1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/44


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition vs UASI – H. Young Holdings (animal)

(Kawża T-727/14)

(2014/C 431/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. d/b/a Universal Nutrition (New Brunswick, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H. Young Holdings plc (Newbury, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “animal” – Trade mark Komunitarja Nru 2 8 22  807

Proċedura quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2054/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95.