Kawża C‑127/14

Andrejs Surmačs

vs

Finanšu un kapitāla tirgus komisija

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā Tiesa)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 94/19/KE — Punt 7 tal-Anness I — Skema ta’ garanzija għal depożiti — Esklużjoni ta’ ċerti depożitaturi mill-iskema ta’ garanzija għal depożiti — Esklużjoni ta’ ‘amministratur’’”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015

  1. Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Istituzzjonijiet ta’ kreditu – Sistemi ta’ garanzija għad-depożiti – Direttiva 94/19 – Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu ċerti depożitaturi jew depożiti mill-garanzija – Kundizzjonijiet – Natura eżawrjenti tal-lista tal-esklużjonijiet elenkati fl-Anness I – Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu kategoriji oħra ta’ depożitaturi jew ta’ depożiti – Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, Artikolu 3, u punt 7 tal-Anness I)

  2. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika

  3. Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Istituzzjonijiet ta’ kreditu – Skemi ta’ garanzija għal depożiti – Direttiva 94/19 – Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu ċerti depożitaturi jew depożiti mill-garanzija – Esklużjoni tal-amministraturi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kunċett ta’ amministratur – Kriterji ta’ evalwazzjoni

  1.  Id-depożiti esklużi taħt il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, huma elenkati hemmhekk b’mod eżawrjenti, b’mod li l-Istati Membri ma jistgħux jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, kategoriji oħra ta’ depożitaturi li mill-perspettiva tal-funzjonijiet eżerċitati ma jaqgħux taħt il‑kunċetti elenkati minn dan l-istess punt, sabiex fir-rigward tagħhom tiġi applikata l-esklużjoni mill-garanzija għal depożiti.

    F’dan ir-rigward, il-kategoriji li għalihom jagħmel riferiment il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 sabiex jiġu ddeterminati d-depożiti jew id-depożitaturi esklużi mill-garanzija għandhom jiġu ddefiniti minn perspettiva funzjonali. Konsegwentement, l-esklużjoni mill-garanzija għal depożiti tapplika għall-persuni li jeżerċitaw funzjonijiet li, fid-dawl tad-dritt nazzjonali u tal-prattika kummerċjali tal-Istat Membru, jistgħu jitqiesu li jaqgħu taħt il-kunċetti msemmija fl-imsemmi punt ta’ dan l-Anness, ikun x’ikun l-isem innifsu tal-funzjonijiet hekk eżerċitati, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Barra minn hekk, peress li l-kategoriji previsti fl-Anness I tad-Direttiva 94/19 jikkostitwixxu eċċezzjoni għar-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, huma għandhom jiġu interpretati b’mod strett.

    (ara l-punti 24-26 u d-dispożittiv 1)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 28)

  3.  Il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-garanzija prevista b’din id-direttiva, bħala amministratur, il-persuni li, minħabba l-kariga miżmuma fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu, għandhom, irrispettivament mill-isem ta’ din il-kariga, livell ta’ informazzjoni u ta’ kompetenzi li jippermettilhom jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja reali u r-riskji assoċjati mal-attivitajiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

    Fil-fatt, l-esklużjoni fakultattiva tad-depożitaturi elenkati fl-imsemmi punt tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 tibbaża ruħha fuq il-premessa li dawn il-persuni, fil-prinċipju, għandhom livell ta’ kompetenzi u ta’ informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu li magħha jafdaw id-depożiti tagħhom li l-parti l-kbira tad-depożitaturi ma għandhomx. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, f’dan il-każ, il-persuna kkonċernata għandhiex din l-informazzjoni u dawn il-kompetenzi u tinsabx f’sitwazzjoni li tevalwa s-sitwazzjoni finanzjarja reali u r-riskji assoċjati mal-attivitajiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu. Għal dan l-għan, l-imsemmija qorti jkollha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti tal-kawża u, b’mod partikolari, id-deskrizzjoni tal-kariga tal-persuna kkonċernata, l-attivitajiet li hija eżerċitat effettivament kif ukoll ir-relazzjonijiet ġuridiċi u fattwali bejn din tal-aħħar u l-bord tad-diretturi tal-bank. F’dan il-kuntest, il-kwistjoni ta’ jekk il-persuna kkonċernata hijiex responsabbli għall-attivitajiet kollha tal-bank jew sempliċement għal parti minn attività partikolari tiegħu hija biss waħda mill-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-verifika msemmija iktar ’il fuq.

    (ara l-punti 33, 37, 38 u d-dispożittiv 2)