01999L0031 — MT — 04.07.2018 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 1999/31/KE

tas-26 ta' April ta' l-1999

dwar ir-rimi ta' skart ►C1  f'landfill ◄

(ĠU L 182 16.7.1999, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

 M2

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/97/UE tal-5 ta’ Diċembru 2011

  L 328

49

10.12.2011

►M4

DIRETTIVA (UE) 2018/850 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-30 ta’ Mejju 2018

  L 150

100

14.6.2018


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 091, 9.4.2018, p.  30 (1999/31/KE)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 1999/31/KE

tas-26 ta' April ta' l-1999

dwar ir-rimi ta' skart ►C1  f'landfill ◄



Artikolu 1

Għan ġenerali

▼M4

1.  Bil-għan li tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tal-Unjoni għal ekonomija ċirkolari u li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 12 tagħha, l-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tiżgura tnaqqis progressiv tar-rimi tal-iskart f’landfills, b’mod partikolari tal-iskart li huwa adattat għar-riċiklaġġ jew għal xi tip ta’ rkupru ieħor, u, permezz ta’ rekwiżiti tekniċi u operattivi stretti dwar l-iskart u r-rimi f’landfills, li tipprevedi miżuri, proċeduri u gwida biex jiġu evitati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ambjent, b’mod partikolari t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, l-ilma tal-pjan, il-ħamrija u l-arja, u fuq l-ambjent globali, inkluż l-effett serra, kif ukoll kwalunkwe riskju sussegwenti għas-saħħa tal-bniedem, mir-rimi tal-iskart f’landfills, tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-landfill.

▼B

2.  Għal dak li huma l-karatteristiċi tekniċi ta' ►C1  landfill ◄ , din id-Direttiva fiha, għal dawk ►C1  il-landfills ◄ li għalihom tapplika d-Direttiva 96/61/KE, il-ħtiġijiet tekniċi rilevanti sabiex telabora f'termini konkreti l-ħtiġijiet ġenerali ta' dik id-Direttiva. Il-ħtiġijiet rilevanti tad-Direttiva 96/61/KE jridu jiġu meqjusa biex jiġu milħuqa jekk il-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva huma mħarsa.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

▼M4

(a) għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “skart perikoluż”, “skart mhux perikoluż”, “skart muniċipali”, “produttur tal-iskart”, “detentur tal-iskart”, “maniġġar tal-iskart”, “ġbir separat”, “irkupru”, “preparazzjoni għal użu mill-ġdid”, “riċiklaġġ” u “rimi” stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

▼M4 —————

▼B

(e) “skart inerti” ifisser skart li ma jkunx soġġett għal xi trasformazzjoni sinifikanti fisika, kimika jew bijoloġika. Skart inerti ma jdubx, ma jinħaraqx jew inkella ma jirreaġixxix fiżikament jew kimikament, ma jkunx bijodegradabbli jew jaffetwa ħażin materjal ieħor li jiġi f'kuntatt miegħu b'mod li x'aktarx joħloq tniġġiż lill-ambjent jew jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem. L-estrazzjoni bl-ilma totali u kontenut ta' tniġġiż ta' l-iskart u l-ekotossiċiá ta' l-estrazzjoni bl-ilma trid tkun insinifikanti, u partikolarment ma ġġibx fil-periklu l-kwalitá ta' l-ilma tal-wiċċ u/jew l-ilma tal-qiegħ;

(f) “ħażna taħt l-art” tfisser faċilitá ta' ħażna ta' skart permanenti f'kavitá ġeoloġika fonda bħal miniera tal-melħ jew tal-potassju;

(g)  ►C1  landfill ◄ ” tfisser sit ta' rifjut ta' skart għal depożitu ta' l-iskart fuq jew fl-art (per eżempju taħt l-art), inkluż:

 siti ta' rifjut intern (per eżempju ►C1  landfill ◄ fejn dak li jipproduċi l-iskart ikun qed jarmi l-iskart tiegħu fil-post tal-produzzjoni), u

 sit permanenti (per eżempju ta' aktar minn sena) li jintuża għal ħażna temporanja ta' skart,

iżda jeskludi:

 faċilitajiet fejn iħottu l-iskart sabiex tkun tista’ ssir il-preparazzjoni għalih għal aktar trasport għal irkupru, trattament jew rimi f'post ieħor, u

 ħażna ta' skart qabel l-irkupru jew trattament għal perjodu ta' inqas minn tlett snin bħala regola ġenerali, jew

 ħażna ta' skart qabel ir-rimi għal perjodu ta' inqas minn sena;

(h) “trattament” ifisser il-proċess fiżiku, termali, kimiku jew bijoloġiku, inkluża l-għażla, li tbiddel il-karatteristiċi ta' l-iskart sabiex jitnaqqas il-volum ta' natura perikoluża, jitħaffef il-maniġġar tiegħu jew jitkabbar l-irkuprar;

(i) “lissija” tfisser kull likwidu li jiġi filtrat minn ġo skart mormi u ħareġ minn jew miżmum ►C1  fil-landfill ◄ ;

(j) “gass ►C1  tal-landfill ◄ ” ifisser il-gass kollhu ġenerat mill-iskart ►C1  tal-landfill ◄ ;

(k) eluate” tfisser is-soluzzjoni miksuba mit-testjar tal-lissija ġo laboratorju;

(l) “operatur” tfisser persuna legali jew naturali responsabbli ►C1  għal-landfill ◄ bi qbil mall-leġiżlazzjoni interna ta' l-Istati Membri fejn tkun ►C1  il-landfill ◄ ; din il-persuna tista' tinbidel mill-fażi tal-preparazzjoni sa dik tal-kura ta' wara;

(m) “skart bijodegradabbli” ifisser kull skart li huwa kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni anaerobika jew aerobika, bħal skart ta' ikel u ħaxix, u karti u kartun;

▼M4 —————

▼B

(o) “applikant” tfisser kull persuna li tapplika għal permess ta' ►C1  landfill ◄ skond din id-Direttiva;

(p) “awtoritá kompetenti” tfisser dik l-awtoritá li l-Istati Membri jinnominaw bħala responsabbli biex tagħmel id-dmirijiet li jiġu minn din id-Direttiva;

(q) “skart ta' likwidu” ifisser kull skart li jkun fil-forma ta' likwidu inklużi skart ta' ilma minbarra ħama;

(r) “stabbilimnent iżolat” ifisser stabbiliment:

 b'mhux aktar min 500 abitanti għal kull muniċipalitá jew stabbiliment u mhux aktar min ħames abitanti kull kilometru kwadru u,

 fejn id-distanza l-aktar viċin ta' agglomerazzjoni urbana ta' mill-inqas 250 abitanti kull kilometru kwadru ma tkunx anqas minn 50 km, jew b'aċċess diffiċli bit-triq għal dawk l-agglomerazzjonijiet viċini, minħabba kondizzjonijiet meteoroloġiċi ħarxa waqt parti sinifikaneti tas-sena.

▼M4

Fir-reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-definizzjoni li ġejja:

“abitat iżolat” tfisser abitat:

 b’mhux aktar min 2 000 abitant għal kull abitat u mhux aktar min ħames abitanti għal kull kilometru kwadru, jew b’aktar minn 2 000 abitant iżda b’anqas minn 5 000 abitant għal kull abitat u mhux aktar minn ħames abitanti għal kull kilometru kwadru u li l-produzzjoni tal-iskart tagħhom ma taqbiżx it-3 000 tunnellata fis-sena; u

 fejn id-distanza għall-eqreb agglomerazzjoni urbana b’tal-anqas 250 abitanti għal kull kilometru kwadru ma tkunx anqas minn 100 km u mingħajr aċċess bit-triq.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva għal kull ►C1  landfill ◄ kif imsemmi fl-Artikolu 2(g).

2.  mingħajr preġudizzju għall-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, dan li ġej irid jiġi eskluż mill-iskop ta' din id-Direttiva:

 it-tferrix ta' ħama, inkluża ħama tad-drenaġġ, u ħama li tiġi min operazzjonijiet ta' traxxix tal-ħama, u modi simili fuq il-ħamrija għall-iskopijiet ta' fertilizzazzjoni jew titjib,

 l-użu ta' skart qiegħed li huwa adattat, fix-xogħol ta' żvilupp mill-ġdid/restorazzjoni tal-mili, jew għal skopijiet ta' kostruzzjoni, ►C1  fil-landfill ◄ ,

 id-depożitu ta' traxxiex ta' ħama mhux perikoluża matul passaġġi ta' l-ilma żgħar min fejn ġew imraxxa ’l barra u ta' ħama mhux perikoluża fl-ilma tal-wiċċ inkluż il-qiegħ u l-ħamrija tagħha.

▼M4 —————

▼M4

3.  L-immaniġġjar tal-iskart mill-industriji estrattivi bbażati fuq l-art, jiġifieri l-iskart li jinħoloq mill-prospettar, l-estrazzjoni, anke fl-istadju ta’ żvilupp ta’ qabel il-produzzjoni, it-trattament u l-ħażna tar-riżorsi minerali u mill-użu tal-barrieri għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jekk jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni.

▼B

4.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 75/442/KEE l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw, fl-għażla tagħhom, partijiet jew l-Artikoli kollha 6(d), 7(i), 8(a)(iv), 10, 11(1)(a), (b) u (ċ), 12(a) u (ċ), l-Anness I, l-punti 3 u 4, l-Anness II (barra l-punt 3, livell 3, u l-punt 4) u l-Anness III, l-punti 3 sa 5 għal din id-Direttiva mhux applikabbli għal:

(a) siti ta' ►C1  landfill ◄ ta' skart inerti jew mhux perikoluż b'kapaċitá totali li ma teċċedix 15 000 tunnellata jew b'daħla annwali li ma teċċedix 1 000 tunnellata li sservi l-gżejjer, meta dan ikun l-unika ►C1  landfill ◄ fuq il-gżira u fejn dan ikun esklussivament destinat għar-rimi ta' skart ġenerat fuq dik il-gżira. Meta l-kapaċiá totali ta' dik ►C1  il-landfill ◄ tkun intużat, kull ►C1  landfill ◄ ġdid stabbilit fuq dik il-gżira jrid ikun konformi mal-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva;

(b) siti ta' ►C1  landfill ◄ għal skart inerti jew mhux perikoluż fuq stabbilimenti iżolati jekk is-sit ta' ►C1  landfill ◄ tkun destinata għar-rimi ta' skart ġenerat biss min dak l-istabbiliment iżolat.

Mhux aktar tard minn sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), l-Istati Membri iridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista ta' gżejjer u stabbilimenti iżolati li huma eżenti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' gżejjer u stabbilimenti iżolati.

5.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 75/442/KEE l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw, fl-għażla tagħhom, li ħażna ta' taħt l-art kif definit fl-Artikolu 2(f) ta' din id-Direttiva tista’ tkun eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13(d) u ta' l-Anness I, il-punt 2, barra l-ewwel inċiż, l-punti 3 sa 5 u fl-Anness III, il-punti 2, 3 u 5 għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

Klassijiet ta' ►C1  landfills ◄

Kull ►C1  landfill ◄ trid tiġi klassifikat f'waħda mill-klassijiet li ġejjin:

  ►C1  landfill ◄ bi skart perikoluż,

  ►C1  landfill ◄ bi skart mhux perikoluż,

  ►C1  landfill ◄ bi skart inerti,

Artikolu 5

Skart u trattament mhux applikabbli ►C1  f'landfill ◄

1.  L-Istati Membri jridu jibdew strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riduzzjoni ta' skart bijodegradabbli li jmur ġo ►C1  landfill ◄ , mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'din l-istrateġija. L-istrateġija trid tinkludi miżuri biex jinkisbu l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 2 partikolarment bil-ħsieb ta' produzzjoni ta' riċiklar, kompostazzjoni, biogas jew irkupru ta' materjali/enerġija. Fi żmien 30 xahar mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport flimkien mall-preparazzjoni ta' strateġiji nazzjonali.

2.  Din l-istrateġija trid tiżgura li:

(a) mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), skart muniċipali bijodegradabbli li ►C1  f’landfill ◄ irid jiġi imnaqqas għal 75 % ta' ammont totali (bl-użin) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995 jew l-aktar tard qabel is-sena 1995 ta' fejn data Eurostat standardizzata tkun disponibbli

(b) mhux aktar tard minn tmien snin minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), skart muniċipali bijodegradabbli li jmur ►C1  f’landfill ◄ irid jiġi imnaqqas għal 50 % ta' ammont totali (bl-użin) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995 jew l-aktar tard qabel is-sena 1995 ta' fejn data Eurostat standardizzata tkun;

(ċ) mhux aktar tard minn 15 il-sena minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), skart muniċipali bijodegradabbli li jmur ►C1  f’landfill ◄ irid jiġi imnaqqas għal 35 % ta' ammont totali (bl-użin) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995 jew l-aktar tard qabel is-sena 1995 ta' fejn data Eurostat standardizzata tkun disponibbli

▼M4 —————

▼B

L-Istati Membri li fl-1995 jew l-aktar sena tard qabel l-1995 ta' fejn data EUROSTAT standardizzata tkun disponibbli jitfaw aktar min 80 % ta' l-iskart muniċipali miġbur tagħhom ġo ►C1  landfill ◄ jistgħu jippostponu li jilħqu l-mira kif stipulata fil-paragrafi (a), (b), jew (ċ) f'perijodu li ma jeċċedix ebra’ snin. Stati Membri li għandhom ħsieb li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet iridu jinfurmaw minn qabel lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Kummissjoni trid tinforma lill-Istati Membri l-oħra u l Parlament Ewropew b'dawn id-deċiżjonijiet.

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fis-sottoparagrafu preċedenti ma għandha qatt twassal għall-ksib ta' l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu (ċ) f’ data aktar tard minn erba snin wara d-data msemmija fil-paragrafu (ċ).

3.  L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex l-iskart li ġej ma jkunx aċċettat ►C1  f'landfill ◄ :

(a) skart likwidu;

(b) skart li, fil-kundizzjonijiet ta' ►C1  landfill ◄ , ikun esplussiv, korrusiv, isaddad, jieħu n-nar malajr, kif definut fl-Anness III għad- Diretttiva 91/689/KEE;

(ċ) skart ta' l-isptar jew skart ieħor tal-kliniċi li jiġi minn stabbilimenti medikaċi jew veterinarji, li huwa infettiv kif definut (propjetá H9 fl-Anness III) mid-Direttiva 91/689/KEE u skart li huwa f'kategorija 14 (l-Anness I.A) ta' dik id-Direttiva.

(d) tajers sħaħ użati minn sentejn mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1), barra tajers użati bħala materjal ta' inġinerija, u tajers użati imqatta ħames snin mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) (barra fiż-żewġ każi ta' tajers tar-roti u tajers b'dijametru ta' barra ta' ' l fuq minn 1 400 mm);

(e) kull tip ta' skart ieħor li ma jikkonformax mall-kriterji ta' aċċettazzjoni stabbiliti bi qbil ma’ l-Anness II;

▼M4

(f) skart li jkun inġabar b’mod separat għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament sussegwenti tal-iskart miġbur b’mod separat li għalih ir-rimi f’terraferma jagħti l-aħjar eżitu ambjentali f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

3a.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li mill-2030 ’il quddiem, l-iskart kollu li jkun adattat għar-riċiklaġġ jew għal irkupru ieħor, b’mod partikolari l-iskart muniċipali, m’għandux jiġi aċċettat f’landfill bl-eċċezzjoni tal-iskart li għalih ir-rimi f’landfills jagħti l-aħjar eżitu ambjentali f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.

L-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE, jew f’dokumenti strateġiċi oħra li jkopru t-territorju sħiħ tal-Istat Membru kkonċernat.

▼B

4.  Id-dilwit sħiħ ta' taħlit ta' skart unikament sabiex jikkonforma mall-kriterji ta' l-aċċettazzjoni huwa projbit.

▼M4

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sal-2035, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f’landfills ikun naqas għal 10 % jew anqas tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat (skont il-piż).

6.  Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenza biex tintlaħaq il-mira msemmija fil-paragrafu 5 b’massimu ta’ ħames snin bil-kondizzjoni li dak l-Istat Membru:

(a) ikun rema f’landfills aktar minn 60 % tal-iskart muniċipali tiegħu ġġenerat fl-2013 kif rappurtat fil-Kwestjonarju Konġunt tal-OECD u l-Eurostat; u

(b) sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jipposponi l-iskadenza u jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni skont l-Anness IV għal din id-Direttiva. Dak il-pjan jista’ jiġi akkumpanjat bi pjan ta’ implimentazzjoni ppreżentat skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2008/98/KE.

7.  Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-pjan ta’ imlimentazzjoni ppreżentat skont il-punt (b) tal-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jirrevedi dak il-pjan jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness IV. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan rivedut fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni.

8.  F’każ ta’ posponiment tal-iskadenza f’konformità mal-paragrafu 6, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex, sal-2035, inaqqas l-ammont ta’ skart muniċipali mormi f’landfills għal 25 % jew anqas tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat (skont il-piż).

9.  Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-mira stabbilita fil-paragrafu 5 bil-għan li żżommha jew, jekk ikun xieraq, tnaqqasha, tqis mira kwantitattiva per capita dwar ir-rimi f’landfills u ddaħħal restrizzjonijiet għar-rimi f’landfills ta’ skart mhux perikoluż minbarra dak muniċipali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 5a

Regoli dwar il-kalkolu tal-ilħiq tal-miri

1.  Għall-fini tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 5(5) u (6):

(a) il-piż tal-iskart muniċipali ġġenerat u meħud għar-rimi f’landfills għandu jiġi kkalkulat f’sena kalendarja speċifika;

(b) il-piż tal-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament qabel ir-riċiklaġġ jew irkupru ieħor ta’ skart muniċipali, bħas-separazzjoni jew it-trattament bijoloġiku mekkaniku, li sussegwentement jintrema f’landfills għandu jiġi inkluż fil-piż tal-iskart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfills;

(c) il-piż tal-iskart muniċipali li jidħol fl-impjanti ta’ rimi b’inċinerazzjoni u l-piż tal-iskart prodott fl-operazzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni tal-parti bijodegradabbli tal-iskart muniċipali sabiex sussegwentement jiġi mormi f’tlandfills għandu jiġi rrappurtat bħala mormi f’landfills;

(d) il-piż tal-iskart prodott matul operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ jew ta’ rkupru ieħor tal-iskart muniċipali li sussegwentement jintrema f’landfills m’għandux jiġi inkluż fil-piż tal-iskart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfills.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiv ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ traċċabilità tal-iskart muniċipali mormi f’landfills sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Huma jistgħu jużaw is-sistema stabbilita f’konformità mal-Artikolu 11a(3) tad-Direttiva 2008/98/KE għal dak il-għan.

3.  Meta l-iskart muniċipali jiġi ttrasportat bil-baħar lejn Stat Membru ieħor jew jiġi esportat mill-Unjoni għall-finijiet tar-rimi f’landfills, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 )„ għandu jingħadd mal-ammont ta’ skart mormi f’landfills, f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mill-Istat Membru fejn l-iskart ikun inġabar.

4.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Marzu 2019 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 5b

Rapport ta’ twissija bikrija

1.  Bi sħab mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar il-progress lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikolu 5(5) u (6), sa mhux aktar tard minn tliet snin qabel kull skadenza stipulata hemm.

2.  Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu li ġej:

(a) stima dwar l-ilħiq tal-miri minn kull Stat Membru;

(b) lista tal-Istati Membri bir-riskju li ma jiksbux il-miri fl-iskadenzi rispettivi, akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet xierqa għall-Istati Membri kkonċernati;

(c) eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha li jistgħu jipprovdu gwida biex isir progress lejn l-ilħiq tal-miri.

Artikolu 5c

Skambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki

Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fuq bażi regolari fost l-Istati Membri, inkluż, fejn ikun xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 6

Skart li jrid jiġi aċċettat fi klassijiet differenti ta' ►C1  landfill ◄

L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex:

(a) skart li ġie soġġett għat-trattament biss ikun mitfugħ ►C1  fil-landfill ◄ . Din id-dispożizzjoni tistgħa ma tapplikax għall-iskart inerti fejn trattament ma jkunx teknikament possibbli, l-anqas għal kull skart ieħor fejn ċerti trattamenti ma jikkontribwixxux għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, kif stipulat fl-Artikolu 1, bir-riduzzjoni tal-kwantitá ta' l-iskart jew il-perikli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

▼M4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda skont dan il-punt ma jipperikolawx l-ilħiq tal-għanijiet tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikament fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart u taż-żieda fil-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif stipulat fl-Artikolu 11 tal-istess Direttiva;

(b) skart perikoluż biss li jikkonforma mall-kriterji stipulati bi qbil ma’ l-Anness II huwa destinat għal ►C1  landfill ◄ perikoluża;

(ċ)  ►C1  landfill ◄ għal skart mhux perikoluż jista’ jiġi użat għal:

(i) skart muniċipali;

(ii) skart mhux perikoluż ta' kull oriġini oħra, li jikkonforma mall-kriterji għall-aċċettazzjoni ta' skart ►C1  f'landfill ◄ għal skart mhux perikoluż stipulat bi qbil ma’ l-Anness II;

(iii) skart stabbli, skart perikoluż mhux reattiv (per eżempju solidifikat, vitrifikat), b-imġieba lissija ekwivalenti għal dawk ta' skart mhux perikoluż imsemmija fil-punt (ii), li jikkonforma mall-kriterj ta' aċċettazzjoni rilevanti stipulati bi qbil ma’ l-Anness II. Dan l-iskart perikoluż ma jridx jiġi mormi f'ċelli destinati għall-iskart bijodegradabbli mhux perikoluż,

(d) siti ta' ►C1  landfill ◄ ta' skart inerti jridu jiġu użati biss għal skart inerti.

Artikolu 7

Applikazzjoni għal permess

L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex l-applikazzjoni għal permess ta' ►C1  landfill ◄ irid ikun fih għall-inqas il-partikularitajiet li ġejjin:

(a) l-identá ta' l-applikant u tal-operatur meta jkunu entitajiet differenti;

(b) id-deskrizzjoni tat-tipi ta' kwantitá totali ta' skart li se jiġi depożitat;

(ċ) il-kapaċitá proposta tas-sit tar-rimi;

(d) id-deskrizzjoni tas-sit, inklużi l-karatteristiċi idroġeoloġiċi u ġeoloġiċi tiegħu;

(e) il-metodi proposti għat-tnaqqis u prevenzjoni ta' tniġġiż;

(f) l-operazzjoni, sorveljanza u pjan ta' kontroll proposti;

(g) il-pjan ta' proċeduri ta' għeluq u kura ta' wara proposti;

(h) fejn stima ta' impatt tkun meħtieġa skond id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 fuq l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-Ambjent ( 3 ), l-informazzjoni li hemm provvduta mill-iżviluppatur bi qbil ma’ l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva;

(i) is-sigurtá finanzjarja mill-applikant, jew kull dispożizzjoni ekwivalenti oħra, kif meħtieġ skond l-Artikolu 8(a)(iv) ta' din id-Direttiva.

Wara applikazzjoni għal permess li rnexxiet, din l-informazzjoni trid issir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-istatistika Komunitarji u nazzjonali meta tiġi mitluba għal skopijiet ta' statistika.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet tal-permess

L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex:

(a) l-awtoritá kompetenti ma toħroġġ permess ►C1  għal landfill ◄ sakemm tkun sodisfatta li:

(i) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(4) u (5), il-proġett ►C1  tal-landfill ◄ jaqbel mal-ħtiġijiet kollha rilevanti ta' din id-Direttiva, inklużi l-Annessi;

(ii) l-amministrazzjoni tas-sit ►C1  tal-landfill ◄ tkun f'idejn persuna naturali li hija teknikament kompetenti li s-sit; taħriġ u żvilupp professjonali u tekniku għal ħaddiema u l-impjegati ►C1  tal-landfill ◄ ikunu provduti;

(iii)  ►C1  il-landfill ◄ trid tiġi operata b'manjiera tali li miżuri neċessarji huma meħuda biex jiġu prevenuti inċidenti u jillimitaw il-konsegwenzi tagħhom;

(iv) dispożizzjonijiet adegwati, bil-mod ta' sigurtá finanzjarja jew oħra ekwivalenti, fuq il-bażi ta' modalitajiet li jiġu deċiżi milll-Istati Membri, saru jew se jsiru mill-applikant qabel il-bidu ta' operazzjonijiet tar-rifjut biex jiżgura li l-obligi (inklużi d-dispożizzjonijiet tal-kura ta' wara) li jiġu skond il-permess maħruġ bid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma rispettati u li l-proċeduri ta' l-għeluq meħtieġa skond l-Artikolu 13 ikunu segwiti. Is-sigurtá jew l-ekwivalenti tagħha trid tinżamm kemm jista’ jkun meħtieġ mill-operazzjoni ta' manutenzjoni u kura ta' wara tas-sit bi qbli ma l-Artikolu 13(d). L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw, fl-għażla tagħhom, li dan il-punt ma japplikax ►C1  għal landfill ◄ għal skart inermi;

(b) il-proġett ►C1  tal-landfill ◄ huwa skond il-pjan jew pjanijiet ta' amministrazzjoni ta' l-iskart rilevanti imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE;

(ċ) qabel il-bidu ta' operazzjonijiet tar-rifjut, l-awtoritá kompetenti trid tispezzjona is-sit sabiex tiżgura li taqbel mal-kundizzjonijiet rilevanti tal-permess. Dan ma jnaqqas bl-ebda mod ir-responsabilitá taloperatur skond il-kundizzjonijiet tal-permess.

Artikolu 9

Kontenut tal-permess

Barra li jispeċifika u jissupplixxi l-provvedimenti stipulati fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 75/442/KEE u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/61/KE, il-permess ►C1  tal-landfill ◄ għandu jinkludi għall-inqas dan li ġej:

(a) il-klassi ►C1  tal-landfill ◄ ;

(b) il-lista ta' tipi definiti u l-kwantitá totali ta' skart li huma awtorizzati li jiġu depożitati ►C1  fil-landfill ◄ ;

(ċ) ħtiġijiet tal-preparazzjonijiet ►C1  tal-landfill ◄ , proċeduri ta' kontroll sorveljar u operazzjonijiet ►C1  tal-landfill ◄ , inklużi pjanijiet ta' kontinġenza (l-Anness III, il-punt 4.B), kif ukoll id-dispożizzjonijiet għall-operazzjonijiet għall-għeluq u kura ta' wara;

(d) l-obligi tal-applikant biex jirraporta għall-inqas kull sena lill-awtoritá kompetenti fuq it-tipi u kwantitajiet ta' skart mormi u fuq ir-riżultati ta' programm ta' sorveljar kif meħtieġ skond l-Artikoli 12 u 13 u l-Anness III.

Artikolu 10

Spiża tar-rimi ta' skart ►C1  f'landfill ◄

L-Istati Membri jridu jieħdu mżuri biex jiżguraw l-ispejjeż kollha involuti fil-bidu u l-operazzjoni tas-sit ta' ►C1  landfill ◄ , inkluża kemm jista’ jkun possibbli l-ispiża tas-sigurtá finanzjarja jew l-ekwivalenti tagħha riferuta fl-Artikolu 8(a)(iv), u l-ispejjeż stmati ta' l-għeluq u l-kura ta' wara tas-sit għal perijodu ta' għall-inqas 30 sena jridu jkunu koperti mill-prezz li jrid jintalab biex jitħallas mill-operatur għar-rimi ta' kull tip ta' skart f'dak is-sit. Bla ħsara għall-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE tas-7 ta' Ġunju 1990 fuq il-libertà ta' aċċess għall-informazzjoni fuq l-ambjent ( 4 ) l-Istati Membri jridu jiżguraw trasparenza fil-kollezzjoni u użu ta' kull informazzjoni ta' spejjeż neċessarja.

Artikolu 11

Proċeduri ta' aċċettazzjoni tal-iskart

1.  L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex qabel ma jiġi aċċettat l-iskart fis-sit ►C1  ta' landfill ◄ :

(a) qabel jew waqt li jkun qed jinġarr, jew ta' l-ewwel fis-serji ta' ġarr, provdut li –t-tip ta' skart ma jinbidilx, id-detentur jew l-operatur jista’ juri, b'mod ta' dokumentazzjoni xierqa, li l-iskart in kwistjoni jista jiġi aċċettat f'dak is-sit skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-permess, u li jikkonforma mall-kriterji ta' l-aċċettazzjoni stipulati fl-Anness II;

(b) il-proċeduri li ġejjin huma rispettati mill-operatur:

 il-kontroll tad-dokumentazzjoni ta' l-iskart, inklużi dawk id-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/689/KEE u, fejn hu applikabbli, dawk meħtieġa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' l-iskart ġewwa, għal ġo u għal barra mill-Komunità Ewropea ( 5 );

 spezzjoni viżwali ta' l-iskart fid-daħla u fil-punt ta' depositu u, kif xieraq, verifika ta' konformitá mad-deskrizzjoni provduta fid-dokumentazzjoni mogħtija mid-detentur tagħha. Jekk kampjuni rappreżentattivi jridu jittieħdu sabiex jiġu implementati l-Anness II, il-punt 3, livell 3, ir-riżultati ta' l-analiżi jridu jinżammu u t-teħid ta' kampjuni jrid isir f’konformitá ma l-Anness II, il-punt 5. Dawn il-kampjuni jridu jinżammu għall-inqas xahar wieħed;

 jinżamm reġistru tal-kwantitajiet u karatteristiċi ta' l-iskart depożitat, li jindika l-oriġini, data tal-ġarr, identitá tal-produttur u kollettur fil-każ ta' skart muniċipali, u, fil-każ ta' skart perikoluż, il-post preċiż tas-sit. Din l-informazzjoni trid issir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti statistiċi Komunitarji u nazzjonali meta tintalab għal skopijiet ta' statistika;

(ċ) l-operatur ►C1  tal-landfill ◄ jrid dejjem jipprovdi stqarrija bil-miktub ta' riċevuta ta' kull vjaġġ aċċettat fis-sit;

(d) mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, jekk skart ma jkunx aċċettat ►C1  fil-landfill ◄ l-operatur irid jinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritá kompetenti bin-nuqqas ta' aċċettazzjoni ta' l-iskart.

2.  Għal siti ta' ►C1  landfills ◄ li ġew eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(4) u (5), l-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprovdu għal:

 spezzjoni viżwali regolari ta' skart fil-punt ta' depożitu sabiex jiżguraw li skart mhux perikoluż biss mill-gżira jew stabbiliment iżolat ikun aċċettat fis-sit; u

 jinżamm reġistru fuq il-kwantitajiet ta' skart li huwa depożitat fis-sit.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 12

Proċeduri ta' kontroll u sorveljar fil-fażi operazzjonali

L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex il-proċeduri ta' kontroll u sorveljar fil-fażi operazzjonali jilħqu għall-inqas il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) l-operatur ►C1  tal-landfill ◄ waqt il-fażi operazzjonali jrid jagħmel programm ta' kontroll u sorveljar kif speċifikat fl-Anness III;

(b) l-operatur irid jinnotifika lill-awtoritá kompetenti b'kull effett ħażin sinifikanti għall-ambjent li ġie skopert mil-proċeduri ta' kontroll u sorveljar u skond id-deċiżjoni ta' l-awtoritá kompetenti fuq in-natura u termini ta' żmien tal-miżuri korrettivi li jridu jittieħdu. Dawn il-miżuri għandhom isiru spejjes ta' l-operatur.

Fi frekwenza li trid tiġi stabbilita mill-awtoritá kompetenti, u għall-inqas darba fis-sena, l-operatur irid jirraporta, fuq il-bażi ta' data miġbura, kull riżultat ta' sorveljar lill-awtoritajiet kompetenti bl-iskop li juru konformitá mall-kundizzjonijiet tal-permess u iżid it-tagħrif fuq l-imġieba ta' l-iskart ►C1  fil-landfill ◄ ;

(ċ) il-kontroll ta' kwalitá ta' operazzjonijiet analitiċi tal-proċeduri ta' kontroll u sorveljar u/jew għall-analiżi riferuti fl-Artikolu 11(1)(b) isiru mill-laboratorji kompetenti.

Artikolu 13

Proċeduri ta' l-għeluq u kura ta' wara

L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex, bi qbil, fejn xieraq, mall-permess:

(a)  ►C1  landfill ◄ jew parti minnha trid tibda proċedura ta' l-għeluq:

(i) meta l-kundizzjonijiet rilevanti imsemmija fil-permess jintlaħqu; jew

(ii) skond l-awtorizzazzjoni ta' l-awtoritá kompetenti, wara talba ta' l-operatur; jew

(iii) b'deċiżjoni raġjonata ta' l-awtoritá kompetenti;

(b)  ►C1  landfill ◄ jew parti minnha tista’ tiġi biss kunsiderata bħala magħluqa definittivament wara li l-awtoritá kompetenti tkun għamlet l-aħħar spezzjoni fuq is-sit, u tkun assessjat ir-rapporti kollha mogħtija mill-operatur u tkun ikkomunikat lill-operatur l-approvazzjoni tagħha għall-għeluq. Dan ma jnaqqas bl-ebda mod ir-responsabilitá tal-operatur skond il-kundizzjonijiet tal-permess;

(ċ) wara li ►C1  landfill ◄ tkun definittivament magħluqa, l-operatur għandu ikun responsabbli għall-manutenzjoni, fażi ta' sorveljar u kontroll u tal-kura ta' wara tagħha sakemm ikun meħtieġ mill-awtoritá kompetenti, bil-kunsiderazzjoni taż-żmien li matulu ►C1  l-landfill ◄ tista tkun ta' periklu.

L-operatur irid jinnotifika lill-awtoritá kompetenti b'kull effett ħażin sinifikanti għall-ambjent li ġie skopert mill-proċeduri ta' kontroll u skond id-deċiżjoni ta' l-awtoritá kompetenti fuq in-natura u termini ta' żmien tal-miżuri korrettivi li jridu jittieħdu;

(d) sakemm l-awtoritá kompetenti tikkonsidra li ►C1  l-landfill ◄ x’aktarx tista tikkawża periklu għall-ambjent u mingħajr preġudizzju għall-leġilazzjoni Komunitarja u nazzjonali skond ir-responsabbilità tad-detentur ta' l-iskart, l-operatur tas-sit irid ikun responsabbli għas-sorveljar u analizzar ta' gass u lissija ►C1  tal-landfill ◄ mis-sit u r-reġim ta' l-ilma tal-qiegħ fil-viċinanza tas-sit bi qbil ma l-Anness III.

Artikolu 14

Siti eżistenti ta' ►C1  landfills ◄

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex ►C1  landfills ◄ li ġew mogħtija permess, jew li huma diġa qed jitħaddmu fil-ħin ta' trasposizzjoni ta' din id-Direttiva, ma jistgħux ikomplu jaħdmu sakemm il-passi indikati hawn taħt jiġu mtemma malajr kemm jista’ jkun u fi żmien tmien snin minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) l-aktar tard:

(a) f'perijodu ta' sena min wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), l-operatur ta' ►C1  landfill ◄ irid jipprepara u jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti, għall-approvazzjoni tagħhom, pjan ta' kondizzjonament għas-sit inklużi l-partikolari elenkati fl-Artikolu 8 u kull miżura korrettiva li l-operatur jikkonsidera li tkun meħtieġa sabiex ikun konformi mal-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal-ħtiġijiet fl-Anness I, punt 1;

(b) skond il-preżentazzjoni tal-pjan ta' kondizzjonament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni definita fuq jekk l-operazzjonijiet ikomplux fuq il-bażi ta' l-imsemmi pjan ta' kundizzjonalment u ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jagħlqu malajr kemm jista’ jkun possibbli, bi qbil ma l-Artikolu 7(g) u 13, siti li ma ġewx mogħtija, bi qbil ma’ l-Artikolu 8, permess biex ikomplu joperaw;

(ċ) fuq il-bażi tal-pjan ta' kondizzjonament tas-sit approvat, l-awtortá kompetenti għandha tawtorizza x-xogħol neċessarju u tistipula perijodu tranżitorju għat-temma tal-pjan. ►C1  Landfill ◄ eżistenti trid taqbel mall-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal-ħtiġijiet fl-Anness I, punt 1 fi żmien tmien snin wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1);

(d)

 

(i) fi żmien sena wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), l-Artikoli 4, 5, u 11 u l-Anness II għandhom jgħoddu għal ►C1  landfill ◄ għal skart perikoluż;

(ii) fi żmien tlett snin wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), l-Artikolu 6 għandu jgħodd għal ►C1  landfill ◄ ta' skart perikoluż.

▼M4

Artikolu 15

Rappurtar

1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 5(2), 5 u (6).

Għandhom jirrappurtaw din id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

L-ewwel perijodu ta’ rrappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(5) u (6) għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, u għandu jkopri d-data għal dak il-perjodu ta’ rappurtar.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) sal-1 ta’ Jannar 2025.

3.  Id-data rrappurtata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b’rapport ta’ verifika tal-kwalità.

4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid d-data rappurtata f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-eżami mill-ġdid tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data. Il-valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data mill-Istati Membri u kull erba’ snin wara dan.

5.  Sal-31 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-rappurtar tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

▼M4

Artikolu 15a

Strumenti biex tiġi promossa bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari

Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk indikati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE jew strumenti u miżuri xierqa oħra.

Artikolu 15b

Determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-permeabbiltà għall-landfills

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodu li għandu jintuża għad-determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-permeabbiltà għall-landfills, fil-post u għall-estenzjoni kollha tas-sit. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 15c

Standard tal-Unjoni għall-kampjunar tal-iskart

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiżviluppa standard għall-kampjunar tal-iskart. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Sakemm dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jkunu ġew adottati, l-Istati Membri jistgħu japplikaw standards u proċeduri nazzjonali.

▼M4

Artikolu 16

Rieżami tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandha żżomm l-Annessi taħt rieżami, u, meta jkun meħtieġ, għandha tagħmel proposti leġiżlattivi xierqa.

Artikolu 17

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 18

Transpożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, regolamenti u dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jaqblu ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn sentejn minn wara d-dħul tagħha fis-seħħ. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan immedjatament.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. Il-metodi biex tagħmel ċerta riferenza għandha tkun stipulata mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-testi tad-dispożizzjonijiet ta' liġi nazzjonali li huma adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva għall-Kummissjoni.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Id-Direttiva trid tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 20

Indirizzati

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

ĦTIĠIJIET ĠENERALI GĦAL KULL KLASSI TA' ►C1  LANDFILLS ◄

1.   Post

1.1.

Il-post ta' ►C1  landfill ◄ jrid jikkonsidra l-ħtiġijiet relatati ma:

(a) d-distanzi mill-fruntiera tas-sit għal żoni residenzjali u rikreazzjonali, passaġġi ta' l-ilma, korpi ta' l-ilma u siti oħra urbani u agrikoli;

(b) l-eżistenza ta' l-ilma tal-qiegħ, ilma tal-kosta jew żoni ta' protezzjoni tan-natura fiż-żona;

(ċ) il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi jew idroġeoloġiċi fiż-żona;

(d) ir-riskju ta' diluvju, saħħa, irdum jew valangi fuq is-sit;

(e) il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali jew naturali fiż-żona.

1.2.

►C1  Il-landfill ◄ tista' tiġi awtorizzata biss jew il-karatteristiċi tas-sit b'rispett għal ħtiġijiet imsemmja fuq, jew miżuri korrettivi li jridu jittieħdu, jindikaw li ►C1  l-landfill ◄ mhux qegħda f'pożizzjoni ta' riskju serju għall-ambjent.

2.   Kontroll ta' l-ilma u amministrazzjoni tal-lissija

Miżuri xierqa jridu jittieħdu, b'rispett għall-karatteristiċi ►C1  tal-landfill ◄ u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, sabiex:

 jikkontrollaw ilma minn preċipitazzjonijiet li jidħlu fil-korp ►C1  tal-landfill ◄ ,

 jipprevjenu l-ilma tal-wiċċ u/jew tal-qiegħ milli jidħol fl-iskart ►C1  tal-landfill ◄ ,

 jinġabar ilma u lissija kontaminati. Jekk stima bażata fuq konsiderazzjoni tal-post ►C1  tal-landfill ◄ u l-iskart li jiġi milqugħ juri li ►C1  l-landfill ◄ mhux qiegħeda f'pożizzjoni ta' l-ebda periklu potenzjali għall-ambjent, l-awtoritá kompetenti tista' tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet ma japplikawx,

 jiġi trattat ilma u lissija kontaminati miġbura ►C1  mil-landfill ◄ għall-istandards xierqa meħtieġa għal-ħelsien tagħhom.

Id-dispożizzjonijiet ta' fuq jistgħu ma jkunux japplikaw għal ►C1  landfill ◄ għal skart inerti.

3.   protezzjoni ta' ħamrija u ilma

3.1.

►C1  Landfill ◄ trid tkun f'post tali u disinjata b'mod li tikkonforma mall-kondizzjonijiet neċessarji għal prevenzjoni ta' tniġġiż tal-ħamrija, ilma tal-qiegħ jew wiċċ u tkun tassigura l-ġbir effiċjenti ta' lissija kif u meta meħtieġ skond is-Sezzjoni 2. Protezzjoni ta' ħamrija, ilma tal-qiegħ u tal-wiċċ trid tinkiseb mit-tagħqid ta' ilqugħ ġeoloġiku u l-inforrar tal-qiegħ matul il-fażi operazzjonali/attiva u bit-tagħqid ta' ilqugħ ġeoloġiku u l-inforrar tal-qiegħ matul il-fażi operazzjonali/attiva u bit-tagħqid ta' ilqugħ ġeoloġiku u linjar tal-wiċċ matul il-fażi passiva/wara l-għeluq.

3.2.

l-ilqugħ ġeoloġiku huwa stabbilit minn kundizzjonijiet ġeoloġiċi u idroġeoloġiċi taħt u fil-viċinanza ta' sit ta' ►C1  landfill ◄ li jipprovdu kapaċitá ta' żieda suffiċjenti għall-prevenzjoni ta' riskju potenzjali għall-ħamrija u ilma tal-qiegħ.

Il-bażi u l-ġnub ►C1  tal-landfill ◄ irid jikkonsisti minn saff minerali li jissodisfa u l-ħtiġijiet ta' permeabilitá u ħxuna b'effett kombinat fit-termini ta' protezzjoni tal-ħamrija, ilma tal-qiegħ u tal-wiċċ għall-inqas ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-ħtiġijiet li ġejjin:

  ►C1  landfill ◄ għal skart perikoluż: K ≤ 1,0 × 10-9 m/s; ħxuna ≥ 5 m,

  ►C1  landfill ◄ għal skart mhux perikoluż: K ≤ 1,0 × 10-9 m/s; ħxuna ≥ 1 m,

  ►C1  landfill ◄ għal skart inerti: K ≤ 1,0 × 10-7 m/s; ħxuna ≥ 1 m,

m/s: metru/sekonda.

Fejn ilqugħ ġeoloġiku ma jkun konformi naturalment mall-kundizzjonijiet ta' hawn fuq jista' jiġi komplut artifiċjalment u imsaħħaħ b'mezzi oħra li jagħtu protezzjoni ekwivalenti. Ilqugħ ġeoloġiku stabbilit artifiċjalment ma jridx ikun irqaq min 0,5 metri.

3.3.

B'żieda għall-ilqugħ ġeoloġiku spjegat hawn fuq kollezzjoni ta' lissija u sistema ta' siġillar trid tiġi miżjuda bi qbil mall-prinċipji li ġejjin sabiex tkun żgura li akkumulazzjoni ta' lissija fil-bażi ►C1  tal-landfill ◄ tkun mill-inqas:



Kollezzjoni ta' lissija u siġillar tal-qiegħMALTESE TRANSLATION TO THE FOLLOWING TIFF IMAGE IS FOUND BELOW

Kategorija ►C1  tal-landfill ◄

mhux perikoluż

perikoluż

Linjar ta' siġillar artifiċjali

meħtieġ

meħtieġ

Saff ta' drenaġġ ≥ 0.5 m

meħtieġ

meħtieġ

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu ħtiġijiet ġenerali jew speċifiċi ►C1  għal-landfill ◄ ta' skart inerti jew għall-karatteristiċi tal-mezzi tekniċi msemmija hawn fuq.

Jekk l-awtoritá kompetenti wara konsiderazzjoni tal-periklu potenzjali għall-ambjent tiskopri li l-prevenzjoni tal-formazzjoni ta' lissija tkun neċessarja, siġillar tal-wiċċ jista' jiġi preskritt. Rakkomandazzjonijiet għas-siġillar tal-wiċċ huma kif ġej:



Kategorija ta' ►C1  landfill ◄

mhux perikoluż

perikoluż

Saff ta' gass tad-drenaġġ

meħtieġ

mhux meħtieġ

Linjar ta' siġillar artifiċjali

mhux meħtieġ

meħtieġ

Saff minerali impermeabbli

meħtieġ

meħtieġ

Saff tad-drenaġġ > 0.5 m

meħtieġ

meħtieġ

Għata tal-ħamrija ta' fuq > 1 m

meħtieġ

meħtieġ

3.4.

Jekk, fuq il-bażi ta' stima ta' riskji ambjenatli tiġi kunsidrata, partikolarment, d-Direttiva 80/68/KEE ( 7 ), l-awtoritá kompetenti tkun iddeċidiet, bi qbil mas-Sezzjoni 2 (“Kontroll ta' l-ilma u amministrazzjoni tal-lissija”), li kollezzjoni u trattament ta' lissija ma tkunx neċessarja jew ġie stabbilit li ►C1  l-landfill ◄ qiegħda fil-pożizzjoni ta' l-ebda potenzjal perikoluż għall-ħamrija, ilma tal-qiegħ jew tal-wiċċ, il-ħtiġijiet fil-paragrafi 3.2 u 3.3 hawn fuq jistgħu konsegwentement jitnaqssu. Fil-każ ta' ►C1  landfill ◄ għall-iskart inerti dawn il-ħtiġijet jistgħu jiġu adattati b'leġiżlazzjoni nazzjonali.

▼M4 —————

▼B

4.   Kontroll ta' gass

4.1.

Miżuri xierqa jridu jittieħdu sabiex jikkontrollaw l-akkumulazzoni u migrazzjoni ta' gass ►C1  tal-landfill ◄ (l-Anness III).

4.2.

Gass ►C1  tal-landfill ◄ irid jiġi miġbur minn kull ►C1  landfill ◄ li tirċievi skart bijodegradabbli u l-gass ►C1  tal-landfill ◄ irid jiġi trattat u użat. Jekk il-gass miġbur ma jkunx jista' jiġi użat biex jipproduċi enerġija, jrid jiġi maħruq.

4.3.

Il-kollezzjoni, trattament u użu ta' gass ►C1  tal-landfill ◄ skond il-paragrafu 4.2 irid isir b'manjiera li tnaqqas il-ħsara għal jew deterjorazzjoni tal-ambjent u riskju għas-saħħa tal-bniedem.

5.   Inkonvenjenzi u perikli

Miżuri għandhom jittieħdu biex jittnaqsu l-inkonvenjenzi u l-perikli li jiġu ►C1  mil-landfill ◄ permezz ta':

 ħruġ ta' rwejjaħ u trab,

 materjali li jtiru bir-riħ,

 storbju u traffiku,

 għasafar, vermini u insetti,

 formazzjoni u erożoli,

 nirien.

►C1  Il-landfill ◄ għandha tkun armata tant li trab li joriġina mis-sit ma jinfirixx fuq toroq pubbliċi u l-art ta' madwaru.

6.   Stabbilitá

It-tqegħid ta' skart fuq is-sit irid isir b'ċerta mod li jiżgura stablilitá tal-massa ta' skart u strutturi assoċjati, partikolarment rigward il-ħelsien min żlieq. Fejn ilqugħ hemm artifiċjali jrid ikun aċċertat li s-sottostratum ġeoloġiku, b'konsiderazzjoni tal-morfoloġija ►C1  tal-landfill ◄ , huwa stabbli suffiċentament li jipprevjeni tartru li jista' jikkawża ħsara għall-ilqugħ.

7.   Ilqugħ

L-ilqugħ irid ikun assigurat li jipprevjeni aċċess ħieles għas-sit. Il-gradi jridu jiġu imsakkra wara l-ħin tax-xogħol. Is-sistema ta' kontroll u aċċess għal kull faċilitá jrid ikollha programm ta' miżuri li jikxfu u jiskoraġixxi rimi illegali fil-faċilitá.

▼M3

8.   Ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku

Għall-finijiet ta’ ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

 Il-merkurju metalliku għandu jiġi maħżun separatament minn skart ieħor;

 Il-kontenituri għandhom jiġu maħżuna f’baċiri għall-ġbir miksija b’mod xieraq sabiex ma jkollhomx xquq u fetħiet, u li jkunu impermeabbli għall-merkurju metalliku b’volum xieraq li jkun jista’ jżomm il-kwantità ta’ merkurju maħżun;

 Is-sit tal-ħżin għandu jiġi pprovdut permezz ta’ barrieri naturali jew mibnija apposta li jkunu xierqa biex l-ambjent jiġi protett minn emissjonijiet tal-merkurju u b’volum xieraq li jkun jista’ jżomm il-kwantità totali ta’ merkurju maħżun;

 L-art tas-siti tal-ħżin għandha tkun koperta b’materjal li jissiġilla li huwa reżistenti għall-merkurju. Għandha tiġi pprovduta żerżieqa b’fossa għall-ġbir;

 Is-sit tal-ħżin għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ protezzjoni kontra n-nirien;

 Il-ħżin għandu jsir b’tali mod li jiġi żgurat li l-kontenituri kollha jistgħu jiġu rkuprati faċilment.

▼B




L-ANNESS II

KRITERJI U PROĊEDURI TA' ILQUGĦ TA' SKART

1.   Introduzzjoni

Dan l-Anness jispjega:

 prinċipji ġenerali għall-ilqugħ ta' skart fil-varji klassijiet ta' ►C1  landfill ◄ . Il-proċedura tal-klassifikazzjoni ta' l-iskart tal-futur trid tkun bażata fuq dawn il-prinċipji,

 linji ta' gwida li jiddelinejaw l-proċeduri ta' l-ilqugħ ta' skart preliminarju li jridu jiġu segwiti sakemm klassifikazzjoni ta' skart unifomi u proċedura ta' l-ilqugħ tkun żviluppata. Din il-proċedura, flimkien mal-proċeduri ta' teħid ta' kampjuni rilevanti, jiġu żviluppati mill-Kumitat tekniku imsemmi fl-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva. Il-Kumitat tekniku jrid jiżviluppa kriterji li trid tiġi sodisfatta għal ċerta skart perikoluż li jrid jiġi aċċettat ►C1  fil-landfill ◄ għal skart perikoluż. Dawn il-kriterji, partikolament, iridu jikkunsidraw it-terminu qasir, medju u twil ta' mġieba lissija ta' ċerta skart. Dawn il-kriterji jridu jiġu żviluppati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kumitat tekniku jrid ukoll jiżviluppa kriterji li trid tiġi sodisfatta għall-iskart li jrid jiġi aċċettat fil-ħażna ta' taħt l-art. Dawn il-kriterji jridu jikkunsidraw, partikolarment, li l-iskart mhux se jkun mistenni li jirreaġixxi ma' skart ieħor u mal-blat.

Dan ix-xogħol mil-Kumitat tekniku, bl-eċċezzjoni ta' proposti għall-istandardizzazzjoni ta' metodi ta' kontroll, teħid ta' kampjuni u analiżi f'relazzjoni ma' l-Annessi ta' din id-Direttiva li jridu jiġu adottati fi żmien sentejn minn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jrid jiġi mitmum fi żmien tlett snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u jrid isir b'kunsiderazzjoni ta' l-għanijiet magħmula qabel fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.

2.   Prinċipji ġenerali

►C1  Il-kompożizzjoni, lissija, imġieba f'tul taż-żmien u kwalitajiet ġenerali ta' skart li jrid jintrema f'landfill irid isir magħruf b'mod kemm jista' jkun preċiż. ◄ Ilqugh ta' skart ►C1  fil-landfill ◄ jista' jkun bażat jew fuq il-listi ta' skart aċċettat jew rifjutat, definit min-natura ta' oriġini, u fuq metodi ta' analiżi ta' l-iskart u valuri limiti għal kwalitajiet ta' l-iskart li jrid jiġi aċċettat. Il-proċeduri ta' ilqugħ ta' skart tal-futur spjegati f'din id-Direttiva għandhom ikunu kemm jista' jkun possibbli bażati fuq metodi ta' analiżi ta' skart standardizzati u valuri limiti għall-kwalitajiet ta' skart li jrid jiġi aċċettat.

Qabel id-definizzjoni ta' ċerti metodi ta' analiżi u valuri limiti, l-Istati Membri jridu għall-inqas jagħmlu listi nazzjonali ta' skart li jrid jiġi aċċettat jew rifjutat f'kull klassi ta' ►C1  landfill ◄ , jew jiddefinixxu l-kriterji meħtieġa li trid tkun fuq il-listi. Sabiex jiġi aċċettat fi klassi partikolari ta' ►C1  landfill ◄ , tip ta' skart irid ikun fuq il-lista nazzjonali rilevanti jew ikun konformi ma' kriterji simili għal dawk meħtieġa li jkunu fuq il-lista. Dawn il-listi, jew il-kriterji ekwivalenti, u l-metodi ta' analiżi u valuri limiti jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur tat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva jew kull meta jiġu adottati f'livell nazzjonali.

Dawn il-listi jew kriterji ta' lqugħ iridu jintużaw biex jistabbilixxu listi ta' siti speċifiċi, per eżempju il-lista ta' skart aċċettat speċifikat fil-permess bi qbil ma' l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva.

Il-kriterji għall-ilqugħ ta' skart fuq il-lista referenzjali jew fi klassi ta' ►C1  landfill ◄ tista' tkun bażata fuq leġiżlazzjoni oħra u/jew fuq kwalitajiet ta' skart.

Kriterji għall-ilqugħ fi klassi speċifika ta' ►C1  landfill ◄ trid tiddaħħal minn kunsiderazzjonijiet li jappartjenu għal:

 protezzjoni ta' l-ambjent ta' madwaru (partikolarment l-ilma tal-qiegħ u tal-wiċċ),

 protezzjoni għas-sistemi ta' protezzjoni ambjentali (per eżempju sistemi ta' trattament ta' lissija u linjar),

 protezzjoni tal-mixtieqa proċessi ta' stabilizzazzjoni ta' skart fi ħdan ►C1  il-landfill ◄ ,

 protezzjoni kontra perikli tas-saħħa tal-bniedem.

Eżempji ta' kriterji bażati fuq propjetá ta' skart huma:

 ħtiġijiet fuq tagħrif ta' kompożizzjoni totali,

 limitazzjonijiet fuq l-ammont ta' materja organika fl-iskart,

 ħtiġijiet jew limitazzjonijiet fuq il-bijodegradabilitá ta' komponenti ta' skart organiku,

 limitazzjonijiet ta' l-ammont speċifikat, komponenti potenzjalment ta' ħsara/perikolużi (f'relazzjoni mal-kriterji ta' protezzjoni imsemmija fuq),

 limitazzjonijiet fuq il-lissija potenzjali u mistennija, ta' komponenti speċifikati, potenzjalment ta' ħsara/perikolużi (f'relazzjoni mal-kriterja ta' protezzjoni imsemmija fuq),

 kwalitajiet ekotossikoloġiċi ta' skart u l-lissija li jirriżultaw.

Il-kriterji bażati fuq propjetaá għall-ilqugħ ta' skart iridu ġeneralment ikunu l-aktar estensivi għal ►C1  landfill ◄ ta' skart inerti u tista' tkun inqas estensiva għal ►C1  landfill ◄ ta' skart perikoluż u inqas estensiva għal ►C1  landfill ◄ ta' skart perikoluż li huma soġġetti għal livell aktar għoli ta' protezzjoni ambjentali tat-tnejn imsemmija l-aħħar.

3.   Proċeduri ġenerali għal eżami u aċċettazzjoni ta' skart

Il-karatterizzazzjoni ġenerali u eżami ta' skart iridu jkunu bażati fuq il-gerarkija ta' tlett livelli li jmiss:

Livell 1

:

Karatterizzazzjoni bażik.Dan jikkonstitwixxi determinazzjoni ġenerali, skond l-analiżi standardizzati u metodi ta' eżami ta' imġieba, fit-terminu qasir u twil imġieba ta' lissija u/jew kwalitajiet karatteristiċi ta' skart.

Livell 2

:

Eżami ta' konformitá.in tikkonstitwixxi eżami perjodiku b'analiżi standardizzati eħfef u metodi ta' eżami ta' imġieba biex jiġi stabbilit jekk skart jaqbilx mal-kundizzjonijiet tal-permess u/jew kriterji ta' riferenza speċifika. L-eżamijiet jiffukaw fuq varjabilitajiet bżonjużi u imġieba identifikati mill-karatterizzazzjoni bażika.

Livell 3

:

Verifika fuq is-sit.in tikkonstitwixxi metodi ta' eżami rapidi biex ikun konfermat li skart huwa l-istess bħal dak li kien soġġettat għal eżami ta' konformitá u li huwa spjegat fid-dokumenti mehmuża. Jista' jikkonsisti biss minn spezzjoni viżwali ta' tagħbija ta' skart qabel u wara jintħatt fis-sit ►C1  tal-landfill ◄ .

Tip partikolari ta' skart irid normalment ikun karatterizzat f'livell 1 u jilħaq l-kriterji xierqa sabiex jiġi aċċettat fuq lista ta' riferenza. Sabiex jibqa fuq lista ta' sit speċifiku, tip ta' skart partikolari irid f'intervalli regolari (per eżempju ta' kull sena) jiġi eżaminat f'livell 2 u jilħaq l-kriterji xierqa. Kull tagħbija ta' skart li tasal fejn il-grada ►C1  tal-landfill ◄ trid tkun soġġetta għal verifika ta' livell 3.

Ċerti tipi ta' skart jistgħu jkunu eżenti permanentement għal temporanjament minn eżami fl-livell 1. Dan jista' jkun minħabba imprattikabilitá għal eżami, minħabba nuqqas ta' disponibbilità ta' proċeduri ta' eżami xierqa u kriterji ta' aċċettazzjoni jew minħabba leġiżlazzjoni li tħassar ta' qabilha.

4.   Linji ta' gwida għal proċeduri preliminarji ta' aċċettazzjoni ta' skart

Sakemm dan l-Anness ikun mitmum kompletament l-eżami għall-Livell 3 biss huwa mandatorju u l-Livell 1 u l-Livell 2 jiġi applikat kemm possibbli. F'dan l-istadju preliminarju skart li jrid jiġi milqugħ fi klassi partikolari ta' ►C1  landfill ◄ irid jew ikun fuq lista ta' sit speċifiku jew restrittiva nazzjonali jew lista ta' sit speċifiku għal dik il-klassi ta' ►C1  landfill ◄ jew ikun konformi ma' kriterji simili għal dawk meħtieġa li jidħlu fil-lista.

Il-linji ta' gwida ġenerali li ġejjin jistgħu jintużaw biex jissetjaw kriterji preliminarji għall-aċċettazzjoni ta' skart fit-tlett klassijiet maġġuri ta' ►C1  landfill ◄ jew il-lista korrespondenti.

►C1  Landfill ◄ ta' skart mhux perikoluż : skart inerti biss kif definit fl-Artikolu 2(e) jista’ jiġi aċċettat fil-lista.

►C1  Landfill ◄ ta' skart mhux perikoluż : Sabiex jiġi aċċettat fuq il-lista tip ta' skart ma jridx ikun kopert mid-Direttiva 91/689/KEE.

►C1  Landfill ◄ ta' skart mhux perikoluż : lista mhux preċiża ►C1  għal-landfill ◄ ta' skart perikoluż tikkonsisti biss ta' dawk it-tipi ta' skart koperti mid-Direttiva 91/689/KEE biss. Ċerti tipi ta' skart, madankollu mhux aċċettati fuq il-lista mingħajr trattament ta' qabel jekk juru kontenuti totali jew lissija ta' komponenti potenzjalment perikolużi li huma għolja biżżejjed li jkunu ta' riskju għall-impjegati jew ambjentali fi żmien qasir jew għal prevenzjoni ta' stabilizzazzjoni ta' skart suffiċenti matul il-ħajja proġettata ►C1  tal-landfill ◄ .

▼M4 —————

▼M3

6.   Rekwiżiti speċifiċi għall-merkurju metalliku

Għall-finijiet ta’ ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

A. Kompożizzjoni tal-merkurju

Il-merkurju metalliku għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

 kontenut ta’ merkurju ogħla minn 99,9 % skont il-piż;

 mingħajr impuritajiet li jistgħu jikkorrodu l-karbonju jew l-azzar li ma jissaddadx (eż. soluzzjoni ta’ aċidu nitriku, soluzzjonijiet ta’ mlieħ tal-klorur).

B. Żamma

Il-kontenituri li jintużaw għall-ħżin tal-merkurju metalliku għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni u għandhom ikunu reżistenti għax-xokkijiet. Għalhekk, is-saldaturi għandhom jiġu evitati. B’mod partikolari, il-kontenituri għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

 materjal tal-kontenitur: azzar bil-karbonju (minimu ASTM A36) jew azzar li ma jissaddadx (AISI 304, 316L);

 il-kontenituri għandhom ikunu tat-tip li minnhom la joħorġu gassijiet u lanqas likwidi;

 in-naħa ta’ barra tal-kontenitur għandha tkun reżistenti għall-kondizzjonijiet tal-ħżin;

 it-tip tad-disinn tal-kontenitur għandu jgħaddi b’suċċess mit-test tat-twaqqigħ (drop test) u mit-test li jikkonferma nuqqas ta’ tnixxija (leakproofness test) kif deskritti fil-Kapitoli 6.1.5.3 u 6.1.5.4 tar-Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi, il-Manwal tat-Testijiet u l-Kriterji.

Il-proporzjon massimu tal-mili tal-kontenitur għandu jkun ta’ 80 % skont il-volum biex jiġi żgurat li jkun hemm spazju vojt biżżejjed biex la jkun hemm tnixxija u lanqas tgħawwiġ permanenti tal-kontenitur bħala riżultat tal-espansjoni tal-likwidu minħabba temperatura għolja.

C. Proċeduri ta’ aċċettazzjoni

Għandhom jiġu aċċettati biss kontenituri b’ċertifikat konformi mar-rekwiżiti mniżżlin f’din it-taqsima.

Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dan li ġej:

 jiġi aċċettat biss merkurju metalliku li jissodisfa l-kriterji minimi ta’ aċċettazzjoni stabbiliti hawn fuq;

 il-kontenituri għandhom jiġu spezzjonati viżwalment qabel il-ħżin. Kontenituri li jkollhom ħsara, li jnixxu jew li għandhom korrużjoni ma għandhomx jiġu aċċettati;

 il-kontenituri għandu jkollhom fuqhom timbru li jservi għal ħafna żmien (magħmul b’sistema ta’ ppanċjar) li juri n-numru ta’ identifikazzjoni tal-kontenitur, il-materjal tal-kostruzzjoni, il-piż tiegħu vojt, ir-referenza tal-manifattur u d-data tal-kostruzzjoni;

 il-kontenituri għandu jkollhom mwaħħla magħhom b’mod permanenti pjanċa li turi n-numru ta’ identifikazzjoni taċ-ċertifikat.

D. Ċertifikat

Iċ-ċertifikat indikat fis-subtaqsima C għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

 l-isem u l-indirizz tal-produttur tal-iskart;

 l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli għall-mili;

 il-post fejn seħħ il-mili, u d-data meta seħħ;

 il-kwantità tal-merkurju;

 il-purità tal-merkurju u, jekk rilevanti, deskrizzjoni tal-impuritajiet, inkluż ir-rapport analitiku;

 konferma li l-kontenituri ntużaw esklussivament għat-trasport/il-ħżin tal-merkurju;

 in-numri ta’ identifikazzjoni tal-kontenituri;

 kwalunkwe kumment speċifiku.

Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-produttur tal-iskart jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-persuna responsabbli għall-ġestjoni tiegħu.

▼B




L-ANNESS III

PROĊEDURI TA' KONTROLL U SORVELJAR F'FAŻIJIET OPERAZZJONALI U KURA TA' WARA

1.   Introduzzjoni

L-iskop ta' dan l-Anness huwa li jipprovdi l-proċeduri minimi għall-issorveljar li jrid isir għal eżami:

 li l-iskart ġie aċċettat għar-rimi bi qbil mal-kriterji magħmula għall-kategorija ►C1  tal-landfill ◄ in kwistjoni,

 li l-proċess fi ħdan ►C1  il-landfill ◄ jipproċedi kif mixtieq,

 li s-sistemi ta' protezzjoni ambjentali qed jaħdmu kollha kif maħsuba,

 li l-kundizzjonijiet tal-permess ►C1  għal-landfill ◄ huma milħuqa.

2.   Data meteoroloġika

▼M4 —————

▼B

Jekk l-Istati Membri jiddeċidu li bilanċi ta' l-ilma huma għodda effettiva għall-evalwazzjoni ta' jekk lissija qed tikber fil-korp ►C1  tal-landfill ◄ jew jekk is-sit ikun qed inixxi, huwa rakkomandat li d-data tkun miġbura minn sorveljar ►C1  fil-landfill ◄ jew minn stazzjon meteoroloġiku l-aktar viċin, għal żmien li jista' jkun meħtieġ mill-awtoritá kompetenti bi qbil ma' l-Artikolu 13(ċ) ta' din id-Direttiva:<0}



 

Fażi operazzjonali

Fażi ta' kura ta' wara

1.1 Volum ta' preċipitazzjoni

kuljum

kulljum, miżjud ma' valuri ta' kull xahar

1.2 Temperatura (min., mas., 14.00 h CET)

kuljum

medja ta' kull xahar

1.3 Direzzjoni u saħħa ta' riħ prevalenti

kuljum

mhux meħtieġ

1.4 Evaporazzjoni (liżimetru) (1)

kuljum

kuljum, miżjud ma' valuri ta' kull xahar

1.5 Umditá atmosferika (14.00 h CET)

kuljum

medja ta' kull xahar

(1)   Jew permezz ta' metodi oħra adatti.

3.   Data ta' emissjoni: kontroll ta' ilma, lissija u gass

Teħid ta' kampjuni tal-lissija u ta' l-ilma tal-wiċċ jekk preżenti jrid jiġi miġbur f'punti rappreżentattivi. Teħid ta' kampjuni u tkejjil (volum u kompożizzjoni) ta' lissija jridu jiġu eżegwiti separatament f'kull punt ta' fejn lissija tkun ħierġa mis-sit. Riferenza: linji ta' gwida ġenerali fuq teknoloġija ta' teħid ta' kampjuni, ISO 5667-2 (1991).

Sorveljar ta' l-ilma tal-wiċċ jekk ikun preżenti jrid isir f'mhux inqas min żewġ punti, waħda 'l fuq min-nixxiegħa ►C1  tal-landfill ◄ u waħda 'l isfel min-nixxiegħa.

Sorveljar tal-gass irid ikun rappreżentattiv għal kull sezzjoni ►C1  tal-landfill ◄ . Il-frekwenza ta' teħid ta' kampjuni u analiżi hija elenkata fit-tabella li jmiss. Għal lissija u ilma, teħid ta' kampjuni, rappreżentattivi għall-kompożizzjoni medja, iridu jittieħdu għas-sorveljar.

Il-frekwenza ta' teħid ta' kampjuni tista' tiġi adattata fuq il-bażi tal-morfoloġija ta' l-iskart ►C1  tal-landfill ◄ (f'tumulus, midfun, etċ). Dan irid jiġi speċifikat fil-permess.



 

Fażi operazzjonali

Fażi ta' kura ta' wara (3)

2.1. Volum ta' lissija

kull xahar (1) (3)

kull sitt xhur

2.2. Kompożizzjoni ta' lissija (2)

kull tlett xhur (3)

kull sitt xhur

2.3. Volum u kompożizzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ (7)

kull tlett xhur (3)

kull sitt xhur

2.4. Emissjoni ta' gass potenzjali u pressjoni atmosferika (4) (CH4, CO2, O2, H2S, H2 eċċ.)

kull xhar (3) (5)

kull sitt xhur (6)

(1)   Il-frekwenza ta' teħid ta' kampjuni tista' tiġi adattata fuq il-bażi tal-morfoloġija ta' l-iskart ►C1  tal-landfill ◄ (f'borġ, midfun, etċ.). Dan irid jiġi speċifikat fil-permess.

(2)   Il-parametri jridu jiġu imkejla u s-sustanzi jiġu analizzati li jvarjaw skond il-kompożizzjoni ta' l-iskart mormi; iridu jiġu stipulati fid-dokument tal-permess u jirriflettu l-karatteristiċi tal-lissija ta' l-iskart.

(3)   Jekk l-evalwazzjoni ta' data tindika li intervalli itwal huma effettivi ugwalment, jistgħu jiġu adottati. Għall-lissija, konduttivitá dejjem trid titkejjel għall-inqas darba fis-sena.

(4)   Dan il-kejl huwa ġeneralment relatat mall-kontenut ta' materjal organiku ta' l-iskart.

(5)   CH4, CO2, O2, regolarment, gass ieħor kif meħtieġ, skond il-kompożizzjoni ta' l-iskart mormi, bl-għan li jiġu riflessi l-kwalitajiet tal-lissija tagħhom.

(6)   Effiċjenza tas-sistema ta' estrazzjoni tal-gass trid tiġi eżaminata regolarment.

(7)   Fuq il-bażi tal-karatteristiċi tas-sit ►C1  tal-landfill ◄ , l-awtoritá kompetenti tista' tiddetermina li dan it-tkejjil mhux meħtieġ, u jiġi rapportat skond il-mod stipulat fl-Artikolu 15 tad-Direttiva.

2.1 u 2.2 japplikaw biss fejn kollezzjoni tal-lissija tieħu post (ara l-Anness 1(2)).

4.   Protezzjoni ta' l-ilma tal-qiegħ

A.   Il-kampjunar

Teħid ta' kampjuniIt-tkejjil iridu jkunu tant li jipprovdu informazzjoni fuq ilma tal-qiegħ x'aktarx li jkun qed jiġi affetwat mir-rimi ta' skart, għall-inqas b'wieħed mill-punti tat-tkejjil fir-reġjun ta' dħul fl-ilma tal-qiegħ u tnejn fir-reġjun tal-ħruġ. Dan in-numru jista' jiġi miżjud fuq il-bażi ta' sorveljanza idroġeoloġika speċifika u l-bżonn għall-identifikazzjoni mill-bidu ta' rilaxx aċċidentali ta' lissija fl-ilma tal-qiegħ.

Teħid ta' kampjuni jrid isir għall-inqas fi tlett postijiet qabel l-operazzjonijiet tal-mili ►C1  fil-landfill ◄ , sabiex jiġu stabbiliti valuri ta' riferenza għat-teħid ta' kampjuni tal-futur. Riferenza: Teħid ta' kampjuni min Ilmijiet tal-qiegħ, ISO 5667, Parti 11, 1993.

B.   Munitu Sorveljar

Il-parametri li jridu jiġu analizzati fil-kampjuni meħuda jridu jkunu miġjuba mill-kompożizzjoni mistennija ta' lissija u l-kwalitá ta' l-ilma tal-qiegħ fiż-żona. Fl-għażla tal-parametri għall-analiżi trid tiġi konsiderata l-mobilitá fiż-żona ta' l-ilma tal-qiegħ. Parametri jridu jinkludu parametri indikaturi sabiex ikun żgur li jidher mill-bidu xi bidla fil-kwalitá ta' l-ilma ( 8 )<0}.



 

Fażi operazzjonali

Fażi ta' kura ta' wara

Livell ta' ilma tal-qiegħ

kull sitt xhur (1)

kull sitt xhur (1)

Konsum ta' ilma tal-qiegħ

frekwenza speċifika ta' sit (2) (3)

frekwenza speċifika ta' sit (2) (3)

(1)   Jekk ikun hemm livelli li jvarjaw ta' l-ilma tal-qiegħ, il-frekwenza trid tiġi miżjuda.

(2)   Il-frekwenza trid tkun bażata fuq possibilitá għall-azzjonijiet rimedjali bejn żewġ teħid ta' kampjuni jekk livell mixtieq jintlaħaq, per eżempju l-frekwenza trid tiġi determinata fuq il-bażi ta' tagħrif u l- evalwazzjoni tal-veloċitá tat-tnixxija ta' l-ilma tal-qiegħ.

(3)   Meta livell mixtieq jintlaħaq (ara Ċ), verifika hija neċessarja bir-ripetizzjoni ta' teħid ta' kampjuni. Meta l-livell ikun konfermat, pjan ta' kontingenza (stipulat fil-permess) irid jiġi segwit.

Ċ.   Livelli mixtieqa

Effetti ambjentali ħżiena sinifikanti, kif imsemmi fl-Artikoli 12 u 13 ta' din id-Direttiva, irid ikun konsiderat li jkun deher fil-każ ta' l-ilma tal-qiegħ, meta analiżi ta' kampjun ta' l-ilma l-qiegħ turi bidla sinifikanti fil-kwalitá ta' l-ilma. Il-livell mixtieq irid ikun determinat bil-kunsiderazzjoni tal-formazzjonijiet idroloġeoloġiċi speċifiċi fil-post ►C1  tal-landfill ◄ u l-kwalitá ta' l-ilma. Il-livell mixtieq irid ikun stipulat fil-permess kull meta jkun possibbli.

L-osservazzjonijiet iridu jkunu evalwati permezz ta' mappa ta' kontroll b'regolamenti ta' kontroll stabbiliti u livelli għal kull bir downgradient. Il-livelli ta' kontroll iridu jiġu determinati minn varjazzjonijiet lokali fil-kwalitá tal-ilma tal-qiegħ.

5.   Topografija tas-sit: Data dwar il-korp ►C1  tal-landfill ◄ <0}



 

Fażi operazzjonali

Fażi ta' kura ta' wara

5.1. Struttura u kompożizzjoni ta' korp ►C1  tal-landfill ◄  (1)

annwali

 

5.2. Imġieba ta' stabilizzazzjoni tal-livell tal-korp ►C1  tal-landfill ◄

annwali

qari annwali

(1)   Data għal pjan ta' l-istat ►C1  tal-landfill ◄ konċernata: wiċċ okkupat bi skart, volum u konsum ta' skart, metodi ta' rimi, ħin u dewmien ta' rimi, kalkolazzjoni ta' kapaċitá li jkun għad fadal li għadha disponibbli ►C1  fil-landfill ◄ .

▼M3

6.   Rekwiżiti speċifiċi għall-merkurju metalliku

Għall-finijiet ta’ ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

A. Rekwiżiti ta’ monitoraġġ, spezzjoni u emerġenza

Fis-sit tal-ħżin għandha tiġi installata sistema ta’ monitoraġġ kontinwu tal-fwar tal-merkurju b’sensittività ta’ mill-inqas 0,02 mg ta’ merkurju/m3. Is-sensuri għandhom jiġu ppożizzjonati fil-livell tal-art u fil-livell ta’ tul ta’ bniedem. Din għandha tinkludi sistema ta’ twissija viżwali u akustika. Darba fis-sena għandu jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-sistema.

Is-sit tal-ħżin u l-kontenituri għandhom jiġu spezzjonati viżwalment minn persuna awtorizzata, tal-inqas darba fix-xahar. Meta jiġu individwati tnixxijiet, l-operatur għandu minnufih jieħu kull azzjoni meħtieġa biex tiġi evitata kwalunkwe emissjoni ta’ merkurju fl-ambjent u biex terġa’ tiġi stabbilita s-sikurezza tal-ħżin tal-merkurju. Kwalunkwe tnixxija għandha titqies li għandha effetti ambjentali negattivi sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 12(b).

Fis-sit għandu jkun hemm disponibbli pjani ta’ emerġenza u tagħmir protettiv adattat għall-ġestjoni tal-merkurju metalliku.

B. Żamma tar-reġistri

Id-dokumenti kollha li fihom l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima 6 tal-Anness II u fil-punt A ta’ din it-Taqsima, inkluż iċ-ċertifikat li jkun hemm mal-kontenitur, kif ukoll reġistri rigward it-tneħħija mill-ħżin u l-kunsinna tal-merkurju metalliku wara l-ħżin temporanju tiegħu, u d-destinazzjoni u t-trattament maħsub għalih għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin wara t-tmiem tal-ħżin.

▼M4




ANNESS IV

PJAN TA’ IMPLIMENTAZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPREŻENTAT SKONT L-ARTIKOLU 5(6)

Il-pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 5(6) għandu jinkludi dan li ġej:

1. valutazzjoni tar-rati passati, attwali u mbassra ta’ riċiklaġġ, rimi f’landfills u trattament ieħor tal-iskart muniċipali u l-flussi li huwa kompost minnhom;

2. valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart u tal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart fis-seħħ skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;

3. ir-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru ikkunsidra li ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stipulati fl-Artikolu 5(5) fi żmien l-iskadenza stipulata hemmhekk u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex dik il-mira tintlaħaq;

4. miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 5(8) ta’ din id-Direttiva applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, inklużi l-istrumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulat fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness IVa tagħha;

5. skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt 4, id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u valutazzjoni tal-kontribut individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta’ estensjoni taż-żmien;

6. informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġjar tal-iskart bi qbil mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;

7. miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data kif xieraq bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ fl-immaniġġjar tal-iskart.



( 1 ) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill td-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1);

( 3 ) ĠU L 175, tal-5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 97/11/KE (ĠU L 73, ta' l-14.3.1997, p. 5).<0}

( 4 ) ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 56.

( 5 ) ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 120/97 (ĠU L 22, ta' l-24.1.1997, p. 14).<0}

( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

( 7 ) ĠU L 20, tas-26.1.1980, p. 43. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).<0}

( 8 ) Parametri rakkomandati:<0} {0><}0{>ph, TOC, phenols, metalli tqal, floridu, AS, żejt/idrokarbonji.