18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Court of Appeal — ir-Renju Unit) — Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs vs Axa UK plc

(Kawża C-175/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjoni - Artikolu 13B(d), punt 3 - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ħlasijiet u trasferimenti - Irkupru ta’ debiti - Pjanijiet ta’ ħlas għal kura tas-snien - Servizzi ta’ ġbir u ta’ pproċessar ta’ ħlasijiet f’isem il-klijenti ta’ fornitur ta’ servizzi)

2010/C 346/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

Konvenuta: Axa UK plc

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13B(d), punt 3 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet — Portata — Kunċett ta’ “servizzi li għandhom bħala effett it-trasferiment ta’ fondi u li jinvolvu bidliet fis-sitwazzjoni legali u finanzjarja” — Servizzi ta’ ġbir, ta’ pproċessar u ta’ rkupru ta’ debiti mill-klijenti ta’ kummerċant — Pjanijiet ta’ ħlas għall-kura tas-snien

Dispożittiv

Il-punt 3 tal-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt l-eżenzjoni tal-VAT, prevista f’din id-dispożizzjoni, il-provvista ta’ servizzi li tikkonsisti, essenzjalment, f’li lill-bank ta’ terz jintalab it-trasferiment permezz tas-sistema ta’ “debitu dirett” ta’ somma dovuta minn din il-persuna lill-klijent tal-persuna li tipprovdi servizzi fil-kont ta’ dan tal-aħħar, f’li jintbagħat rendikont tas-somom riċevuti lill-klijent, f’li jsir kuntatt mat-terz li fir-rigward tiegħu l-fornitur ta’ servizzi ma jkunx għadu rċieva l-ħlas u, fl-aħħar nett, f’li jingħata l-ordni lill-bank tal-fornitur ta’ servizzi sabiex jittrasferixxi l-ħlas riċevut, wara li titnaqqas ir-remunerazzjoni tiegħu, fil-kont tal-bank tal-klijent.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009