15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/25


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-648/13)

2014/C 45/42

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann und E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi naqset milli tittrasponi, billi ttrasponiet inkompletament, jew billi ttrasponiet b’mod żbaljat l-Artikolu 2.19, 2.20, 2.26 u 2.27, l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(5) u Anness V (punti 1.3, 1.3.4, 1.3.5, 1.4 u 2.4.1) u Anness VII (Parti A, punti 7.2 sa 7.10) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet u taħt l-Artikolu 24 ta’ din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Artikolu 2.19, 2.20, 2.26 u 2.27

Il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli tittrasponi korrettament u kompletament id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2.19, 2.20, 2.26 u 2.27 tad-Direttiva 2000/60/KE.

Artikolu 8(1)

Il-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika tal-Polonja fuq il-fatt li d-dispożizzjonijiet Pollakki ma jistabbilixxux kundizzjonijiet li jikkorrispondu mar-rekwiżiti tas-siti Natura-2000.

Artikolu 9(2)

Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2000/60/KE ma kienx traspost kompletament jew kif dovut sa fejn jikkonċerna l-obbligu li jiġi inkluż, fil-pjanijiet tal-immaniġġar tal-baċir tax-xmara, rapport dwar il-miżuri ppjanati għal irkupru effettiv tal-ispejjeż li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali ta’ dik id-direttiva.

Artikolu 10(3)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-Repubblika tal-Polonja ma ttrasponietx l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, minkejja li t-traspożizzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija kruċjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva tal-ilma.

Artikolu 11(5)

Il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika tal-Polonja ttrasponiet b’mod żbaljat id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2000/60/KE peress li l-portata tad-dispożizzjonijiet korrispondenti Pollakki hija iktar limitata minn dik tad-Direttiva.

Anness V

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, għalkemm l-Anness V kien fil-parti l-kbira traspost, numru ta’ punti f’dak l-anness ma kinux trasposti kif xieraq fil-liġi Pollakka. Il-kritika ta’ traspożizzjoni żbaljata tirrelata b’mod partikolari mal-inklużjoni tal-istimi fir-rigard tal-livell ta’ fiduċja fil-pjanijiet ta’ mmanniġġar tax-xmara (punti 1.3, 1.3.4 u 2.4.1), l-immonitoraġġ ta’ habitats u speċi f’żoni protetti (punt 1.3.5) u l-esklużjoni ta’ elementi idromorfoloġiċi fil-klassifikazzjoni tal-istatus tal-ilma (punt 1.4.2).

Anness VII

Il-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika tal-Polonja abbażi tal-fatt li hija ttrasponiet b’mod żbaljat il-punti 7.2 sa 7.10 tal-Parti A tal-Anness VII, peress li għandha ssir distinzjoni bejn id-dispoiżizzjonijiet dwar il-pogramm ta’ protezzjoni tal-ilma nazzjonali u l-pjanjiet tal-immaniġġar tal-baċir tax-xmara skont l-Anness VII tad-Direttiva 2006/60/KE. Għan din ir-raġuni, fil-fehma tal-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati mill-awtoritajiet Pollakki li jikkostitwixxu traspożizzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva huma insuffiċjenti sabiex jiżguraw traspożizzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 7.2 sa 7.10 tal-Anness VII.