6.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fl-14 ta’ April 2020 – SIA “SS” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-175/20)
(2020/C 222/21)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “SS”
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
1) |
Ir-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li talba għal komunikazzjoni li toriġina mill-amministrazzjoni fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinvolvi kwantità sinjifikattiva ta’ data personali, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (b’mod partikolari, mal-Artikolu 5(1))? |
2) |
Ir-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali tista’ tidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, minkejja li hija ma tingħatax dan id-dritt mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Repubblika tal-Latvja? |
3) |
Fid-dawl tar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jeżisti għan leġittimu li jiġġustifika l-obbligu impost minn talba għal komunikazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha mitluba fi kwantità illimitata u matul perijodu indeterminat, mingħajr ma tkun iffissata data ta’ tmiem għall-eżekuzzjoni tat-talba għal komunikazzjoni? |
4) |
Fid-dawl tar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jeżisti għan leġittimu li jiġġustifika l-obbligu impost minn talba għal komunikazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiġi pprovduta d-data kollha mitluba, minkejja li t-talba għal komunikazzjoni ma tispeċifikax l-għan tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni (jew tagħmel dan b’mod inkomplet)? |
5) |
Fid-dawl tar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, jeżisti għan leġittimu li jiġġustifika l-obbligu impost minn talba għal komunikazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiġi pprovduta d-data kollha mitluba, minkejja li, fil-prattika, din it-talba tirrigwarda assolutament il-persuni kollha kkonċernati li ppubblikaw avviżi fir-rubrika intitolata “karozzi privati” ta’ portal? |
6) |
Liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġi vverifikat li l-amministrazzjoni fiskali, inkwantu kontrollur, tiżgura b’mod xieraq li l-ipproċessar (inkluż il-ġbir ta’ informazzjoni) huwa konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data? |
7) |
Liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk talba għal komunikazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hijiex debitament immotivata u ta’ natura okkażjonali? |
8) |
Liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġi vverifikat li pproċessar ta’ data personali jitwettaq sa fejn ikun neċessarju u b’mod kompatibbli mar-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data? |
9) |
Liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġi vverifikat li l-amministrazzjoni fiskali, inkwantu kontrollur, tiżgura li pproċessar ta’ data huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (Responsabbiltà)? |
(1) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1).