19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Minerva Kulturreisen GmbH vs Finanzamt Freital

(Kawża C-31/10) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 26 - Skema speċjali għall-aġenti tal-ivvjaġġar u ta’ operaturi tat-turs - Kamp ta’ applikazzjoni - Bejgħ ta’ biljetti tal-opera mingħajr il-provvista ta’ servizzi addizzjonali)

2011/C 55/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minerva Kulturreisen GmbH

Konvenut: Finanzamt Freital

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 26 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1 p. 23) — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar — Bejgħ ta’ biljetti tal-opera mingħajr il-provvista ta’ servizzi addizzjonali

Dispożittiv

L-Artikolu 26 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-bejgħ separat minn aġent tal-ivvjaġġar tal-biljetti tal-opera, mingħajr il-provvista ta’ servizz tal-ivvjaġġar.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.