41993D0014



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0427 - 0427


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

ta' l-14 ta' Diċembru 1993

dwar it-titjib ta' koperazzjoni ġudizzjarja prattika għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga

(SCH/Com-ex (93)14)

IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, minn hawn "il quddiem imsejjħa" il-Konvenzjoni ta' Schengen,

Wara li kkunsidra l-Artikoli 48 sa' 53 u 76 tal-Konvenzjoni hawn fuq imsemmija,

IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:

Għat-titjib ta' koperazzjoni ġudizzjarja prattika fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jekk il-parti mitluba mhix fi ħsiebha tinforza talba għal għajnuna reċiproka, jew taħseb li tinforza parti minnha biss, għandha tavża l-parti li qed titlob dwar ir-raunijiet għaċ-ċaħda tagħha u, fejn ikun possibbli, dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu qabel ma dik it-talba tkun tista' tiġi infurzata.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ ladarba l-Istati kollha parti għall-Konvenzjoni ta' Schengen ikunu avżaw li tlestew il-proċeduri meħtieġa mis-sistemi legali tagħhom sabiex dawn id-deċiżjonijiet jorbtu fit-territorju tagħhom.

Pariġi, l-14 ta' Diċembru 1993.

Il-President

A. Lamassoure

--------------------------------------------------