12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/178


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) ***

P7_TA(2010)0215

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010 – C7-0109/2010 – 2009/0085(NLE))

2011/C 236 E/41

(Approvazzjoni - referenza mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0326),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2009 (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665 u COM(2010)0147),

wara li kkunsidra l-Artikolu 194(2), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni talbet l-approvazzjoni tal-Parlament (C7-0109/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59(3), 81, u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0176/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Istatut;

2.

Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2009)0030.