25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil du Contentieux des Étrangers – il-Belġju) – X vs État belge

(Kawża C-930/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 13(2) - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni - Żwieġ bejn ċittadin tal-Unjoni u ċittadin ta’ pajjiż terz - Żamma, f’każ ta’ divorzju, tad-dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa vittma ta’ atti ta’ vjolenza domestika mwettqa mill-konjuġi tiegħu - Obbligu li tintwera l-eżistenza ta’ riżorsi suffiċjenti - Assenza ta’ tali obbligu fid-Direttiva 2003/86/KE - Validità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 20 u 21 - Ugwaljanza fit-trattament - Differenza fit-trattament skont jekk l-isponsor huwiex ċittadin tal-Unjoni jew ċittadin ta’ pajjiż terz - Assenza ta’ komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet)

(2021/C 431/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil du Contentieux des Étrangers

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, fir-rigward tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.