30.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Burgdorf (C-497/09), CinemaxX Entertainment GmbH & Co. KG, li kienet Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG (C-499/09), Lothar Lohmeyer (C-501/09), Fleischerei Nier GmbH & Co. KG (C-502/09) vs Manfred Bog (C-497/09), Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst (C-499/09), Finanzamt Minden (C-501/09), Finanzamt Detmold (C-502/09)
(Kawżi magħquda C-497/09, C-499/09, C-501/09, C-502/09) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikoli 5 u 6 - Klassifikazzjoni ta’ attività kummerċjali bħala “provvista ta” oġġetti’ jew “provvista ta’ servizzi” - Forniment ta’ ikliet jew ta’ ikel lesti għall-konsum immedjat fi stands jew f’vetturi li joffru l-ikel - Forniment, f’ċinema, ta’ pop-corn u ta’ chips “tortilla” (“nachos”) għall-konsum immedjat - Fornitur tal-ikel li jikkunsinna fid-djar - Kategorija 1 tal-Anness H - Interpretazzjoni tat-termini “affarijiet ta’ l-ikel”)
2011/C 130/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finanzamt Burgdorf (C-497/09), CinemaxX Entertainment GmbH & Co. KG, li kienet Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG (C-499/09), Lothar Lohmeyer (C-501/09), Fleischerei Nier GmbH & Co. KG (C-502/09)
Konvenuti: Manfred Bog (C-497/09), Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst (C-499/09), Finanzamt Minden (C-501/09), Finanzamt Detmold (C-502/09)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/388KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif ukoll tat-terminu “affarijiet ta’ l-ikel” li jinsab fl-Anness H tal-imsemmija direttiva — Assimilazzjoni ta’ attività kummerċjali speċifika għal “provvista ta’ oġġetti” jew għal “provvista ta’ servizzi” — Bejgħ ta’ ikliet (zalzett, chips, eċċ) għal konsum immedjat, minn vann
Dispożittiv
(1) |
L-Artikoli 5 u 6 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
(2) |
Fil-każ ta’ provvisti ta’ oġġetti, il-kunċett ta’ “affarijiet ta’ l-ikel” li jinsab fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 92/111 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri wkoll il-platti u l-ikliet li ġew imsajra, mixwija, moqlija jew ippreparati b’mod ieħor bil-ħsieb li jiġu kkonsmati immedjatament. |