52005PC0704

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil-Litwanja biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (It-test Litwan biss huwa awtentiku) /* KUMM/2005/0704 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.1.2006

KUMM(2005) 704 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza lil-Litwanja biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (It-test Litwan biss huwa awtentiku)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Skond l-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-fatturat - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud. bażi uniformi ta’ valutazzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jopera unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunkwe Stat Membru li japplika miżuri speċjali għal deroga minn dik id-Direttiva sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ħlas ta' taxxa jew iwaqqaf milli jseħħu ċerti tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa. Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fi 28 ta’ Ġunju 2005, ir Repubblika tal-Litwanja talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżuri ta' deroga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/388/EEC. B’konformità ma’ l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra b’ittra li ġġib id-data tat-22 ta’ Awwissu 2005 bit-talba magħmula mil-Litwanja. B’ittra li ġġib id-data tat-23 ta’ Awwissu 2005, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Litwanja li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talba. |

120 | Il-kuntest ġenerali Bħala regola ġenerali, l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 77/388/KEE fil-verżjoni stipulata fl-Artikolu 28(g) ta’ l-imsemmija Direttiva, jistipula li taħt is-sistema interna, il-persuna taxxabbli li tforni l-prodotti jew is-servizzi hija normalment responsabbli li tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Il-Gvern Litwan jixtieq japplika proċedura ta’ inverżjoni tal-ħlas b'tali mod li l-persuna taxxabli, li tirċievi l-prodotti jew is-servizzi, issir responsabbli li tħallas il-VAT f'dawn is-sitwazzjonijiet: - provvisti ta' oġġetti u servizzi minn persuna taxxabli waqt li qiegħda taħt proċedura ta’ insolvenza jew proċedura ta’ ristrutturazzjoni li tkun suġġetta għal sorveljanza ġudizjarja; - provvisti ta’ njam minn persuna taxxabli; - provvisti minn persuna taxxabli ta’ skart u rimi ta' ħadid, residwi u materjal ieħor reċiklabbli li jikkonsisti f'ħadid u metalli mhux tal-ħadid; - provvisti ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni minn sottokuntrattur jew għall kuntrattur ġenerali, jew għal sottokuntrattur ieħor jew għal xi kumpanija li tesegwi x-xogħol ta’ kostruzzjoni hi stess. Fejn jidħlu provvisti ta’ persuni taxxabli, taħt proċedura ta’ insolvenza jew proċedura ta’ ristrutturazzjoni li tkun suġġetta għal sorveljanza ġudizjarja, ħafna drabi ma jkollhomx il-possibilità jew l-intenzjoni li jissottomettu l-VAT riċevuta fuq il-provvisti tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti. Min-naħa l-oħra, ix-xerrej li ġeneralment ikun negozjant kompjaċenti, xorta jkun jista’ jnaqqas il-VAT imħallas. Is-settur ta’ l-injam fil-Litwanja jirrappreżenta riskju għoli ta’ evażjoni u evitar tat-taxxa. Is-settur jirrappreżenta ammont konsiderevoli ta’ negozjanti, dawn ħafna drabi jkunu bejjiegħa mill-ġdid jew intermedjarji żgħar, li jisparixxu mingħajr ma jkunu ħallsu t-taxxa li ġabru mill-klijenti tagħhom. B’hekk il-Gvern tal-Litwanja jikkonsidraha importanti li d-deroga tiġi applikata f’kull stadju tal-provvisti ta’ l-injam bejn persuni taxxabli. Sitwazzjoni simili titfaċċa fis-settur ta' l-iskart, fejn negozjanti responsabbli mill-ġbir, għażla u bidla bażika ħafna drabi jispiċċaw ma jinstabu mkien. Problemi ta’ dan it-tip jitfaċċaw ukoll fis-settur tal-kostruzzjoni, partikolarment f’dawk l-oqsma fejn ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ikun provdut minn sottokuntratturi, li sussegwentement ma jħallsux it-taxxa. It-talba attwali se tiġi mogħtija, fil-prinċipju, sal-31 ta’ Diċembru 2009. Madankollu, wieħed irid iqis li fis-16 ta' Marzu 2005, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva li timmodifika d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta’ ċerti miżuri biex jissimplifikaw il-proċedura biex titħallas il-VAT u biex tgħin fl-azzjoni kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, u tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li joffru derogi (ir-razzjonalizzazzjoni ta’ l-eżerċizzju tad-derogi ta' l-Artikolu 27) Din il-proposta tiġbor fiha, fost affarijiet oħra, l-użu ta’ mekkaniżmu ta’ reverse charge f’ċerti sitwazzjonijiet. Għal dawk il-partijiet tad-deroga, li jiġu koperti mill-eżerċizzju ta’ razzjonalizzazzjoni, id-deroga ma jibqax ikollha effett minn xħin tidħol fis-seħħ dik id-Direttiva. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Dispożizzjonijiet simili li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/388/KEE ngħataw lil Stati Membri oħra. |

141 | Il-konsistenza ma' politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

219 | Mhux rilevanti. |

Ġbir u użu ta' għarfien espert |

229 | Ma kienx hemm ħtieġa ta' għarfien espert estern. |

230 | L-evalwazzjoni ta' l-impatt Id-Deċiżjoni proposta timmira li tissimplifika l-proċedura tal-ħlas tat-taxxa u li tgħin fil-ġlieda kontra il-possibilità ta’ evażjoni jew evitar tal-VAT u għalhekk għandha potenzjal għal impatt ekonimiku pożittiv. F'kull każ l-impatt se jkun limitat minħabba l-firxa dejqa tad-deroga. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Taqsira ta' l-azzjoni proposta Awtorizzazzjoni għal-Litwanja biex testendi l-applikazzjoni ta’ miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE fir-rigward ta' l-użu ta' mekkaniżmu ta’ reverse charge f’każ ta’ proċeduri ta’ insolvenza, ristrutturazzjoni li tkun suġġetta għal sorveljanza ġudizjarja, għal provvisti fl-injam, ċerti provvisti ta’ skart u ċerti provvisti ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni. |

310 | Bażi legali L-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-fatturat - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ valutazzjoni. |

329 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-fatt ma japplikax. |

Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejjin. |

331 | Din id-Deċiżjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni mogħtija lil Stat Membru fuq talba tiegħu stess u ma timplika l-ebda obbligu. |

332 | Minħabba l-ambitu limitat tad-deroga, il-miżura speċjali hija proporzjonata ma’ l-għan li għandu jinkiseb. |

Għażla ta' strumenti |

341 | Strumenti proposti: oħra. |

342 | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejjin: Skond l-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-fatturat, Deċiżjoni tal-Kunsill biss hija possibbli. |

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA |

409 | Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

INFORMAZZJONI ULTERJURI |

Klawsola ta’ evalwazzjoni/reviżjoni/estinzjoni |

533 | Il-proposta tinkludi klawsola ta’ estinzjoni |

1. Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza lil-Litwanja biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (It-test Litwan biss huwa awtentiku)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra s-SittDirettiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-fatturat - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud; bażi uniformi ta’ valutazzjoni[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

2. Skond l-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, il-Kunsill, filwaqt li jopera unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunkwe Stat Membru li japplika miżuri speċjali għal deroga minn dik id-Direttiva sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ħlas ta' taxxa jew iwaqqaf milli jseħħu ċerti tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa.

3. Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Ġunju 2005, il-Litwanja talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżuri ta' deroga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/388/KEE.

4. B’konformità ma’ l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra b’ittra li ġġib id-data tat-22 ta’ Awwissu 2005 bit-talba magħmula mil-Litwanja. B’ittra li ġġib id-data tat-23 ta’ Awwissu 2005, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Litwanja li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talba.

5. L-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 77/388/KEE fil-verżjoni stipulata fl-Artikolu 28(g) ta’ l-imsemmija Direttiva, jistipula li taħt is-sistema interna, il-persuna taxxabbli li tforni l-prodotti u s-servizzi hija normalment responsabbli li tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

6. L-iskop tad-deroga mitluba mill Litwanja hu li jaċċerta, taħt ċerti kundizzjonijiet, ir-riċevitur responsabbli għall-VAT dovuta fuq il-provvista ta’ prodotti u servizzi f’każijiet ta’ proċeduri ta’ insolvenza, jew ta’ ristrutturazzjoni li jkunu suġġetti għal sorveljanza ġudizjarja, għal provvisti fl-injam, ċerti tranżazzjonijiet ta’ skart u ċertuitrazazzjonijiet ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni.

7. Persuni taxxabli taħt proċeduri ta’ insolvenza jew ristrutturazzjoni li jkunu suġġetti għal sorveljanza ġudizjarja, ħafna drabi ma jkunux jistgħu jħallsu l-VAT invojsjati fuq prodotti u servizzi tagħhom minħabba difikultajiet finanzjarji. Madankollu, ir-riċevitur jista’ jnaqqas il-VAT anki jekk din ma tħallsitx mill-fornitur.

8. Jitfaċċaw problemi fis-suq tal-injam fil-Litwanja minħabba n-natura tas-suq u n-negozji nvoluti. Is-suq huwa dominat minn kumpaniji lokali żgħar, ħafna drabi bejjiegħa mill-ġdid u intermedjari, li l-awtoritajiet tat-tassazzjoni sabuha diffiċli biex jikkontrollaw. L-aktar forma komuni ta’ evażjoni tinvolvi l-fatturazzjoni ta’ provvisti min-negozji li wara jisparixxu mingħajr ma jħallsu t-taxxa imma jħallu lill-konsumatur b’irċevuta ta’ fattura valida li biha jista’ jieħu t-taxxa lura.

9. Problemi simili ta’ nuqqas ta' ħlas ta’ VAT invojsjata jitfaċċaw fil-Litwanja fis-settur ta’ reċiklaġġ ta’ skart ta’ ħadid u metalli mhux tal-ħadid.

10. Problemi oħra ta’ dan it-tip jiġru ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni tal-Litwanja, partikolarment fejn jidħol VAT invojsjata minn sottokuntratturi li jgħibu fix-xejn.

11. Meta jiġi deżinjat ir-riċevitur bħala l-persuna responsabbli għall-VAT fil-każijiet imsemmija hawn fuq li jkollhom effet ħażin fuq il-finanzi pubbliċi , id-deroga tneħħi d-difikultajiet misjuba mingħajr ma taffetwa l-ammont ta’ taxxa dovuta. Ir-riżultat ta' dan huwa li jiġi ssimplifikat ix-xogħol ta’ l-awtoritajiet tat-taxxi biex jimponu t-taxxa u li jipprevjeni ċerti tipi ta’ evażjoni u evitar ta’ taxxa dovuta.

12. Il-miżura hi proporzjonata ma’ l-għanijiet immirati minħabba li m’hijiex intenzjonata li tapplika b’mod ġenerali imma f’operazjonijiet speċifiċi u setturi li fihom riskju konsiderevoli ta’ evażjoni tat-taxxa.

13. Derogi simili ngħataw lil Stati Membri oħra u nstabu effettivi.

14. L-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata sal-31 ta’ Diċembru 2009, biex fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba sa dik id-data tista’ tintlaħaq evalwazzjoni dwar jekk id-deroga tibqax ġustifikata jew le. Madankollu, fis-16 ta’ Marzu 2005 il-Kummissjoni pproponiet Direttiva li tirrazzjonalizza uħud mid-derogi skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE[2].Huwa għalhekk meħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga jiġi limitat għal dawk il-partijiet sakemm din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

15. Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi Komunitarji proprji li jirriżultaw mill-ġbir tal-VAT

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 21(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, fil-verżjoni stipulata fl-Artikolu 28(g) tiegħu, il-Litwanja qiegħda tiġi awtorizzata li tinnomina l-persuna taxxabli li qed tirċievi l-prodotti jew servizzi imsemmija fl-Artikolu 2, bħala l-persuna responsabbli li tħallas il-VAT.

Artikolu 2

Ir-riċevitur tal-provvisti ta’ prodotti jew servizzi jista’ jiġi nnominat bħala l-persuna responsabbli li jħallas il-VAT fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

16. provvisti ta' oġġetti u servizzi minn persuna taxxabli waqt li qiegħda taħt proċedura ta’ insolvenza jew proċedura ta’ ristrutturazzjoni li tkun suġġetta għal sorveljanza ġudizjarja;

17. provvisti ta’ njam;

18. provvisti ta’ skart u rimi ta' ħadid, residwi u materjal ieħor reċiklabbli li jikkonsisti f'ħadid u metalli mhux tal-ħadid;

19. provvisti ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni minn sottokuntrattur jew għall kuntrattur ġenerali, jew għal sottokuntrattur ieħor jew fħal xi kumpanija li tesegwi x-xogħol ta’ kostruzzjoni hi stess.

Artikolu 3

L-awtorizzazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 1 għandha tieqaf tgħodd mill-31 ta' Diċembru 2009. Madankollu, punt (1), (3) jew (4) ta’ l-Artikolu 2 jieqaf jgħodd fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' Direttiva li tirrazzjonalizza d-derogi skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE li tinkludi skema speċjali għall-applikazzjoni tal-VAT għal dak is-settur, sakemm id-data tkun qabel il-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p.1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, ta’ l-1.5.2004, p.35)

[2] ĠU C 125, tat-24.5.2005, p. 12 COM(2005) 89