12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Frar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell'Economia e delle Finanze vs Part Service Srl, kumpannija fi stat ta' stralċ

(Kawża C-425/06) (1)

(Sitt Direttiva VAT - L-Artikoli 11A(1)(a), u 13B(a) u (d) - Lease - Taqsim artifiċjali ta' servizz f'diversi elementi - Effetti - Tnaqqis ta' l-ammont taxxabbli - Eżenzjonijiet - Prattika abbużiva - Kundizzjonijiet)

(2008/C 92/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero dell'Economia e delle Finanze

Konvenuta: Part Service Srl, kumpannija fi stat ta' stralċ

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Tranżazzjoni ta' leasing maqsuma f'diversi kuntratti differenti u li għandha bħala bħala riżultat il-kisba ta' vantaġġ fiskali — Interpretazzjoni tal-kunċett ta' abbuż ta' dritt kif iddefinit fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-255/02, Halifax et

Dispożittiv

1)

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima għandha tiġi interpretata fis-sens li prattika abbużiva tista' tiġi stabbilita meta l-kisba ta' vantaġġ fiskali tikkostitwixxi l-għan essenzjali tat-tranżazzjoni jew tat-tranżazzjonijiet in kwistjoni.

2)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi, fid-dawl ta' l-elementi ta' interpretazzjoni pprovduti minn din is-sentenza, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-VAT, jekk tranżazzjonijiet bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħux jiġu kkunsidrati bħala prattika abbużiva fis-sens tas-Sitt Direttiva 77/388.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.