201807201112013062018/C 276/621042015TC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL20180620363722

Kawża T-104/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – KV vs Il-Kummissjoni (“Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm ta’ azzjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ matul il-ħajja (2007-2013) — Proġetti ‘Green Business is Smart Business’ u ‘LadybizIT: Woman entrepreneurship on the verge of ICT’ — Spejjeż mhux eliġibbli — Rikors għal annullament — Inkompetenza tal-Kummissjoni”)


C2762018MT3620120180620MT0062362372

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – KV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-104/15) ( 1 )

“(“Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm ta’ azzjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ matul il-ħajja (2007-2013) — Proġetti ‘Green Business is Smart Business’ u ‘LadybizIT: Woman entrepreneurship on the verge of ICT’ — Spejjeż mhux eliġibbli — Rikors għal annullament — Inkompetenza tal-Kummissjoni”)”

2018/C 276/62Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KV (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Gheorghiu u K. Skelly, sussegwentement C. Gheorghiu, I. Rubene u J. King, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” (EACEA) (rappreżentanti: inizjalment H. Monet u D. Homann, sussegwentement H. Monet, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9706 finali tas-16 ta’ Diċembru 2014, li ċaħdet bħala infondat l-appell tar-rikorrenti mid-deċiżjoni tal-EACEA tat-23 ta’ Settembru 2014 li tiddikjara mhux eliġibbli ċerti spejjeż tal-persunal fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ sussidju konklużi fit-30 ta’ Settembru 2010 u fid-9 ta’ Settembru 2011 bejn ir-rikorrenti u l-EACEA għall-implimentazzjoni tal-proġetti Ewropej “Green Business is Smart Business” u “LadybizIT: Woman entrepreneurship on the verge of ICT”.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9706 finali tas-16 ta’ Diċembru 2014 hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti minn KV.

4)

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


( 1 ) ĠU C 155, 11.5.2015.