati fl-Anness II u l-kostitwenti oħra forma ta’ gass, kemm naturali kif ukoll antropoġeniċi, li jassorbu u jerġgħu jemettu radjazzjoni infra-red;

▼B

(d) 

“permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra” ifisser il-permess maħruġ skond l-Artikoli 5 u 6;

(e) 

“stallazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettqu attività jew iktar elenkati fl-Anness I u kull attività oħra assoċjata direttament li jkollha konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa fuq is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġiż;

(f) 

“operatur” ifisser kull persuna li tħaddem jew tikkontrolla stallazzjoni jew, meta dan huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, li lilha tkun iddelegata s-saħħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ l-istallazzjoni;

(g) 

“persuna” tfisser kull persuna naturali jew legali;

▼M9

(h) 

“installazzjoni li daħlet ġdida fis-suq” tfisser kwalunkwe installazzjoni li twettaq waħda, jew aktar, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li tkun kisbet permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-ewwel darba fil-perijodu li jibda minn tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista taħt l-Artikolu 11(1), u jispiċċa tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista sussegwenti taħt dak l-Artikolu;

▼B

(i) 

“il-pubbliku” ifisser persuna jew iktar, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta’ persuni;

(j) 

“l-ekwivalenti ta’ tunnellata metrika ta’ dijossiju tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika ta’ Ddijossidu tal-Karbonju (CO2) jew ammont ta’ kull gass ieħor tas-serra bil-potenzjal ekwivalenti għaż-żieda tas-sħana globali;

▼M1

(k) 

“Parti għall-Anness I” tfisser Parti elenkata fl-Anness I ta’ l-UNFCCC li rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto kif speċifikat fl-Artikolu 1(7) tal-Protokoll ta’ Kjoto;

(l) 

“attività ta’ proġett” tfisser attività ta’ proġett approvata minn Parti waħda jew aktar għall-Anness I skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;

(m) 

“unità ta’ tnaqqis ta’ emissjoni” (ERU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;

(n) 

“tnaqqis ta’ emissjoni ċċertifikata” (CER) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;

▼M2

(o) 

“operatur tal-inġenji tal-ajru” tfisser il-persuna li topera inġenju tal-ajru fiż-żmien li jwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew, meta dik il-persuna ma tkunx magħrufa jew ma tkunx identifikata mis-sid tal-inġenju tal-ajru, is-sid tal-inġenju tal-ajru;

(p) 

“operatur kummerċjali tat-trasport bl-ajru” tfisser operatur li, għal rimunerazzjoni, jipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru skedati jew mhux skedati lill-pubbliku għall-ġarr ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta;

(q) 

“Stat Membru amministrattiv” tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-amministrazzjoni ►M9  tal-EU ETS ◄ fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 18a;

(r) 

“emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni” tfisser emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u dawk li jaslu f’tali ajrudrom minn pajjiż terz;

(s) 

“emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni” tfisser il-medja tal-emissjonijiet annwali fis-snin kalendarji 2004, 2005 u 2006 mill-inġenji tal-ajru li jwettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;

▼M4

(t) 

“Kombustjoni” tfisser kull ossidazzjoni tal-karburanti irrispettivament mill-mod li bih jintużaw is-sħana, l-enerġija mekkanika jew elettrika prodotti minn dan il-proċess u kwalunkwe attività oħra assoċjati direttament inkluż tindif tal-gass tal-iskart;

(u) 

“Ġeneratur tal-elettriku” tfisser istallazzjoni li fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara, kienet ipproduċiet elettriku għall-bejgħ lil partijiet terzi u li fiha ma ssir l-ebda attività elenkata fl-Anness I barra dik tal-“kombustjoni tal-karburanti”.

▼M2



KAPITOLU II

AVJAZZJONI

Artikolu 3a

Kamp ta’ Applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I.

Artikolu 3b

Attivitajiet tal-avjazzjoni

Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha, f’konformità ►M9  mal-proċedurta ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ◄ , tiżviluppa linji gwida dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I;

Artikolu 3c

Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni

1.  
Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 97 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni.
2.  
Għall-perijodu msemmi fl- ►M9  Artikolu 13 ◄ li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013, u, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe emenda wara r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 30(4), għal kull perijodu sussegwenti, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 95 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni mmultiplikati bin-numru ta’ snin f’dak il-perijodu.

Dan il-persentaġġ jista’ jkun rivedut bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 30(4).

▼M8

3a.  
Kwalunkwe allokazzjoni ta' kwoti għall-attivitajiet tal-avjazzjoni minn u lejn ajrudromi li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) wara l-31 ta' Diċembru 2023 għandha tkun soġġetta għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.

▼M2

4.  
Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni, abbażi tal-aqwa data disponibbli, inklużi stimi bbażati fuq informazzjoni attwali dwar it-traffiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1).

Artikolu 3d

Metodu għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz ta’ bejgħ bl-irkant

1.  
Fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), 15 % ta’ kwoti għandhom ikunu rkantati.

▼M8

2.  
Mill-1 ta' Jannar 2013, 15 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati. Il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar il-ħila tas-settur tal-avjazzjoni li jgħaddi l-ispiża tas-CO2 lill-klijenti tiegħu, fir-rigward tal-EU ETS u tal-miżura globali bbażata fuq is-suq żviluppata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (“ICAO”). L-istudju għandu jivvaluta l-ħila tas-settur tal-avjazzjoni li jgħaddi l-ispiża tal-unitajiet ta' emissjonijiet meħtieġa, billi tqabbilha mal-industriji u s-settur tal-enerġija, bl-intenzjoni li tagħmel proposta biex jiżdied il-persentaġġ ta' bejgħ bl-irkant skont ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b(2), b'kont meħud tal-analiżi tal-ispejjeż mgħoddija u billi tikkunsidra l-allinjament ma' setturi oħra u l-kompetittività bejn il-modi ta' trasport differenti.

▼M9

3.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva dwar l-arranġamenti dettaljati għall-irkantar mill-Istati Membri tal-kwoti mill-avjazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jew mal-Artikolu 3f(8). In-numru ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati f'kull perijodu minn kull Stat Membru għandu jkun proporzjonat għas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta' referenza rrappurtata skont l-Artikolu 14(3) u verifikati skont l-Artikolu 15 Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta' referenza għandha tkun l-2010, u għal kull perijodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c, is-sena ta' referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel ma jibda l-perijodu li għalih jirreferi l-irkant. L-atti delegati għandhom jiżguraw li jkunu rispettati l-prinċipji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4).

▼M8

4.  
Id-dħul kollu ġġenerat mill-irkant tal-kwoti jenħtieġ li jintuża biex jittratta t-tibdil fil-klima fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, fost oħrajn, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, biex isir adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi tal-EU ETS. Id-dħul mill-irkantar jenħtieġ li jintuża wkoll biex jiffinanzja proġetti komuni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mis-settur tal-avjazzjoni, bħal pereżempju l-Impriża Konġunta tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti Clean Sky u kwalunkwe inizjattiva li tippermetti l-użu mifrux tal-GNSS għal navigazzjoni bbażata fuq is-satellita u kapaċitajiet interoperabbli fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari proġetti li jtejbu l-infrastruttura tan-navigazzjoni bl-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u l-użu tal-ispazju tal-ajru. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant jista' jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni. Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali mill-Istati Membri li jużaw dak id-dħul għall-kofinanzjament ta' programmi jew inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni skont id-Disa' Programm Qafas għar-Riċerka (“FP9”). It-trasparenza fir-rigward tal-użu li jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti skont din id-Direttiva hija essenzjali biex jintlaħqu l-impenji tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar azzjonijiet meħuda skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

▼M2

5.  
It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni skond din id-Direttiva ma jeżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika stabbilit mill-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

Artikolu 3e

Allokazzjoni u ħruġ tal-kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru

1.  
Għal kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c, kull operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ japplika għal allokazzjoni ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas. Applikazzjoni tista’ ssir permezz ta’ preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru amministrattiv ta’ data ivverifikata f’tunnellati-kilometru għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li twettqu minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul is-sena ta’ monitoraġġ. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sena ta’ monitoraġġ għandha tkun is-sena kalendarja li tintemm 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat magħha skond l-Annessi IV u V jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), l-2010. Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir mill-anqas 21 xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat magħha jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sal-31 ta’ Marzu 2011.
2.  
Mill-inqas tmintax-il xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat mal-applikazzjoni jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sat-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet li jkunu rċevew taħt il-paragrafu 1.
3.  

Mill-inqas ħmistax-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sat-30 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni għandha tikkalkula u taddotta deċiżjoni li tistabbilixxi:

(a) 

il-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għal dak il-perijodu skond l-Artikolu 3c;

(b) 

in-numru ta’ kwoti li jrid jiġi rkantat f’dak il-perijodu skond l-Artikolu 3d;

(ċ) 

in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’dak il-perijodu skond l-Artikolu 3f(1);

(d) 

in-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas f’dak il-perijodu billi jitnaqqsu n-numru ta’ kwoti msemmija fil-punti (b) u (c) mill-kwantità totali ta’ kwoti deċiżi taħt il-punt (a); u

(e) 

il-punt ta’ referenza li għandu jintuża sabiex jiġu allokati kwoti mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjonijiet tagħhom kienu ppreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.

Il-punt ta’ referenza msemmi fil-punt (e), espress bħala kwoti kull tunnellata-kilometru, għandu jiġi kkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti msemmija fil-punt (d) bit-total tad-data f’tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.

4.  

Fi żmien tliet xhur mid-data minn meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 3, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:

(a) 

l-allokazzjoni totali tal-kwoti għall-perijodu lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjoni tiegħu kien ippreżentaha lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2, ikkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tad-data tat-tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjoni mal-punt ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 3(e); u

(b) 

l-allokazzjoni tal-kwoti għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull sena, li għandha tiġi determinata permezz tad-diviżjoni tal-allokazzjoni totali tiegħu tal-kwoti għal dak il-perijodu ikkalkulata taħt il-punt (a) bin-numru ta’ snin matul il-perijodu li fiha dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru qed iwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.

5.  
Sat-28 ta’ Frar 2012 u sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru amministrattiv għandha toħroġ għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru n-numru ta’ kwoti allokati għal dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru għal dik is-sena taħt dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f.

Artikolu 3f

Riżerva speċjali għal ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru

1.  

F’kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2), 3 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu allokati għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru:

(a) 

li jibdew iwettqu attività ta’ avjazzjoni li taqa’ taħt l-Anness I wara s-sena ta’ monitoraġġ li għaliha kienet ppreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) rigward perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2); jew

(b) 

li d-data f’tunnellati-kilometru tagħhom tiżdied b’medja ta’ iktar minn 18 % kull sena bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu;

u li l-attività tagħhom taħt il-punt (a), jew attività addizzjonali taħt il-punt (b), m’hijiex fl-intier tagħha jew parzjalment kontinwazzjoni ta’ attività tal-avjazzjoni li qabel kienet imwettqa minn operatur ieħor tal-inġenji tal-ajru.

2.  
Operatur tal-inġenji tal-ajru li huwa eliġibbli taħt il-paragrafu 1 jista’ japplika għal allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti mir-riżerva speċjali billi jagħmel applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru amministrattiv tiegħu. Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir sat-30 ta’ Ġunju fit-tielet sena tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li tirreferi għalih.

Allokazzjoni lil operatur ta’ linja tal-ajru taħt il-paragrafu 1(b) m’għandhiex tkun aktar minn 1 000 000 kwota.

3.  

Applikazzjoni taħt il-paragrafu 2 għandha:

(a) 

tinkludi data f’tunnellati-kilometru vverifikata skond l-Anness IV u V għall-attivitajiet ta’ avjazzjoni elenkati fl-Anness I imwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru fit-tieni sena kalendarja tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li għalih tirreferi l-applikazzjoni;

(b) 

tipprovdi prova li l-kriterji għall-eliġibbiltà taħt il-paragrafu 1 huma sodisfatti; u

(ċ) 

fil-każ ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fi ħdan il-paragrafu 1(b), tiddikjara:

(i) 

iż-żieda fil-persentaġġ f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu;

(ii) 

it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu; u

(iii) 

it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu li teċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b).

4.  
Mhux aktar tard minn 6 xhur mill-iskadenza biex issir applikazzjoni taħt il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni applikazzjonijiet irċevuti taħt dak il-paragrafu.
5.  
Mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-iskadenza biex issir applikazzjoni taħt il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-punt ta’ referenza li għandu jintuża sabiex jiġu allokati kwoti mingħajr ħlas lil operaturi tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4.

Soġġett għall-paragrafu 6, il-punt ta’ referenza għandu jkun ikkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti fir-riżerva speċjali bis-somma ta’:

(a) 

id-data f’tunnellati-kilometru għal operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(a) inkluż fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 3(a) u 4; u

(b) 

it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru li jeċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b) għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(b) inkluż fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 3(c)(iii) u 4.

6.  
Il-punt ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 5 m’għandux jirriżulta f’allokazzjoni annwali għal kull tunnellata-kilometru ikbar mill-allokazzjoni annwali għal kull tunnellata-kilometru għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt l-Artikolu 3e(4).
7.  

Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 5, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:

(a) 

l-allokazzjoni ta’ kwoti mir-riżerva speċjali lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjoni tiegħu kien ippreżentaha lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4. Din l-allokazzjoni għandha tiġi kkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tal-punt ta’ referenza imsemmi fil-paragrafu 5 ma’:

(i) 

fil-każ ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(a), id-data f’tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 3(a) u 4;

(ii) 

fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fi ħdan il-paragrafu 1(b), it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru li jeċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b) inkluż fl-applikazzjoni ippreżentata lill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 3(c)(iii) u 4; u

(b) 

l-allokazzjoni ta’ kwoti għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull sena, li għandha tkun iddeterminata permezz tad-diviżjoni tal-allokazzjoni tagħha tal-kwoti taħt il-punt (a) bin-numru tas-snin kalendarji sħaħ li jibqa’ fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li għalih tirreferi l-allokazzjoni.

8.  
Kwalunkwe kwota mhux allokata fir-riżerva speċjali għandha tiġi rkantata mill-Istati Membri.

▼M9 —————

▼M2

Artikolu 3g

Pjanijiet ta’ monitoraġġ u rapportar

L-Istat Membru li jkun qed jamministra għandu jiżgura li kull operatur tal-inġenji tal-ajru jippreżenta lill-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru pjan ta’ monitoraġġ li jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emmissjonijiet u data f’tunnellati-kilometru għall-fini ta’ applikazzjoni taħt l-Artikolu 3e u li tali pjanijiet ikunu approvati mill-awtorità kompetenti skond ►M4   ►M9  l-atti ◄ msemmija fl-Artikolu 14 ◄ .



KAPITOLU III

INTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI

Artikolu 3h

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-permessi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I minbarra l-attivitajiet tal-avjazzjoni.

▼M4

Artikolu 4

Permessi tal-emissjonijiet ta’ gass serra

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2005, l-ebda istallazzjoni ma twettaq xi attività mniżżla fl-Anness I li tirriżulta f’emissjonijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività sakemm l-operaturi tagħha ma jkollhomx permess maħruġ minn awtorità kompetenti konformement mal-Artikoli 5 u 6, jew l-istallazzjoni ma tiġix eskluża ►M9  mill-EU ETS ◄ taħt l-Artikolu 27. Din għandha tapplika wkoll għal istallazzjonijiet magħżula taħt l-Artikolu 24.

▼B

Artikolu 5

L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra

Applikazzjoni lill-awtorità kompetenti għal permess ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra għandha tinkludi deskrizzjoni dwar:

(a) 

l-istallazzjoni u l-attivitajiet tagħha inkluża t-teknoloġija wżata;

(b) 

il-materji prima u awżiljarji, li l-użu tagħhom x’aktarx iwassal għall-emissjonijiet tal-gassijiet elenkati fl-Anness I;

(ċ) 

is-sorsi ta’ l-emissjoni tal-gassijiet elenkati fl-Anness I mill-istallazzjoni; u

▼M4

(d) 

il-miżuri ppjanati sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet ement ►M9  mal-atti ◄ msemmija fl-Artikolu 14.

▼B

L-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji riferiti fl-ewwel sub-paragrafu.

Artikolu 6

Il-kondizzjonijiet u l-kontenut tal-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra

1.  
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra li jagħti awtorizzazzjoni għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinja minn stallazzjoni fl-intier tagħha jew f’parti minnha jew tkun sodisfatta illi l-operatur huwa kapaċi li jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet.

Permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra jista’ jkopri stallazzjoni jew iktar fuq l-istess sit imħaddma mill-istess operatur.

▼M9 —————

▼B

2.  

Il-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra għandu jkun fihom dan li ġej:

(a) 

l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur;

(b) 

deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet u l-emissjonijiet mill-istallazzjoni;

▼M4

(ċ) 

pjan ta’ mmonitorjar li jissodisfa r-rekwiżiti konformement ►M9  mal-atti ◄ msemmija fl-Artikolu 14. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operaturi biex jaġġornaw il-pjanijiet ta’ mmonitorjar mingħajr ma jinbidel il-permess. L-operaturi għandhom iressqu kwalunkwe pjan ta’ mmonitorjar aġġornat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

▼B

(d) 

il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ; u

▼M2

(e) 

obbligu li ċċedi kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, ekwivalenti ghat-total ta’ emissjonijet tal-installazzjoni f’kull sena kalendarja, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, fi żmien erba’ xhur mill-aħħar ta’ dik is-sena.

▼M4

Artikolu 7

Bidliet marbuta mal-istallazzjonijiet

L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidliet ippjanti fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista’ tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta'serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Fejn hemm bidla fl-identità tal-operatur tal-istallazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex tinkludi l-isem u l-indirizz tal-operatur il-ġdid.

▼M9

Artikolu 8

Koordinazzjoni mad-Direttiva 2010/75/UE

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, f'każijiet fejn l-installazzjonijiet iwettqu attivitajiet li huma inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħruġ ta' permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu kkoordinati ma' dawk għall-ħruġ ta' permess previst f'dik id-Direttiva. Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu integrati fil-proċeduri previsti fid-Direttiva 2010/75/UE.

▼M4

Artikolu 9

Kwantità ta’ kwoti madwar ►M9  l-Unjoni ◄ kollha

Il-kwantità ta’ kwoti madwar ►M9  l-Unjoni ◄ maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f’mod lineari min-nofs il-perjodu mill-2008 sal-2012. Il-kwantità għandha tonqos b’fattur lineari ta’ 1,74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu mill-2008 sal-2012. ►A1  Il-kwantità tal-kwoti ►M9  għall-Unjoni ◄ kollha ser tiżdied bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja biss bil-kwantità tal-kwoti li l-Kroazja għandha tirkanta skont l-Artikolu 10(1). ◄

▼M9

Mill-2021 'il quddiem, il-fattur lineari għandu jkun ta' 2,2 %.

▼M4

Artikolu 9a

Aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti madwar ►M9  l-Unjoni ◄ kollha

1.  
Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet imdaħħla ►M9  fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 taħt l-Artikolu 24(1), il-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandha tiġi aġġustata biex tirrefletti l-kwantità medja annwali tal-kwoti maħruġa fir-rigward ta’ dawn l-istallazzjonijiet matul il-perjodu tal-inklużjoni tagħhom, aġġustat bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.
2.  

Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li jwettqu attivitajiet imniżżla fl-Anness I, li ddaħħlu biss ►M9  fl-EU ETS ◄ mill-2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ tali istallazzjonijiet jippreżentaw lill-awtorità kompetenti rilevanti data tal-emissjonijiet verifikata b’mod indipendenti u sostanzjat kif inhu xieraq sabiex tiġi kkunsidrata għall-kwantità tal-kwoti ta’ aġġustament ►M9  tal-Unjoni ◄ kollha li għandha tinħareġ.

Kwalunkwe data għandha tiġi ppreżentata, sat-30 ta’ April 2010, lill-awtorità kompetenti rilevanti konformement mad-dispożizzjonijiet adottati l-Artikolu 14(1).

Jekk id-data ppreżentata tiġi pprovata kif suppost, sat-30 ta’ Ġunju 2010 l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan u l-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu, aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9, tiġi aġġustata kif meħtieġ. Fil-każ ta’ istallazzjonijiet li jkollhom emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra oħra barra s-CO2, l-awtorità kompetenti tista’ titlob għal ammont iktar baxx tal-emissjonijiet abbażi tal-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjoni ta’ dawk l-istallazzjonijiet.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantitiajiet aġġustati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sat-30 ta’ Settembru 2010.
4.  
Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li huma esklużi ►M9  mill-EU ETS ◄ konformement mal-Artikolu 27, il-kwantità tal-kwoti ►M9  mal-Unjoni ◄ kollha li jridu joħorġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandhom jiġu aġġustati ‘l isfel biex jirriflettu l-emissjonijiet medji annwali li jiġu vverifikati ta’ dawk l-istallazzjonijiet fil-perijodu mill-2008 sal-2010, aġġustati mill-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

▼M4

Artikolu 10

L-irkant tal-kwoti

▼M9

1.  
Mill-2019 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma jiġux allokati mingħajr ħlas f'konformità mal-Artikoli 10a u 10c ta' din id-Direttiva u li ma jitqegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) (ir-“riżerva tal-istabbiltà tas-suq”) jew li ma jiġux ikkanċellati f'konformità mal-Artikolu 12(4) ta' din id-Direttiva.

Mill-2021 'il quddiem, u mingħajr preġudizzju għal tnaqqis possibbli skont l-Artikolu 10a(5a), is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat għandu jkun ta' 57 %.

2 % tal-kwantità totali tal-kwoti fil-perijodu ta' bejn l-2021 u l-2030 għandhom ikunu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 10d (“il-Fond għall-Modernizzazzjoni”).

Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri għandha tkun distribwita f'konformità mal-paragrafu 2.

▼M7

1a.  
Meta l-volum tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-aħħar sena ta' kull perjodu msemmi fl- ►M9  Artikolu 13 ◄ ta' din id-Direttiva jaqbeż b'aktar minn 30 % tal-volum tal-irkant medju mistenni għall-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, żewġ terzi tad-differenza bejn il-volumi għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkantar fl-aħħar sena tal-perjodu u miżjuda f'pagamenti ugwali għall-volumi li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara.

▼M4

2.  

Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati minn kull Stat Membru għandha tkun magħmula kif ġej:

(a) 

►M9  90 % ◄ tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom ikunu rkantati jiġu distribwiti fost l-Istati Membri f’ishma li huma identiċi għas-sehem tal-emissjonijiet verifikati konformement ►M9  mal-EU ETS ◄ għall-2005 jew il-medja tal-perjodu mill-2005 sal-2007, abbażi ta’ liema waħda tkun l-ogħla, tal-Istat Membru kkonċernat;

▼M9

(b) 

10 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati jiġu distribwiti fost ċerti Stati Membri għal finijiet ta' solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet fl-Unjoni, b'hekk jiżdied l-ammont ta' kwoti li dawk l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa.

▼M9 —————

▼M4

Għall-finijiet tal-punt (a) fir-rigward tal-Istati Membri li ma pparteċipawx ►M9  fl-EU ETS ◄ fl-2005, is-sehem tagħhom għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw l-emissjonijiet verifikati konformement ►M9  mal-EU ETS ◄ fl-2007.

▼M9

Jekk meħtieġ, il-perċentwali msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu adattati b'mod proporzjonat biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tkun ta' 10 %.

▼M4

3.  

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul ġenerat mill-irkant ta’ kwoti. Talanqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta’ dan id-dħul, għandhom jiġu użati għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:

(a) 

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, anke billi jsir kontribut lill-Fond Dinji għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli u lill-Fond ta’ Adattament kif sar operattiv mill-Konferenza ta’ Poznan dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14 u COP/MOP 4), għall-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima u għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-adattament għall-bidla fil-klima, inkluża l-parteċipazzjoni f’inizjattivi fi ħdan il-qafas tal-Pjan Ewropew Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija u l-Pjattaformi għat-Teknoloġija Ewropej;

▼M9

(b) 

għall-iżvilupp ta' enerġiji rinnovabbli biex jitwettaq l-impenn tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli, kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-transizzjoni għal ekonomija sikura u sostenibbli b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u bħala għajnuna fit-twettiq tal-impenn tal-Unjoni li tiżdied l-effiċjenza enerġetika għal-livelli maqbula f'atti leġislattivi rilevanti;

▼M4

(c) 

għal miżuri mmirati biex jevitaw id-deforestazzjoni u jiżdiedu l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima biex jiġu trasferiti t-teknoloġiji u jiġi ffaċilitat l-adattament għall-effetti negattivi tal-bidla fil-klima f’dawn il-pajjiżi;

(d) 

għas-sekwestrazzjoni tal-forestrija ►M9  fl-Unjoni ◄ ;

(e) 

għall-ġabra u l-ħażna ġeoloġika tas-CO2 b’mod ambjentalment sikur, b’mod partikolari minn impjanti tal-enerġija tal-karburanti mill-fossili solidu u numru ta’ setturi u subsetturi industrijali, anke f’pajjiżi terzi;

(f) 

biex titħeġġeġ mixja favur l-emissjonijiet baxxi u l-forom pubbliċi tat-trasport;

(g) 

biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp fl-effiċjenza tal-enerġija u teknoloġiji nodfa fis-setturi koperti mill-iskop ta’ din id-Direttiva;

▼M9

(h) 

għal miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sistemi ta' tisħin urban u l-insulazzjoni, jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati aspetti soċjali f'familji bi dħul baxx u medju;

▼M4

(i) 

biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ġestjoni ►M9  tal-EU ETS ◄ ;

▼M9

(j) 

għall-finanzjament ta' azzjonijiet marbutin mal-politika dwar il-klima f'pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima;

(k) 

għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-rilokazzjoni tal-ħaddiema sabiex isir kontribut għal transizzjoni ġusta lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, b'mod partikolari fir-reġjuni milquta l-agħar mit-transizzjoni tal-impjiegi, f'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali.

▼M4

L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fl-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u tal-azzjonijiet meħuda konformement ma’ dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom ippreżentati konformement mad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

▼M9

4.  

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 23, biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tal-ħinijiet, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar, sabiex jiġi żgurat li dan jitwettaq b'mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dak il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet u s-sekwenzjar tal-irkanti u l-volumi stmati ta' kwoti li jridu jsiru disponibbli.

Dawk l-atti delegati għandhom jiżguraw li l-irkanti jkunu maħsuba biex jiżguraw li:

(a) 

l-operaturi, u b'mod partikolari kwalunkwe intrapriża żgħira jew ta' daqs medju koperta mill-EU ETS, ikollhom aċċess sħiħ, ġust u ekwu;

(b) 

il-parteċipanti kollha jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni fl-istess ħin u l-parteċipanti ma jimminawx l-operar tal-irkanti;

(c) 

l-organizzazzjoni ta', u l-parteċipazzjoni fi, l-irkanti jkunu kosteffiċjenti u l-ispejjeż amministrattivi mhux dovuti jiġu evitati; u

(d) 

l-emittenti ż-żgħar jingħataw aċċess għall-kwoti.

▼M4

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tajba tar-regoli tal-irkant għal kull irkant, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess ġust u miftuħ, it-trasparenza, l-iffissar tal-prezzijiet u l-aspetti tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahar mill-irkant u għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni.

5.  
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-suq tal-karbonju Ewropej. ►M9  Kull sena, hija għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju u dwar politiki rilevanti oħra dwar il-klima u l-enerġija, inklużi l-operar tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi nnegozjati, u li jiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar il-miżuri finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10a(6). ◄ Jekk huwa meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni relevanti hija mressqa quddiem il-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel l-adozzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni.

▼M4

Artikolu 10a

Regoli tranżitorji madwar ►M9  l-Unjoni ◄ kollha għal allokazzjoni gratis armonizzata

▼M9

1.  

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward ta' regoli li japplikaw għall-Unjoni kollha u li huma kompletament armonizzati għall-allokazzjoni ta' kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 19 ta' dan l-Artikolu.

▼M4

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw punti ta’ riferiment ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b’mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra u għal teknika ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta’ produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M’għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.

Fil-prinċipju, għal kull settur u subsettur, il-punt ta’ riferiment għandu jiġi kkalkulat għall-prodotti aktar milli għall-inputs, sabiex jiġu mmassimizzati kemm jista’ jkun it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza enerġetika matul kull proċess ta’ produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat.

Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante f’setturi u subsetturi individwali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

Mal-approvazzjoni ►M9  mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra paragunabbli ma’ dawk ►M9  tal-Unjoni ◄ , il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni gratis isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletament fid-dawl ta’ dak il-ftehim.

2.  

Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt ta’ bidu għandu jkun ir-rendiment medju tal-istallazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar istallazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur ►M9  fl-Unjoni ◄ fis-snin 2007-2008. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

►M9  L-atti ◄ taħt l-Artikoli 14 u 15 għandhom jipprovdu għal regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-produzzjoni bil-ħsieb li jiġu ddeterminati punti ta’ riferiment ex ante.

▼M9

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-fini li jiġu determinati l-valuri riveduti tal-punt ta' referenza għall-allokazzjoni mingħajr ħlas. Dawk l-atti għandhom jikkonformaw mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jaderixxu ma' dan li ġej:

(a) 

Għall-perijodu mill-2021 sal-2025, il-valuri tal-punt ta' referenza għandhom jiġu determinati abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2016 u 2017. Abbażi ta' tqabbil ta' dawk il-valuri tal-punt ta' referenza mal-valuri tal-punt ta' referenza li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE ( 3 ), kif adottata fis-27 ta' April 2011, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rata tat-tnaqqis annwali għal kull punt ta' referenza, u għandha tapplikah għall-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023 biex tiddetermina l-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025.

(b) 

Fejn ir-rata ta' tnaqqis annwali taqbeż 1,6 % jew tkun anqas minn 0,2 %, il-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025 għandhom ikunu l-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 imnaqqsa bir-rata minn dawk iż-żewġ rati perċentwali li tkun rilevanti fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023.

(c) 

Għall-perijodu mill-2026 sal-2030, il-valuri tal-punt ta' referenza għandhom jiġu determinati bl-istess mod kif stabbilit fil-punti (a) sa (b) abbażi ta' informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2021 u 2022 u abbażi tal-applikazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028.

B'deroga fir-rigward tal-valuri tal-punt ta' referenza għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku, dawn il-valuri tal-punt ta' referenza għandhom ikunu aġġustati bl-istess perċentwal bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jinżammu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawk il-prodotti.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

Bil-għan li jiġi promoss l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, għall-perijodu msemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, il-valur tal-punt ta' referenza għal metall jaħraq, li fil-biċċa l-kbira hu marbut ma' gassijiet tal-iskart, għandu jiġi aġġornat b'rata ta' tnaqqis annwali ta' 0,2 %.

▼M4

3.  
Suġġett għall-paragrafi 4 u 8, u minkejja l-Artikolu 10c allokazzjoni bi ħlas biss tingħata għal ġeneraturi tal-elettriku, għal istallazzjonijiet għall-ġbir tas-CO2, għal pajpijiet għat-trasport tas-CO2 jew għal siti tal-ħażna tas-CO2.

▼M9

4.  
Għandha tingħata allokazzjoni mingħajr ħlas għal tisħin urban kif ukoll għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, kif definit bid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), għal domanda li tkun ekonomikament ġustifikabbli, fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisħin jew tat-tkessiħ. Kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal tali installazzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni ta' dik is-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe sena li fiha dawk l-allokazzjonijiet jiġu aġġustati b'mod uniformi skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
5.  
Sabiex jiġi rispettat is-sehem tal-irkantar stabbilit fl-Artikolu 10, għal kull sena li fiha l-għadd tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas ma jilħaqx l-ammont massimu li jirrispetta s-sehem tal-irkantar, il-kwoti li jifdal sa dak l-ammont għandhom jintużaw għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas sabiex jiġi rrispettat is-sehem tal-irkantar fis-snin ta' wara. Fejn, madankollu, jintlaħaq l-ammont massimu, l-allokazzjonijiet mingħajr ħlas għandhom ikunu aġġustati kif xieraq. Kwalunkwe tali aġġustament għandu jsir b'mod uniformi.

▼M9

5a.  
B'deroga mill-paragrafu 5, ammont addizzjonali sa 3 % tal-kwantità totali ta' kwoti għandu, sa fejn meħtieġ, jintuża biex jiżdied l-ammont massimu disponibbli taħt il-paragrafu 5.
5b.  

Fejn ikun meħtieġ inqas minn 3 % tal-kwantità totali ta' kwoti biex jiżdied l-ammont massimu disponibbli taħt il-paragrafu 5:

— 
ammont massimu ta' 50 miljun kwota għandu jintuża biex jiżdied l-ammont ta' kwoti disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10a(8); u
— 
ammont massimu ta' 0,5 % tal-kwantità totali ta' kwoti għandu jintuża biex jiżdied l-ammont ta' kwoti disponibbli biex jiġu modernizzati s-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 10d.

▼M9

6.  
Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw, f'konformità mat-tieni u r-raba' subparagrafi, miżuri finanzjarji li jiffavorixxu setturi jew subsetturi li huma esposti għal riskju ġenwin ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba spejjeż indiretti sinifikanti li huma effettivament imġarrba mill-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jingħaddu għall-prezzijiet tal-elettriku, dment li tali miżuri finanzjarji jkunu f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u b'mod partikolari ma jikkawżawx distorsjonijiet mhux ġustifikati tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Fejn l-ammont disponibbli għal tali miżuri finanzjarji jeċċedi 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti r-raġunijiet għalfejn qabeż dak l-ammont.

L-Istati Membri għandhom ifittxu wkoll li jużaw mhux aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għall-miżuri finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta' kull sena, l-Istati Membri li jkollhom tali miżuri finanzjarji fis-seħħ għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, f'forma li tkun faċilment aċċessibbli, l-ammont totali ta' kumpens ipprovdut għal kull settur u subsettur benefiċjarju. Mill-2018 'il quddiem, għal kull sena li fiha Stat Membru juża aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għal tali finijiet, huwa għandu jippubblika rapport li jispjega r-raġunijiet għalfejn qabeż dak l-ammont. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni rilevanti dwar il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi industrijali kbar li jibbenefikaw minn tali miżuri finanzjarji, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar jekk ġewx ikkunsidrati kif dovut miżuri oħra biex jitnaqqsu b'mod sostenibbli l-ispejjeż indiretti tal-karbonju fuq perijodu ta' żmien medju sa twil.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 10(5), fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-effetti ta' tali miżuri finanzjarji fuq is-suq intern u, fejn ikun adatt, tirrakkomanda kwalunkwe miżura li tista' tkun meħtieġa skont dik il-valutazzjoni.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu tali li jiżguraw protezzjoni adegwata kontra r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, abbażi ta' parametri referenzjarji ex ante tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 għal kull unità tal-produzzjoni. Dawk il-parametri referenzjarji ex ante għandhom jiġu kkalkulati għal settur jew subsettur partikolari bħala l-prodott tal-konsum tal-elettriku għal kull unità tal-produzzjoni li jikkorrispondi għall-iktar teknoloġiji effiċjenti disponibbli u tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-taħlita Ewropea rilevanti tal-produzzjoni tal-elettriku.

▼M4

7.  

►M9  Il-kwoti mill-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu li ma kinux allokati mingħajr ħlas sal-2020 għandhom jitwarrbu għal installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, flimkien ma' 200 miljun kwota mqiegħdafir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Mill-kwoti mwarrba, sa 200 miljun kwota għandhom jerġgħu jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fi tmiem il-perijodu mill-2021 sal-2030 jekk ma jkunux allokati għal dak il-perijodu.

Mill-2021 'il quddiem, il-kwoti li taħt il-paragrafi 19 u 20 mhumiex allokati għal installazzjonijiet għandhom jiżdiedu mal-ammont ta' kwoti mwarrba skont l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. ◄

L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

Ma tista’ ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.

▼M9 —————

▼M4

8.  

►M9  325 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi allokata mingħajr ħlas skont dan l-Artikolu, u 75 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi rkantata skont l-Artikolu 10, għandhom isiru disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi elenkati fl-Anness I, inkluż il-ġbir u l-użu tad-dijossidu tal-karbonju (CCU, carbon capture and utilisation) li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif ukoll prodotti li jissostitwixxu dawk li għandhom intensità qawwija ta' karbonju li huma prodotti f'setturi elenkati fl-Anness I, u biex jistimulaw il-bini u t-tħaddim ta' proġetti li jimmiraw għall-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 (CCS, capture and storage of CO2) mingħajr periklu għall-ambjent, kif ukoll ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli u tal-ħżin tal-enerġija; f'siti ġeografikament ibbilanċjati fit-territorju tal-Unjoni (il-“fond għall-innovazzjoni”). Il-proġetti fl-Istati Membri kollha, inklużi proġetti fuq skala żgħira, għandhom ikunu eliġibbli.

Barra minn hekk, 50 miljun kwota, mhux allokati, mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandhom jissupplimentaw kull dħul li jifdal mit-300 miljun kwota disponibbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE ( 5 ), u għandhom jintużaw b'mod f'waqtu għall-appoġġ tal-innovazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti, filwaqt li jitqies, fejn ikun rilevanti, kemm il-proġetti jikkontribwixxu biex jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet sew taħt il-parametri referenzjarji msemmija fil-paragrafu 2. Il-proġetti għandu jkollhom il-potenzjal għal applikazzjoni estensiva jew li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-ispejjeż tat-transizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fis-setturi kkonċernati. Proġetti li jinvolvu s-CCU għandhom iwasslu għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet u jiżguraw li s-CO2 jiġi evitat jew inkella maħżun b'mod permanenti. It-teknoloġiji li jirċievu appoġġ m'għandhomx ikunu diġà disponibbli fis-suq iżda għandhom jirrappreżentaw soluzzjonijiet rivoluzzjonarji jew ikunu maturi biżżejjed biex ikunu lesti għal dimostrazzjoni fuq skala prekummerċjali. Sa 60 % tal-ispejjeż rilevanti tal-proġetti jistgħu jiġu appoġġati, li minnhom sa 40 % ma jeħtiġux li jkunu dipendenti fuq il-prevenzjoni verifikata tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, dment li jintlaħqu l-istadji importanti predeterminati, filwaqt li titqies it-teknoloġija użata.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tar-regoli dwar l-operat tal-fond għall-innovazzjoni, inklużi l-proċedura u l-kriterji tal-għażla. ◄

Għandhom jiġu allokati kwoti għall-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fit-tielet subparagrafu. L-appoġġ għal dawn il-proġetti għandu jingħata permezz tal-Istati Membri u għandu jikkumplimenta l-kofinanzjament sostanzjali mill-operatur tal-istallazzjoni. Huma jistgħu jiġu kkofinanzjati wkoll mill-Istati Membri kif ukoll minn strumenti oħra. L-ebda proġett m’għandu jirċievi appoġġ permezz tal-mekkaniżmu taħt dan is-subparagrafu li jeċċedi 15 % tal-għadd totali ta’ kwoti disponibbli għal dan l-għan. Dan l-appoġġ għandu jitqies taħt il-paragrafu 7.

▼M9

9.  
Il-Greċja, li kellha prodott domestiku gross (PDG) per capita bil-prezzijiet tas-suq ta' inqas minn 60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2014, tista' titlob, qabel l-applikazzjoni tal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, sa 25 miljun kwota mill-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu li ma jkunux allokati mingħajr ħlas sal-31 ta' Diċembru 2020, għall-kofinanzjament ta' mhux iżjed minn 60 % tad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer fit-territorju tagħha. L-Artikolu 10d(3) għandu japplika mutatis mutandis għal tali kwoti. Jistgħu jintalbu kwoti fejn, minħabba aċċess ristrett għas-swieq tad-dejn internazzjonali, proġett maħsub għad-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-gżejjer tal-Greċja ma jkunx jista' jitwettaq b'mod ieħor u fejn il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jikkonferma l-vijabbiltà finanzjarja u l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġett.

▼M9 —————

▼M4

11.  
Suġġett għall-Artikolu 10b, l-ammont ta’ kwoti allokati gratis taħt il-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu fl-2013 għandu jkun 80 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u mbagħad l-allokazzjoni gratis għandha tonqos kull sena b’ammonti ugwali sakemm jirriżulta f’allokazzjoni gratis ta’ 30 % fl-2020 ►M9  ————— ◄ .

▼M9 —————

▼M4

19.  
L-ebda allokazzjoni gratis m’għandha tingħata lil istallazzjoni li waqqfet l-operazzjonijiet tagħha, ħlief jekk l-operatur juri lill-awtorità kompetenti li din l-istallazzjoni ser terġa’ tibda l-produzzjoni fi żmien speċifikat u raġonevoli. L-istallazzjonijiet li l-permess tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skadielhom jew ġie rtirat u istallazzjonijiet li għalihom l-operazzjoni u l-bidu mill-ġdid tal-operazzjoni huma teknikament impossibbli, għandhom jitqiesu bħala li waqqfu l-operazzjonijiet.

▼M9

20.  
Il-livell ta' allokazzjonijiet bla ħlas mogħtija lil installazzjonijiet li l-operat tagħhom żdied jew naqas, skont valutazzjoni bbażata fuq medja mobbli ta' sentejn, b'aktar minn 15 % meta mqabbel mal-livell użat inizjalment biex jiddetermina l-allokazzjoni bla ħlas għall-perijodu rilevanti msemmi fl-Artikolu 11(1) għandu, kif ikun adatt, jiġi aġġustat. Tali aġġustamenti għandhom isiru bi kwoti mill-ammont ta' kwoti mwarrba skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew billi jiżdiedu miegħu.

▼M9

21.  
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva, nondiskriminatorja u uniformi tal-aġġustamenti u l-livell limitu msemmija fil-paragrafu 20 ta' dan l-Artikolu, sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv bla bżonn, u sabiex ma jitħallewx isiru manipulazzjoni jew abbuż tal-aġġustamenti għall-allokazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M9

Artikolu 10b

Miżuri transizzjonali li jappoġġaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju

1.  
Is-setturi u s-subsetturi li fir-rigward tagħhom il-prodott li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi, definita bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi flimkien mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għaż-Żona Ekonomika Ewropea (il-fatturat annwali flimkien mal-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi), bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom, imkejla f'kgCO2 diviża bil-valur miżjud gross (f'euro) tagħhom, jeċċedi 0,2, għandhom jitqiesu li huma f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Lil tali setturi u subsetturi għandhom jiġu allokati kwoti bla ħlas għall-perijodu sal-2030 ta' 100 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a.
2.  

Is-setturi u subsetturi li fir-rigward tagħhom il-prodott li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom jeċċedi 0,15 jistgħu jkunu inklużi fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, bl-użu tad-data għas-snin mill-2014 sal-2016, fuq il-bażi ta' valutazzjoni kwalitattiva u tal-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-limitu sa fejn huwa possibbli għal installazzjonijiet individwali fis-settur jew subsetturi kkonċernati li jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku;

(b) 

il-karatteristiċi attwali u previsti tas-suq, inkluż, fejn rilevanti, kwalunkwe prezz ta' referenza komuni;

(c) 

il-marġni tal-profitti bħala indikatur potenzjali ta' investiment fit-tul jew deċiżjonijiet ta' rilokazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fl-ispejjeż tal-produzzjoni marbuta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

3.  
Is-setturi u s-subsetturi li ma jeċċedux il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 1, iżda li jkollhom intensità tal-emissjonijiet imkejla f'kgCO2 diviża bil-valur gross miżjud tagħhom (f'euro), li teċċedi 1,5, għandhom ukoll jiġu vvalutati fil-livell ta' 4 numri (kodiċi NACE-4). Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni.

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-setturi u s-subsetturi msemmija f'dak is-subparagrafu jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni jew għal valutazzjoni kwalitattiva tal-espożizzjoni tagħhom għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jew għal valutazzjoni abbażi tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti użati għal statistika dwar il-produzzjoni industrijali fl-Unjoni fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom). Għal dak il-għan, is-settur u s-subsettur għandhom jippreżentaw data li tkun debitament sostanzjata, sħiħa u verifikata b'mod indipendenti li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq il-valutazzjoni flimkien mal-applikazzjoni.

Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), dan jista' jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 abbażi tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2. Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom), dan għandu jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 dment li, f'dak il-livell, il-livell limitu ta' 0,2 imsemmi fil-paragrafu 1 jinqabeż.

Is-setturi u subsetturi li għalihom l-allokazzjoni bla ħlas tiġi kkalkulata abbażi tal-valuri tal-punt ta' referenza msemmija fis-subparagrafu 4 tal-Artikolu 10a(2) jistgħu jitolbu wkoll li jiġu vvalutati f'konformità mas-subparagrafu 3 ta' dan il-paragrafu.

B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, sat-30 ta' Ġunju 2018 Stat Membru jista' jitlob li settur jew subsettur elenkat fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/746/UE ( 6 ) fir-rigward ta' klassifikazzjonijiet fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom) jitqies li jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1. Kwalunkwe tali talba għandha tiġi kkunsidrata biss fejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba jistabbilixxi li l-applikazzjoni ta' dik id-deroga hija ġġustifikata fuq il-bażi ta' data debitament sostanzjata, sħiħa, verifikata u awditjata għall-ħames snin l-aktar reċenti pprovduta mis-settur jew is-subsettur ikkonċernat u tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha mat-talba tiegħu. Abbażi ta' dik id-data, is-settur jew is-subsettur ikkonċernat għandu jiġi inkluż fir-rigward ta' dawk il-klassifikazzjonijiet fejn, fi ħdan livell eteroġenu ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jintwera li jkollu intensità tal-kummerċ u tal-emissjonijiet sostanzjalment ogħla fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom), li taqbeż il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1.

4.  
Setturi u subsetturi oħrajn jitqiesu li jistgħu jgħaddu aktar mill-ispejjeż tal-kwoti lill-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jiġu allokati lilhom kwoti bla ħlas ta' 30 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a. Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor fir-reviżjoni skont l-Artikolu 30, l-allokazzjonijiet bla ħlas għal setturi u subsetturi oħrajn, għajr it-tisħin urban, għandhom jitnaqqsu b'ammonti indaqs wara l-2026 sabiex jintlaħaq livell ta' ebda allokazzjoni bla ħlas fl-2030.
5.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta, sal-31 ta' Diċembru 2019, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tad-determinazzjoni ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif imsemmi fil- paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għall-attivitajiet f'livell ta' 4 numri (kodiċi NACE-4) fir-rigward tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, abbażi ta' data għat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti disponibbli.

Artikolu 10c

Għażla għal allokazzjoni bla ħlas transizzjonali għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija

1.  
B'deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri li fl-2013 kellhom PDG per capita bil-prezzijiet tas-suq (f'euro) taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni jistgħu jagħtu allokazzjoni bla ħlas transizzjonali lil installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-modernizzazzjoni, id-diversifikazzjoni u t-trasformazzjoni sostenibbli tas-settur tal-enerġija. L-investimenti appoġġati għandhom ikunu konsistenti mat-transizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, sigura u sostenibbli, mal-objettivi tal-qafas politiku tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija għall-2030, u mal-kisba tal-objettivi fit-tul espressi fil-Ftehim ta' Pariġi. Id-deroga prevista f'dan il-paragrafu għandha tintemm fil-31 ta' Diċembru 2030.
2.  

L-Istat Membru kkonċernat għandu jorganizza proċess kompetittiv ta' offerti, li għandu jsir fi stadju wieħed jew aktar bejn l-2021 u l-2030, għal proġetti li jinvolvu ammont totali ta' investiment li jeċċedi EUR 12,5-il miljun, biex jintgħażlu l-investimenti li għandhom ikunu ffinanzjati b'allokazzjoni bla ħlas. Dak il-proċess kompetittiv ta' offerti għandu:

(a) 

jikkonforma mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament indaqs u ġestjoni finanzjarja tajba;

(b) 

jiżgura li jkunu biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u s-sorsi tal-provvista tagħhom, għar-ristrutturar meħtieġ, għall-aġġornament ambjentali u r-rinnovament tal-infrastruttura, għat-teknoloġiji ndaf, bħat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, jew għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-produzzjoni tal-enerġija, bħat-tisħin urban effiċjenti u sostenibbli, u tas-settur tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, li jkunu eliġibbli biex iressqu offerta;

(c) 

jiddefinixxi kriterji tal-għażla ċari, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji għall-klassifikazzjoni tal-proġetti, sabiex jiżgura li jintgħażlu biss proġetti li:

(i) 

fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' CO2 filwaqt li jitqies id-daqs tal-proġett;

(ii) 

huma addizzjonali, jwieġbu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jipprovdux żieda motivata mis-suq fid-domanda għall-enerġija;

(iii) 

joffru l-aħjar valur għall-flus; u

(iv) 

ma jikkontribwixxux għal, jew itejbu, il-vijabbiltà finanzjarja tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b'emissjonijiet intensivi ħafna u lanqas ma jżidu d-dipendenza fuq karburanti fossili b'emissjonijiet intensivi.

B'deroga mill-Artikolu 10(1) u mingħajr preġudizzju għall-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'każ li investiment magħżul permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti jiġi kkanċellat jew il-prestazzjoni prevista ma tintlaħaqx, il-kwoti allokati jistgħu jintużaw permezz ta' ċiklu addizzjonali wieħed tal-proċess kompetittiv ta' offerti mhux aktar kmieni minn sena wara sabiex jiġu ffinanzjati investimenti oħrajn.

Sat-30 ta' Ġunju 2019, kwalunkwe Stat Membru li beħsiebu jagħmel użu minn allokazzjoni bla ħlas, transizzjonali u fakultattiva, għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija għandu jippubblika qafas nazzjonali dettaljat li jiddeskrivi l-proċess kompetittiv ta' offerti, inkluż l-għadd ta' ċikli ppjanati msemmija fl-ewwel subparagrafu, u l-kriterji tal-għażla għall-kummenti tal-pubbliku.

Fejn investimenti b'valur ta' inqas minn EUR 12,5-il miljun għandhom jiġu appoġġati b'allokazzjoni bla ħlas u ma jintgħażlux permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti msemmi f'dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jagħżel il-proġetti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom jiġu ppubblikati għall-kummenti tal-pubbliku. Fuq din il-bażi, l-Istat Membru kkonċernat għandu, sat-30 ta' Ġunju 2019, jistabbilixxi, jippubblika u jissottometti lill-Kummissjoni lista ta' investimenti. Fejn aktar minn investiment wieħed isir fl-istess installazzjoni, huma għandhom jiġu evalwati fit-totalità tagħhom sabiex jiġi stabbilit jekk jinqabiżx il-livell limitu ta' EUR 12,5-il miljun, sakemm dawk l-investimenti ma jkunux teknikament jew finanzjarjament vijabbli b'mod indipendenti.

3.  
Il-valur tal-investimenti maħsuba għandu jkun tal-anqas daqs il-valur tas-suq tal-allokazzjoni bla ħlas, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu limitati ż-żidiet fil-prezzijiet konnessi direttament. Il-valur tas-suq għandu jkun il-medja tal-prezz tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja preċedenti. Sa 70 % tal-ispejjeż rilevanti ta' investiment jistgħu jiġu appoġġati permezz ta' allokazzjoni bla ħlas sakemm l-ispejjeż li jkun fadal jiġu ffinanzjati minn entitajiet legali privati.
4.  
L-allokazzjonijiet bla ħlas transizzjonali għandhom jitnaqqsu mill-kwantità tal-kwoti li l-Istat Membru kieku kien jirkanta. L-allokazzjoni bla ħlas totali m'għandhiex tkun iżjed minn 40 % tal-kwoti li l-Istat Membru kkonċernat jirċievi, skont l-Artikolu 10(2)(a), fil-perijodu mill-2021 sal-2030, mifruxa f'volumi annwali indaqs tul dak il-perijodu.
5.  
Fejn Stat Membru, skont l-Artikolu 10d(4), juża kwoti mqassma għall-finijiet ta' solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet fi ħdan l-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 10(2)(b), dak l-Istat Membru jista', b'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, juża għall-allokazzjoni bla ħlas transizzjonali kwantità totali sa 60 % tal-kwoti riċevuti fil-perijodu mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 10(2)(a), bl-użu ta' ammont korrispondenti tal-kwoti mqassma f'konformità mal-Artikolu 10(2)(b).

Kwalunkwe kwota mhux allokata taħt dan l-Artikolu sal-2020 tista' tiġi riportata għall-perijodu mill-2021 sal-2030 għal investimenti magħżula permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti msemmi fil-paragrafu 2, ħlief meta l-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2019 dwar l-intenzjoni tiegħu li ma jallokax dawk il-kwoti, kollha jew parti minnhom, matul il-perijodu mill-2021 sal-2030 u dwar l-ammont ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati minflok fl-2020. Fejn tali kwoti jiġu allokati matul il-perijodu mill-2021 sal-2030, ammont korrispondenti ta' kwoti għandu jitqies għall-applikazzjoni tal-limitu ta' 60 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

6.  
L-allokazzjonijiet lill-operaturi għandhom isiru malli tingħata prova li investiment magħżul skont ir-regoli tal-proċess kompetittiv ta' offerti jkun sar. Fejn investiment iwassal għal kapaċità addizzjonali ta' ġenerazzjoni tal-elettriku, l-operatur ikkonċernat għandu wkoll juri li ammont korrispondenti ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku aktar intensiva fl-emissjonijiet ġie dekummissjonat minnu jew minn operatur assoċjat ieħor sal-bidu tal-operat tal-kapaċità addizzjonali.
7.  
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-ġeneraturi tal-elettriku u l-operaturi ta' netwerks li jibbenefikaw jirrapportaw, sat-28 ta' Frar ta' kull sena, dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti magħżula tagħhom, inkluż il-bilanċ tal-allokazzjoni bla ħlas u n-nefqa ta' investiment imġarrba u t-tipi ta' investiment appoġġati. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar dan lill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tagħmel it-tali rapporti pubbliċi.

▼M9

Artikolu 10d

Fond għall-Modernizzazzjoni

1.  
Fond li jappoġġa l-investimenti proposti mill-Istati Membri benefiċjarji, inkluż il-finanzjament ta' proġetti b'investiment fuq skala żgħira, għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fl-Istati Membri bi PDG per capita bil-prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013 (il-“Fond għall-Modernizzazzjoni”) għandu jiġi stabbilit għall-perijodu mill-2021 sal-2030. Il-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu jkun iffinanzjat permezz tal-irkantar ta' kwoti kif stabbilit fl-Artikolu 10.

L-investimenti appoġġati għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, kif ukoll l-objettivi tal-qafas politiku tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettivi fit-tul kif espressi fil-Ftehim ta' Pariġi. L-ebda appoġġ mill-Fond għall-Modernizzazzjoni ma għandu jingħata lil faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw karburanti fossili solidi għajr it-tisħin urban effiċjenti u sostenibbli fl-Istati Membri li għandhom PDG per capita bil-prezzijiet tas-suq taħt it-30 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013, sakemm jkun qed jintuża ammont ta' kwoti mill-inqas ta' valur ekwivalenti għal investimenti taħt l-Artikolu 10c li ma jinvolvux karburanti fossili solidi.

2.  
Mill-inqas 70 % tar-riżorsi finanzjarji mill-Fond għall-Modernizzazzjoni għandhom jintużaw biex jappoġġaw investimenti fil-ġenerazzjoni u l-użu ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli, it-titjib fl-effiċjenza enerġetika, għajr effiċjenza enerġetika relattiva għall-ġenerazzjoni ta' enerġija li tuża karburanti fossili solidi, il-ħżin tal-enerġija u l-modernizzazzjoni ta' netwerks tal-enerġija, inklużi sistemi ta' pajpijiet għat-tisħin urban, grids għat-trasmissjoni tal-elettriku u ż-żieda ta' interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri, kif ukoll bħala appoġġ għal transizzjoni ġusta f'reġjuni li jiddependu mill-karbonju fl-Istati Membri benefiċjarji, sabiex jingħata appoġġ għar-riallokazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, l-inizjattivi ta' tfittxija ta' impjiegi u n-negozji l-ġodda, fi djalogu mas-sħab soċjali. L-investimenti fl-effiċjenza enerġetika fit-trasport, il-bini, l-agrikoltura u l-iskart għandhom ikunu eliġibbli wkoll.
3.  
Il-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu jopera taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri benefiċjarji. Il-BEI għandu jiżgura li l-kwoti jiġu rkantati f'konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet stipulati fl-Artikolu 10(4), u għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tad-dħul. Il-BEI għandu jgħaddi d-dħul lill-Istati Membri wara deċiżjoni ta' żborż mill-Kummissjoni, fejn dan l-iżborż għall-investimenti jkun konformi mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew, fejn l-investimenti ma jaqgħux taħt l-oqsma elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ikun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat tal-investimenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fil-ħin opportun. Id-dħul għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-ishma stabbiliti fl-Anness IIb, f'konformità mal-paragrafi 6 sa 12 ta' dan l-Artikolu.
4.  
Kull Stat Membru kkonċernat jista' juża l-allokazzjoni bla ħlas totali mogħtija skont l-Artikolu 10c(4), jew parti minn dik l-allokazzjoni, u l-ammont ta' kwoti mqassma għall-finijiet ta' solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet fl-Unjoni skont l-Artikolu 10(2)(b), jew parti minn dak l-ammont, f'konformità mal-Artikolu 10d għall-appoġġ ta' investimenti fil-qafas tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, u b'hekk jiżdiedu r-riżorsi mqassma lil dak l-Istat Membru. Sat-30 ta' Settembru 2019, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-ammonti rispettivi ta' kwoti li għandhom jintużaw taħt l-Artikolu 10(2)(b), l-Artikolu 10c u l-Artikolu 10d.
5.  
B'dan huwa stabbilit kumitat tal-investimenti għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. Il-kumitat tal-investimenti għandu jkun magħmul minn rappreżentant minn kull Stat Membru benefiċjarju, il-Kummissjoni u l-BEI, u tliet rappreżentanti eletti mill-Istati Membri l-oħra għal perijodu ta' ħames snin. Huwa għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru li ma jkunx membru tal-kumitat tal-investimenti jista' jattendi laqgħat tal-kumitat bħala osservatur.

Il-kumitat tal-investimenti għandu jopera b'mod trasparenti. Il-kompożizzjoni tal-kumitat tal-investimenti u l-curricula vitae u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tiegħu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u, fejn meħtieġ, jiġu aġġornati.

6.  
Qabel ma Stat Membru benefiċjarju jiddeċiedi li jiffinanzja investiment mis-sehem tiegħu fil-Fond għall-Modernizzazzjoni, huwa għandu jippreżenta l-proġett ta' investiment lill-kumitat tal-investimenti u lill-BEI. Fejn il-BEI jikkonferma li investiment ikun jaqa' f'wieħed mill-oqsma elenkati fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jipproċedi għall-finanzjament tal-proġett ta' investiment mis-sehem tiegħu.

Fejn investiment fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija, li jkun propost li jiġi ffinanzjat mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, ma jaqax fl-oqsma elenkati fil-paragrafu 2, il-kumitat tal-investimenti għandu jevalwa l-vijabbiltà teknika u finanzjarja ta' dak l-investiment, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jinkiseb minnu, u joħroġ rakkomandazzjoni dwar il-finanzjament tal-investiment mill-Fond għall-Modernizzazzjoni. Il-kumitat tal-investimenti għandu jiżgura li kwalunkwe investiment relatat mat-tisħin urban jikseb titjib sostanzjali fl-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis fl-emissjonijiet. Dik ir-rakkomandazzjoni tista' tinkludi suġġerimenti dwar l-istrumenti ta' finanzjament adatti. Sa 70 % tal-ispejjeż rilevanti ta' investiment li ma jaqax fl-oqsma elenkati fil-paragrafu 2 jista' jiġi appoġġat mir-riżorsi tal-Fond għall-Modernizzazzjoni sakemm l-ispejjeż li jkun fadal jiġu ffinanzjati minn entitajiet legali privati.

7.  
Il-kumitat tal-investimenti għandu jistinka biex jadotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu b'kunsens. Jekk il-kumitat tal-investimenti ma jkunx jista' jiddeċiedi b'kunsens fl-iskadenza stabbilita mill-president, huwa għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' maġġoranza sempliċi.

Jekk ir-rappreżentant tal-BEI ma japprovax il-finanzjament ta' investiment, għandha tiġi adottata rakkomandazzjoni biss jekk maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha jivvotaw favur tagħha. Ir-rappreżentant tal-Istat Membru li fih ikun ser jitwettaq l-investiment u r-rappreżentant tal-BEI ma għandhomx ikunu intitolati li jivvotaw f'dan il-każ. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika għal proġetti fuq skala żgħira ffinanzjati permezz ta' self ipprovdut minn bank promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' programm nazzjonali li jaqdi objettivi speċifiċi f'konformità mal-objettivi tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, sakemm taħt il-programm ma jintużax iżjed minn 10 % tas-sehem tal-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIb.

8.  
Kwalunkwe att jew rakkomandazzjoni mill-BEI jew mill-kumitat tal-investimenti li jsiru skont il-paragrafi 6 u 7 għandhom isiru fil-ħin opportun u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. Tali atti u rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
9.  
L-Istati Membri benefiċjarji għandhom ikunu responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni fir-rigward tal-proġetti magħżula.
10.  

L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-investimenti ffinanzjati mill-Fond għall-Modernizzazzjoni. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jinkludi:

(a) 

informazzjoni dwar l-investimenti ffinanzjati għal kull Stat Membru benefiċjarju;

(b) 

valutazzjoni tal-valur miżjud f'termini ta' effiċjenza enerġetika jew modernizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, miksuba permezz tal-investiment.

11.  
Il-kumitat tal-investimenti għandu jirrapporta kull sena lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza fl-evalwazzjoni tal-investimenti. Sal-31 ta' Diċembru 2024, filwaqt li tqis is-sejbiet tal-kumitat tal-investimenti, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-oqsma għal proġetti msemmija fil-paragrafu 2 u l-bażi li fuqha l-kumitat tal-investimenti jibbaża r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
12.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar regoli dettaljati dwar l-operat tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M13

Artikolu 10e

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

1.  
Bħala miżura straordinarja u ta’ darba, sal-31 ta’ Awwissu 2026, il-kwoti rkantati skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu rkantati sakemm l-ammont totali ta’ dħul miksub minn dan l-irkantar ikun laħaq l-EUR 20 biljun. Dak id-dħul għandu jsir disponibbli għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament u tal-Kunsill ( 7 ) u għandu jiġi implimentat f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.
2.  
B’deroga mill-Artikolu 10a(8), sal-31 ta’ Awwissu 2026, parti mill-kwoti msemmija f’dak il-paragrafu għandha tiġi rkantata biex tappoġġa l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3), il-punti (b) sa (f), tar-Regolament (UE) 2021/241, sakemm l-ammont ta’ dħul miksub minn tali rkant ikun laħaq it-EUR 12-il biljun.
3.  
Sal-31 ta’ Awwissu 2026, għadd ta’ kwoti mill-kwantità li kieku kienet tiġi rkantata mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-31 ta’ Diċembru 2030 mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2), il-punt (a), għandhom jiġu rkantati biex jappoġġaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 21c(3), il-punti (b) sa (f), tar-Regolament (UE) 2021/241 sakemm l-ammont ta’ dħul miksub minn tali rkant ikun laħaq it-EUR 8 biljun. Dawk il-kwoti għandhom, fil-prinċipju, jiġu rkantati f’volumi annwali indaqs matul il-perjodu rilevanti.
4.  
B’deroga mill-Artikolu 1(5a) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, sal-31 ta’ Diċembru 2030, 27 miljun kwota mhux allokati fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq mill-kwantità totali li altrimenti tiġi invalidata fuq dak il-perijodu għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-innovazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10a(8), l-ewwel subparagrafu, ta’ din id-Direttiva.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kwoti rkantati skont il-paragrafi 2 u 3, inkluż, fejn xieraq, għall-pagamenti ta’ prefinanzjament, f’konformità mal-Artikolu 21d tar-Regolament (UE) 2021/241, jiġu rkantati f’konformità mal-prinċipji u l-modalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 10(4) ta’ din id-Direttiva u f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 ( 8 ) biex jiġi żgurat ammont adegwat ta’ riżorsi tal-fond għall-innovazzjoni fil-perijodu mill-2023 sal-2026. Il-perjodu għall-irkantar imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jiġi rivedut sena wara l-bidu tiegħu fid-dawl tal-impatt tal-irkantar previst f’dan l-Artikolu fuq is-suq u l-prezz tal-karbonju.
6.  
Il-BEI għandu jkun l-irkantatur għall-kwoti li jridu jiġu rkantati skont dan l-Artikolu fuq il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 u għandu jipprovdi d-dħul iġġenerat mill-irkantar lill-Kummissjoni.
7.  
Id-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ( 9 ).

▼M4

Artikolu 11

Miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni

1.  
Sat-30 ta’ Settembru 2011, kull Stat Membru għandu jippubblika u jippreżenta lill-Kummissjoni lista ta’ istallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva fit-territorju tagħha u kull allokazzjoni gratis għal kull istallazzjoni fit-territorju tagħha kkalkolata konformement mar-regoli kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) u fl-Artikolu 10c.

▼M9

Sat-30 ta' Settembru 2019, għandha tiġi sottomessa lista ta' installazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva għall-ħames snin li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021, u listi għal kull perjodu sussegwenti ta' ħames snin sussegwenti għandhom ikunu sottomessi kull ħames snin minn hemm 'il quddiem. Kull lista għandha tinkludi informazzjoni dwar l-attività ta' produzzjoni, it-trasferimenti tas-sħana u l-gassijiet, il-produzzjoni tal-elettriku u l-emissjonijiet fil-livell ta' subinstallazzjoni tul il-ħames snin kalendarji li jippreċedu s-sottomissjoni tagħha. L-allokazzjonijiet bla ħlas għandhom jingħataw biss lil installazzjonijiet fejn tiġi pprovduta tali informazzjoni.

▼M4

2.  
Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu l-kwantità tal-kwoti li għandhom jiġu distribwiti għal dik is-sena, ikkalkolata taħt l-Artikoli 10, 10a u 10c.
3.  
L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu kwoti gratis taħt il-paragrafu 2 lil istallazzjonijiet li ġew miċħuda mill-Kummissjoni milli jinkitbu fil-lista msemmija fil-paragrafu 1.



▼M2

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET TAL-AVJAZZJONI U DAWK STAZZJONARJI

▼M4

Artikolu 11a

L-użu tas-CERs u l-ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti ►M9  fl-EU ETS ◄ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) u (4), għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.
2.  

Sakemm il-livelli ta’ użu tas-CERs u ERUs permessi lill-operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 li ma nkunux ntużaw jew li tingħata awtorizzazzjoni li jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-operaturi jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti biex dawn joħorġulhom kwoti li jkunu validi mill-2013 ‘il quddiem bi skambju għal CERs u ERUs maħruġa fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet sal-2012 minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu ►M9  fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.

Sal-31 ta’ Marzu 2015, għandu jsir skambju bħal dan mat-talba għalih mill-awtorità kompetenti.

3.  

Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs u l-ERUs minn proġetti li ġew stabbiliti qabel l-2013 maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti validi mill-2013 ‘il quddiem.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal CERs u ERUs għal kull tip ta’ proġett li kien eliġibbli għall-użu ►M9  fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.

4.  

Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti minn proġetti ġodda li jkunu nbdew mill-2013 ‘il quddiem fil-PLŻ.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-CERs fir-rigward tat-tipi kollha ta’ proġetti eliġibbli għall-użu ►M9  fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu ratifikaw ftehim rilevanti ►M9  mal-Unjoni ◄ jew sal-2020, abbażi ta’ liema data tiġi l-ewwel.

5.  
Safejn ma jkunux intużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8 u fil-każ li ma jkunu konklużi n-negozjati dwar ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima sal-31 ta’ Diċembru 2009, krediti minn proġetti jew minn attivitajiet oħra ta’ tnaqqis li jispeċifikaw livelli ta’ użu jistgħu jintużaw ►M9  fl-EU ETS ◄ konformement mal- istrumenti ta’ ftehim konklużi ma’ pajjiż terzi. Konformement ma’ strumenti ta’ ftehim bħal dawn, operaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw krediti minn atttivitajiet ta’ proġetti f’dawk il-pajjiżi terzi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom konformement ►M9  mal-EU ETS ◄ .
6.  
Kull ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jipprovdi għall-użu ta’ krediti ►M9  fl-EU ETS ◄ minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu ►M9  fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, inkluż dwar teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ effiċjenza fl-enerġija li jippromwovu trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp sostenibbli. Kwalunkwe ftehim bħal dan jista’ wkoll jipprovdi għall-użu ta’ krediti minn proġetti fejn il-linja tal-bażi użata hija taħt il-livell ta’ allokazzjoni gratis konformement mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10a jew meħtieġa taħt il-livelli meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ►M9  tal-Unjoni. ◄
7.  
Ladarba jkun intlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, huma biss il-krediti minn proġetti ta’ pajjiżi terzi li kienu ratifikaw dak il-ftehim li għandhom jiġu aċċettati ►M9  fl-EU ETS ◄ sa mill-1 ta’ Jannar 2013.

▼M9 —————

▼M1

Artikolu 11b

L-attivitajiet tal-proġett

1.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li l-linji bażi għall-attivitajiet tal-proġetti, kif definiti minn deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħt il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto li jkunu saru f’pajjiżi li iffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni ma’ l-Unjoni jkunu kompletament konformi ma’ l-acquis communautaire, inklużi d-derogi temporanji stabbiliti f’dak it-Trattat ta’ Adeżjoni.

▼M4

►M9  L-Unjoni ◄ u l-Istati Membri tagħha għandhom jawtorizzaw biss attivitajiet ta’ proġetti fejn il-parteċipanti kollha ta’ proġetti jkollhom il-kwartieri tagħhom jew f’pajjiż li kkonkluda l-ftehim internazzjonali relatat ma’ proġetti bħal dawn jew f’pajjiż jew entità subfederali jew reġjonali marbutin ►M9  mal-EU ETS ◄ taħt l-Artikolu 25.

▼M1

2.  
Ħlief kif previst fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri li jospitaw ►M2  attivitajiet ◄ ta’ proġetti għandhom jiżguraw li ma jinħarġu ebda ERUs jew CERs għal tnaqqis jew limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ gass serra minn stallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva.
3.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet ta’ proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw direttament l-emissjonijiet ta’ installazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu kkanċellati mill-operatur ta’ dik l-istallazzjoni.
4.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet dwar proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw indirettament il-livell ta’ l-emissjoni ta’ stallazzjonjiet fil- kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu ikkanċellati mir-reġistru nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-ERUs jew tal-CERs.
5.  
Stat Membru li jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw f'attivitajiet ta’ proġetti għandu jibqa’ responsabbli għat-twettiq ta’ l-obbligi tiegħu taħt il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto u għandu jiżgura li tali parteċipazzjoni tkun konsistenti mal-linji gwida, modalitajiet u proċeduri adottati rilevanti skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
6.  
Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ proġetti ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni li taqbeż l-20 MW, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta japprovaw tali attivitajiet ta’ proġetti, li l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali rilevanti, inklużi dawk li hemm fir-Rapport ta' Novembru tas-sena 2000 mill-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, “Digi u Żvilupp-Qafas ġdid għat-Teħid ta’ Deċiżjonijiet” fir-Rapport Finali ta’ Novembru tas-sena 2000 tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, ikunu rrispettati matul l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet ta’ proġetti.

▼M9 —————

▼B

Artikolu 12

It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti bejn:

(a) 

persuni ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ ;

(b) 

persuni ġewwa ►M9  l-Unjoni ◄ u persuni f’pajjiżi terzi, meta dawn il-kwoti jiġu konoxxuti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25 mingħajr restrizzjonijiet oħra għajr li jkunu jinsabu, jew jiġu adottati skond din id-Direttiva.

▼M4

1a.  
Il-Kummisjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tistudja jekk is-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet hux protett biżżejjed mill-“insider dealing” jew mill-manipulazzjoni tas-suq u jekk ikun xieraq, jippreżentaw proposti biex jiżguraw tali protezzjoni. Id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 tal-Jannar 2003 dwar “insider dealing” u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) ( 10 ) jistgħu jintużaw ma’ kwalunkwe aġġustament xieraq għall-applikazzjoni tagħhom fin-negozju tal-kommoditajiet.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jiġu konoxxuti bil-għan ►M2  li jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond il-paragrafu 2a jew  ◄ li jissodisfaw l-obbligi ta’ operatur skond il-paragrafu 3.

▼M2

2a.  
L-Istati Membri amministrattivi għandhom jiżguraw li, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, kull operatur tal-inġenji tal-ajru jċedi numru ta’ kwoti ugwali għall-emissjonijiet totali matul is-sena kalendarja preċedenti minn attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur huwa l-operatur tal-inġenji tal-ajru, kif verifikati skond l-Artikolu 15. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwoti ċeduti skond dan il-paragafu huma sussegewentement imħassra.

▼M8

3.  
Għall-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2020, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sat-30 ta' April ta' kull sena, l-operatur ta' kull installazzjoni jirrestitwixxi għadd ta' kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, li jkun ekwivalenti għat-total tal-emissjonijiet ta' dik l-installazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikati skont l-Artikolu 15, u li dawk il-kwoti jiġu kkanċellati sussegwentement. Għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sat-30 ta' April ta' kull sena, l-operatur ta' kull installazzjoni jirrestitwixxi għadd ta' kwoti, li jkun ekwivalenti għat-total tal-emissjonijiet ta' dik l-installazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikati skont l-Artikolu 15, u li dawk il-kwoti jiġu kkanċellati sussegwentement, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.

▼M8

3-a.  
Fejn ikun meħtieġ, u sakemm ikun meħtieġ, sabiex titħares l-integrità ambjentali tal-EU ETS, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u operaturi oħra fl-EU ETS għandhom ikunu projbiti milli jużaw kwoti li jinħarġu minn Stat Membru li fir-rigward tiegħu hemm obbligi li jiskadu għal operaturi tal-inġenji tal-ajru u operaturi oħra. L-att legali msemmi fl-Artikolu 19 għandu jinkludi l-miżuri meħtieġa fil-każijiet imsemmija f'dan il-paragrafu.

▼M4

3a.  
M’għandux jinħoloq obbligu biex wieħed iċedi l-kwoti rigward emissjonijiet verifikati bħala emissjonijiet maqbuda u trasportati għal ħażna permanenti lejn faċilità li għaliha jkun hemm permess fis-seħħ taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ April 2009 dwar il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju ( 11 ).

▼B

4.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-konċesjonijiet iridu jiġu kkanċellati f’kull waqt fuq it-talba tal-persuna li jkollha minnhom. ►M9  F'każ tal-għeluq tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tagħhom minħabba miżuri nazzjonali addizzjonali, l-Istati Membri jistgħu jikkanċellaw kwoti mill-kwantità totali ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati minnhom imsemmija fl-Artikolu 10(2) sa ammont li jikkorrispondi għall-medja tal-emissjonijiet verifikati tal-installazzjoni kkonċernata matul il-perijodu ta' ħames snin qabel l-għeluq. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dik il-kanċellazzjoni ppjanata f'konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4). ◄

▼M4

5.  
Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10c.

▼M12

6.  

Sat-30 ta’ Novembru 2022, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li, fir-rigward tas-sena 2021, ir-rekwiżiti ta’ kumpens tagħhom skont it-tifsira tal-paragrafu 3.2.1 tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati Internazzjonali tal-ICAO dwar il-Ħarsien Ambjentali għall-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA SARPs) jammontaw għal żero. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkollhom ċertifikat tal-operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew ikunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru; u

(b) 

jipproduċu emissjonijiet annwali ta’ CO2 akbar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta’ ajruplani b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art akbar minn 5 700  kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I għal din id-Direttiva u mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 ( 12 ), minbarra dawk li jitilqu u jaslu fl-istess Stat Membru, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi ta’ dak l-Istat Membru, mill-1 ta’ Jannar 2021.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-emissjonijiet ta’ CO2 mit-tipi ta’ titjiriet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu:

(i) 

titjiriet statali;

(ii) 

titjiriet umanitarji;

(iii) 

titjiriet mediċi;

(iv) 

titjiriet militari;

(v) 

titjiriet tat-tifi tan-nar;

(vi) 

titjiriet li jsiru qabel jew wara titjira umanitarja, medika jew tat-tifi tan-nar, dment li dawn it-titjiriet ikunu twettqu bl-istess inġenju tal-ajru u kienu meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet umanitarji, mediċi jew tat-tifi tan-nar relatati jew biex l-inġenju tal-ajru jiġi ppożizzjonat mill-ġdid wara dawk l-attivitajiet għall-attività li jmiss tiegħu.

7.  
Fl-istennija ta’ att leġiżlattiv li jemenda din id-Direttiva fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha tal-Unjoni u li jimplimenta b’mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq, u fil-każ li l-perjodu għat-traspożizzjoni ta’ tali att leġiżlattiv ma jkunx skada sat-30 ta’ Novembru 2023, u l-Fattur ta’ Tkabbir tas-Settur (SGF) għall-emissjonijiet tal-2022, li għandu jiġi ppubblikat mill-ICAO, ikun żero, l-Istati Membri għandhom, sat-30 ta’ Novembru 2023, jinnotifikaw lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li, fir-rigward tas-sena 2022, ir-rekwiżiti ta’ kumpens tagħhom skont it-tifsira tal-paragrafu 3.2.1 tal-CORSIA SARPs tal-ICAO jammontaw għal żero.

▼M9

Artikolu 13

Validità tal-kwoti

Il-kwoti maħruġa mill-1 ta' Jannar 2013 'il quddiem għandhom ikunu validi għal perijodu indefinit. Il-kwoti maħruġa mill-1 ta' Jannar 2021 'il quddiem għandhom jinkludu indikazzjoni li turi f'liema perijodu ta' għaxar snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2021 inħarġu, u jkunu validi għall-emissjonijiet mill-ewwel sena ta' dak il-perijodu 'l quddiem.

▼M4

Artikolu 14

Monitoraġġ u rappurtar ta’ emissjonijiet

▼M9

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward l-arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet u, fejn rilevanti, id-data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' data tunnellata-kilometru għall-fini ta' applikazzjoni taħt l-Artikolu 3e jew 3f, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Anness IV u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll il-potenzjal għat-tisħin globali ta' kull gass serra fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet għal dak il-gass.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M4

2.  

►M9  L-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-evidenza xjentifika l-aktar preċiża u aġġornata li tkun disponibbli, b’mod partikolari mill-IPCC, u jista’ ukoll jispeċifika rekwiżiti biex operaturi jirrapportaw dwar emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta’ oġġetti prodotti minn industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu jkunu suġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali. Dak ir-Regolament jista’ wkoll jispeċifika r-rekwiżit li, din l-informazzjoni tiġi verifkata indipendentement.

Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu r-rappurtar dwar livelli ta’ emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku koperta ►M9  bl-EU ETS ◄ assoċjata mal-produzzjoni ta’ tali oġġetti.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull operatur ta’ istallazzjoni jew ta’ ajruplan jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet minn din l-istallazzjoni matul kull sena kalendarja jew, mill-1 ta’ Jannar 2010, l-ajruplan li hu jopera, lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ din is-sena konformement ►M9  mal-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1.
4.  
►M9  L-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jinkludi rekwiżiti dwar l-użu ta’ sistemi awtomatizzati u forom ta’ skambju ta’ data għall-armonizzazzjoni tal-komunikazzjoni fil-pjan ta’ monitoraġġ, fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet u fl-attivitajiet ta’ verifika bejn l-operatur, min iwettaq il-verifika u l-awtoritajiet kompetenti.

▼M2

Artikolu 15

▼M4

Verifika u Akkreditament

▼M2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti ppreżentati mill-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) jiġu vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu, u li l-awtorità kompetenti tkun infurmata b’dan.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li r-rapport tiegħu ma jkunx ġie vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena ghall-emissjonijiet matul is-sena preċedenti ma jistax jagħmel trasferimenti ulterjuri ta’ kwoti sakemm ir-rapport ta’ dak l-operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti.

▼M9

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward il-verifika ta' rapporti dwar l-emissjonijiet ibbażati fuq il-prinċipji stipulati fl-Anness V, u għall-akkreditazzjoni u s-superviżjoni tal-verifikaturi. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll atti ta' implimentazzjoni għall-verifika tar-rapporti sottomessi minn operaturi tal-inġenji tal-ajru skont l-Artikolu 14(3) u l-applikazzjonijiet taħt l-Artikoli 3e u 3f, inklużi l-proċeduri ta' verifika li għandhom jintużaw mill-verifikaturi. Hija għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni, għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-entitajiet tal-akkreditazzjoni, kif ikun adatt.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M4

Artikolu 15a

L-iżvelar ta’ informazzjoni u s-sigriet professjonali

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u r-rapporti kollha relatati mal-kwantità u mal-allokazzjoni ta’ kwoti u mal-monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet jiġu żvelati immedjatament b’mod ordnat li jiżgura aċċess mingħajr diskriminazzjoni.

L-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali ma tistax tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu applikabbli.

▼B

Artikolu 16

Il-Penali

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravvenzjonijiet kontra d-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni ►M2  ————— ◄ u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom.

▼M2

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu qed jiksru r-rekwiżiti biex iċedu kwoti suffiċjenti skond din id-Direttiva.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li ma jċedux kwoti suffiċjenti sat-30 ta’ April ta’ kull sena biex ikopri l-emissjonijet tiegħu ta’ matul is-sena preċedenti għandu jinżamm responsabbli għall-ħlas ta’ penali ta’ emissjonijiet żejda. Il-penali ta’ emissjonijiet żejda għandha tkun ta’ EUR 100 ghal kull tunellata ta’ dijossidu tal-karbonju ekwivalenti mitfugħa u li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali ta’ emissjonijiet żejda ma teħlisx lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti ekwivalenti ghal dawk l-emissjonijiet żejda meta dan ikun qed iċedi l-kwoti relattivi għas-sena ta’ wara.

▼M4

4.  
Il-penali dwar l-emissjonijiet żejda relatati mal-kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom jiżdiedu konformement mal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur.

▼M2

5.  
Fil-każ li operatur tal-inġenji tal-ajru jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u fejn miżuri ta’ infurzar oħra ma żgurawx il-konformità, l-Istat Membru amministrattiv tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.
6.  

Kwalunkwe talba minn Stat Membru amministrattiv taħt il-paragrafu 5 għandha tinkludi:

(a) 

evidenza li l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma kkonformax mal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;

(b) 

dettalji tal-azzjoni ta’ infurzar li ttieħdet minn dak l-Istat Membru;

(ċ) 

ġustifikazzjoni għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell ►M9  ta' Unjoni ◄ ; u

(d) 

rakkomandazzjoni għall-ambitu ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell ►M9  ta' Unjoni ◄ u kwalunkwe kondizzjoni li għandha tiġi applikata.

7.  
Meta talbiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 huma indirizzati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) skond ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat.
8.  
L-adozzjoni ta’ deċiżjoniji wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5 għandha tiġi preċeduta, fejn xieraq u prattikabbli, minn konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat. Kull meta jkun possibbli, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.
9.  
Meta l-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra jekk tadottax deċiżjoni wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5, hija għandha tiżvela lill-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li jifformaw il-bażi għal tali deċiżjoni. L-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data ta’ żvelar.
10.  
Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, skond ►M9  il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ◄ , taddotta deċiżjoni li timponi projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.
11.  
Kull Stat Membru għandu jinforza, fit-territorju tiegħu, kwalunkwe deċiżjoni addottata skond il-paragrafu 10. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda għall-implimentazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet.

▼M9

12.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).

▼M1

Artikolu 17

L-aċċess għall-informazzjoni

Id-Deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ proġetti fejn Stat Membru jipparteċipa jew jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw, u r-rapporti dwar l-emissjonijiet meħtieġa fil-permess dwar l-emissjoni ta’ gass serra u li jinżamm mill-awtorità kompetenti, għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku skond id-Direttiva 2003/4/KE.

▼B

Artikolu 18

L-awtorità kompetenti

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi xieraq, inkluża n-nomina ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti xierqa, sabiex jimplimentaw ir-regoli ta’ din id-Direttiva. Meta jiġu nnominati awtorità kompetenti jew iktar, irid jiġi kkordinat ix-xogħol midħul għalih minn dawn l-awtoritajiet skond din id-Direttiva.

▼M1

L-Istati Membri għandhom b’mod partikulari jiżguraw li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-punt fokali tagħhom sabiex jiġu approvati attivitajiet ta’ proġetti skond l-Artikolu 6(1)(a) tal-Protokoll ta’ Kjoto u l-awtorità nazzjonali nominata tagħhom għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto rispettivament nominati skond deċiżjonijiet sussegwentement adottati taħt l-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.

▼M2

Artikolu 18a

Stat Membru Amministrattiv

1.  

L-Istat Membru amministrattiv fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun:

(a) 

fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru b’liċenzja operattiva valida maħruġa minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers ( 13 ), l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja operattiva fir-rigward ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u

(b) 

fil-każijiet kollha l-oħra, l-Istat Membru bl-akbar ammont ta’ emissjonijiet stmati u dovuti lill-avjazzjoni minn titjiriet mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru fis-sena ta’ bażi.

2.  
Meta fl-ewwel sentejn ta’ kwalunkwe perijodu msemmi fl-Artikolu 3c, l-ebda mill-emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni minn titjiriet imwettqin minn operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqa’ fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma huma attribwiti lill-Istat Membru amministrattiv tiegħu, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi trasferit lejn Stat Membru amministrattiv ieħor fir-rigward tal-perijodu li jmiss. L-Istat Membru amministrattiv il-ġdid għandu jkun l-Istat Membru bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati minn titjiriet imwettqin minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul l-ewwel sentejn tal-perijodu ta’ qabel.
3.  

Abbażi tal-aqwa informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha:

(a) 

qabel l-1 ta’ Frar 2009, tippubblika lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2006 li tispeċifika l-Istat Membru amministrattiv għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru skond il-paragrafu 1; u

(b) 

qabel l-1 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti, taġġorna l-lista biex tinkludi l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li sussegwentement wettqu attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I.

4.  
Il-Kummisjoni tista’, b’konformità ►M9  mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ◄ , tiżviluppa linji gwida marbuta mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt din id-Direttiva mill-Istati Membri amministrattivi.
5.  
Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, “sena ta’ bażi” tfisser, fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li beda jopera ►M9  fl-Unjoni ◄ wara l-1 ta’ Jannar 2006, l-ewwel sena kalendarja tal-operat, u fil-każijiet l-oħrajn kollha, is-sena kalendarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2006.

Artikolu 18b

Assistenza mill-Eurocontrol

Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħha skond l-Artikoli 3c(4) u 18a, il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza tal-Eurocontrol jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u tista’ tikkonkludi għal dak l-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet.

▼B

Artikolu 19

L-Uffiċċji tar-Reġistrazzjonijiet

▼M4

1.  

Kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2012 ‘il quddiem għandhom jinżammu fir-reġistru ►M9  tal-Unjoni ◄ għall-eżekuzzjoni ta’ proċessi relatati mal-ġestjoni ta’ kontijiet ta’ depożitu miftuħa fl-Istat Membru u l-allokazzjoni, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni ta’ kwoti konformement ►M9  mal-atti ◄ tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jwettaq l-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet awtorizzati konformement mal-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kyoto.

▼B

2.  
Kull persuna jista’ jkollha kwoti. L-uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jkun fih kontijiet separati sabiex jirreġistra l-kwoti miżmuma minn kull wieħed mill-persuni li lilhom jew minn għandhom joħorġu jew jiġu ttrasferiti l-kwoti.

▼M9

3.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula r-rekwiżiti kollha meħtieġa dwar ir-Reġistru tal-Unjoni għall-perijodu ta' skambju li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 u perijodi sussegwenti fil-forma ta' bażijiet ta' data elettroniċi standardizzati li jkun fihom elementi komuni ta' data biex jiġu traċċati l-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni, kif applikabbli, tal-kwoti u biex jiġu previsti l-aċċess pubbliku u l-kunfidenzjalità, kif adatt. Dawk l-atti delegati għandhom ukoll jinkludu dispożizzjonijiet biex isiru effettivi regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti fi ftehimiet biex jiġu konnessi s-sistemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet.

▼M4

4.  
►M9  L-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 3 għandu jkollu l-modalitajiet adatti li jippermettu li l-uffiċċju għar-reġistrazzjonijiet ►M9  tal-Unjoni ◄ jeffettwa tranżazzjonijiet u operazzjonijiet oħra għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 25(1b). Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll proċess għall-bidla u l-immaniġġjar tal-inċidenti għar-reġistru ►M9  tal-Unjoni ◄ f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għandu jinkludi wkoll il-modalitajiet adegwati għar-Reġistru ►M9  tal-Unjoni ◄ sabiex jiġi żgurat li jkunu possibbli inizjattivi tal-Istati Membri relatati mat-titjib tal-effiċjenza, l-immaniġġjar tal-infiq amministrattiv u l-miżuri tal-kontroll tal-kwalità.

▼B

Artikolu 20

L-Amminstratur Ċentrali

1.  
Il-Kummissjoni għandha tinnomina Amministratur Ċentrali sabiex iżomm reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet li jirreġistra l-ħruġ, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti.
2.  
L-Amministratur Ċentrali għandu jikkonduċi kontroll awtomatizzat fuq kull waħda mit-transazzjonijiet fl-uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet permezz ta’ reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet sabiex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità fil-ħruġ, it-rasferiment u l-kanċellazzjoni tal-konċessonijiet.
3.  
Jekk l-irregolaritajiet jiġu identifikati permezz tal-kontroll awtomatizzat, l-Amministratur Ċentrali għandu jgħarraf lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri interessati li ma għandhomx jirreġistraw it-transazzjonijiet fil-kwistjoni jew kull transazzjoni oħra li jkollha x’taqsam mal-kwoti sakemm jiġu riżolti l-irregolaritajiet.

Artikolu 21

Ir-rappurtaġġ mill-Istati Membri

1.  
Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. ►M4  Dan ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijet, l-applikazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ, il-verifika u l-akkreditament u l-kwistjonijiet relatati mal-konformità ma’ din id-Direttiva u t-trattament fiskali tal-kwoti, jekk ikun hemm minnhom. ◄ L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2005. ►M9  Ir-rapport għandu jitfassal fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew ta' deskrizzjoni ġenerali li l-Kummissjoni tkun adottat fil-forma ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). ◄ Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-ewwel rapport.
2.  
Fuq il-bażi tar-rapporti riferiti fil-paragrafu 1, il-Kummisjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

▼M4

3.  
Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jirrigwarda l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet ta’ allokazzjoni, l-użu tal-ERUs u s-CERs ►M9  fl-EU ETS ◄ , il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet, il-monitoraġġ, ir-rappurtaġġ, il-verifika, l-akkreditament, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-konformità ma’ din id-Direttiva.

▼M9

4.  
Kull tliet snin, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu wkoll jagħti attenzjoni partikolari lill-miżuri ekwivalenti adottati għal installazzjonijiet żgħar esklużi mill-EU ETS. Il-kwistjoni ta' miżuri ekwivalenti adottati għal installazzjonijiet żgħar għandha titqies ukoll fl-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 3.

▼M1

Artikolu 21a

L-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ żvilupp ta' kapaċità

Skond il-UNFCCC, il-Protokoll ta’ Kjoto u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti adottata għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jappoġġaw attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi fejn l-ekonomija tkun fi transizzjoni sabiex jgħinuhom jagħmlu użu sħiħ tal-JI u tal-CDM b’mod ta’ appoġġ ma’ l-istrateġiji tagħhom ta’ żvilupp sostenibbli u sabiex jiffaċilitaw it-tqabbid ta’ entitajiet fl-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ proġett ta’ JI u CDM.

▼M9

Artikolu 22

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda, fejn meħtieġ, l-Annessi ma' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Annessi I, IIa u IIb, fid-dawl tar-rapporti previsti fl-Artikolu 21 u tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Annessi IV u V jistgħu jiġu emendati sabiex jittejbu l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet.

▼M9

Artikolu 22a

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M9

Artikolu 23

L-eżerċitar tad-delega

1.  
Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 3d(3), 10(4), 10a(1) u (8), 10b(5), 19(3), l-Artikolu 22, l-Artikoli 24(3), 24a(1), 25a(1) u l-Artikolu 28c hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mit-8 ta' April 2018.
3.  
Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 3d(3), 10(4), 10a(1) u (8), 10b(5), 19(3), l-Artikolu 22, l-Artikoli 24(3), 24a(1), 25a(1) u l-Artikolu 28c tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.  
Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 16 ).
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikoli 3d(3), 10(4), 10a(1) u (8), 10b(5), 19(3), l-Artikolu 22, l-Artikoli 24(3), 24a(1), 25a(1) u l-Artikolu 28c għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M4

Artikolu 24

Proċeduri għall-inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet addizzjonali u gassijiet

▼M9

1.  
Mill-2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, skont din id-Direttiva, għall-attivitajiet u għall-gassijiet serra li mhumiex elenkati fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha rilevanti, speċjalment l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-EU ETS u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' rappurtar li tkun ippjanata, dment li l-inklużjoni ta' tali attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni, f'konformità mal-atti delegati li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta f'konformità mal-Artikolu 23.

▼M4

2.  
Meta tiġi approvata l-inklużjoni ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali, il-Kummissjoni tista’ fl-istess waqt tawtorizza l-ħruġ ta’ kwoti addizzjonali u tawtorizza Stati Membri oħrajn biex jinkludu attivitajiet u gassijiet addizzjonali.
3.  

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru, jistgħu jiġu adottati ►M9  atti ◄ dwar il-monitoraġġ ta’, u r-rappurtar dwar, emissjonijiet li jikkonċernaw attivitajiet, istallazzjonijiet u gassijiet serra li ma humiex elenkati fi grupp wieħed fl-Anness I, jekk dak il-monitoraġġ u rappurtar jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti.

▼M9

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva għal dan il-għan.

▼M4

Artikolu 24a

Regoli armonizzati għal proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet

▼M9

1.  

Minbarra l-inklużjonijiet previsti fl-Artikolu 24, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-ħruġ ta' kwoti jew krediti fir-rigward ta' proġetti amministrati minn Stati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li ma jkunux koperti mill-EU ETS.

Tali miżuri għandhom ikunu konsistenti mal-atti adottati skont dak li qabel kien l-Artikolu 11b(7) kif kien fis-seħħ qabel it-8 ta' April 2018. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-proċedura li għandha tiġi segwita.

▼M4

Kwalunkwe miżura bħal din ma għandhiex tirriżulta fl-għadd doppju ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet u lanqas timpedixxi l-impenn ta’ miżuri ta’ politika oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux koperti ►M9  bl-EU ETS ◄ . Għandhom jiġu adottati miżuri biss meta l-inklużjoni ma tkunx possibbli taħt l-Artikolu 24, u r-reviżjoni li jmiss ►M9  tal-EU ETS ◄ għandha tikkunsidra tarmonizza l-kopertura ta’ dawk l-emissjonijiet madwar ►M9  l-Unjoni ◄ kollha.

▼M9 —————

▼M4

3.  

Stat Membru jista’ jirrifjuta li joħroġ kwoti jew krediti fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fuq it-territorju tiegħu stess.

Dawn il-proġetti għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-ftehim tal-Istat Membru fejn jitwettaq il-proġett.

▼B

Artikolu 25

Ir-rabtiet ma’ skemi oħra ta’ skambju ta’ emissjoni tal-gassijiet serra

1.  
Għandhom jiġu konklużi ftehimijiet mal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness B rigward il-Protokoll ta’ Kyoto li jkunu rratifikaw il-protokoll sabiex jipprovdu għall-għarfien tal-kwoti bejn ►M9  l-EU ETS ◄ u skemi oħra ta’ l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra skond ir-regoli dikjarati fit-Trattat.

▼M4

1a.  
Jistgħu jsiru strumenti ta’ ftehim għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti bejn ►M9  l-EU ETS ◄ u sistemi mandatorji kompatibbli ta’ skambju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż ieħor jew entità subfederali jew reġjonali.
1b.  
Jistgħu jsiru arranġamenti mhux vinkolanti ma’ pajjiżi terzi jew ma’ entitajiet subfederali jew reġjonali li jipprovdu għal koordinament amministrattiv u tekniku relatat ma’ kwoti ►M9  fl-EU ETS ◄ jew sistemi obbligatorji ta’ skambju ta’ emissjonijiet li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti.

▼M9 —————

▼M2

Artikolu 25a

Miżuri ta’ pajjiżi terzi biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima

1.  
►M9  Fejn pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż terz li jinżlu fl-Unjoni, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat ma' dak il-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22a(1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tipprovdi għall-aħjar interazzjoni bejn l-EU ETS u l-miżuri ta' dak il-pajjiż.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-Anness I ma' din id-Direttiva biex ikun previst li titjiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex tkun prevista kull emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I, ħlief b'rabta mal-kamp ta' applikazzjoni, li huma meħtieġa minn ftehim konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. ◄

Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill emendi oħra għal din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 300(1) tat-Trattat biex tiftaħ negozjati bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat.

2.  
►M9  L-Unjoni ◄ u l-Istat Membri tagħha għandhom ikomplu jfittxu ftehim dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni. Fid-dawl ta’ tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex meħtieġa l-emendi għal din id-Direttiva kif tapplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.

▼B

Artikolu 26

L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/61/KE għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Meta l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-dinja minn stallazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinjia u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( *1 ) fejn tidħol attività mwettqa f’din l-istallazzjoni, il-permess ma għandux jinkludi valur tal-limitu ta’ l-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta’ dan il-gass għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġiż lokali sinifikanti.

Għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-emerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew emissjonijiet oħra li jitfgħu id-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit.

Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-permess kif appoprjat.

It-tliet sub-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għall-istallazzionijiet esklużi temporanjament mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni tal-gassijiet serra ġewa l-Komunità skond l-Artikolu 27 td-Direttiva 2003/87/KE.

▼M4

Artikolu 27

Esklużjoni ta’ istallazzjonijiet żgħar suġġetti għal miżuri ekwivalenti

1.  

Wara li jikkonsultaw lill-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, ►M9  mill-EU ETS ◄ , istallazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta’ anqas minn 25 000 tunnellata ekwivalenti ta’ dijossidju tal-karbonju u, meta jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, ikollhom kapaċità termika nominali ta’ anqas minn 35 MW, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f’kull waħda mit- 3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija f’punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-istallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ, qabel ma l-lista ta’ istallazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

(b) 

jikkonferma li hemm arranġamenti ta’ monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-istallazzjonijiet b’emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu anqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, taħt l-Artikolu 14;

(c) 

jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l- miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid ►M9  fl-EU ETS ◄ ;

(d) 

jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.

L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti.

2.  

Jekk, wara perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika għall-pubbliku biex jikkumenta, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien perjodu ieħor ta’ sitt xhur, l-esklużjoni għandha titqies bħala approvata.

Wara ċ-ċessjoni ta’ kwoti fir-rigward tal-perjodu li matulu l-istallazzjoni tkun imdaħħla ►M9  fl-EU ETS ◄ , l-istallazzjoni għandha tiġi eskluża u l-Istat Membru m’għandux joħroġ kwoti iżjed gratis għall-istallazzjoni taħt l-Artikolu 10a.

3.  

Meta istallazzjoni terġa’ tiddaħħal ►M9  fl-EU ETS ◄ taħt il-paragrafu 1(c), kwalunkwe kwoti maħruġa taħt l-Artikolu 10a għandhom jingħataw b’bidu fis-sena ta’ meta terġa tiddaħħal. Il-Kwoti maħruġa lil dawn l-istallazzjonijiet għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun se jiġi rkantat taħt l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun qiegħda l-istallazzjoni.

▼M9

Kwalunkwe tali installazzjoni għandha tibqa' fl-EU ETS għall-bqija tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 11(1) li matulu kienet iddaħħlet mill-ġdid fiha.

▼M4

4.  
Għall-istallazzjonijiet li ma kinux iddaħħlu ►M9  fl-EU ETS ◄ waqt il-perjodu mill-2008 sal-2012, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti simplifikati għall-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika, sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet fit-tliet snin li jiġu qabel in-notifika taħt il-paragrafu 1 punt (a).

▼M9

Artikolu 27a

L-esklużjoni fakultattiva ta' installazzjonijiet b'emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 tunnellata

1.  

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-EU ETS installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 tunnellata ta' ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, f'kull sena mit-tliet snin qabel in-notifika taħt il-punt (a), dment li l-Istat Membru kkonċernat:

(a) 

jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawk l-installazzjonijiet qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet skont l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata jew mhux aktar tard minn meta dik il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

(b) 

jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ simplifikati fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta' 2 500  tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja;

(c) 

jikkonferma li jekk kwalunkwe installazzjoni tkun is-sors ta' 2 500  tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja, l-installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS; u

(d) 

jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) disponibbli għall-pubbliku.

2.  
Meta installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe kwota allokata skont l-Artikolu 10a għandha tingħata b'effett mis-sena tad-dħul mill-ġdid. Il-kwoti allokati lil tali installazzjoni għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun ser jiġi rkantat skont l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-installazzjoni.
3.  
L-Istati Membri jistgħu wkoll jeskludu mill-EU ETS dawk l-unitajiet ta' riżerva jew ta' emerġenza li ma operawx iktar minn 300 siegħa fis-sena f'kull sena mit-tliet snin qabel in-notifika taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1, taħt l-istess kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

▼M4

Artikolu 28

Aġġustamenti applikabbli mal-approvazzjoni ►M9  mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima

1.  

Fi żmien tliet xhur wara li ►M9  l-Unjoni ◄ tiffirma ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li jwassal, sal-2020, għal livelli mandatorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqbżu l-20 % meta mqabbla mal-livelli fl-1990, kif rifless fl-impenn għal tnaqqis ta’ 30 % approvat mill-Kunsill Ewropej ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jevalwa, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:

(a) 

in-natura tal-miżuri miftiehma fil-qafas tan-negozjati internazzjonali kif ukoll l-impenji magħmula minn pajjiżi żviluppati oħra dwar tnaqqis tal-emissjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-UE u l-impenji magħmula minn pajjiżi bi żvilupp ekonomiku aktar avvanzat biex jikkontribwixxu b’mod xieraq abbażi tar-responsabilitajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom;

(b) 

l-implikazzjonijiet tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima u konsegwentement l-għażliet mitluba fil-livell ►M9  ta' Unjoni ◄ sabiex isir tqarrib għall-mira ta’ tnaqqis aktar ambizzjuża ta’ 30 % b’mod bilanċjat, trasparenti u ġust, waqt li jitqies ix-xogħol tal-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto;

(c) 

il-kompetittività tal-industriji ►M9  tal-Unjoni ◄ tal-manifattura fil-kuntest tar-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(d) 

l-impatt tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fuq setturi ekonomiċi ►M9  oħra tal-Unjoni ◄ ;

(e) 

l-impatt fuq il-qasam agrikolu ►M9  tal-Unjoni ◄ , inklużi r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(f) 

il-modalitajiet xierqa biex ikunu inklużi emissjonijiet u assorbimenti relatati ma’ użu tal-art, bdil fl-użu tal-art u forestrija ►M9  fl-Unjoni ◄ ;

(g) 

l-afforestazzjoni, il-forestazzjoni mill-ġdid, l-evitar tad-deforestazzjoni u tad- degradazzjoni tal-foresta f’pajjiżi terzi, f’każ li tiġi stabbilita xi sistema internazzjonali rikonoxxuta f’dan il-kuntest;

(h) 

il-ħtieġa li jiġu adottati aktar linji politiċi u miżuri ►M9  tal-Unjoni ◄ fid-dawl tal-impenji ►M9  tal-Unjoni ◄ u tal-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ gassijiet serra.

2.  

Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li temenda din id-Direttiva taħt il-paragrafu 1, bil-għan li d-Direttiva emendatorja tidħol fis-seħħ wara li l-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jiġi approvat ►M9  mill-Unjoni ◄ u fid-dawl tal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jrid jiġi implimentat taħt dak il-ftehim.

Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ effiċjenza ekonomika u ta’ effettività mill-att ta’ spejjeż, kif ukoll ta’ ekwità u ta’ solidarjetà fid-distribuzzjoni tal-impenji bejn l-Istati Membri.

3.  
Din il-proposta għandha tippermetti, jekk ikun il-każ, lill-operaturi li jużaw, addizzjonalment għall-krediti previsti f’din id-Direttiva, is-CERs, l-ERUs jew krediti oħra approvati minn pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.
4.  
Il-proposta għandha tinkludi wkoll, jekk ikun il-każ, kwalunkwe mizuri oħra meħtieġa biex jgħinu ħalli jintlaħaq it-tnaqqis obbligatorju konformement mal-paragrafu 1 b’mod trasparenti, bilanċjat u ġust u, partikolarment, miżuri ta’ implimentazzjoni li jipprovdu għall-użu ta’ tipi addizzjonali ta’ krediti ta’ proġetti minn operaturi ►M9  fl-EU ETS ◄ għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 11a jew l-użu minn operaturi bħal dawn jew mekkaniżmi oħra maħluqa konformement mal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, kif ikun meħtieġ mill-każ.
5.  
Għandha tinkludi il-miżuri tranżizzjonali u ta’ sospensjoni xierqa sa meta jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

▼C1

Artikolu 28a

▼M8

Derogi applikabbli minn qabel l-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO

▼M6

1.  

B'deroga mill-Artikoli 12(2a), 14(3) u l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet li huma sodisfatti u ma għandhomx jieħdu azzjoni kontra operaturi tal-inġenji tal-ajru fir-rigward ta':

▼M8

(a) 

l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn l-ajrudromi li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2023, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b;

(b) 

l-emissjonijiet kollha minn titjiriet bejn ajrudromu li jinsab f'reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u ajrudromu li jinsab f'reġjun ieħor taż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-31 ta' Jannar 2013 sal-1 ta' Diċembru 2023, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.

▼M8 —————

▼M6

Għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14, l-emissjonijiet ivverifikati minn titjiriet għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru.

▼M8

2.  
B'deroga mill-Artikoli 3e u 3f, operaturi tal-inġenji tal-ajru li jibbenefikaw mid-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinħarġilhom, kull sena, għadd ta' kwoti mingħajr ħlas imnaqqsa proporzjonalment skont it-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni tal-kwoti previst f'dawk il-punti.

B'deroga mill-Artikolu 3f(8), kwoti li mhumiex allokati mir-riżerva speċjali għandhom jiġu kkanċellati.

Mill-1 ta' Jannar 2021, l-għadd ta' kwoti allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.

Fir-rigward tal-attività fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2023, l-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta' Settembru 2018, jippubblikaw l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni allokati lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru.

▼M6

3.  
B'deroga mill-Artikolu 3d, l-Istati Membri għandhom jirkantaw għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni mnaqqsa proporzjonalment skont it-tnaqqis tal-għadd totali ta' kwoti maħruġa.

▼M8

4.  
B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2023 għandu jitnaqqas b'tali mod li jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni minn titjiriet li mhumiex soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼M6

5.  
B'deroga mill-Artikolu 3g, operaturi ta' inġenji tal-ajru m'għandhomx ikunu mitluba jressqu pjanijiet ta' monitoraġġ li jistabbilixxu miżuri għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet fir-rigward ta' titjiriet soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼M8

6.  
B'deroga mill-Artikoli 3 g, 12, 15 u 18a, fejn operatur tal-inġenji tal-ajru għandu t-total annwali ta' emissjonijiet inqas minn 25 000 tunnellata ta' CO2, jew fejn operatur tal-inġenji tal-ajru għandu t-total annwali ta' emissjonijiet inqas minn 3 000 tunnellata ta' CO2 minn titjiriet għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-emissjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu li huma emissjonijiet ivverifikati jekk jiġu ddeterminati bl-użu tal-għodda ta' emittenti żgħar approvata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 ( 17 ) u li hija popolata mill-Eurocontrol b'data mill-faċilità ta' appoġġ tagħha tal-ETS. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri simplifikati għal operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali sakemm tali proċeduri ma jipprovdux inqas preċiżjoni milli tipprovdi l-għodda ta' emittenti żgħar.
7.  
Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika għall-pajjiżi li magħhom intlaħaq ftehim skont l-Artikolu 25 jew 25a skont it-termini ta' dan il-ftehim biss.

▼M8 —————

▼M8

Artikolu 28b

Ir-rappurtar u r-reviżjoni mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq

1.  
Qabel l-1 ta' Jannar 2019 u regolarment wara, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fin-negozjati tal- ICAO biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li għandha tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021, b'mod partikolari fir-rigward ta': (i) l-istrumenti rilevanti tal-ICAO, inkluż l-Istandards u Prattiki Rakkomandati; (ii) rakkomandazzjonijiet tal-ICAO approvati mill-Kunsill rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq; (iii) l-istabbiliment ta' reġistru globali; (iv) miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi biex tiġi implimentata il-miżura globali bbażata fuq is-suq li għandha tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021;(v) l-implikazzjonijiet tar-riżervi minn pajjiżi terzi u (vi) żviluppi internazzjonali u strumenti applikabbli oħrajn li huma rilevanti.

F'konformità mar-rendikont globali tal-UNFCCC, il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar l-isforzi sabiex jinkiseb l-għan fit-tul mixtieq ta' tnaqqis ta' emissjonijiet tas-settur tal-avjazzjoni li sal-2050 l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu bin-nofs meta mqabbla mal-livelli tal-2005.

2.  
Fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni mill-ICAO tal-istrumenti rilevanti, u qabel ma l-miżura globali bbażata fuq is-suq issir operazzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha tikkunsidra modi biex dawk l-istrumenti jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha, f'dak ir-rapport, tikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw fir-rigward tat-titjiriet fiż-ŻEE, kif xieraq. Għandha teżamina wkoll l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali globali tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, inkluż l-ambizzjoni ġenerali tagħha fir-rigward tal-miri skont il-Ftehim ta' Pariġi, il-livell ta' parteċipazzjoni, l-infurzabbiltà tagħha, it-trasparenza, il-penali għan-nonkonformità, il-proċessi għall-input pubbliku, il-kwalità tal-krediti ta' kumpens, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri, ir-responsabbiltà kif ukoll ir-regoli dwar l-użu tal-bijofjuwils. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jqis jekk id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 28c(2) jeħtiġux li jiġu riveduti.
3.  
Il-Kummissjoni għandha mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu żżid proposta, fejn ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw, iħassru, jestendu jew jissostitwixxu d-derogi previsti fl-Artikolu 28a, li tkun konsistenti mal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni għall-2030 bl-għan li jiġu ppreservati l-effettività u l-integrità ambjentali tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni.

▼M9

Artikolu 28c

Dispożizzjonijiet għal monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-fini tal-miżura globali bbażata fuq is-suq

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika adegwati tal-emissjonijiet biex tiġi implimentata l-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq fir-rotot kollha koperti minnha. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-istrumenti rilevanti adottati fl-ICAO, għandhom jevitaw kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkunu konsistenti mal-prinċipji fl-atti msemmija fl-Artikolu 14(1), u għandhom jiżguraw li r-rapporti dwar l-emissjonijiet li jitressqu jkunu verifikati skont il-prinċipji u l-kriterji ta' verifika stabbiliti fl-Artikolu 15.

▼M4

Artikolu 29

Rapport biex jiżgura li s-suq tal-karbonju jiffunzjona aħjar

Jekk, fuq il-bażi tar-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni jkollha prova li s-suq tal-karbonju mhux qed jiffunzjona sewwa, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti li jkollhom l-objettiv li tiżdied it-trasparenza tas-suq tal-karbonju u miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu.

▼M4

Artikolu 29a

Miżuri f’każ li jkun hemm oxxillazzjonijiet kbar fil-prezzijiet

1.  
Jekk, għal aktar minn sitt xhur konsekuttivi, il-prezz tal-kwoti jkun aktar minn tliet darbiet il-prezz medju tal-kwoti fuq is-suq ►M9  tal-Unjoni ◄ tal-karbonju matul is-sentejn ta’ qabel, il-Kummissjoni għandha minnufih tlaqqa’ l-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.
2.  

Jekk l-evoluzzjoni tal-prezz msemmija fil-paragrafu 1 ma tikkorrispondix għar-regoli fundamentali tas-suq, tista’ tiġi adottati waħda mill-miżuri li ġejjin, filwaqt li jitqies il-grad tal-evoluzzjoni tal-prezz:

(a) 

Miżura li tippermetti lill-Istati Membri li jantiċipaw l-irkantar bħala parti minn kwantità li trid tiġi rkantata.

(b) 

Miżura li tippermetti lill-Istati Membri li jirkantaw sa 25 % tal-kwoti li jifdal fir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.

Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 23(4).

3.  
Kwalunkwe miżura għandha tqis kif xieraq ir-rapporti ppreżentati mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill taħt l-Artikolu 29, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mogħtija mill-Istati Membri.
4.  
L-arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stipulati ►M9  fl-atti ◄ msemmija fl-Artikolu 10(4).

▼M9

Artikolu 30

Reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-iżvilupp tas-swieq tal-karbonju f'ekonomiji ewlenin oħra

1.  
Din id-Direttiva għandha tinżamm taħt reviżjoni fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali u l-isforzi meħuda biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi.
2.  
Il-miżuri biex jiġu appoġġati ċerti industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu ikunu soġġetti għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju msemmija fl-Artikoli 10a u 10b għandhom ukoll jinżammu taħt reviżjoni fid-dawl tal-miżuri ta' politika dwar it-tibdil fil-klima f'ekonomiji ewlenin oħra. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll jekk il-miżuri marbuta mal-kumpens ta' spejjeż indiretti għandhomx jiġu armonizzati aktar.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest ta' kull rendikont globali miftiehem taħt il-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni fid-dawl tat-tnaqqis meħtieġ ta' gassijiet serra mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inkluż relattivament għall-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9. Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-emendar ta' din id-Direttiva fejn meħtieġ.
4.  
Qabel l-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta analiżi aġġornata tal-effetti, mhux derivati mis-CO2, tal-avjazzjoni, akkumpanjata, fejn adatt, minn proposta dwar kif jiġu indirizzati dawk l-effetti.



▼M2

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJO NIJIET FINALI

▼B

Artikolu 31

L-implimentazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Il-Kummisjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra bihom.

Artikolu 32

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 33

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M4




ANNESS I

KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA

1.

L-istallazzjonijiet jew il-partijiet tal-istallazzjonijiet użati għar-riċerka, l-iżvilupp u t-testjar ta’ prodotti u proċessi ġodda u istallazzjonijiet li jużaw biss il-bijomassa mhumiex koperti b’din id-Direttiva.

2.

Il-valuri tal-limitu minimu t’hawn taħt ġeneralment jirriferu għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew għall-produzzjoni. Meta diversi attivitajiet li jaqghu taht l-istess kategorija jithaddmu fl-istess istallazzjoni, il-kapacitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jinghaddu flimkien.

3.

Meta l-input termiku nominali totali ta’ istallazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk tiddaħħalx ►M9  fl-EU ETS ◄ , l-inputs termiċi nominali tal-junits tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu karburanti fi ħdan l-istallazzjoni, jingħaddu flimkien. Dawn il-junits jistgħu jinkludu kull tip ta’ bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, impjanti nixxiefa (dryers), magni, ċelluli tal-karburanti, junits tal-kombustjoni “chemical looping”, torċi (flares), u impjanti termiċi jew katalitiċi tal-post-kombustjoni. Junits b’input termiku nominali taħt it-3 MW u junits li jużaw biss il-bijomassa ma jitqisux għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu. “Junits li jużaw biss il-bijomassa” jinkludu impjanti li jużaw il-karburanti fossili meta jitqabbdu jew meta jintfew biss.

4.

Jekk unità taqdi attività li għaliha l-limitu minimu mhux espress bħala input termiku nominali totali, il-limitu minimu ta’ din l-attività għandu jieħu preċedenza għad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ►M9  fl-EU ETS ◄ .

5.

Meta l-limitu minimu ta’ kapacita ta’ kull attivita f’dan l-Anness jinstab li jkun inqabeż f’xi istallazzjoni, il-junits kollha li fihom jinħaraq karburanti, ħlief għall-impjanti għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż jew muniċipali, għandhom jiddaħħlu fil-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra.

6.

Mill-1 ta’ Jannar 2012 it-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajruport sitwat fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għandu jkun inkluż.



Attività

Il-gassijiet serra

Kombustjoni ta’ karburanti f’istallazzjonijiet b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW (minbarra istallazzjonijiet għat-trattament ta’ skart perikoluż jew muniċipali)

Dijossidu tal-karbonju

Irfinar ta’ żejt minerali

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-kokk

Dijossidu tal-karbonju

L-istallazzjonijiet tal-minerali tal-metalli (inkluż il-metall sulfid), tal-ħami jew tas-sinterizzazzjoni inkluż il-“pelletisation”

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-ħadid mhux maħdum jew tal-azzar (fissjoni primarja jew sekondarja) inkluż il-għoti tal-forma bla waqfien, b’kapaċità li taqbeż it-2,5 tunnellati metriċi fis-siegħa.

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli tal-ħadid (inklużi liegi tal-ħadid) meta jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW. L-ipproċessar, fost l-oħrajn, jinkludi rombli għall-manifattura tal-pjanċi, re-heaters, fran għat-trattament bis-sħana (annealing), impjanti tax-xogħol tal-ħadid, fonderiji, kisi u bbanjar bl-aċtu.

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni ta’ aluminju primarju.

Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni

Produzzjoni tal-aluminju sekondarju fejn jitħaddmu l-unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ mettali mhux tal-ħadid, inkluża l-produzzjoni tal-liegi, r-raffinar, l-iffundar, eċċ., fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata (inklużi karburanti użati bħala aġenti ta’ tnaqqis) li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-klinker tas-siment fi fran li jduru b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-500 tunnellata kuljum jew fi fran oħra b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ ġir jew ta’ kalċinazzjoni tad-dolomit jew tal-manjeżit fi fran li jduru jew fi fran oħra b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura tal-ħġieġ inkluż fibra tal-ħġieġ b’kapaċità li tinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika bin-nar, partikolarment madum tas-soqfa, bricks, bricks li jirreżistu s-sħana, madum, oġġetti tal-ġebel jew tal-porċellana, b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-75 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ materjal ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali bl-użu tal-ħġieġ, tal-blat jew tal-gagazza b’kapaċità li jinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Tnixxif jew kalċinazzjoni tal-ġipsum jew għall-produzzjoni tal-folji tal-ġibs u prodotti oħra tal-ġibs, fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità totali ta’ termika kkalkolata ta’ 20 MW

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni ta’ polpa mill-injam u materjali oħra fibrużi

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-karta jew tal-kartun b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-iswed tal-karbonju (carbon black) li tinvolvi l-karbonizzazzjoni ta’ sustanzi organiċi bħalma huma żjut, qatran, kraker (cracker) u residwi tad-distillazzjoni fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-aċidu nitriku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu adipiku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu glijossiku u glijossiliku (glyoxal u glyoxilic)

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-ammonja

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi kbar permezz tal-cracking, l-iffurmar mill-ġdid, l-ossidazzjoni parzjali jew sħiħa jew permezz ta’ proċessi simili b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-100 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-idroġenu (H2) u gass sintetiku bl-iffurmar mill-ġdid jew l-ossidazzjoni parzjali b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż l-25 tunnellata kuljum.

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-irmied tas-soda (Na2CO3) u l-bikarbonat tas-sodju (NaHCO3)

Dijossidu tal-karbonju

Ġabra ta’ gassijiet serra minn istallazzjonijiet koperta minn din id-Direttiva għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

Trasport ta’ gassijiet serra permezz ta’ linji ta’ pajpijiet għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

Ħażna ġeoloġika ta’ gassijiet serra f’sit ta’ ħażna permezz taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

L-avjazzjoni
Titjiriet li jitilqu minn jew li jaslu f’ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat.
Din l-attività m’għandhiex tinkludi:
(a)  titjiriet imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Re jew Reġina renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ pajjiż li mhux Stat Membru, fejn dan jiġi ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus tar-rotta tal-ajru;
(b)  titjiriet militari mwettqin minn inġenji tal-ajru militari u titjiriet tad-dwana u talpulizija;
(c)  titjiriet relatati mat-tfittxija u s-salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizz mediku ta’ emerġenza awtorizzati mill-awtorità kompetenti xierqa;
(d)  kwalunkwe titjira mwettqa esklussivament konformement mar-regoli viżwali tat-titjiriet kif definiti fl-Anness 2 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;
(e)  titjiriet li jispiċċaw fl-ajrudrom minn fejn telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma sar l-ebda nżul intermedjarju;
(f)  titjiriet ta’ taħriġ imwettqin esklussivament bl-iskop ta’ ksib ta’ liċenzja, jew ta’ klassifikazzjoni fil-każ tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-pilota ta’ inġenju tal-ajru fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ nota adegwata fil-pjan tar-rotta bil-kondizzjoni li t-titjira ma tkunx qed isservi għat-trasport tal-passiġġieri u/jew tmerkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasport tal-inġenju tal-ajru innifsu;
(g)  titjiriet imwettqin esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika jew tal-iċċekkjar, l-ittestjar jew għaċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tat-tagħmir kemm jekk jinsab fl-ajru kif ukoll ibbażat fuq l-art;
(h)  titjiriet imwettqin minn inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata għat-tluq ta’ anqas minn 5 700  kg;
(i)  titjiriet imwettqin fil-qafas tal-obbligi tas-servizz pubbliku impost konformement mar-Regolament (KEE) 2408/92 fuq rotot fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod kif definiti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fuq rotot fejn il-kapaċità offruta ma’ taqbiżx it-30 000 post fis-sena;
(j)  titjiriet li, ħlief għal dan il-punt, jaqgħu fl-ambitu ta’ din l-attività, li twettqu minn operatur tat-trasport tal-ajru kummerċjali li jopera jew:

— anqas minn 243 titjira għal kull perijodu għal tliet perijodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur; jew

— titjiriet b’emissjonijiet totali annwali ta’ anqas minn 10 000 tunellata fis-sena.


It-titjiriet imsemmija fil-punti (l) u (m) jew imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Rejiet jew Reġini renjanti u l-familja immedjata tagħhom, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu esklużi taħt dan il-punt; ►M11  
(k)  mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2030, titjiriet li, ħlief għal dan il-punt, jaqgħu fi ħdan din l-attività, imwettqa minn operatur tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali li jopera titjiriet b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 1 000 tunnellata fis-sena (inkluż emissjonijiet minn titjiriet imsemmija fil-punti (l) u (m));  ◄
►M10  (l)  titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fl-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE; ◄ ►M11  
(m)  titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fir-Renju Unit lejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE.  ◄

Dijossidu tal-karbonju

▼B




ANNESS II

IL-GASSIJIET SERRA DINJIA RIFERITI FL-ARTIKOLI 3 U 30

Id-Dijossidu tal-karbonju (CO2)

Il-Metan (CH4)

L-Ossidu nitriku (N2O)

L-Idrofluworokarboni (HFCs)

Il-Perfluworokarboni (PFCs)

L-Essafluworur tal-kubrit (SF6)

▼M4




ANNESS IIa

Żidiet fil-perċentwali ta’ kwoti li jistgħu jinbiegħu bl-irkant mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 10(2)(a), għall-finijiet tas-solidarjetà u t-tkabbir Komunitarju, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u għall-adattament għall-effetti tal-bidla fil-klima



 

Sehem tal-Istat Membru

▼M9 —————

▼M4

Il-Bulgarija

53 %

Ir-Repubblika Ċeka

31 %

L-Estonja

42 %

Il-Greċja

17 %

Spanja

13 %

▼A1

Il-Kroazja

26 %

▼M9 —————

▼M4

Ċipru

20 %

Il-Latvja

56 %

Il-Litwanja

46 %

▼M9 —————

▼M4

L-Ungerija

28 %

Malta

23 %

Il-Polonja

39 %

Il-Portugall

16 %

Ir-Rumanija

53 %

Is-Slovenja

20 %

Is-Slovakkja

41 %

▼M9 —————

▼M9




ANNESS IIb

DISTRIBUZZJONI TA' FONDI MILL-FOND GĦALL-MODERNIZZAZZJONI SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2030



 

Sehem mill-Fond għall-Modernizzazzjoni

Il-Bulgarija

5,84 %

Ir-Repubblika Ċeka

15,59 %

L-Estonja

2,78 %

Il-Kroazja

3,14 %

Il-Latvja

1,44 %

Il-Litwanja

2,57 %

L-Ungerija

7,12 %

Il-Polonja

43,41 %

Ir-Rumanija

11,98 %

Is-Slovakkja

6,13 %

▼M4 —————

▼B




ANNESS IV

IL-PRINĊIPJI GĦALL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAĠĠ RIFERITI FL-ARTIKOLU 14(1)

▼M2

PARTI A –   Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji

▼B

Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet tad-dijossisdu tal-karbonju

L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati jew bil-kalkolu jew fuq il-bażi tal-kejl.

Il-kalkolu

Il-kalkoli ta' l-emissjonijiet għandhom jitwettqu bl-użu tal-formola:

L-informazzjoni dwar l-attività × il-Fattur ta' l-emissjoni × il-Fattur ta' l-ossidazzjoni

L-informazzjoni dwar l-attività (il-karburant użat, ir-rata tal-produzzjoni, eċċ) għandhom jiġu mmonitorjati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar il-provvista jew tal-kejl.

Għandhom jintużaw fatturi aċċettati ta' l-emissjonijiet. Huma aċċettabbli l-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet rigward il-karburanti kollha. Huma aċċettabbli l-fatturi tan-nuqqas għall-karburanti kollha minbarra dawk mhux kummerċjali (karburanti ta' l-iskart bħalma huma t-tyres u l-gassijiet tal-proċessi industrijali). Nuqqasijiet li huma speċifiċi għas-saff rigward il-faħam, u nuqqasijiet speċifiċi għall-UE jew speċifiċi għall-pajjiż rigward il-produttur għall-gass naturali għandhom jiġu elaborati iktar. Il-valuri IPCC tan-nuqqas huma aċċettabbli għall-prodotti tar-raffineriji. Il-valur ta' l-emissjonijiet għall-bijomassa għandu jkun żero.

Jekk il-fattur ta' l-emissjonijiet ma jqisx il-fatt illi wħud mill-karbonji ma jkunux ossidizzati, allura għandu jintuża fattiu addizzjonali għall-ossidazzjoni. Jekk il-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet ikunu ġew ikkalkolati u diġà jieħdu l-ossidazzjoni f'konsiderazzjoni, allura l-fattur ta' l-ossidazzjoni ma għandux għalfejn jiġi applikat.

Għandhom jintużaw il-fatturi tan-nuqqas rigward l-ossidazzjoni żviluppati skond id-Direttiva 96/61/KE, għajr jekk l-operatur jista' juri illi l-fatturi speċifiċi għall-attività huma iktar eżatti.

Għandu jsir kalkolu separat għal kull attività, stallazzjoni u għal kull karburant.

Il-kejl

Il-kejl ta' l-emissjonijiet għandu juża metodi standardizzati jew aċċettati, u għandhom jiġu kkorroborati minn kalkolu ta' appoġġ ta' l-emissjonijiet.

Il-monitoraġġ ta' l-emissonijiet ta' gassijiet oħra tas-serra.

▼M9

Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew metodi aċċettati, żviluppati mill-Kummissjoni b'kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, u adottati skont l-Artikolu 14(1).

▼B

Ir-Rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet

Kull wieħed mill-operaturi għandu jinkludi t-tagħrif li ġej fir-rapport dwar stallazzjoni:

A. 

L-informazzjoni dwar l-istallazzjoni, li tinkludi:

— 
L-isem ta' l-istallazzjoni;
— 
L-indirizz tagħha, inklużi l-kodiċi postali u l-pajjiż;
— 
It-tip u n-numru ta' l-attivitajiet ta' l-Anness I imwettqa fl-istallazzjoni;
— 
L-indirizz, u d-dettalji dwar it-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna tal-kuntatt; u
— 
L-isem tas-sid ta' l-istallazzjoni, u tal-kumpanija prinċipali.
B. 

Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu kkalkolati l-emissjonjiet:

— 
L-informazzjoni dwar l-attività;
— 
Il-fatturi ta' l-emissjoni;
— 
Il-fatturi ta' l-ossidazzjoni;
— 
L-emissjonijiet totali; u
— 
L-inċertezza.
Ċ. 

Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu mkejla l-emissjonjiet:

— 
L-emissjonjiet totali;
— 
It-tagħrif dwar il-fiduċja tal-metodi tal-kejl; u
— 
L-inċertezza.
D. 

Għall-emissjonijiet mill-kombustjoni, ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-fattur ta' l-ossidazzjoni, għajr jekk l-ossidazzjoni tkun diġà tqieset fl-iżvilupp ta' fattur speċifiku għall-attività ta' l-emissjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkordinaw il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ma' kull ħtieġa eżistenti tar-rappurtaġġ sabiex jimminimizaw it-toqol tar-rappurtaġġ fuq in-negozji.

▼M2

PARTI B –   Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju

L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ kalkolu. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-formola:

Konsum tal-karburant × fattur ta’ emissjoni

Il-konsum tal-karburant għandu jinkludi l-karburant ikkunsmat mill-ġeneratur awżiljarju. Il-konsum attwali tal-karburant għal kull titjira għandu jintuża kull fejn hu possibbli u għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formola:

Ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira – ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru wara li jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira sussegwenti + mili tal-karburant għal dik it-titjira sussegwenti.

Jekk id-data tal-konsum attwali tal-karburant ma tkunx disponibbli, għandu jintuża metodu standardizzat imqassam f’livelli għall-istima tad-data tal-konsum tal-karburant ibbażat fuq l-aqwa informazzjoni disponibbli.

Għandhom jintużaw il-fatturi ta’ bażi għall-emissjonijiet IPCC, meħudin mil-Linji Gwida tal-Inventarju tal-IPCC 2006 jew minn aġġornamenti sussegwenti ta’ dawn il-Linji Gwida, sakemm ma jkunux aktar preċiżi l-fatturi għall-emissjonijiet marbutin speċifikament mal-attività li waslu għalihom laboratorji indipendenti akkreditati permezz ta’ metodi ta’ analiżi aċċettati. Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa għandu jkun żero.

Għandu jsir kalkolu separat għal kull titjira u għal kull karburant.

Ir-rappurtaġġ tal-emissjonijiet

Taħt l-Artikolu 14(3) kull operatur tal-inġenji tal-ajru, fir-rapport tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

A. 

Data li tiddentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:

— 
l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— 
l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,
— 
l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,
— 
in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw minnu fil-perijodu kopert bir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
— 
in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
— 
l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u
— 
l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.
B. 

Għal kull tip ta’ karburant li għalih jiġu kkalkulati l-emissjonijiet:

— 
il-konsum tal-karburant,
— 
il-fattur tal-emissjoni,
— 
l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— 
l-emissjonijiet aggregati minn:
— 
it-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajruu li telqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u li waslu f’ajruport li jinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru,
— 
titjiriet kollha oħrajn li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— 
l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu’ fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru u li:
— 
telqu minn kull Stat Membru, u
— 
waslu f’kull Stat Membru minn pajjiż terz,
— 
l-inċertezza.

Il-monitoraġġ tad-data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f

Għall-fini tal-applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ kwoti skond l-Artikolu 3e(1) jew l-Artikolu 3f(2), l-ammont tal-attività tal-avjazzjoni għandu jiġi kkalkulat f’tunnellati-kilometru permezz tal-formola li ġejja:

tunnellati-kilometru = distanza x tagħbija li tinġarr bi ħlas

fejn:

“distanza” tfisser id-distanza fiċ-ċirku kbir bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla b’żieda ta’ fattur fiss addizzjonali ta’ 95 km; u

“tagħbija li tinġarr bi ħlas” tfisser il-massa totali tal-merkanzija, il-posta u l-passiġġieri li nġarru.

Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija li tinġarr bi ħlas:

— 
in-numru tal-passiġġieri għandu jkun in-numru ta’ persuni abbord esklużi l-membri tal-ekwipaġġ,
— 
operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jagħżel li japplika jew il-massa attwali jew standard għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati li jinsabu fil-massa tiegħu u d-dokumentazzjoni bilanċarja għat-titjiriet rilevanti jew valur ta’ bażi ta’ 100 kg għal kull passiġġier u l-bagalji rreġistrati tiegħu.

Ir-rappurtaġġ ta’ data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 3e(1) jew Artikolu 3f(2):

A. 

Data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:

— 
l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— 
l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,
— 
l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,
— 
in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw matul is-sena koperta bl-applikazzjoni għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I,
— 
in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
— 
l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u
— 
l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.
B. 

Data f’tunnellati-kilometru:

— 
in-numru ta’ titjiriet għal kull par ta’ ajrudromi,
— 
in-numru ta’ passiġġieri-kilometri għall kull par ta’ ajrudromi,
— 
in-numru ta’ tunnellati-kilometru skond il-pari ta’ ajrudrom,
— 
il-metodu magħżul biex tiġi kkalkulata l-massa għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati,
— 
in-numru totali ta’ tunnellati-kilometru għat-titjiriet kollha li twettqu matul is-sena relatati mar-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I u li twettqu mill-operatur tal-inġenji tal-ajru.

▼B




ANNESS V

IL-KRITERJI GĦALL-VERIFIKA RIFERITI FL-ARIKOLU 15

▼M2

PARTI A –   Il-verifika tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji

▼B

Il-Prinċipji ġenerali

1. L-emissjonijiet minn kull waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu bla ħsara għal verifika.

2. Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi l-konsiderazzjoni tar-rapport skond l-Artikolu 14(3) u tal-monitoraġġ matul is-sena ta’ qabel. Għandu jindirizza l-fiduċja, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-informazzjoni u t-tagħrif irrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod partikolari:

(a) 

l-informazzjoni dwar l-attività rrappurtata u l-kejlijiet u l-kalkoli rrelatati;

(b) 

il-għażla u l-użu tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet;

(ċ) 

il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali; u

(d) 

jekk jintuża l-kejl, l-approprjatezza tal-għażla u l-użu tal-metodi tal-kejl.

3. L-emissjonijiet irrappurtati jistgħu jiġu vvalidati biss jekk l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ fiduċja u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b’livell għoli ta’ ċertezza. Livell għoli ta’ ċertezza jeħtieġ li l-operatur juri illi:

(a) 

l-informazzjoni rrappurtata tkun ħielsa mill-inkonsistenzi;

(b) 

il-kollezzjoni ta’ l-informazzjoni tkun twettqet skond l-i standards xjentifiċi li japplikaw; u

(ċ) 

ir-registri rilevanti ta’ l-istallazzjoni jkunu kompleti u konsistenti.

4. Il-verifikatur għandu jingħata aċċess għas-siti kollha u t-tagħrif fejn jidħol is-suġġett tal-verifika.

5. Il-verifikatur għandu jqis jekk l-istallazzjoni tkunx irreġistrata skond l-iskema Komunitarja ta’ l-eko-ġestjoni u l-verifika (EMAS).

Il-metodoloġija

L-analiżi strateġiku

6. Il-verifika għandha tkun imsejsa fuq analiżi strateġiku dwar l-attivitajiet kollha mwettqa fl-istallazzjoni. Dan ifisser illi l-verifikatur ikollu veduta ġenerali ta’ l-attivitajiet kollhau s-sinifikat tagħhom għall-emissjonijiet.

L-analiżi tal-proċess

7. Il-verifika tat-tagħrif issottomess għandha, meta xieraq, titwettaq fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni. Il-verifikatur għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jistabbilixxi l-fiduċja ta’ l-informazzjoni u tat-tagħrif irrappurtati.

L-anliżi tar-riskju

8. Il-verifikatur għandu jissottometti s-sorsi kollha ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni għal valutazzjoni rigward il-fiduċja ta’ l-informazzjoni dwar kull sors li jikkontribwixxi għall-emissjonijiet ġenerali ta’ l-istallazzjoni.

9. Fuq il-bażi ta’ dan l-analiżi, il-verifikatur għandu jidentifika b’mod espliċitu dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti l-oħra tal-proċedura tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ li x’aktarx jikkontribwixxu għall-iżbalji meta jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali. Dan jinvolvi b’mod speċjali l-għażla tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet u l-kalkoli meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-livell ta’ l-emissjonijiet minn sorsi individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti msemmija hawn fuq dwar il-proċedura tal-monitoraġġ.

10. Il-verifikatur għandu jieħu f’konsiderazzjoni kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-operatur bil-ħsieb li jiġi mminimizzat il-grad ta’ l-inċertezza.

Ir-rapport

11. Il-veifikatur għandu jħejji rapport dwar il-proċess tal-validazzjoni fejn jiddikjara jekk ikunx sodisfaċenti r-rapport skond l-Artikolu 14(3). Dan ir-rapport għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għax-xogħol imwettaq. Tista’ ssir dikjarazzjoni illi r-rapport skond l-Artikolu 14(3) huwa sodisfaċenti jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, l-emissjonijiet ma jkunux iddikjarati ħażin materjalment.

Il-ħtiġiet tal-kompetenza minima għall-verifikatur

12. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-operatur, iwettaq l-attivitajiet tiegħu f’manjiera soda u professjonalment oġġettiva, u jifhem:

(a) 

id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kif ukoll ta’ l-i standards rilevanti u l-gwida adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(1);

(b) 

il-ħtiġiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu vverifikati; u

(ċ) 

il-ġenerazzjoni tat-tagħrif kollu li għandu x’jaqsam ma’ kull wieħed mis-sorsi ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni, b’mod partikolari, fejn jidħlu l-ġbir, il-kejl, il-kalkolu u r-rappurtaġġ ta’ l-informazzjoni.

▼M2

PARTI B –   Il-verifika tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni

13. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet minn titjiriet li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.

Għal dan il-għan:

(a) 

fil-paragrafu 3, ir-referenza għal operatur għandha tinftiehem bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru, u fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu r-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li ntuża għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;

(b) 

fil-paragrafu 5, ir-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(c) 

fil-paragrafu 6, ir-referenza għal attivitajiet imwettqin fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport u mwettqin mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(d) 

fil-paragrafu 7, ir-referenza għas-sit tal-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għas-siti użati mill-operatur tal-inġenji tal-ajru għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;

(e) 

fil-paragrafi 8 u 9 r-referenzi għas-sorsi tal-emissjonijiet fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li għalih huwa responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u

(f) 

fil-paragrafi 10 u 12 ir-referenzi għal operatur għandhom jinftiehmu bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru.

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijet tal-avjazzjoni

14. Il-verifikatur b’mod partikolari għandu jaċċerta li:

(a) 

it-titjiriet kollha li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I ittieħdu f’konsiderazzjoni. F’din il-ħidma il-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar l-iskedi ta’ żmien u ta’ data oħra dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża d-data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur;

(b) 

hemm konsistenza ġenerali bejn id-data dwar il-konsum aggregat tal-karburant u d-data dwar il-karburant mixtri jew inkella fornut lill-inġenju tal-ajru li jwettaq l-attività tal-avjazzjoni.

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru ppreżentata għall-finijiet tal-Artikoli 3e u 3f

15. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet skond l-Artikolu 14(3) stabbiliti f’dan l-Anness għandhom, fejn applikabbli, japplikaw ukoll b’mod korrispondenti għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru tal-avjazzjoni.

16. Il-verifikatur għandu b’mod partikolari jiżgura li dawk it-titjiriet biss li verament twettqu u li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I li għaliha hu responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru ttieħdu f’konsiderazzjoni fl-applikazzjoni ta’ dak l-operatur skond l-Artikoli 3e(1) u 3f(2). F’din il-ħidma l-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur. Minbarra dan, il-verifikatur għandu jiżgura li t-tagħbija li tinġarr bi ħlas irrappurtat mill-operatur tikkorrispondi għar-reġistri dwar it-tagħbija li tinġarr bi ħlasb miżmuma minn dak l-operatur għall-finijiet ta’ sikurezza.



( 1 ) Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

( 2 ) Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).

( 3 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta' April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

( 4 ) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id- Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

( 5 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta' proġetti kummerċjali ta' dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, f'kundizzjonijiet ta' sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fl- ambitu tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l- Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39).

( 6 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/746/UE tas-27 ta' Ottubru 2014 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2015 sal-2019 (ĠU L 308, 29.10.2014, p. 114).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).

( 9 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 10 ) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

( 11 ) ĠU L 140, 5.6.2009, 114

( 12 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 10).

( 13 ) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

( 14 ) Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rappurtar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

( 15 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 16 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( *1 ) ĠU L 275, tal-25.10.2003, pġ. 32.”

( 17 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 tad- 9 ta' Lulju 2010 dwar l-approvazzjoni ta' għodda simplifikata żviluppata mill-organizzazzjoni Ewropea għas-sigurtà tan-navigazzjoni bl-ajru (Eurocontrol) sabiex tistima l-konsum tal-fjuwil ta' ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru b'emissjonijiet baxxi (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 25).