Kawża C-88/09

Graphic Procédé

vs

Ministère du Budget, des Comptes publics et de la Fonction publique

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza))

“Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Attività ta’ reprografija — Kunċetti ta’ ‘provvista ta’ oġġetti’ u ta’ ‘provvista ta’ servizzi’ — Kriterji ta’ distinzjoni”

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Frar 2010   I ‐ 1051

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Provvista ta’ oġġetti – Kunċett

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 5(1) u 6(1))

L-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li, l-attività ta’ reprografija tissodisfa l-karatteristiċi ta’ provvista ta’ oġġetti sa fejn tkun limitata għal sempliċi tranżazzjoni ta’ riproduzzjoni ta’ dokumenti fuq materjali, peress li d-dritt li jiddisponi minnhom ġie ttrasferiet mir-reprografiku għall-klijent li ordna l-kopji tal-oriġinali. Tali attività għandha tiġi kklassifikata madankollu bħala “provvista ta’ servizzi” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva 77/388 meta jidher li din tinvolvi provvista ta’ servizzi addizzjonali li jistgħu, fid-dawl tal-importanza li huma għandhom għad-destinatarju tagħhom, taż-żmien li tieħu l-eżekuzzjoni tagħhom, tal-ipproċessar li jeħtieġu d-dokumenti oriġinali u tal-parti tal-ispiża totali li din il-provvista ta’ servizzi tirrappreżenta, ikollhom karattru predominanti fir-rigward tat-tranżazzjoni ta’ provvista ta’ oġġetti, b’mod li huma jikkostitwixxu skop fihom infishom għad-destinatarju tagħhom.

(ara l-punt 33 u d-dispożittiv)