23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
(Kawża C-537/16)
(2017/C 022/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, Stefano Ricucci, Magiste International SA
Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jipprekludi l-possibbiltà li titmexxa proċedura amministrattiva dwar fatti (aġir illegali li jikkonsisti f’manipulazzjoni tas-suq) li fir-rigward tagħhom l-istess persuna ngħatat kundanna kriminali definittiva? |
2) |
Il-qorti nazzjonali tista’ tapplika direttament il-prinċipji tal-Unjoni fir-rigward tal-prinċipju ta’ ne bis in idem, abbażi tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali? |