31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Mechelen (il-Belġju) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Ministère public vs Edgard Jan De Clercq et

(Kawża C-315/13)

2013/C 252/32

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Mechelen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministère public

Konvenuti: Edgard Jan De Clercq, Emiel Amede Rosa De Clercq, Nancy Genevieve Wilhelmina Rottiers, Ermelinda Jozef Martha Tampère, Thermotec NV

Domanda preliminari

L-Artikoli 56 u 57 TFUE (li qabel kienu l-Artikoli 49 u 50 KE) u l-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431), irrispettivament mill-fatt jekk jiġu jew jiġux moqrija flimkien mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjoni tal-Artikolu 141 tal-Liġi Programm (I) tas-27 ta’ Diċembru 2006, li permezz tagħha huwa impost fuq kull persuna li magħha jew li għaliha jaħdmu, direttament jew b’sottokuntratt, ħaddiema bi salarju jew stagiaires issekondati, l-obbligu li tikkomunika b’mod elettroniku (jew fil-każ ta’ impossibbiltà, permezz ta’ faks jew b’ittra), lill-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali, qabel il-bidu tax-xogħol ta’ dawn il-persuni, id-data ta’ identifikazzjoni tal-persuni li ma humiex f’pożizzjoni li jippreżentaw il-konferma ta’ rċevuta, mogħtija lill-persuna li timpjeghom, tad-dikjarazzjoni preliminari tagħhom, flimkien mal-Artikolu 157 tal-Liġi Programm (I) tas-27 ta’ Diċembru 2006 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 183(1) tal-Kodiċi Kriminali Soċjali, li jissanzjonaw bi pieni korrezzjonali n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu?