19.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Lussemburgu) fid-9 ta’ Ġunju 2022 – CM vs DN
(Kawża C-372/22)
(2022/C 359/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’arrondissement de Luxembourg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CM
Konvenut: DN
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1), japplika:
minkejja li l-premessa 12 tal-imsemmi regolament tispeċifika li “ir-raġunijiet ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija [;d]an ifisser li l-ġurisdizzjoni għandha toqgħod l-ewwelnett ma’ l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ l-minuri, ħlief għal ċerti każijiet fejn hemm tibdil fir-residenza ta’ l-minuri […]”? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-ġurisdizzjoni hekk eżistenti skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, prevista “skond eċċezzjoni għall-Artikolu 8” tal-imsemmi regolament, tipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tal-istess regolament, previst “b’mod ta’ eċċezzjoni” u “fejn dan huwa fl-aħjar interessi għall-minuri”? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63.