31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – IB vs FA

(Kawża C-289/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Ġurisdizzjoni għall-konjizzjoni ta’ talba għal divorzju - Artikolu 3(1)(a) - Kunċett ta’ “residenza abitwali” tar-rikorrent)

(2022/C 51/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IB

Konvenut: FA

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li konjuġi li jaqsam il-ħajja tiegħu bejn żewġ Stati Membri jista’ jkollu r-residenza abitwali tiegħu biss f’wieħed minn dawn l-Istati Membri, b’tali mod li huma biss il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab din ir-residenza abitwali li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar it-talba għax-xoljiment tar-rabta matrimonjali.


(1)  ĠU C 297, 07.09.2020.