201807060151993632018/C 259/241402018CJC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180222171822

Kawża C-140/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-22 ta’ Frar 2018 – Humbert Jörg Köfler et


C2592018MT1720120180222MT0024172182

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-22 ta’ Frar 2018 – Humbert Jörg Köfler et

(Kawża C-140/18)

2018/C 259/24Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck, Wolfgang Semper

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Murtal

Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi ( 1 ) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE ( 2 ) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, bħan-nuqqas ta’ pussess ta’ dokumenti relatati mas-salarji mingħand persuni li jikkollokaw ħaddiema, multi għolja ħafna, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja imposti b’mod kumulattiv fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat?

2.

Fil-każ li ma tingħatax risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, li multi kumulattivi jiġu imposti mingħajr limitu massimu assolut?

3.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda:

L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali li, għal ksur imwettaq minħabba negliġenza, tipprevedi, mingħajr limiti massimi, sanzjonijiet pekunjarji għolja, u fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, priġunerija għal diversi snin?


( 1 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431.

( 2 ) ĠU 2014, L 159, p. 11.