12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-6 ta’ Marzu 2023 – Omya CZ s.r.o. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-133/23, Omya CZ)

(2023/C 205/31)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Omya CZ s.r.o.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Domanda preliminari

Il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96 tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1) għandu jiġi interpretat li l-elettriku użat sabiex jitħaddmu l-magni użati għall-ipproċessar tal-ġebla tal-ġir maqtugħa mill-barrieri, li jikkonsisti f’diversi stadji ta’ tħin u ta’ tifrik sakemm tinkiseb granulometrija speċifika, kemm fil-barriera minn fejn tinqata’ kif ukoll fil-faċilitajiet ta’ pproċessar li jinsabu fil-qrib, huwa elettriku użat għal trattamenti mineraloġiċi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.