19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad – Kula – il-Bulgarija) – OP (C-529/21), MN (C-530/21), KL (C-531/21), IJ (C-532/21), GH (C-533/21), EF (C-534/21), CD (C-535/21), AB (C-536/21), AB (C-732/21), BC (C-733/21), CD (C-734/21), DE (C-735/21), EF (C-736/21), FG (C-737/21), GH (C-738/21) vs Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti

(Kawżi Magħquda C-529/21 sa C-536/21 u C-732/21 sa C-738/21 (1), Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” (Xogħol ta’ billejl) et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 1(3) - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 8 - Artikolu 12 - Sigurtà u saħħa tal-ħaddiema ta’ billejl fuq ix-xogħol - Livell ta’ protezzjoni għall-ħaddiema ta’ billejl adattat għan-natura tax-xogħol tagħhom - Direttiva 89/391/KEE - Artikolu 2 - Ħaddiema fis-settur pubbliku u ħaddiema fis-settur privat - Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Ugwaljanza fit-trattament)

(2023/C 216/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgarija

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad – Kula

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OP (C-529/21), MN (C-530/21), KL (C-531/21), IJ (C-532/21), GH (C-533/21), EF (C-534/21), CD (C-535/21), AB (C-536/21), AB (C-732/21), BC (C-733/21), CD (C-734/21), DE (C-735/21), EF (C-736/21), FG (C-737/21), GH (C-738/21)

Konvenut: Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

d-Direttiva 2003/88 tapplika għall-ħaddiema tas-settur pubbliku, bħalma huma l-pompieri, li jitqiesu li huma ħaddiema ta’ billejl, sakemm dawn il-ħaddiema jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom f’kundizzjonijiet normali.

2)

l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/88, moqri fid-dawl tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li t-tul normali tax-xogħol ta’ billejl stabbilit bħala seba’ sigħat fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru għall-ħaddiema fis-settur privat ma japplikax għall-ħaddiema fis-settur pubbliku, bħalma huma l-pompieri, jekk tali differenza fit-trattament, sakemm il-kategoriji ta’ ħaddiema kkonċernati jkunu jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli, tkun ibbażata fuq kriterju oġġettiv u raġonevoli, jiġifieri li din tkun marbuta ma’ għan legalment ammissibbli mfittex minn din il-leġiżlazzjoni, u li tkun proporzjonata għal dan l-għan.


(1)  ĠU C 257, tal-4.07.2022