Kawża C-267/08

SPÖ Landesorganisation Kärnten

vs

Finanzamt Klagenfurt

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Klagenfurt)

“VAT — Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kunċett ta’ ‛attivitajiet ekonomiċi’ — Organizzazzjoni reġjonali ta’ partit politiku — Attivitajiet ta’ pubbliċità li minnhom jibbenefikaw l-organizzazzjonijiet lokali tal-partit — Spejjeż relatati ma’ dawn l-attivitajiet li jeċċedu d-dħul”

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Poiares Maduro, ippreżentati fid-9 ta’ Lulju 2009   I ‐ 9783

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009   I ‐ 9792

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Attivitajiet ekonomiċi fis-sens tal-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 4(1) u (2))

L-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li attivitajiet ta’ pubbliċità esterna mwettqa minn sezzjoni ta’ partit politiku ta’ Stat Membru ma jistgħux jitqiesu bħala attività ekonomika. Fil-fatt, attivitajiet bħal dawn ma jippermettux li jiġi ġġenerat dħul b’mod kontinwu, peress li l-uniku dħul kontinwu jiġi mill-finanzjament pubbliku u mill-miżati tal-membri tal-partit u li jinġabar sabiex jagħmel tajjeb għat-telf imġarrab mill-attività ta’ pubbliċità esterna. Għaldaqstant, permezz ta’ tali attivitajiet ta’ pubbliċità, partit politiku jwettaq attività ta’ komunikazzjoni, fil-kuntest tal-għanijiet politiċi tiegħu, intiża sabiex ixxerred l-ideat tiegħu bħala organizzazzjoni politika. Madankollu, billi jeżerċita dawn l-attivitajiet, l-imsemmi partit politiku ma jipparteċipa f’ebda suq.

(ara l-punti 21, 23, 24 u d-dispożittiv)