1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fil-25 ta’ Awwissu 2014 – PST CLC a.s. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-405/14)

(2014/C 431/17)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PST CLC a.s.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Domandi preliminari

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2004, tal-1 ta’ Marzu 2004, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (1) kien validu fil-mument li kien fis-seħħ, mit-22 ta’ Marzu 2004 sat-22 ta’ Diċembru 2009, sa fejn jirrigwarda l-punt 2 tal-Anness tiegħu, fejn kien previst li l-prodotti li jikkonsistu f’sink tas-sħana “heat sink” u fann jaqgħu taħt is-subintestatura 8414 59 30 tan-NM, u dan ir-regolament kien għalhekk applikabbli għal din il-kawża?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 16, p. 60.