3.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/2


STATUTI TAL-ACTRIS ERIC

(2023/C 156/02)

PREAMBOLU

BILLI x-xjenza tat-tibdil fil-klima u tal-kwalità tal-arja teħtieġ fehim tal-varjabbiltà spazjali u temporali tal-kostitwenti atmosferiċi b’ħajja qasira;

BILLI fehim aktar profond tal-forzi xprunaturi tat-tibdil fil-klima u tat-tniġġis tal-arja jeħtieġ osservazzjoni tad-distribuzzjoni b’erba’ dimensjonijiet tal-kostitwenti atmosferiċi b’ħajja qasira;

BILLI fehim aktar profond tal-varjabbiltà atmosferika tal-kostitwenti atmosferiċi b’ħajja qasira jeħtieġ għarfien tal-proċessi kumplessi li jixprunaw l-interazzjonijiet tagħhom;

BILLI x-xjenza tat-tibdil fil-klima u tal-kwalità tal-arja teħtieġ aċċess garantit għad-data ta’ osservazzjoni fit-tul ipprovduta bi preċiżjoni u b’kopertura ġeografika adegwata;

BILLI t-titjib tal-għarfien u tat-teknoloġiji għax-xjenza tat-tibdil fil-klima u tal-kwalità tal-arja jeħtieġ aċċess għal pjattaformi ta’ riċerka strumentati ħafna f’atmosferi naturali u kkontrollati;

BILLI L-ACTRIS tipprovdi għarfien espert uniku fil-metroloġija tal-aerosols, tas-sħab u tal-gassijiet traċċa reattivi, fil-forniment tad-data relatata mal-varjabbiltà tal-kostitwenti atmosferiċi b’ħajja qasira u fil-proċeduri għall-aċċess ta’ din l-informazzjoni;

BILLI l-prodotti tad-data tal-ACTRIS huma meħtieġa għall-kompletezza tas-sistema ta’ osservazzjoni tad-dinja għall-kwalità tal-klima u tal-arja u jikkontribwixxu biex isolvu l-inċertezzi fil-mudelli tas-sistema tal-klima u tad-dinja lejn l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sostenibbli għar-rispons għall-isfidi ambjentali;

BILLI L-ACTRIS għandha l-ħsieb li tgħolli l-livell tat-teknoloġija użata fl-infrastruttura tar-riċerka distribwita u tal-kwalità tas-servizzi offruti lil komunità wiesgħa ħafna ta’ utenti, bl-involviment tas-sħab mis-settur privat;

BILLI L-ACTRIS tippromwovi wkoll it-taħriġ tal-operaturi u tal-utenti u ssaħħaħ ir-rabta bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fil-qasam tax-xjenza atmosferika u klimatika;

GĦALHEKK

il-membri u l-osservaturi elenkati fl-Anness I

FTIEHMU KIF ĠEJ:

KAPITOLU 1

ELEMENTI ESSENZJALI

Artikolu 1

Isem

Infrastruttura ta’ Riċerka dwar l-Aerosol, is-Sħab u l-Gassijiet Traċċa (ACTRIS) hija stabbilita bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) skont ir-Regolament (KE) Nru 723/2009, bl-isem ta’ “ACTRIS ERIC”.

Artikolu 2

Kompiti u attivitajiet

1.   L-għan tal-ACTRIS huwa li tipproteġi settijiet tad-data integrati ta’ kwalità għolja fil-qasam tax-xjenzi atmosferiċi u li tipprovdi servizzi, inkluż l-aċċess għal pjattaformi strumentati, imfassla għall-użu xjentifiku u teknoloġiku.

2.   Il-kompitu ewlieni tal-ACTRIS ERIC huwa li jistabbilixxi u jopera l-infrastruttura tar-riċerka distribwita u li jikkoordina l-iżvilupp strateġiku u finanzjarju u l-operat fit-tul tal-ACTRIS.

3.   Fit-twettiq tal-kompitu ewlieni tiegħu, u f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawn l-Istatuti, l-ACTRIS ERIC għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

jikkoordina u jimmonitorja l-forniment adegwat tad-data mill-Faċilitajiet Nazzjonali;

(b)

jikkoordina u jimmonitorja l-attivitajiet fil-Faċilitajiet Ċentrali u l-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp tas-servizzi;

(c)

jiżgura l-aċċess miftuħ u f’waqtu għad-data u għall-prodotti tad-data tal-ACTRIS permezz taċ-Ċentru tad-Data;

(d)

jopera aċċess fiżiku u mill-bogħod għaċ-Ċentri Tematiċi, għaċ-Ċentru tad-Data u għall-Faċilitajiet Nazzjonali.

4.   L-ACTRIS ERIC jista’ jwettaq ukoll l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

jippromwovi l-ACTRIS lill-komunitajiet tax-xjenza, lis-settur privat u lill-pubbliku ġenerali;

(b)

jimplimenta l-iżviluppi soċjetali u teknoloġiċi relatati mal-kompitu u mal-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2)(3) tal-Istatuti;

(c)

jiżviluppa attivitajiet konġunti mal-gruppi ta’ utenti inkluż l-industrija;

(d)

jippromwovi t-trasferiment tal-għarfien lill-industrija, lis-soċjetà u lil dawk li jfasslu l-politika;

(e)

jarmonizza l-implimentazzjoni tal-ACTRIS mal-prijoritajiet u mal-istrateġiji nazzjonali;

(f)

jippromwovi r-riżorsi tal-ACTRIS għal finijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ;

(g)

jikkollabora u jkun interoperabbli ma’ infrastrutturi oħra tar-riċerka f’oqsma relatati u komplementari;

(h)

irawwem it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali;

(i)

jipparteċipa bħala sieħeb iffinanzjat jew ta’ finanzjament f’attivitajiet ta’ riċerka xjentifika rilevanti għall-kompitu tiegħu; u

(j)

iwettaq kwalunkwe azzjoni relatata oħra meħtieġa biex jikseb il-kompitu tiegħu.

5.   L-ACTRIS-ERIC għandu jwettaq il-kompitu ewlieni tiegħu fuq bażi mhux ekonomika. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-ACTRIS ERIC jista’ jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati, dment li dawn ikunu relatati mill-qrib mal-kompitu ewlieni tiegħu u ma jipperikolawx l-ilħuq tiegħu. L-ACTRIS ERIC għandu jżomm rekord tal-kostijiet u tad-dħul tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu separatament, u għandu jitlob prezzijiet tas-suq għalihom, jew, jekk dawn ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati, il-kostijiet totali flimkien ma’ marġni raġonevoli. Kwalunkwe introjtu ġġenerat minn dawk l-attivitajiet ekonomiċi limitati għandu jintuża mill-ACTRIS ERIC biex itejjeb u jsaħħaħ il-kompitu tiegħu.

Artikolu 3

Post u sede statutorja

1.   L-ACTRIS ERIC se jkun infrastruttura tar-riċerka distribwita b’sede statutorja f’Ħelsinki, fil-Finlandja, u f’unitajiet tal-Uffiċċju Prinċipali li jinsabu fil-Finlandja u fl-Italja.

2.   L-infrastruttura tar-riċerka distribwita għandha tinkludi Ċentru tad-Data, Ċentri Tematiċi u Faċilitajiet Nazzjonali li jinsabu f’pajjiżi differenti. Iċ-Ċentru tad-Data, iċ-Ċentri Tematiċi u l-Faċilitajiet Nazzjonali għandhom ikunu kkonnettjati mal-ACTRIS ERIC permezz ta’ ftehimiet magħmula mal-organizzazzjonijiet li jospitaw il-faċilitajiet.

Artikolu 4

Durata u stralċ

1.   L-ACTRIS ERIC għandu jiġi stabbilit għal perjodu indefinit, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-istralċ tal-ERIC.

2.   L-istralċ tal-ACTRIS ERIC għandu jseħħ wara deċiżjoni f’dan ir-rigward mill-Assemblea Ġenerali, f’konformità mal-Artikolu 18(8) tal-Istatuti.

3.   L-assi li jifdal wara l-pagament tad-djun tal-ACTRIS ERIC għandhom jitqassmu bejn il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi b’mod proporzjonali għall-kontribuzzjoni annwali rispettiva tagħhom lill-ACTRIS ERIC, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Assemblea Ġenerali.

4.   Mingħajr dewmien bla bżonn wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ stralċ, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem wara tali adozzjoni, l-ACTRIS ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan. Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ stralċ, l-ACTRIS ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan.

5.   L-ACTRIS-ERIC ma għandux jibqa’ jeżisti mill-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Responsabbiltà u assigurazzjoni

1.   L-ACTRIS ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.

2.   Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi għad-djun tal-ACTRIS ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom ipprovduti lill-ACTRIS ERIC.

3.   L-ACTRIS ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għall-bini u għall-operat tal-ACTRIS ERIC.

Artikolu 6

Politika ta’ aċċess għall-utenti

1.   L-ACTRIS ERIC għandu jipprovdi aċċess effettiv għad-data, għall-għodod u għas-servizzi. Il-prijoritizzazzjoni mhux diskriminatorja għandha tiġi applikata abbażi tal-mertu xjentifiku, il-fattibbiltà teknika u/jew kriterji rilevanti oħra pertinenti għall-għan tal-ACTRIS.

2.   L-aċċess għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ta’ aċċess miftuħ li jsegwu l-kriterji, il-proċeduri u l-modalitajiet stabbiliti fil-politika tad-data tal-ACTRIS ERIC u fid-dokumenti ta’ politika dwar l-aċċess u s-servizz approvati mill-Assemblea Ġenerali. Il-proċeduri u l-kriterji tal-evalwazzjoni għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku fuq il-portal web tal-ACTRIS ERIC. L-ACTRIS ERIC għandu jipprovdi gwida lill-utenti inkluż permezz tal-portal web tiegħu biex jiffaċilita l-aċċess għad-data, għall-għodod u għas-servizzi.

Artikolu 7

Politika ta’ evalwazzjoni

L-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC għandhom jiġu evalwati kull sena mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni. Barra minn hekk, is-servizzi, l-operazzjonijiet u l-ġestjoni tal-ACTRIS għandhom jiġu evalwati mill-inqas kull 5 snin minn evalwaturi esterni indipendenti, li ma jistgħux ikunu membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni, maħtura mill-Assemblea Ġenerali u li jirrapportaw lilha.

Artikolu 8

Politika dwar it-tixrid

1.   L-ACTRIS ERIC għandu jippromwovi x-xjenza miftuħa u l-innovazzjoni u jħeġġeġ lill-utenti jagħmlu r-riżultati tagħhom disponibbli għall-pubbliku. L-użu tad-data, tas-servizzi u tal-infrastruttura tal-ACTRIS għandu jiġi rikonoxxut fil-pubblikazzjonijiet u fi kwalunkwe dokument ieħor. Għandhom jiġu pprovduti aktar dettalji fir-regoli interni tal-ACTRIS ERIC.

2.   L-ACTRIS ERIC għandu juża diversi kanali biex jilħaq lill-udjenzi fil-mira, inkluż il-portal web, il-media soċjali, il-bullettini, il-workshops, il-parteċipazzjoni f’konferenzi, l-artikli fir-rivisti u l-gazzetti ta’ kuljum.

Artikolu 9

Politika dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

1.   Soġġett għat-termini ta’ kwalunkwe kuntratt bejn l-ACTRIS ERIC u l-utenti, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali maħluqa mill-utenti tal-ACTRIS ERIC għandhom ikunu proprjetà ta’ dawk l-utenti.

2.   Id-data tal-ACTRIS, kif ukoll id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u għarfien ieħor li jiġi prodott u żviluppat fi ħdan l-ACTRIS, għandhom jappartjenu għall-entità jew għall-persuna li tkun iġġenerathom. L-użu tad-data tal-ACTRIS għandu jingħata lill-ACTRIS ERIC mill-fornituri tad-data f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-politika tad-data tal-ACTRIS u fid-dokumenti ta’ politika tal-aċċess u tas-servizz.

3.   Id-data tal-ACTRIS għandha tkun disponibbli skont il-prinċipji tax-xjenza miftuħa u tal-aċċess miftuħ stabbiliti f’aktar dettall fir-regoli interni.

Artikolu 10

Politika dwar l-impjiegi

1.   Il-politika dwar l-impjiegi tal-ACTRIS ERIC għandha tkun regolata mil-liġijiet tal-pajjiż li fih ikun impjegat il-persunal.

2.   Il-proċeduri tal-għażla, ir-reklutaġġ u l-impjieg mal-ACTRIS ERIC għandhom ikunu trasparenti u mhux diskriminatorji u jirrispettaw l-opportunitajiet ugwali. Ir-regoli dettaljati dwar ir-reklutaġġ tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli interni.

Artikolu 11

Politika tal-akkwist

L-ACTRIS ERIC għandu jittratta lill-kandidati u lill-offerenti għall-akkwist b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament minn jekk dawn ikunux ibbażati fl-Unjoni jew le. Il-politika tal-akkwist tal-ACTRIS ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni. Ir-regoli dettaljati u kriterji dwar il-proċeduri tal-akkwist għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli interni.

KAPITOLU 2

SĦUBIJA U STATUS TA’ OSSERVATUR

Artikolu 12

Membri, osservaturi permanenti, osservaturi u entitajiet rappreżentanti

1.   L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri tal-ACTRIS ERIC bi drittijiet tal-vot jew jistgħu jsiru osservaturi permanenti jew osservaturi mingħajr drittijiet tal-vot tal-ACTRIS ERIC:

(a)

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

(b)

il-pajjiżi assoċjati kif definiti fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009”;

(c)

il-pajjiżi terzi, kif definiti fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, għajr il-pajjiżi assoċjati;

(d)

l-organizzazzjonijiet intergovernattivi.

2.   Il-kundizzjonijiet biex isiru membru, osservatur permanenti jew osservatur huma stipulati fl-Artikolu 13. Is-sħubija fl-ACTRIS ERIC trid tinkludi mill-inqas Stat Membru wieħed tal-Unjoni Ewropea u mill-inqas żewġ pajjiżi oħra li huma jew Stati Membri jew pajjiżi assoċjati.

3.   Fi kwalunkwe ċirkostanza, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot b’mod konġunt fl-Assemblea Ġenerali. L-Assemblea Ġenerali għandha tiżgura li l-ACTRIS ERIC jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit f’kull ħin.

4.   Kwalunkwe membru, osservatur permanenti jew osservatur imsemmi fil-paragrafi 12(1)(a) sa (c) jista’ jkun irrappreżentat minn entità pubblika waħda jew aktar minn waħda fl-Assemblea Ġenerali, inkluż ir-reġjuni jew l-entitajiet privati b’missjoni ta’ servizz pubbliku, li jagħżel huwa stess skont ir-regoli u l-proċeduri tiegħu stess. Tali membri, osservaturi permanenti jew osservaturi għandhom jinformaw lill-President tal-Assemblea Ġenerali dwar kwalunkwe tibdil fl-entità rappreżentanti, dwar t-tmiem tal-mandat tagħha, jew dwar kwalunkwe tibdil fid-drittijiet u fl-obbligi speċifiċi ddelegati lill-entità rappreżentanti.

5.   Il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi tal-ACTRIS ERIC u l-entitajiet rappreżentanti tagħhom huma elenkati fl-Anness I. L-Anness I għandu jinżamm aġġornat mill-president tal-Assemblea Ġenerali, jew minn kwalunkwe persuna awtorizzata minnu/minnha.

6.   F’każijiet fejn l-ACTRIS ERIC iqis li huwa ta’ benefiċċju, huwa jista’ jidħol ukoll fi ftehim ma’ partijiet terzi, pereżempju pajjiżi li ma jistgħux ikunu membru, osservatur permanenti jew osservatur tal-ERIC.

Artikolu 13

Kundizzjonijiet biex wieħed isir membru, osservatur permanenti jew osservatur

1.   L-entitajiet li ffirmaw it-talba uffiċjali biex jistabbilixxu l-ACTRIS ERIC għandhom isiru membri jew osservaturi bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-ACTRIS ERIC f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 723/2009.

2.   Soġġett għall-Artikolu 13(1), l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) li jkunu lesti li jsiru membri tal-ACTRIS ERIC għandhom jissottomettu applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Assemblea Ġenerali. Dik l-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-entità se tikkontribwixxi għall-kompiti u għall-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC deskritti fl-Artikolu 2 u kif se tissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 15.

3.   Soġġett għall-Artikolu 13(1), l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) li huma lesti jikkontribwixxu għall-ACTRIS ERIC iżda li ma humiex f’pożizzjoni li jissieħbu bħala membri, jistgħu japplikaw biex ikunu osservatur permanenti jew osservatur. L-applikanti għandhom jissottomettu applikazzjoni bil-miktub lill-president tal-Assemblea Ġenerali. Dik l-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant se jikkontribwixxi għall-kompiti u għall-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC deskritti fl-Artikolu 2 u kif se tissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 16.

Artikolu 14

Irtirar ta’ membru, ta’ osservatur permanenti jew ta’ osservatur u terminazzjoni tal-istatus ta’ membru jew ta’osservatur

1.   Membru jew osservatur permanenti ma għandux jirtira matul l-ewwel 5 snin tal-ACTRIS ERIC.

2.   Wara l-ewwel 5 snin tal-istabbiliment tal-ACTRIS ERIC, membru jew osservatur permanenti jista’ jirtira fl-aħħar ta’ sena finanzjarja, dment li dan jinnotifika dwar l-irtirar tiegħu billi jibgħat talba uffiċjali 6 xhur bil-quddiem lill-president tal-Assemblea Ġenerali.

3.   Osservatur jista’ jirtira fl-aħħar ta’ sena finanzjarja dment li dan jinnotifika bl-irtirar tiegħu billi jibgħat talba uffiċjali 6 xhur bil-quddiem lill-president tal-Assemblea Ġenerali.

4.   Il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi għandhom jissodisfaw l-obbligi finanzjarji u l-obbligi l-oħrajn kollha qabel ma l-irtirar ikun jista’ jsir effettiv.

5.   L-Assemblea Ġenerali tista’ titwaqqaf is-sħubija jew l-istatus ta’ osservatur f’dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

membru, osservatur permanenti jew osservatur jikser b’mod serju obbligu wieħed jew iktar skont dawn l-istatuti;

(b)

membru, osservatur permanenti jew osservatur ikun naqas milli jirregola tali ksur fi żmien 6 xhur minn meta jirċievi notifika bil-miktub dwar il-ksur mill-president tal-Assemblea Ġenerali.

6.   Il-membru, l-osservatur permanenti jew l-osservatur imsemmi fl-Artikolu 14(5) hawn fuq għandu jkollu d-dritt li jispjega lill-Assemblea Ġenerali l-pożizzjoni tiegħu, qabel ma l-Assemblea Ġenerali tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kwistjoni.

7.   Il-membru, l-osservatur permanenti jew l-osservatur li jirtira jew li s-sħubija jew l-istatus ta’ osservatur tiegħu jitwaqqfu, la għandu jkollu d-dritt għal restituzzjoni u lanqas għal rimborż ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni jkun għamel.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14(1) – 14(3), il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi li huma pajjiżi terzi, għajr il-pajjiżi assoċjati jew l-organizzazzjonijiet intergovernattivi, jistgħu jirtiraw mill-ACTRIS ERIC wara bidliet fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 li jaffettwaw materjalment id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-ACTRIS ERIC. Dawn il-bidliet jitqiesu bħala materjali meta jimplikaw żieda fit-tariffi (inkluż il-kontribuzzjonijiet annwali), jemendaw l-ishma tal-vot, jimponu rekwiżiti li jmorru kontra l-liġijiet applikabbli skont l-Artikolu 31 ta’ dawn l-istatuti, ineħħu d-dritt ta’ rappreżentazzjoni fl-Assemblea Ġenerali jew f’korpi oħrajn stabbiliti mill-ACTRIS ERIC, jew jibdlu d-drittijiet tagħhom relatati mar-rappreżentazzjoni jew mal-użu tas-servizzi u tal-faċilitajiet tal-ACTRIS.

Ir-responsabbiltajiet u l-effetti tal-irtirar mill-ACTRIS ERIC, għandhom jiġu deċiżi inizjalment f’konformità mal-Artikolu 14(4), soġġett għal vot unanimu tal-Assemblea Ġenerali.

Minkejja l-Artikoli 14(1) – 14(3), il-membru affettwat u l-osservatur permanenti għandhom (fi żmien 6 xhur mill-bidla rilevanti fir-Regolamenti ERIC) jibagħtu avviż ta’ mill-inqas 3 xhur lill-Assemblea Ġenerali dwar l-irtirar tagħhom biex dan jidħol fis-seħħ fi kwalunkwe żmien wara 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-istatuti.

Minkejja l-Artikoli 14(1) – 14(3), l-osservatur affettwat għandu (fi żmien 6 xhur mill-bidla rilevanti fir-Regolamenti ERIC) jipprovdi avviż mill-inqas 3 xhur qabel lill-Assemblea Ġenerali dwar l-irtirar tiegħu.

KAPITOLU 3

DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-MEMBRI U TAL-OSSERVATURI

Artikolu 15

Membri

1.   Mingħajr preġudizzju għal drittijiet oħra stabbiliti f’dawn l-istatuti, f’politiki interni jew f’liġijiet applikabbli, kull membru għandu d-dritt li:

(a)

jipparteċipa u jivvota fl-Assemblea Ġenerali;

(b)

jipparteċipa f’avvenimenti u f’attivitajiet tal-ACTRIS ERIC;

(c)

ikollu aċċess għall-appoġġ mill-ACTRIS ERIC u miċ-Ċentri Tematiċi tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita għall-Faċilitajiet Nazzjonali tiegħu;

(d)

jaħtar entitajiet rappreżentanti f’konformità mal-Artikolu 12;

(e)

jeleġġi u jiġi elett għall-korpi ta’ governanza tal-ACTRIS ERIC permezz tad-delegati tiegħu fl-Assemblea Ġenerali;

(f)

jospita unità ta’ Faċilità Ċentrali, u jmexxi Faċilità Ċentrali;

(g)

jixtri oġġetti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti in natura għall-użu uffiċjali u esklużiv tal-ACTRIS ERIC li huma biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ACTRIS ERIC (u li huma mniżżlin bħala tali fil-kontijiet tal-ACTRIS ERIC).

2.   Kull membru għandu:

(a)

jipprovdi l-kontribuzzjonijiet annwali f’konformità mal-Artikolu 26;

(b)

jagħti s-setgħa lir-rappreżentanti tiegħu bl-awtorità sħiħa li jivvutaw fuq il-kwistjonijiet kollha mqajma matul laqgħa tal-Assemblea Ġenerali;

(c)

jimpenja ruħu li jwettaq il-kompiti u l-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC kif definiti fl-Artikolu 2;

(d)

iħeġġeġ l-adozzjoni tal-istandards tal-ACTRIS fil-komunitajiet xjentifiċi nazzjonali tal-ACTRIS tiegħu;

(e)

imexxi Faċilitajiet Nazzjonali ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jipprovdu s-servizzi lill-ACTRIS.

Artikolu 16

Osservaturi permanenti u osservaturi

1.   Id-drittijiet tal-osservaturi għandhom jinkludu d-dritt li:

(a)

jattendu l-Assemblea Ġenerali mingħajr vot;

(b)

jipparteċipaw fl-avvenimenti u fl-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC;

(c)

ikollhom aċċess għall-appoġġ mill-ACTRIS ERIC u miċ-Ċentri Tematiċi tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita għall-Faċilitajiet Nazzjonali tiegħu;

(d)

jaħtru entitajiet rappreżentanti f’konformità mal-Artikolu 12.

2.   Kull osservatur għandu:

(a)

jipprovdi l-kontribuzzjonijiet annwali f’konformità mal-Artikolu 26;

(b)

jimpenja ruħu li jwettaq il-kompiti u l-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC kif definiti fl-Artikolu 2;

(c)

iħeġġeġ l-adozzjoni tal-istandards tal-ACTRIS fil-komunitajiet xjentifiċi nazzjonali tal-ACTRIS tiegħu;

(d)

jipprovdi l-infrastruttura teknika neċessarja biex l-aċċess isir possibbli.

3.   Osservatur għandu jiddaħħal għal massimu ta’ 3 snin bil-possibbiltà ta’ estensjonijiet ta’ sentejn abbażi tal-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali.

4.   Osservatur li jipprevedi parteċipazzjoni dejjiema fil-konsorzju iżda li ma jkunx f’pożizzjoni li jsir membru, jista’ jingħata l-istatus ta’ osservatur permanenti abbażi tal-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali. L-osservaturi permanenti għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-membri kif iddikjarat fl-Artikolu 15(1), 15(2) u 26, ħlief id-dritt li jivvotaw fl-Assemblea Ġenerali.

Artikolu 17

Sospensjoni tad-drittijiet tal-membri, tal-osservaturi u tal-osservaturi permanenti

1.   Jekk membru jkollu jħallas kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 26, li jammontaw għal jew li jaqbżu l-ammont tal-kontribuzzjonijiet dovuti minn dak il-membru għas-sena preċedenti, id-drittijiet tal-vot tiegħu fl-Assemblea Ġenerali għandhom jiġu sospiżi awtomatikament sakemm jitħallsu l-kontribuzzjonijiet.

2.   Jekk osservatur jew osservatur permanenti jkollu jħallas kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 26 li jammontaw għal jew li jaqbżu l-ammont tal-kontribuzzjonijiet dovuti minn dak l-osservatur jew l-osservatur permanenti għas-sena preċedenti, id-dritt tiegħu li jattendi l-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali għandu jiġi sospiż awtomatikament sakemm jitħallsu l-kontribuzzjonijiet.

KAPITOLU 4

GOVERNANZA

Artikolu 18

Assemblea Ġenerali

1.   L-Assemblea Ġenerali għandha tkun il-korp ta’ tmexxija tal-ACTRIS ERIC u għandha tkun magħmula mid-delegati tal-membri, mill-osservaturi permanenti u mill-osservaturi. Kull membru, osservatur permanenti jew osservatur għandu jkun irrappreżentat minn mhux aktar minn żewġ delegati. Id-delegati għandhom jinħatru minn membru, minn osservatur permanenti jew minn osservatur. L-Assemblea Ġenerali għandha tiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena u għandha tkun responsabbli għad-direzzjoni u għas-sorveljanza ġenerali tal-ACTRIS ERIC. L-Assemblea Ġenerali għandha teleġġi president u viċi president għal perjodu ta’ sentejn, liema perjodu jista’ jiġġedded darbtejn. Kull membru, osservatur permanenti jew osservatur għandu jinforma mingħajr dewmien bla bżonn lill-president tal-Assemblea Ġenerali bil-miktub dwar kwalunkwe ħatra jew it-tmiem tal-ħatra tad-delegati tiegħu. Id-delegati jistgħu jkunu akkumpanjati minn mhux aktar minn żewġ esperti bl-għan uniku li jagħtu pariri lid-delegati. L-esperti ma għandhomx jesprimu opinjonijiet matul il-laqgħat sakemm ma jkunux mistiedna jagħmlu dan mill-president. L-Assemblea Ġenerali għandha tadotta r-regoli interni tagħha stess.

2.   Kull membru għandu jkollu vot wieħed li għandu jiġi ssupplimentat b’vot addizzjonali wieħed għal membru li jikkontribwixxi għal mill-inqas Faċilità Ċentrali waħda tal-ACTRIS u b’vot ieħor biex jikkontribwixxi għal aktar minn tliet Faċilitajiet Ċentrali differenti tal-ACTRIS. L-osservaturi permanenti u l-osservaturi għandhom jattendu l-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali mingħajr id-dritt tal-vot.

3.   L-Assemblea Ġenerali għandha tissejjaħ u tiġi ppreseduta mill-president. Fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, l-Assemblea Ġenerali għandha tkun ippreseduta mill-viċi president.

4.   Laqgħa straordinarja tal-Assemblea Ġenerali tiġi msejħa jekk din tintalab minn terz tal-membri.

5.   Membru jista’ jirrappreżenta massimu ta’ membru wieħed ieħor. Il-membru li jkun qiegħed jiġi rrappreżentat għandu jinforma lill-president bil-miktub qabel kwalunkwe laqgħa tal-Assemblea Ġenerali.

6.   Id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll fi proċedura bil-miktub. It-termini tal-proċedura bil-miktub huma stabbiliti fir-regoli interni adottati mill-Assemblea Ġenerali.

7.   Sabiex issir laqgħa valida, ikun meħtieġ kworum ta’ żewġ terzi kemm tal-membri kif ukoll tal-voti. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, it-tieni laqgħa għandha tissejjaħ mill-aktar fis possibbli wara li ssir stedina ġdida bl-istess aġenda. Fit-tieni laqgħa, il-kworum għandu jitqies li ntlaħaq jekk 50 % tal-membri u tal-voti jkunu preżenti.

8.   B’mod partikolari l-Assemblea Ġenerali għandha:

 

Tiddeċiedi b’vot unanimu tal-membri preżenti fil-laqgħa dwar l-emenda tal-istatuti tal-ACTRIS ERIC.

 

Soġġett għall-Artikolu 26(2), deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet li ġejjin jeħtieġu (a) maġġoranza ta’ 2/3 tal-voti tal-membri preżenti fil-laqgħa u (b) maġġoranza ta’ 60 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tas-Sħubija mħallsa għall-aktar sena finanzjarja sħiħa riċenti:

(a)

l-approvazzjoni tal-pjan finanzjarju tal-ACTRIS ERIC;

(b)

l-approvazzjoni tar-regoli finanzjarji interni.

 

Soġġett għall-Artikolu 26(2), deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet li ġejjin jeħtieġu maġġoranza ta’ 2/3 tal-voti tal-membri preżenti fil-laqgħa:

(a)

l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma annwali u tal-baġit;

(b)

l-approvazzjoni ta’ regoli interni għajr ir-regoli finanzjarji interni;

(c)

il-kontribuzzjonijiet tal-membri u tal-osservaturi permanenti;

(d)

il-likwidazzjoni volontarja u l-istralċ tal-ACTRIS ERIC.

(e)

l-approvazzjoni tal-kontijiet annwali u tar-rapport tal-attività tal-passat;

(f)

il-ħatra tal-president u tal-viċi president;

(g)

il-ħatra jew it-tkeċċija tad-Direttur Ġenerali;

(h)

l-approvazzjoni ta’ membri ġodda, ta’ osservaturi permanenti u ta’ osservaturi, u t-tiġdid tal-istatus ta’ osservatur;

(i)

it-tmiem ta’ sħubija jew ta’ status ta’ osservatur mill-Assemblea Ġenerali, minbarra l-vot tal-membru kkonċernat;

(j)

l-istabbiliment u l-eliminazzjoni ta’ korpi konsultattivi addizzjonali, mhux regolati minn dawn l-istatuti, kif ukoll ta’ kumitati u gruppi ta’ ħidma.

 

Tiddeċiedi b’maġġoranza sempliċi:

 

Kwalunkwe kwistjoni oħra.

Artikolu 19

Direttur Ġenerali

1.   Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Assemblea Ġenerali skont proċedura adottata mill-Assemblea Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun impjegat mill-ACTRIS ERIC. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-ACTRIS ERIC. Id-Direttur Ġenerali għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet mill-Assemblea Ġenerali u għandu jiżgura l-iżvilupp xjentifiku u strateġiku tal-ACTRIS jissodisfa l-aspettattivi dwar l-impatt soċjoekonomiku, l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-innovazzjoni. Id-Direttur Ġenerali għandu jikkontribwixxi b’mod attiv għall-bini tal-komunità u għat-trawwim ta’ relazzjonijiet esterni u sħubijiet strateġiċi kif ukoll għandu jissorvelja u jikkoordina l-attivitajiet tal-ACTRIS. Id-Direttur Ġenerali għandu jirrappreżenta lill-ACTRIS ERIC fi kwalunkwe litigazzjoni.

2.   Il-mandat tad-Direttur Ġenerali għandu jkun ta’ 5 snin. L-Assemblea Ġenerali tista’ ġġedded it-terminu darba.

3.   Id-Direttur Ġenerali għandu jkun ibbażat fis-sede statutorja tal-ACTRIS ERIC u għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tal-persunal u tal-attivitajiet tal-ACTRIS ERIC f’konformità mal-baġit u mar-regoli interni tal-ACTRIS ERIC.

Artikolu 20

Uffiċċju Prinċipali

L-Uffiċċju Prinċipali għandu jkun il-hub ċentrali tal-ACTRIS, li jikkoordina l-operazzjonijiet tal-ACTRIS u li jippermetti s-servizzi tal-ACTRIS. L-Uffiċċju Prinċipali jappoġġa l-ħidma tal-Assemblea Ġenerali, u l-korpi konsultattivi u l-kumitati tal-ACTRIS ERIC.

Artikolu 21

Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni

1.   L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi Bord Konsultattiv estern indipendenti Xjentifiku u tal-Innovazzjoni. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni għandhom jinħatru mill-Assemblea Ġenerali.

2.   Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Innovazzjoni għandu:

(a)

Jimmonitorja l-kwalità xjentifika u operattiva tal-ACTRIS ERIC u l-attivitajiet tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita;

(b)

Jagħti feedback u jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp tal-ACTRIS ERIC u tal-attivitajiet tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita;

(c)

Jiltaqa’ u jagħti rakkomandazzjonijiet mill-inqas darba fis-sena lill-Assemblea Ġenerali.

Artikolu 22

Bord Konsultattiv Etiku

1.   L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi Bord Konsultattiv Etiku indipendenti. Il-membri tal-Bord Konsultattiv Etiku għandhom jinħatru mill-Assemblea Ġenerali.

2.   Il-Bord Konsultattiv Etiku għandu:

(a)

Jagħti feedback u jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-aspetti etiċi tal-ACTRIS ERIC u l-attivitajiet tal-infrastruttura tar-riċerka distribwita;

(b)

Jiltaqa’ u jagħti rakkomandazzjonijiet lill-Assemblea Ġenerali u lid-Direttur Ġenerali meta jkun meħtieġ.

Artikolu 23

Kumitat Finanzjarju

1.   L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi Kumitat Finanzjarju u taħtar il-membri tiegħu.

2.   Il-Kumitat Finanzjarju għandu:

(a)

Jappoġġa lill-Assemblea Ġenerali fuq kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-ippjanar finanzjarju;

(b)

Jiltaqa’ u jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu meta meħtieġ lill-Assemblea Ġenerali.

3.   Il-Kumitat Finanzjarju għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess, li għandhom jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali.

Artikolu 24

Korpi, kumitati u gruppi ta’ ħidma oħrajn

L-ACTRIS ERIC jista’ jistabbilixxi aktar korpi, kumitati u gruppi ta’ ħidma, jekk jitqies meħtieġ, u jiddefinixxi l-inkarigu u l-mandat tagħhom.

KAPITOLU 5

FINANZI U KONTRIBUZZJONIJIET

Artikolu 25

Riżorsi finanzjarji

Ir-riżorsi tal-ACTRIS ERIC għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

il-kontribuzzjonijiet tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi skont l-Artikolu 26 u l-Anness II;

(b)

l-għotjiet u d-donazzjonijiet; u

(c)

riżorsi oħra fi ħdan il-limiti u skont termini approvati mill-Assemblea Ġenerali.

Artikolu 26

Kontribuzzjonijiet

1.   Il-kontribuzzjoni tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi għandha tiġi kkalkolata f’konformità mar-regoli u l-prinċipji bażiċi stabbiliti fl-Anness II, li huma spjegati aktar fid-dettall fir-regoli finanzjarji interni tal-ACTRIS ERIC.

2.   Kwalunkwe bidla fil-kontribuzzjonijiet trid tiġi approvata mill-membru/i jew mill-osservatur(i) permanenti affettwat(i) mill-bidla qabel ma tkun tista’ tiġi approvata mill-Assemblea Ġenerali.

Artikolu 27

Prinċipji baġitarji, kontijiet u verifika

1.   Is-sena finanzjarja tal-ACTRIS ERIC għandha tibda fl-1 ta’ Jannar u għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

2.   L-ACTRIS ERIC għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi tal-pajjiż fejn ikollu s-sede statutorja tiegħu fir-rigward tat-tħejjija, l-iffajljar, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet. Għandhom jiġu pprovduti regoli aktar dettaljati fir-regoli finanzjarji interni tal-ACTRIS ERIC.

3.   Il-kontijiet tal-ACTRIS ERIC għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja. Ir-rapport annwali u l-baġit annwali għandhom jiġu pprovduti lill-Assemblea Ġenerali.

4.   Donazzjonijiet, rigali u kwalunkwe introjtu ieħor mill-membri, mill-osservaturi permanenti, mill-osservaturi jew minn partijiet terzi jistgħu jaslu wara approvazzjoni mill-Assemblea Ġenerali.

Artikolu 28

Eżenzjonijiet mit-taxxa u mid-dazju tas-sisa

1.   L-eżenzjonijiet mill-VAT ibbażati fuq l-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u f’konformità mal-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, għandhom jiġu applikati għax-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi mill-ACTRIS ERIC u mill-membri tal-ERIC, kif definit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas legali Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC), u fit-tifsira tal-kapitoli 2 u 3 tal-istatuti li huma għall-użu uffiċjali u esklużiv mill-ACTRIS ERIC, dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ACTRIS ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu. L-eżenzjonijiet mill-VAT għandhom ikunu limitati għal xiri li jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.

2.   L-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa abbażi tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 għandhom ikunu limitati għal xiri mill-ACTRIS ERIC li jkun għall-użu uffiċjali u esklużiv tal-ACTRIS ERIC, dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ACTRIS ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu u li x-xiri jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.

3.   Ix-xiri minn membri tal-persunal ma għandux ikun kopert mill-eżenzjonijiet.

KAPITOLU 6

MIXXELLANJI

Artikolu 29

Rapportar lill-Kummissjoni Ewropea

1.   L-ACTRIS ERIC għandu jipproduċi rapport annwali tal-attività, li b’mod partikolari jinkludi l-aspetti xjentifiċi, operazzjonali u finanzjarji tal-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport għandu jiġi approvat mill-Assemblea Ġenerali u għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fi żmien 6 xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja korrispondenti. Dan ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-ACTRIS ERIC.

2.   L-ACTRIS ERIC għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe ċirkostanza li thedded li tipperikola serjament il-kisba tal-kompiti tal-ACTRIS ERIC jew li ttellef lill-ACTRIS ERIC milli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 723/2009.

Artikolu 30

Lingwa ta’ ħidma

Il-lingwa ta’ ħidma tal-ACTRIS ERIC għandha tkun l-Ingliż.

Artikolu 31

Liġi applikabbli

Il-funzjonament intern tal-ACTRIS ERIC għandu jkun regolat:

(a)

mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 723/2009 u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6(1)(a) u 11(1) tar-Regolament;

(b)

(b) mid-dritt tal-Istat fejn l-ACTRIS-ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu fil-każ ta’ kwistjonijiet li ma jkunux, jew li jkunu biss parzjalment, regolati bl-atti msemmija fil-punt a); u

(c)

minn dawn l-istatuti u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 32

Tilwim

1.   Il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi tal-ACTRIS ERIC għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu t-tilwim b’mod amikevoli.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-litigazzjoni fost il-membri, l-osservaturi u l-osservaturi permanenti fir-rigward tal-ACTRIS ERIC, bejn il-membri, l-osservaturi u l-osservaturi permanenti u l-ACTRIS ERIC u fuq kwalunkwe litigazzjoni li l-Unjoni Ewropea hija parti għaliha.

3.   Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġuriżdizzjoni għandha tapplika għat-tilwim bejn l-ACTRIS ERIC u partijiet terzi. F’każijiet mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hija l-liġi tal-istat fejn l-ACTRIS ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu li għandha tiddetermina l-ġuriżdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta’ tali tilwim.

Artikolu 33

Aġġornamenti u disponibbiltà tal-istatuti

L-istatuti għandhom jinżammu aġġornati u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-ACTRIS ERIC u fis-sede statutorja.

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment

1.   L-ewwel laqgħa tal-Assemblea Ġenerali għandha tissejjaħ mill-Istat fejn l-ACTRIS ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu mill-aktar fis possibbli wara li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-ACTRIS ERIC tidħol fis-seħħ.

2.   Qabel ma ssir l-ewwel laqgħa u mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju wara li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-ACTRIS ERIC, l-Istat rilevanti għandu jinnotifika lill-membri fundaturi u lill-osservaturi bi kwalunkwe azzjoni legali urġenti speċifika li jeħtieġ li tittieħed f’isem l-ACTRIS ERIC. Dment li membru fundatur ma joġġezzjonax fi żmien 5 ijiem xogħol wara li jiġi nnotifikat, l-azzjoni legali għandha titwettaq minn persuna awtorizzata kif xieraq mill-Istat rilevanti.


ANNESS I

LISTA TAL-MEMBRI, TAL-OSSERVATURI PERMANENTI, TAL-OSSERVATURI U TAL-ENTITAJIET RAPPREŻENTANTI TAGĦHOM

Membri

Entitajiet rappreżentanti

Ir-Repubblika tal-Awstrija

Il-Ministeru Federali għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u r-Riċerka (Bundesministerium für Bildung, Wissenschaft und Forschung)

Ir-Renju tal-Belġju

Service public de programmation Politique scientifique (BELSPO) – Autorité fédérale

Departement Economie, Wetenscap en Innovatie (EWI) – Vlaamse overheid

Service public de Wallonie – Direction Générale opérationelle de l’Economie, de l’Emploi & de la Recherche (EER) – Région wallonne

Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza

Ir-Repubblika ta’ Ċipru

Il-Viċi Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Politika Diġitali

Ir-Repubblika Ċeka

Ministeru għall-Edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-Isport

Ir-Renju tad-Danimarka

L-Aġenzija Daniża għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

Ir-Repubblika tal-Finlandja

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Kultura

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet

Ir-Repubblika Franċiża

Centre national de la recherche scientifique (CNRS)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Il-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura, is-Sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Ir-Repubblika Taljana

Il-Kunsill Nazzjonali tar-Riċerka (CNR)

Ir-Renju tan-Norveġja

Il-Kunsill Norveġiż għar-Riċerka

Ir-Repubblika tal-Polonja

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza

Ir-Rumanija

Ministerul Cercetării, Inovării și Digitalizării (RO), Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u d-Diġitalizzazzjoni (MT)

Ir-Renju ta’ Spanja

Il-Ministeru għax-Xjenza u l-Innovazzjoni

Ir-Renju tal-Iżvezja

Il-Kunsill Żvediż għar-Riċerka (VR)

Osservaturi

Entitajiet rappreżentanti

Il-Konfederazzjoni Żvizzera

L-Uffiċċju Federali għall-Ambjent (FOEN)


ANNESS II

KONTRIBUZZJONIJIET TAL-MEMBRI, TAL-OSSERVATURI PERMANENTI U TAL-OSSERVATURI GĦALL-OPERAZZJONIJIET

Daħla

L-għoti tar-riżorsi lill-Faċilitajiet Nazzjonali tal-ACTRIS huwa organizzat fuq livell nazzjonali, u l-finanzjament tagħhom ma għandux jitqies bħala primjum Ospitanti jew kontribuzzjonijiet tas-Sħubija fl-ACTRIS ERIC jew kontribuzzjonijiet Ospitanti għall-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC.

Il-pajjiżi li jospitaw l-unitajiet tal-Faċilità Ċentrali għandhom ikunu responsabbli għall-finanzjament tal-kostruzzjoni tagħhom, f’konformità mal-arranġamenti nazzjonali tagħhom.

L-operazzjonijiet tal-Faċilitajiet Ċentrali li huma parti mill-ACTRIS ERIC huma parzjalment iffinanzjati permezz tal-kontribuzzjonijiet primjum Ospitanti mill-Pajjiżi Ospitanti u parzjalment permezz tal-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi tal-ACTRIS ERIC, kif deskritt hawn taħt.

L-operazzjonijiet tal-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC huma parzjalment iffinanzjati permezz tal-kontribuzzjonijiet Ospitanti mill-Pajjiżi Ospitanti tal-Faċilità Ċentrali u parzjalment mill-ACTRIS ERIC permezz tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija, kif deskritt hawn taħt.

Il-baġit u l-attivitajiet tal-ACTRIS se jiġu aġġustati biex jaqblu mad-dħul.

Prinċipji tal-kontribuzzjonijiet

1.

Il-kontribuzzjonijiet annwali tal-membri u tal-osservaturi permanenti għandhom jikkonsistu fil-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija u, fejn applikabbli, fil-kontribuzzjonijiet Ospitanti u fil-kontribuzzjonijiet primjum Ospitanti. Il-kontribuzzjonijiet annwali tal-osservaturi għandhom jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet tas-Sħubija biss.

2.

Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija huma kontribuzzjonijiet fi flus lill-ACTRIS ERIC mill-membri, mill-osservaturi permanenti u mill-osservaturi kollha li għandhom jintużaw mill-ACTRIS ERIC biex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-kostijiet annwali tal-operat tal-Faċilitajiet Ċentrali.

3.

Il-kontribuzzjoni primjum Ospitanti hija l-appoġġ ipprovdut mill-membri tal-ACTRIS ERIC u mill-osservaturi permanenti għall-funzjonament tal-Faċilitajiet Ċentrali li huma parti mill-ACTRIS ERIC, ospitati f’pajjiżhom stess.

4.

Il-kontribuzzjoni Ospitanti hija l-appoġġ ipprovdut mill-membri tal-ACTRIS ERIC u mill-osservaturi permanenti għall-funzjonament tal-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC, ospitati f’pajjiżhom stess. Il-kontribuzzjonijiet Ospitanti għandhom jiġu pprovduti kif stabbilit mill-Prinċipju 6 u jistgħu jiġu ttrasferiti kompletament jew parzjalment lill-ACTRIS ERIC biex jintbagħtu lill-istituzzjonijiet rispettivi, f’pajjiżhom stess.

5.

Il-livell tal-kontribuzzjonijiet Ospitanti u tal-kontribuzzjonijiet primjum Ospitanti huwa maqbul li huwa madwar 70 % tal-kostijiet tal-Faċilità Ċentrali. Il-kontribuzzjoni Ospitanti jew il-kontribuzzjoni primjum Ospitanti massima tal-Faċilitajiet Ċentrali ma tistax taqbeż is-70 % tal-baġit annwali tagħha u ma għandhiex tammonta għal inqas minn 50 %.

6.

Il-kontribuzzjonijiet Ospitanti u l-kontribuzzjonijiet primjum Ospitanti jistgħu jiġu pprovduti fi flus jew in natura. Ir-regoli għall-kontribuzzjonijiet fi flus u in natura se jiġu definiti fir-regoli interni.

7.

Il-kwota tal-kostijiet operazzjonali annwali ta’ kull Faċilità Ċentrali li ma hijiex koperta mill-kontribuzzjoni Ospitanti jew mill-kontribuzzjoni primjum Ospitanti għandha tiġi ffinanzjata mill-ACTRIS ERIC permezz tal-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija mill-membri tal-ACTRIS ERIC, mill-osservaturi permanenti u mill-osservaturi.

8.

Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija għandhom jiġu pprovduti fi flus biss.

9.

Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija fl-ACTRIS ERIC għandhom isiru f’Euro.

10.

Il-kontribuzzjonijiet annwali tas-Sħubija għall-osservaturi permanenti u għall-osservaturi huma bbażati fuq l-istess prinċipji bħal dawk għall-membri.

11.

Il-membri, l-osservaturi permanenti u l-osservaturi li jissieħbu fl-ACTRIS ERIC se jħallsu l-kontribuzzjoni annwali pro rata għas-sena tad-dħul, abbażi tax-xahar li fih jissieħbu fl-ACTRIS ERIC.

12.

Il-kontribuzzjonijiet annwali għall-organizzazzjonijiet intergovernattivi jiġu deċiżi mill-Assemblea Ġenerali fil-mument li jaċċettaw l-applikazzjoni tagħhom, bħala membru jew osservatur.

13.

Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija jikkonsistu minn:

a)

Appoġġ ġenerali biex jiġu sostnuti l-operazzjonijiet tal-Uffiċċju Prinċipali u taċ-Ċentru tad-Data, għall-parti mhux koperta mill-kontribuzzjonijiet Ospitanti jew mill-kontribuzzjonijiet primjum Ospitanti.

b)

Appoġġ operazzjonali biex jiġu sostnuti l-operazzjonijiet taċ-Ċentri Tematiċi għall-parti mhux koperta mill-kontribuzzjoni Ospitanti jew mill-kontribuzzjoni primjum Ospitanti.

Il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija annwali huma kkalkolati skont l-ekwazzjoni li ġejja, u spjegati fid-dettall fir-Regoli Finanzjarji Interni:

L-ekwazzjoni għall-parti ta’ appoġġ ġenerali u ta’ appoġġ operazzjonali:

Għal kull Membru/Osservatur ta’ pajjiż i (minn 1 sa N)

Kontribuzzjoni tas-sħubija (i) = Parti ġenerali ta’ appoġġ (i) + Parti ta’ appoġġ operazzjonali (i)

1.

Formula

2.

Formula

Fejn

l-Abbrevjazzjonijiet: MC=Kontribuzzjonijiet tas-sħubija, HO=Uffiċċju Prinċipali, DC=Ċentru tad-Data, TC=Ċentru Tematiku, ING=Introjtu Nazzjonali Gross.

MC part HO/DC/TC = 30 % tal-kost operazzjonali HO/DC/TC

Il-kapaċità TC hija l-kapaċità massima ddikjarata mit-TC, espressa bħala n-numru massimu ta’ NFs li għalihom jista’ jiġi pprovdut appoġġ operazzjonali

Nr(i,j) huwa n-numru ta’ Faċilitajiet Nazzjonali fil-pajjiż i (minn 1 sa N) li se jiksbu appoġġ operazzjonali miċ-Ċentru Tematiku j (minn 1 sa 6).

L-ewwel impenji finanzjarji ta’ 5 snin

Għall-ewwel perjodu ta’ 5 snin tal-ACTRIS ERIC, il-pjan indikattiv għad-dħul u n-nefqa tal-ACTRIS ERIC jidher hawn taħt (Tabella 1).

Għall-ewwel 5 snin, il-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija jiġu kkalkolati, skont l-ekwazzjoni ta’ hawn fuq, abbażi tal-kostijiet għaż-żieda fl-operazzjonijiet tal-Faċilitajiet Ċentrali, u l-pjan tal-membri, tal-osservaturi permanenti u tal-osservaturi biex il-Faċilitajiet Nazzjonali jinġiebu fl-ACTRIS. Il-Kontribuzzjonijiet tas-sħubija li għandhom jitħallsu mill-membri, mill-osservaturi permanenti u mill-osservaturi huma kkalkolati għall-ewwel perjodu ta’ 5 snin u jidhru fit-Tabella 2.

Il-kontribuzzjonijiet annwali stmati tal-primjum Ospitanti lejn l-ACTRIS ERIC għall-ewwel perjodu ta’ 5 snin jidhru fit-Tabella 2. Il-kontribuzzjonijiet Ospitanti indikattivi lejn il-Faċilitajiet Ċentrali, li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC, jidhru fit-Tabella 3.

Mill-inqas sena qabel tmiem il-perjodu inizjali ta’ 5 snin, l-Assemblea Ġenerali se tibda l-proċess ta’ deċiżjoni dwar il-pjan finanzjarju sussegwenti u l-kontribuzzjonijiet tas-Sħubija.

Tabella 1

Il-pjan għad-dħul u n-nefqa tal-ACTRIS ERIC għall-ewwel 5 snin

DĦUL TAL-ACTRIS ERIC

2021

2022

2023

2024

2025

Kontribuzzjoni tas-sħubija

1 475 320

2 069 497

2 421 496

2 720 060

3 088 263

Kontribuzzjoni tal-primjum ospitanti

889 400

924 400

951 400

993 400

1 067 400

TOTAL

2 364 720

2 993 897

3 372 896

3 713 460

4 155 663


NEFQIET TAL-ACTRIS ERIC

2021

2022

2023

2024

2025

Uffiċċju Prinċipali

1 158 895

1 209 290

1 241 027

1 302 089

1 402 081

Ċentru tad-Data, il-parti tal-ERIC

78 312

78 312

82 312

82 312

86 312

Kontribuzzjonijiet tas-sħubija mqassmin mill-ġdid lill-Faċilitajiet Ċentrali, li mhumiex parti mill-ACTRIS ERIC

1 127 512

1 706 296

2 049 557

2 329 059

2 667 270

TOTAL

2 364 720

2 993 897

3 372 896

3 713 460

4 155 663


Tabella 2

Il-kontribuzzjonijiet annwali stmati tas-sħubija u l-kontribuzzjonijiet primjum ospitanti lejn l-ACTRIS ERIC għall-ewwel 5 snin

Pajjiż

Kontribuzzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

L-AWSTRIJA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

51 000

76 742

83 486

96 865

107 141

IL-BELĠJU

Kontribuzzjoni tas-sħubija

86 227

110 044

120 199

128 664

140 113

IL-BULGARIJA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

48 581

61 336

66 783

72 739

80 954

ĊIPRU

Kontribuzzjoni tas-sħubija

66 946

78 713

83 726

89 401

96 941

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

57 901

83 624

90 523

103 485

113 181

ID-DANIMARKA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

43 568

57 853

63 477

70 246

93 649

IL-FINLANDJA

Kontribuzzjoni primjum ospitanti, HO

700 000

700 000

700 000

700 000

700 000

Kontribuzzjoni primjum ospitanti, DC

7 200

7 200

7 200

7 200

7 200

Kontribuzzjoni tas-sħubija

83 769

109 163

153 669

180 067

211 134

FRANZA

Kontribuzzjoni primjum ospitanti, DC

34 500

34 500

34 500

34 500

34 500

Kontribuzzjoni tas-sħubija

210 698

262 706

294 487

315 407

347 968

IL-ĠERMANJA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

220 163

360 321

416 454

505 778

605 431

L-ITALJA

Kontribuzzjoni primjum ospitanti, HO

111 000

146 000

169 000

211 000

281 000

Kontribuzzjoni primjum ospitanti, DC

13 000

13 000

17 000

17 000

21 000

Kontribuzzjoni tas-sħubija

128 645

248 588

297 000

320 619

344 335

IN-NORVEĠJA

Kontribuzzjoni primjum ospitanti, DC

23 700

23 700

23 700

23 700

23 700

Kontribuzzjoni tas-sħubija

66 247

81 318

87 587

95 014

104 688

IL-POLONJA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

74 690

101 707

121 326

142 714

169 500

IR-RUMANIJA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

82 255

99 041

134 294

147 967

158 643

SPANJA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

145 271

175 830

190 798

204 847

223 905

L-IŻVEZJA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

58 425

75 352

123 895

138 371

149 300

L-IŻVIZZERA

Kontribuzzjoni tas-sħubija

50 935

87 161

93 793

107 876

141 380

Total tal-kontribuzzjoni tas-sħubija

1 475 320

2 069 497

2 421 496

2 720 060

3 088 263

Total tal-kontribuzzjoni primjum ospitanti

889 400

924 400

951 400

993 400

1 067 400


Tabella 3

Il-kontribuzzjonijiet annwali ospitanti indikati, kemm għall-implimentazzjoni kif ukoll għall-attivitajiet operazzjonali tal-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC (il-parti taċ-Ċentru tad-Data u taċ-Ċentri Tematiċi li ma hijiex tal-ERIC). Dawn il-kontribuzzjonijiet ospitanti ma humiex parti mid-dħul u min-nefqa tal-ACTRIS ERIC ippreżentati fit-Tabella 1

Pajjiż

Kontribuzzjoni għal

2021

2022

2023

2024

2025

L-AWSTRIJA

CIS, CREGARS

437 000

520 000

402 000

432 000

319 000

IL-BELĠJU

CREGARS

651 000

731 000

580 000

561 000

527 000

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

CAIS-ECAC

115 000

102 000

106 000

106 000

95 000

IL-FINLANDJA

DC, CAIS-ECAC, CCRES, CiGas

1 714 000

788 000

772 000

802 000

833 000

FRANZA

DC, CAIS-ECAC, CARS, CCRES, CiGas, CREGARS

2 644 000

2 261 000

2 430 000

2 144 000

1 915 000

IL-ĠERMANJA

CAIS-ECAC, CARS, CIS, CCRES, CiGas, CREGARS

4 610 000

5 214 000

4 219 000

4 544 000

3 052 000

L-ITALJA

HO (*1), DC, CAIS-ECAC, CARS

2 675 000

3 497 000

940 000

956 000

1 198 000

IN-NORVEĠJA

DC

1 256 000

1 116 000

1 119 000

709 000

585 000

IR-RUMANIJA

CARS

105 000

255 000

265 000

272 000

282 000

SPANJA

DC, CARS

380 000

400 000

407 000

414 000

398 000

L-IŻVIZZERA

CiGas

121 000

116 000

112 000

108 000

104 000

Total tal-kontribuzzjoni ospitanti

14 708 000

15 000 000

11 352 000

11 048 000

9 308 000


(*1)  Il-kontribuzzjoni Ospitanti tal-Italja tinkludi l-kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Unità HO fl-2021-2022.


ANNESS III

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dawn l-istatuti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“ACTRIS” tfisser Infrastruttura ta’ Riċerka dwar l-Aerosol, is-Sħab u l-Gassijiet Traċċa li tipproduċi data ta’ kwalità għolja li tiddokumenta l-kostitwenti u l-proċessi atmosferiċi b’ħajja qasira li jwasslu għall-varjabbiltà tagħhom f’ambjenti naturali u kkontrollati u tintegra, tarmonizza u tqassam settijiet tad-data, attivitajiet u servizzi pprovduti mill-Faċilitajiet Ċentrali u mill-Faċilitajiet Nazzjonali.

Data tal-ACTRIS” hija definita fil-politika tad-data tal-ACTRIS kif aċċettata u emendata bid-deċiżjonijiet tal-Assemblea Ġenerali.

“ACTRIS ERIC” tfisser Infrastruttura ta’ Riċerka dwar l-Aerosol, is-Sħab u l-Gassijiet Traċċa stabbilita bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) skont ir-Regolament (KE) Nru 723/20092.

“Faċilità Ċentrali” tfisser komponent tal-ACTRIS fil-livell Ewropew, Uffiċċju Prinċipali, Ċentru tad-Data jew Ċentru Tematiku, li joffri d-data tal-ACTRIS jew servizzi ta’ riċerka u servizzi oħrajn lill-utenti kif ukoll appoġġ operazzjonali lill-faċilitajiet nazzjonali.

“Kontribuzzjoni għal Faċilità Ċentrali” tfisser li pajjiż ikun qed jikkontribwixxi għal Faċilità Ċentrali jekk jospita parti mill-Faċilità Ċentrali jew jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ din il-parti. Il-kontribuzzjoni għal Faċilità Ċentrali teħtieġ kontribuzzjoni għall-finanzi tal-Faċilità Ċentrali permezz ta’ Kontribuzzjonijiet Ospitanti.

“Ftehim ta’ Kooperazzjoni” tfisser ftehim bejn l-ACTRIS ERIC u Faċilità Nazzjonali jew bejn l-ACTRIS ERIC u Faċilità Ċentrali li ma hijiex inkluża fl-ACTRIS ERIC.

“Ċentru tad-Data” tfisser il-Faċilità Ċentrali responsabbli għall-konservazzjoni, il-preservazzjoni, u d-distribuzzjoni tad-data, tal-prodotti u tal-għodod b’valur miżjud tal-ACTRIS, u l-ospitar tal-portal tad-data tal-ACTRIS.

“Uffiċċju Prinċipali” tfisser il-Faċilità Ċentrali responsabbli għall-koordinazzjoni u għar-rappreżentazzjoni tal-ACTRIS kif ukoll għall-iffaċilitar tal-aċċess għas-servizzi tal-ACTRIS.

“Pajjiż Ospitanti” tfisser kwalunkwe pajjiż fejn tinsab u topera l-unità tal-Faċilità Ċentrali.

“Kontribuzzjoni ospitanti” tfisser appoġġ ipprovdut mill-membri jew mill-osservaturi permanenti għall-funzjonament tal-Faċilitajiet Ċentrali li ma humiex parti mill-ACTRIS ERIC, ospitati f’pajjiżhom stess.

“Kontribuzzjoni primjum ospitanti” tfisser l-appoġġ ipprovdut mill-membri tal-ACTRIS ERIC u mill-osservaturi permanenti għall-funzjonament tal-Faċilitajiet Ċentrali li huma parti mill-ACTRIS ERIC, ospitati f’pajjiżhom stess.

“Proprjetà Intellettwali” tfisser dak li jingħad fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali fl-14 ta’ Lulju 1967 u kif emendata fit-28 ta’ Settembru 1979.

“Kontribuzzjoni tas-sħubija” tfisser l-ammont ta’ flus li l-pajjiżi jħallsu biex jissieħbu fl-ACTRIS ERIC bħala membri, osservaturi permanenti jew osservaturi.

“Faċilità Nazzjonali” tfisser pjattaforma ta’ osservazzjoni jew ta’ esplorazzjoni li għandha relazzjoni kuntrattwali mal-ACTRIS ERIC u li tipprovdi data u/jew aċċess fiżiku/mill-bogħod għall-bini tagħha.

“Ċentru Tematiku” tfisser Faċilità Ċentrali, li jew hija inkluża fl-ACTRIS ERIC jew li għandha relazzjoni kuntrattwali mal-ACTRIS ERIC, li toffri servizzi u appoġġ operazzjonali għall-assigurazzjoni tal-kwalità/għall-kontroll tal-kwalità tal-kejl u tad-data (inkluż taħriġ, kalibrar, assigurazzjoni tal-kwalità/għodod ta’ kontroll tal-kwalità, u żvilupp ta’ proċeduri standard ta’ operazzjoni u evalwazzjoni).