16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/52


REGOLAMENT (UE) 2023/956 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Mejju 2023

li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”), il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida ta’ tkabbir. Din l-istrateġija għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) sa mhux aktar mill-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jipproteġi, jippreserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u l-impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-trasformazzjoni trid tkun waħda ġusta u inklużiva biex ħadd ma jitħalla lura. Il-Kummissjoni ħabbret ukoll fil-komunikazzjoni tagħha tat-12 ta’ Mejju 2021 intitolata “Perkors lejn Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd, Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija”, il-promozzjoni ta’ strumenti u inċentivi rilevanti biex jiġi implimentat aħjar il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas kif stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u b’hekk titlesta t-tneħħija gradwali ta’ “tniġġis mingħajr ħlas” bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn id-dekarbonizzazzjoni u l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero.

(2)

Il-Ftehim ta’ Pariġi (4), adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016. Il-Partijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 °C ‘il fuq mil-livelli preindustrijali u jkomplu bl-isforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C ‘il fuq mil-livelli preindustrijali. Skont il-Patt Klimatiku ta’ Glasgow, adottat fit-13 ta’ Novembru 2021, il-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC, li serviet ta’ laqgħa tal-Partijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, irrikonoxxiet ukoll li l-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura medja globali ta’ 1,5 °C ‘il fuq mil-livelli preindustrijali tkun tnaqqas b’mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjat ruħha li ssaħħaħ l-objettivi tal-2030 sa tmiem l-2022 biex titnaqqas id-diskrepanza fl-ambizzjoni.

(3)

L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u sfidi oħra relatati mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi huma fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kiber biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(4)

L-Unjoni hija impenjata li, sal-2030, tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra fis-setturi kollha tal-ekonomija b’mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990, kif stabbilit fil-preżentazzjoni lill-UNFCCC f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha dwar l-aġġornament tal-kontribut determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) daħħal fil-leġiżlazzjoni l-objettiv tan-newtralità klimatika fis-setturi kollha tal-ekonomija sa mhux aktar tard mill-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll objettiv domestiku vinkolanti tal-Unjoni, sal-2030, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

(6)

Ir-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tal-2018 dwar l-impatti taż-żidiet fit-temperatura globali ta’ 1,5 °C ‘il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi relatati tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra jipprovdi bażi xjentifika b’saħħitha biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u juri l-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni dwar il-klima. Dak ir-rapport jikkonferma li sabiex titnaqqas il-probabbiltà ta’ avvenimenti estremi tat-temp, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jeħtieġ li jitnaqqsu b’mod urġenti, u li t-tibdil fil-klima jeħtieġ li jkun limitat għal żieda fit-temperatura globali ta’ 1,5 °C. Barra minn hekk, jekk il-perkorsi ta’ mitigazzjoni, konsistenti mal-limitu tat-tisħin globali għal 1,5 °C ‘il fuq mil-livelli preindustrijali, ma jiġux attivati malajr, se jkollhom jittieħdu miżuri ta’ adattament ferm aktar kumplessi u li jqumu aktar flus biex jiġu evitati l-impatti ta’ livelli ogħla ta’ tisħin globali. Il-kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma I għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC intitolat “Climate Change 2021: The Physical Science Basis” (It-tibdil fil-klima 2021: il-bażi tax-xjenza fiżika) ifakkar li t-tibdil fil-klima diġà qiegħed jolqot kull reġjun tad-dinja u jipprevedi li fid-deċennji li ġejjin, it-tibdil fil-klima se jiżdied fir-reġjuni kollha. Dak ir-rapport jenfasizza li, sakemm ma jkunx hemm tnaqqis immedjat, rapidu u fuq skala kbira fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, it-trażżin tat-tisħin għal kważi 1,5 °C jew saħansitra 2 °C mhux se jkun jista’ jintlaħaq.

(7)

L-Unjoni qed issegwi politika ambizzjuża marbuta mal-azzjoni dwar il-klima u daħħlet fis-seħħ qafas regolatorju biex tikseb l-objettiv tagħha tal-2030 tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-leġiżlazzjoni li timplimenta dak l-objettiv tikkonsisti, fost l-oħrajn, fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni (“EU ETS”) u tipprovdi pprezzar armonizzat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-livell tal-Unjoni għal setturi u sottosetturi b’intensità enerġetika għolja, fir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li jintroduċi objettivi nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030, u fir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li jirrikjedi li l-Istati Membri jikkumpensaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-art bl-assorbimenti tal-gassijiet serra mill-atmosfera.

(8)

Filwaqt li l-Unjoni naqqset sostanzjalment l-emissjonijiet interni ta’ gassijiet serra tagħha, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra integrati fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni żdiedu, b’hekk ġew kompromessi l-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas l-impronta globali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha. L-Unjoni għandha r-responsabbiltà li tkompli tiżvolġi rwol ta’ tmexxija fl-azzjoni globali dwar il-klima.

(9)

Sakemm għadd sinifikanti ta’ sħab internazzjonali tal-Unjoni jkollhom approċċi ta’ politika li ma jiksbux fl-istess livell ta’ ambizzjoni dwar il-klima, hemm riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sseħħ jekk, għal raġunijiet ta’ kostijiet relatati mal-politiki dwar il-klima, in-negozji f’ċerti setturi jew sottosetturi tal-industrija jittrasferixxu l-produzzjoni lejn pajjiżi oħra jew l-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi jissostitwixxu prodotti ekwivalenti b’intensità aktar baxxa f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Tali sitwazzjonijiet jistgħu jwasslu għal żieda fl-emissjonijiet globali totali, u b’hekk jipperikolaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li huwa meħtieġ b’mod urġenti jekk irridu li t-temperatura medja globali tinżamm sew taħt iż-2 °C ‘il fuq mil-livelli preindustrijali u li jkomplu l-isforzi biex nillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C ‘il fuq mil-livelli preindustrijali. Hekk kif l-Unjoni żżid l-ambizzjoni tagħha relatata mal-klima, dak ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jista’ jikkomprometti l-effikaċja tal-politiki tal-Unjoni relatati mat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

(10)

L-inizjattiva għal mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (is-“CBAM”) hija parti mill-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”. Is-CBAM għandu jservi bħala element essenzjali tas-sett ta’ għodod tal-Unjoni biex jintlaħaq l-objettiv ta’ Unjoni newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi billi jiġu indirizzati r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju li jirriżultaw miż-żieda fl-ambizzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-klima. Is-CBAM mistenni jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tad-dekarbonizzazzjoni fil-pajjiżi terzi.

(11)

Il-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f’setturi jew sottosetturi fejn tali riskju jeżisti jikkonsistu mill-allokazzjoni tranżitorja bla ħlas tal-kwoti tal-EU ETS u minn miżuri finanzjarji biex jikkumpensaw għall-kostijiet tal-emissjonijiet indiretti mġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku. Dawk il-mekkaniżmi huma stabbiliti fl-Artikolu 10a(6) u l-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE rispettivament. L-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti EU ETS fil-livell ta’ dawk bl-aħjar prestazzjoni kienet strument ta’ politika għal ċerti setturi industrijali biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Madankollu, meta mqabbel mal-irkant sħiħ, tali allokazzjoni bla ħlas iddgħajjef is-sinjal tal-prezz li s-sistema tipprovdi u b’hekk taffettwa l-inċentivi għall-investiment f’aktar tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

(12)

Is-CBAM ifittex li jissostitwixxi dawk il-mekkaniżmi eżistenti billi jindirizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b’mod differenti, jiġifieri billi jiżgura pprezzar tal-karbonju ekwivalenti għall-importazzjonijiet u l-prodotti interni. Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni gradwali mis-sistema attwali ta’ kwoti bla ħlas għas-CBAM, is-CBAM għandu jiddaħħal progressivament filwaqt li l-kwoti bla ħlas fis-setturi koperti mis-CBAM jitneħħew gradwalment. L-applikazzjoni kkombinata u tranżitorja tal-kwoti tal-EU ETS allokati bla ħlas u tas-CBAM ma għandha fl-ebda każ tirriżulta fi trattament aktar favorevoli għall-oġġetti tal-Unjoni meta mqabbla mal-oġġetti importati fit-territorju doganali tal-Unjoni.

(13)

Il-prezz tal-karbonju qiegħed jiżdied, u l-kumpaniji għandhom bżonn viżibbiltà fit-tul, prevedibbiltà u ċertezza tad-dritt biex jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom f’dawk li huma investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi industrijali. Għaldaqstant, bil-għan li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku għall-ġlieda kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, jenħtieġ li jiġi stabbilit perkors ċar għall-estensjoni ulterjuri gradwali tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM għall-prodotti, għas-setturi u għas-sottosetturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

(14)

Filwaqt li l-objettiv tas-CBAM huwa li jiġi evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, dan ir-Regolament jinkoraġġixxi wkoll lill-produtturi minn pajjiżi terzi li jużaw teknoloġiji li huma aktar effiċjenti fit-tnaqqis ta’ gassijiet serra sabiex jiġu ġġenerati inqas emissjonijiet. Għalhekk, is-CBAM mistenni jagħti appoġġ effikaċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-pajjiżi terzi.

(15)

Bħala strument għall-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, is-CBAM jenħtieġ li jiżgura li l-prodotti importati jkunu soġġetti għal sistema regolatorja li tapplika kostijiet tal-karbonju ekwivalenti għal dawk li jinġarrbu fl-ambitu tal-EU ETS, li jirriżulta fi prezz tal-karbonju ekwivalenti għall-importazzjonijiet u għall-prodotti interni. Is-CBAM huwa miżura għall-klima li jenħtieġ li ssostni t-tnaqqis tal-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra u tipprevjeni r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li tiżgura l-kompatibbiltà mal-leġiżlazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(16)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-oġġetti importati fit-territorju doganali tal-Unjoni minn pajjiżi terzi, ħlief meta l-produzzjoni tagħhom tkun diġà ġiet soġġetta għall-EU ETS, permezz tal-applikazzjoni għall-pajjiżi jew għat-territorji terzi, jew għal sistema ta’ pprezzar tal-karbonju li tkun marbuta bis-sħiħ mal-EU ETS.

(17)

Bil-ħsieb li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-karbonju tkun kostantement akkumpanjata mill-koeżjoni ekonomika u soċjali, jenħtieġ li jitqiesu, fir-reviżjoni futura ta’ dan ir-Regolament, ir-restrizzjonijiet u l-karatteristiċi speċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE kif ukoll tal-Istati insulari li jiffurmaw parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, mingħajr ma jiġu kompromessi l-integrità u l-koerenza tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politiki komuni.

(18)

Bil-ħsieb li jiġi evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f’installazzjonijiet offshore, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-oġġetti, jew għall-prodotti pproċessati minn dawk l-oġġetti li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar attiv, miġjuba fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fejn dik il-blata kontinentali jew żona ekonomika esklużiva hija fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi kundizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni tas-CBAM għal tali oġġetti.

(19)

Jenħtieġ li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra soġġetti għas-CBAM jikkorrispondu għal dawk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, jiġifieri d-diossidu tal-karbonju (“CO2”) kif ukoll, fejn rilevanti, l-ossidu nitruż u l-perfluworokarburi. Jenħtieġ li s-CBAM inizjalment japplika għall-emissjonijiet diretti ta’ dawk il-gassijiet serra mill-mument tal-produzzjoni tal-oġġetti sal-importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni, sabiex jirrifletti l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS biex tiġi żgurata l-koerenza. Jenħtieġ ukoll li s-CBAM japplika għall-emissjonijiet indiretti. Dawk l-emissjonijiet indiretti huma l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku użat għall-produzzjoni tal-oġġetti li għalihom japplika dan ir-Regolament. L-inklużjoni tal-emissjonijiet indiretti tkun tkompli żżid l-effikaċja ambjentali tas-CBAM u l-ambizzjoni tiegħu biex jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Jenħtieġ, madankollu, li l-emissjonijiet indiretti ma jitqisux inizjalment għall-oġġetti li fir-rigward tagħhom japplikaw fl-Unjoni l-miżuri finanzjarji li jikkumpensaw għall-kostijiet tal-emissjonijiet indiretti mġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku. Dawk l-oġġetti huma identifikati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-reviżjonijiet futuri tal-EU ETS fid-Direttiva 2003/87/KE u, b’mod partikolari, ir-reviżjonijiet tal-miżuri ta’ kumpens tal-kostijiet indiretti jiġu riflessi kif xieraq fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jenħtieġ li tinġabar data bil-għan li tispeċifika ulterjorment il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tqis il-kwantità ta’ elettriku użat għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-pajjiż tal-oriġini, is-sors ta’ ġenerazzjoni u l-fatturi ta’ emissjoni relatati ma’ dak l-elettriku. Jenħtieġ li l-metodoloġija speċifika tkun speċifikata ulterjorment bil-għan li jinkiseb l-aktar mod adegwat biex tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tiġi żgurata l-integrità ambjentali tas-CBAM.

(20)

L-EU ETS u s-CBAM jikkondividu għan komuni li jipprezzaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra integrati fl-istess setturi u oġġetti permezz tal-użu ta’ kwoti jew ċertifikati speċifiċi. Iż-żewġ sistemi għandhom natura regolatorja u huma ġġustifikati mill-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, f’konformità mal-objettiv ambjentali vinkolanti stabbilit fil-liġi tal-Unjoni, stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, li jitnaqqsu, sal-2030, l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra tal-Unjoni b’mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u l-għan li tinkiseb newtralità klimatika fis-setturi kollha tal-ekonomija sa mhux aktar tard mill-2050.

(21)

Filwaqt li l-EU ETS tistabbilixxi numru totali ta’ kwoti li jinħarġu (il-limitu massimu) għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u tippermetti l-iskambju ta’ kwoti (is-“sistema ta’ limitu u skambju”), jenħtieġ li s-CBAM ma jistabbilix limiti kwantitattivi għall-importazzjonijiet, sabiex il-flussi kummerċjali ma jkunux limitati. Barra minn hekk, filwaqt li l-EU ETS tapplika għal installazzjonijiet fl-Unjoni, jenħtieġ li s-CBAM japplika għal ċerti oġġetti importati fit-territorju doganali tal-Unjoni.

(22)

Is-sistema tas-CBAM għandha xi karatteristiċi speċifiċi meta mqabbla mal-EU ETS, inkluż fir-rigward tal-kalkolu tal-prezz taċ-ċertifikati CBAM, il-possibbiltajiet ta’ skambju taċ-ċertifikati CBAM u il-perjodu ta’ validità tagħhom. Dawk il-karatteristiċi huma dovuti għall-ħtieġa li tiġi ppreservata l-effikaċja tas-CBAM bħala miżura li tipprevjeni r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Jiżguraw ukoll li l-ġestjoni tas-sistema CBAM ma tkunx eċċessivament ta’ piż, f’termini kemm ta’ obbligi imposti fuq l-operaturi kif ukoll ta’ riżorsi għall-amministrazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm livell ta’ flessibbiltà disponibbli għall-operaturi ekwivalenti għal dak fl-ambitu tal-EU ETS. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat tali bilanċ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) ikkonċernati.

(23)

Sabiex tiġi ppreservata l-effikaċja tagħha bħala miżura li tipprevjeni r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, is-CBAM jeħtieġ li jirrifletti mill-qrib il-prezz tal-EU ETS. Filwaqt li fis-suq tal-EU ETS il-prezz tal-kwoti rilaxxati fis-suq jiġi ddeterminat permezz ta’ rkantijiet, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM jenħtieġ li jirrifletti b’mod raġonevoli l-prezz ta’ tali rkantijiet permezz ta’ medji kkalkulati fuq bażi ta’ kull ġimgħa. Tali prezzijiet medji ta’ kull ġimgħa jirriflettu mill-qrib il-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet tal-EU ETS u jippermettu marġni raġonevoli għall-importaturi biex jieħdu vantaġġ mill-bidliet fil-prezzijiet tal-EU ETS filwaqt li jiżguraw ukoll li s-sistema tibqa’ maniġġabbli għall-awtoritajiet amministrattivi.

(24)

Skont l-EU ETS, il-limitu massimu jiddetermina l-offerta ta’ kwoti tal-emissjonijiet u jipprovdi ċertezza dwar emissjonijiet massimi ta’ gassijiet serra. Il-prezz tal-karbonju huwa ddeterminat mill-bilanċ bejn tali offerta u d-domanda tas-suq. Id-disponibbiltà skarsa hija meħtieġa biex ikun hemm inċentiv għall-prezzijiet. Dan ir-Regolament mhuwiex maħsub li jimponi limitu massimu fuq l-għadd ta’ ċertifikati CBAM disponibbli għall-importaturi; jekk l-importaturi setgħu jittrasferixxu u jiskambjaw iċ-ċertifikati CBAM, dan seta’ jirriżulta f’sitwazzjonijiet li fihom il-prezz għaċ-ċertifikati CBAM ma jibqax jirrifletti l-evoluzzjoni tal-prezz fl-EU ETS. Tali sitwazzjoni ddgħajjef l-inċentiv għad-dekarbonizzazzjoni, tiffavorixxi r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tfixkel l-objettiv globali tal-klima tas-CBAM. Din tista’ tirriżulta wkoll fi prezzijiet differenti għall-operaturi minn pajjiżi differenti. Il-limiti għall-possibbiltajiet ta’ skambju taċ-ċertifikati CBAM u biex dawn jiġu ttrasferiti huma ġġustifikati għalhekk mill-ħtieġa li jiġi evitat li jiġu kompromessi l-effikaċja u l-objettiv tal-klima tas-CBAM u li jiġi żgurat trattament pariġġ tal-operaturi minn pajjiżi differenti. Madankollu, sabiex tinżamm il-possibbiltà għall-importaturi li jottimizzaw il-kostijiet tagħhom, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi sistema li biha l-awtoritajiet jistgħu jixtru mill-ġdid ċerta kwantità ta’ ċertifikati żejda mingħand l-importaturi. Tali ammont jenħtieġ li jiġi stabbilit f’livell li jippermetti marġni raġonevoli għall-importaturi biex itaffu l-kostijiet tagħhom matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati filwaqt li jiġi ppreservat l-effett globali tat-trażmissjoni tal-prezz, u jiġi żgurat li jinżamm l-għan ambjentali tas-CBAM.

(25)

Minħabba li s-CBAM ikun japplika għall-importazzjonijiet ta’ oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni aktar milli għall-installazzjonijiet, ċerti adattamenti u semplifikazzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għas-CBAM. Waħda minn dawk is-semplifikazzjonijiet jenħtieġ li tikkonsisti minn sistema ta’ dikjarazzjonijiet sempliċi u aċċessibbli li biha l-importaturi jirrapportaw l-emissjonijiet totali verifikati ta’ gassijiet serra integrati f’oġġetti importati f’sena kalendarja partikolari. Jenħtieġ li jiġi applikat ukoll kalendarju differenti meta mqabbel maċ-ċiklu ta’ konformità tal-EU ETS sabiex jiġi evitat kwalunkwe ostaklu potenzjali li jaf jirriżulta mill-obbligi għall-verifikaturi akkreditati skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2003/87/KE.

(26)

L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw penali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li tali penali jiġu infurzati. Fuq livell aktar speċifiku, l-ammont tal-penali għan-nuqqas min-naħa tad-dikjarant awtorizzat CBAM li jċedi ċ-ċertifikati CBAM jenħtieġ li jkun identiku għall-ammont skont l-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE. Madankollu, meta l-oġġetti jkunu ġew introdotti fl-Unjoni minn persuna, għajr dikjarant awtorizzat CBAM, mingħajr ma tikkonforma mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament, l-ammont ta’ dawk il-penali jenħtieġ li jkun ogħla sabiex ikun effikaċi, proporzjonat u dissważiv, anki b’kont meħud tal-fatt li tali persuna ma għandix l-obbligu li ċċedi ċ-ċertifikati CBAM. L-impożizzjoni ta’ penali skont dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għall-penali li jistgħu jiġu imposti skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali għall-ksur ta’ obbligi rilevanti oħra, b’mod partikolari dawk relatati mar-regoli doganali.

(27)

Filwaqt li l-EU ETS tapplika għal ċerti proċessi u attivitajiet ta’ produzzjoni, jenħtieġ li s-CBAM jimmira lejn l-importazzjonijiet korrispondenti tal-oġġetti. Dan jirrikjedi l-identifikazzjoni ċara tal-oġġetti importati permezz tal-klassifikazzjoni tagħha fin-Nomenklatura Magħquda (“NM”) stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9) u li torbothom mal-emissjonijiet integrati.

(28)

L-oġġetti jew il-prodotti pproċessati koperti mis-CBAM jenħtieġ li jirriflettu l-attivitajiet koperti mill-EU ETS billi dik is-sistema hija bbażata fuq kriterji kwantitattivi u kwalitattivi marbuta mal-objettiv ambjentali tad-Direttiva 2003/87/KE u hija l-aktar sistema regolatorja komprensiva tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni.

(29)

Id-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM b’tali mod li jirrifletti l-attivitajiet koperti mill-EU ETS ikun jikkontribwixxi wkoll biex jiġi żgurat li l-prodotti importati jingħataw trattament li mhuwiex inqas favorevoli minn dak mogħti lil prodotti simili ta’ oriġini interna.

(30)

Filwaqt li l-objettiv aħħari tas-CBAM huwa kopertura wiesgħa ta’ prodotti, ikun prudenti li nibdew b’għadd magħżul ta’ setturi b’oġġetti relattivament omoġenji li fihom hemm riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Is-setturi tal-Unjoni meqjusa f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma elenkati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 (10).

(31)

Jenħtieġ li l-oġġetti, li għalihom jenħtieġ li japplika dan ir-Regolament, jintgħażlu wara analiżi bir-reqqa tar-rilevanza tagħhom f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra akkumulati u tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi korrispondenti tal-EU ETS, filwaqt li jiġu limitati l-kumplessità u l-piż amministrattiv għall-operaturi kkonċernati. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-għażla tqis il-materjali bażiċi u l-prodotti bażiċi koperti mill-EU ETS bl-objettiv li jiġi żgurat li l-emissjonijiet integrati fi prodotti b’intensità għolja ta’ emissjonijiet importati fl-Unjoni jkunu soġġetti għal prezz tal-karbonju ekwivalenti għal dak applikat għal prodotti tal-Unjoni, u li jittaffew ir-riskji tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-kriterji rilevanti biex titnaqqas l-għażla għandhom ikunu: l-ewwel nett, ir-rilevanza tas-setturi f’termini ta’ emissjonijiet, jiġifieri jekk is-settur huwiex wieħed mill-akbar emittenti aggregati ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra; it-tieni, l-esponiment tas-settur għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif definit skont id-Direttiva 2003/87/KE; u t-tielet, il-ħtieġa li tiġi bbilanċjata l-kopertura wiesgħa tal-prodott f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, filwaqt li jiġu limitati l-kumplessità u l-piż amministrattiv.

(32)

L-użu tal-ewwel kriterju jkun jippermetti l-elenkar tas-setturi industrijali li ġejjin f’termini ta’ emissjonijiet akkumulati: ħadid u azzar, raffineriji, siment, aluminju, sustanzi kimiċi bażiċi organiċi, idroġenu u fertilizzanti.

(33)

Madankollu, ċerti setturi elenkati fid-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/708 jenħtieġ li ma jiġux indirizzati f’dan ir-Regolament f’dan l-istadju, minħabba l-karatteristiċi partikolari tagħhom.

(34)

B’mod partikolari, jenħtieġ li s-sustanzi kimiċi organiċi ma jkunux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minħabba limitazzjonijiet tekniċi li fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jippermettux li jiġu definiti b’mod ċar l-emissjonijiet integrati ta’ tali oġġetti importati. Għal dawk l-oġġetti, il-parametru referenzjarju applikabbli skont l-EU ETS huwa parametru bażiku, li ma jippermettix allokazzjoni mhux ambigwa tal-emissjonijiet integrati f’oġġetti importati individwali. Allokazzjoni aktar immirata għal sustanzi kimiċi organiċi teħtieġ aktar data u analiżi.

(35)

Restrizzjonijiet tekniċi simili japplikaw għall-prodotti tar-raffineriji, li għalihom mhuwiex possibbli li jiġu assenjati mingħajr ambigwità l-emissjonijiet tal-gassijiet serra lil prodotti tal-output individwali. Fl-istess ħin, il-paramentru referenzjarju rilevanti fl-EU ETS mhuwiex relatat direttament ma’ prodotti speċifiċi, bħall-petrol, id-diżil jew il-pitrolju, iżda mal-output kollu tar-raffineriji.

(36)

Il-prodotti tal-aluminju jenħtieġ li jiġu inklużi fis-CBAM billi huma esposti ħafna għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Barra minn hekk, f’diversi applikazzjonijiet industrijali, huma jinsabu f’kompetizzjoni diretta mal-prodotti tal-azzar minħabba karatteristiċi li jixbhu mill-qrib dawk tal-prodotti tal-azzar.

(37)

Fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-importazzjonijiet ta’ idroġenu fl-Unjoni huma relattivament baxxi. Madankollu, dik is-sitwazzjoni mistennija tinbidel konsiderevolment fis-snin li ġejjin billi l-pakkett tal-Unjoni “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” jippromwovi l-użu tal-idroġenu rinnovabbli. Għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija kollha kemm hi, se tiżdied id-domanda għall-idroġenu rinnovabbli, u b’konsegwenza t’hekk dan se jwassal għal proċessi ta’ produzzjoni mhux integrati fil-prodotti downstream li fihom l-idroġenu huwa prekursur. L-inklużjoni tal-idroġenu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM hija l-mezz xieraq biex tkompli tiġi mrawma d-dekarbonizzazzjoni tal-idroġenu.

(38)

Bl-istess mod, ċerti prodotti jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM minkejja l-livell baxx tagħhom ta’ emissjonijiet integrati li jirriżultaw waqt il-proċess tal-produzzjoni, billi l-esklużjoni tagħhom tkun iżżid il-probabbiltà taċ-ċirkomvenzjoni tal-inklużjoni tal-prodotti tal-azzar fis-CBAM billi jiġi mmodifikat il-mudell tal-kummerċ lejn prodotti downstream.

(39)

Min-naħa l-oħra, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax inizjalment għal ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom ma tinvolvix emissjonijiet sinifikanti bħal skrapp tal-ħadid, ligi tal-ħadid u ċerti fertilizzanti.

(40)

L-importazzjoni tal-elettriku jenħtieġ li tiġi inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi dak is-settur huwa responsabbli għal 30 % tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra fl-Unjoni. L-ambizzjoni miżjuda tal-Unjoni fl-ambitu tal-klima twessa’ d-distakk fil-kostijiet tal-karbonju bejn il-produzzjoni tal-elettriku fi ħdan l-Unjoni u fil-pajjiżi terzi. Dak id-distakk, flimkien mal-progress fil-konnessjoni tal-grilja tal-elettriku tal-Unjoni ma’ dik tal-ġirien tagħha, ikun iżid ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba żieda fl-importazzjonijiet tal-elettriku, li parti sinifikanti minnha hija prodotta minn impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam.

(41)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv fir-rigward tal-amministrazzjonijiet nazzjonali kompetenti u l-importaturi, huwa xieraq li jiġu speċifikati l-każijiet limitati li fihom jenħtieġ li ma japplikawx l-obbligi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Dik id-dispożizzjoni de minimis, madankollu, hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni kontinwata tad-dispożizzjonijiet skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament kif ukoll, b’mod partikolari, mal-leġiżlazzjoni doganali, inkluża l-prevenzjoni tal-frodi.

(42)

Billi l-importaturi ta’ oġġetti koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkollhomx jissodisfaw l-obbligi tagħhom fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament fil-mument tal-importazzjoni, jenħtieġ li jiġu applikati miżuri amministrattivi speċifiċi biex jiġi żgurat li tali obbligi jiġu ssodisfati fi stadju aktar tard. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-importaturi jkollhom biss id-dritt li jimportaw oġġetti soġġetti għal dan ir-Regolament wara li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

(43)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali ma jippermettux l-importazzjoni ta’ oġġetti minn kwalunkwe persuna oħra għajr dikjarant awtorizzat CBAM. F’konformità mal-Artikoli 46 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), l-awtoritajiet doganali għandhom id-dritt li jwettqu kontrolli fuq l-oġġetti, inkluż fir-rigward tal-identifikazzjoni tad-dikjarant awtorizzat CBAM, il-kodiċi NM bi tmien ċifri, il-kwantità u l-pajjiż ta’ oriġini tal-oġġetti importati, id-data tad-dikjarazzjoni u l-proċedura doganali. Il-Kummissjoni jeħtieġ li tinkludi r-riskji relatati mas-CBAM fid-definizzjoni tal-kriterji u tal-istandards komuni tar-riskju skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(44)

Matul perjodu ta’ tranżizzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jinfurmaw lid-dikjaranti doganali bl-obbligu li jirrapportaw l-informazzjoni, sabiex jikkontribwixxu għall-ġbir ta’ informazzjoni kif ukoll għall-għarfien dwar il-ħtieġa li jintalab l-istatus ta’ dikjaranti awtorizzati CBAM meta applikabbli. Tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi kkomunikata mill-awtoritajiet doganali b’mod xieraq biex jiġi żgurat li d-dikjaranti doganali jkunu mgħarrfa b’dan l-obbligu.

(45)

Jenħtieġ li s-CBAM ikun ibbażat fuq sistema ta’ dikjarazzjoni li fiha dikjarant awtorizzat CBAM, li jista’ jirrappreżenta aktar minn importatur wieħed, ikun jippreżenta annwalment dikjarazzjoni tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati fit-territorju doganali tal-Unjoni u jkun iċedi għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondu għal dawk l-emissjonijiet iddikjarati. L-ewwel dikjarazzjoni CBAM, fir-rigward tas-sena kalendarja tal-2026, jenħtieġ li tiġi ppreżentata sal-31 ta’ Mejju 2027.

(46)

Dikjarant awtorizzat CBAM jenħtieġ li jitħalla jitlob tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti li jikkorrispondu għall-prezz tal-karbonju diġà effettivament imħallas fil-pajjiż ta’ oriġini għall-emissjonijiet integrati ddikjarati.

(47)

L-emissjonijiet integrati ddikjarati jenħtieġ li jiġu vverifikati minn persuna akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditament maħtur skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jew skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (13).

(48)

Jenħtieġ li s-CBAM jippermetti lill-operaturi tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni fil-pajjiżi terzi jirreġistraw fir-reġistru CBAM u jagħmlu disponibbli lid-dikjaranti awtorizzati CBAM l-emissjonijiet integrati vverifikati tagħhom mill-produzzjoni ta’ oġġetti. Jenħtieġ li operatur ikun jista’ jagħżel li ma jkollux ismu, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħu fir-reġistru CBAM aċċessibbli għall-pubbliku.

(49)

Iċ-ċertifikati CBAM ikunu differenti mill-kwoti tal-EU ETS li għalihom l-irkantar ta’ kuljum huwa karatteristika essenzjali. Minħabba l-ħtieġa li jiġi stabbilit prezz ċar għaċ-ċertifikati CBAM, il-pubblikazzjoni ta’ kuljum tkun toħloq piż eċċessiv u konfużjoni għall-operaturi, billi l-prezzijiet ta’ kuljum jirriskjaw li ma jibqgħux validi meta jiġu ppubblikati. Għalhekk, il-pubblikazzjoni tal-prezzijiet CBAM fuq bażi ta’ kull ġimgħa tirrifletti b’mod aktar preċiż ix-xejra tal-ipprezzar tal-kwoti rilaxxati fis-suq tal-EU ETS u ssegwi l-istess objettiv fl-ambitu tal-klima. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kalkolu tal-prezz taċ-ċertifikati CBAM jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ perjodu itwal, jiġifieri fuq bażi ta’ kull ġimgħa, milli fil-perjodu stabbilit mill-EU ETS, jiġifieri fuq bażi ta’ kuljum. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun fdata bil-kompitu li tikkalkula u tippubblika dan il-prezz medju.

(50)

Sabiex id-dikjaranti awtorizzati CBAM jingħataw flessibbiltà biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u jippermettulhom jibbenefikaw minn fluttwazzjonijiet fil-prezz tal-kwoti tal-EU ETS, jenħtieġ li ċertifikati CBAM ikunu validi għal perjodu limitat mid-data tax-xiri tagħhom. Jenħtieġ li d-dikjarant awtorizzat CBAM jitħalla jerġa’ jbigħ porzjon miċ-ċertifikati mixtrija żejda. Bil-ħsieb li jċedi ċ-ċertifikati CBAM, jenħtieġ li d-dikjarant awtorizzat CBAM jakkumula l-għadd ta’ ċertifikati meħtieġa rikjesti matul is-sena, li jikkorrispondu mas-sollijiet stabbiliti fl-aħħar ta’ kull trimestru.

(51)

Il-karatteristiċi fiżiċi tal-elettriku bħala prodott jiġġustifikaw disinn kemxejn differenti fis-CBAM, meta mqabbel ma’ oġġetti oħra. Jenħtieġ li l-valuri prestabbiliti jintużaw f’kundizzjonijiet speċifikati b’mod ċar, u jenħtieġ li jkun possibbli għad-dikjaranti awtorizzati CBAM li jitolbu l-kalkolu tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali. Il-kummerċ fl-elettriku huwa differenti mill-kummerċ f’oġġetti oħra, billi l-iskambji jsiru permezz ta’ grilji tal-elettriku interkonnessi, bl-użu ta’ boroż tal-enerġija u forom speċifiċi ta’ skambju. L-akkoppjament tas-swieq huwa forma ta’ skambju tal-elettriku regolata b’mod intensiv li tippermetti l-aggregazzjoni tad-domandi u tal-offerti fl-Unjoni kollha.

(52)

Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni u titjieb it-traċċabbiltà tal-emissjonijiet reali ta’ CO2 mill-importazzjoni tal-elettriku u l-użu tiegħu fl-oġġetti, jenħtieġ li l-kalkolu tal-emissjonijiet reali jkun permess biss f’ċerti kundizzjonijiet rigorużi. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun meħtieġ li tintwera nomina soda tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni allokata u li jkun hemm relazzjoni kuntrattwali diretta bejn ix-xerrej u l-produttur tal-elettriku rinnovabbli, jew bejn ix-xerrej u l-produttur tal-elettriku li jkollu emissjonijiet b’valur inqas minn dak prestabbilit.

(53)

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tindirizza l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa r-riskju ta’ tali ċirkomvenzjoni fis-setturi kollha li fihom japplika dan ir-Regolament.

(54)

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija konkluż mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/500/KE (14) u, l-Partijiet għal Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, inklużi Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi, huma impenjati fil-proċessi ta’ dekarbonizzazzjoni li eventwalment jenħtieġ li jirriżultaw fl-adozzjoni ta’ mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju simili jew ekwivalenti għall-EU ETS jew fil-parteċipazzjoni tagħhom fl-EU ETS.

(55)

L-integrazzjoni tal-pajjiżi terzi fis-suq tal-elettriku tal-Unjoni hija fattur importanti għal dawk il-pajjiżi biex jaċċeleraw it-tranżizzjoni tagħhom lejn sistemi tal-enerġija b’sehem għoli ta’ enerġiji rinnovabbli. L-akkoppjament tas-suq tal-elettriku, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 (15), jippermetti lill-pajjiżi terzi jintegraw aħjar l-elettriku minn enerġiji rinnovabbli fis-suq tal-elettriku, jiskambjaw tali elettriku b’mod effiċjenti f’żona usa’, filwaqt li jibbilanċjaw l-offerta u d-domanda mas-suq akbar tal-Unjoni, u jnaqqsu l-intensità tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tagħhom. L-integrazzjoni tal-pajjiżi terzi fis-suq tal-elettriku tal-Unjoni tikkontribwixxi wkoll għas-sigurtà tal-provvisti tal-elettriku f’dawk il-pajjiżi u fl-Istati Membri ġirien.

(56)

Ġaladarba s-swieq tal-elettriku tal-pajjiżi terzi jiġu integrati mill-qrib f’dak tal-Unjoni permezz ta’ akkoppjament tas-swieq, jenħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet tekniċi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tas-CBAM għall-elettriku esportat minn dawk il-pajjiżi fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkunux jistgħu jinstabu soluzzjonijiet tekniċi, jenħtieġ li l-pajjiżi terzi bi swieq akkoppjati ma’ dak tal-Unjoni jibbenefikaw minn eżenzjoni mis-CBAM limitata fiż-żmien sal-2030 fir-rigward biss tal-esportazzjoni tal-elettriku, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Jenħtieġ li dawk il-pajjiżi terzi, madankollu, jiżviluppaw pjan direzzjonali u jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-karbonju li jipprevedi prezz ekwivalenti għall-EU ETS, u jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom li jiksbu n-newtralità tal-karbonju sa mhux aktar tard mill-2050 kif ukoll biex jallinjaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent, tal-klima, tal-kompetizzjoni u tal-enerġija. Tali eżenzjoni jenħtieġ li tiġi rtirata fi kwalunkwe mument jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-pajjiż inkwistjoni ma jirrispettax l-impenji tiegħu jew jekk sal-2030 ma jkunx adotta sistema ta’ skambju tal-emissjonijiet ekwivalenti għall-EU ETS.

(57)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni japplikaw għal perjodu limitat. Għal dak l-iskop, jenħtieġ li s-CBAM japplika mingħajr aġġustament finanzjarju, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni bla xkiel tiegħu, b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ impatti ta’ tfixkil fuq il-kummerċ. Jenħtieġ li l-importaturi jirrappurtaw fuq bażi trimestrali l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati matul it-trimestru preċedenti tas-sena kalendarja, u jiddefinixxu l-emissjonijiet diretti u indiretti kif ukoll kwalunkwe prezz tal-karbonju effettivament imħallas barra l-pajjiż. L-aħħar rapport CBAM, li huwa r-rapport li għandu jiġi ppreżentat għall-aħħar trimestru tal-2025, jenħtieġ li jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Jannar 2026.

(58)

Sabiex jiġi ffaċilitat u żgurat il-funzjonament tajjeb tas-CBAM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti fil-qadi tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet tagħhom fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoordina, toħroġ linji gwida u tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattiki.

(59)

Bil-għan li dan ir-Regolament jiġi applikat b’mod effiċjenti f’termini ta’ kostijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tamministra r-reġistru CBAM li fih id-data dwar id-dikjaranti awtorizzati CBAM, l-operaturi u l-installazzjonijiet fil-pajjiżi terzi.

(60)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita pjattaforma ċentrali komuni għall-bejgħ u għax-xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM. Bil-ħsieb li tissorvelja t-tranżazzjonijiet fuq il-pjattaforma ċentrali komuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll bejn dawn l-awtoritajiet u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit fluss rapidu ta’ informazzjoni bejn il-pjattaforma ċentrali komuni u r-reġistru CBAM.

(61)

Bil-għan li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq kontrolli bbażati fuq ir-riskji u jenħtieġ li tirrieżamina l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet CBAM f’dan is-sens.

(62)

Bil-għan ukoll li ssir applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala kontribut preliminari, tagħmel il-kalkoli tagħha rigward iċ-ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, abbażi tar-rieżami tagħha tad-dikjarazzjonijiet CBAM. Tali kontribut preliminari jenħtieġ li jingħata għal skopijiet indikattivi biss u mingħajr preġudizzju għall-kalkolu definittiv li għandu jsir mill-awtorità kompetenti. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-ebda dritt ta’ appell jew miżuri ta’ rimedju oħra ma jkunu possibbli kontra tali kontribut preliminari min-naħa tal-Kummissjoni.

(63)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu rieżamijiet tad-dikjarazzjonijiet CBAM individwali għal skopijiet ta’ infurzar. Il-konklużjonijiet tar-rieżamijiet tad-dikjarazzjonijiet CBAM individwali jenħtieġ li jiġu kondiviżi mal-Kummissjoni. Dawk il-konklużjonijiet jenħtieġ li jkunu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra permezz tar-reġistru CBAM.

(64)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli biex jistabbilixxu u jiġbru d-dħul li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

(65)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa regolarment l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li r-rapporti jiffukaw b’mod partikolari fuq il-possibbiltajiet li jissaħħu l-azzjonijiet dwar il-klima biex jintlaħaq l-objettiv ta’ Unjoni newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala parti minn dak ir-rapportar, tiġbor l-informazzjoni meħtieġa bil-għan li tkompli testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-emissjonijiet integrati indiretti fl-oġġetti elenkati fl-Anness II mill-aktar fis possibbli, kif ukoll għal oġġetti u servizzi oħra li jistgħu jkunu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, bħall-prodotti downstream, u bil-għan li tiżviluppa metodi ta’ kalkolu tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi tal-metodi tal-impronta ambjentali, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE (16) . Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jkun fihom ukoll valutazzjoni tal-impatt tas-CBAM fuq ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, inkluż fir-rigward tal-esportazzjonijiet, u tal-impatt ekonomiku, soċjali u territorjali fl-Unjoni kollha, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet u l-karatteristiċi speċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u tal-Istati insulari li jiffurmaw parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.

(66)

Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u indirizzati mill-Kummissjoni, inkluż meta l-operaturi jistgħu jimmodifikaw ftit l-oġġetti tagħhom mingħajr ma jbiddlu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom, jew jaqsmu l-kunsinni b’mod artifiċjali, sabiex jevitaw l-obbligi ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġu mmonitorjati wkoll is-sitwazzjonijiet li fihom l-oġġetti jintbagħtu lil pajjiż jew reġjun terz qabel l-importazzjoni tagħhom fis-suq tal-Unjoni, bil-għan li jiġu evitati l-obbligi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, jew sitwazzjonijiet li fihom l-operaturi fil-pajjiżi terzi jesportaw il-prodotti tagħhom b’intensità inqas għolja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jżommu l-prodotti tagħhom b’intensità ogħla ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal swieq oħrajn, jew sitwazzjonijiet li fihom issir riorganizzazzjoni min-naħa tal-esportaturi jew tal-produtturi tal-mudelli u tal-kanali tagħhom tal-bejgħ u tal-produzzjoni, jew kwalunkwe tip ieħor ta’ prattiki ta’ bejgħ dupliċi jew ta’ produzzjoni dupliċi, bil-għan li jiġu evitati l-obbligi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(67)

Fir-rispett sħiħ tal-prinċipju stabbilit f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-ħidma fuq l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikollha l-għan li tinkludi, sal-2030, is-setturi kollha koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, hija u tirrieżamina u tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm riferiment għal din il-kronoloġija, u tagħti prijorità lill-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra integrati fl-oġġetti li huma l-aktar esposti għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u li għandhom intensità tal-karbonju għolja, kif ukoll fil-prodotti downstream li jkun fihom perċentwal sinifikanti ta’ mill-inqas wieħed mill-oġġetti fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fl-eventwalità li l-Kummissjoni ma tippreżentax, sal-2030, proposta leġiżlattiva għal tali estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet u tieħu l-miżuri neċessarji biex tilħaq l-objettiv li tinkludi, mill-aktar fis possibbli, is-setturi kollha koperti mid-Direttiva 2003/87/KE.

(68)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta wkoll rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, u kull sentejn wara dan il-perjodu. Iż-żmien meta jiġu ppreżentati r-rapporti jenħtieġ li jsegwu l-kalendarji dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju skont l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Ir-rapporti jenħtieġ li jkun fihom valutazzjoni tal-impatti tas-CBAM.

(69)

Sabiex tippermetti risposta rapida u effikaċi għal ċirkostanzi imprevedibbli, eċċezzjonali u mhux provokati li għandhom konsegwenzi distruttivi għall-infrastruttura ekonomika u industrijali ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar soġġetti għas-CBAM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva, kif xieraq, li temenda dan ir-Regolament. Tali proposta leġiżlattiva jenħtieġ li tistabbilixxi l-miżuri li huma l-aktar xierqa fid-dawl taċ-ċirkostanzi li l-pajjiż(i) terz(i) għandu/hom quddiemu/hom, filwaqt li żżomm l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu limitati fiż-żmien.

(70)

Jenħtieġ li jitkompla djalogu mal-pajjiżi terzi u jkun hemm spazju għal kooperazzjoni u soluzzjonijiet li jistgħu jinfurmaw l-għażliet speċifiċi li jsiru rigward id-dettalji tas-CBAM matul l-implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

(71)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistinka biex tinvolvi ruħha b’mod uniformi u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, mal-pajjiżi terzi li l-kummerċ tagħhom lejn l-Unjoni huwa affettwat minn dan ir-Regolament, biex teżamina l-possibbiltajiet għal djalogu u kooperazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-elementi speċifiċi tas-CBAM. Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina wkoll il-possibbiltà li tikkonkludi ftehimiet li jqisu l-mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-karbonju tal-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-Unjoni toffri assistenza teknika għal dawk l-iskopijiet lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-pajjiżi l-anqas żviluppati kif identifikati min-Nazzjonijiet Uniti (LDCs).

(72)

It-twaqqif tas-CBAM jitlob li jiġu żviluppati kooperazzjonijiet bilaterali, multilaterali u internazzjonali mal-pajjiżi terzi. Għal dak l-iskop, jenħtieġ li jitwaqqaf forum ta’ pajjiżi bi strumenti ta’ pprezzar tal-karbonju jew bi strumenti analogi oħra (“Klabb għall-Klima”), biex tiġi promossa l-implimentazzjoni ta’ politiki klimatiċi ambizzjużi fil-pajjiżi kollha u jwitti t-triq għall-qafas għall-ipprezzar tal-karbonju fuq livell dinji. Jenħtieġ li l-Klabb għall-Klima jkun miftuħ, fuq bażi volontarja, mhux esklużiv u mmirat b’mod partikolari lejn ambizzjoni għolja fil-qasam tal-klima, bi qbil mal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-Klabb għall-Klima jista’ jaħdem taħt l-awspiċji ta’ organizzazzjoni internazzjonali multilaterali u jenħtieġ li jaġevola t-tqabbil u, meta jkun il-każ, il-koordinament tal-miżuri rilevanti b’impatt fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet. Jenħtieġ li l-Klabb għall-Klima jappoġġa wkoll l-komparabbiltà tal-miżuri rilevanti għall-klima billi jiżgura l-kwalità tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-verifika fil-qasam tal-klima fost il-membri tiegħu u joffri l-mezzi għall-involviment u għat-trasparenza bejn l-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha.

(73)

Bil-għan li jingħata aktar appoġġ għall-ksib tal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi fil-pajjiżi terzi, tkun ħaġa tajba li l-Unjoni tkompli toffri appoġġ finanzjarju permezz tal-baġit tal-Unjoni favur il-mitigazzjoni tal-klima u l-adattament għaliha fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, anki għall-isforzi tagħhom favur id-dekarbonizzazzjoni u t-trasformazzjoni tal-industriji tal-manifattura tagħhom. Dak l-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-aġevolazzjoni tal-adattament tal-industriji kkonċernati għar-rekwiżiti regolatorji l-ġodda li joħorġu minn dan ir-Regolament.

(74)

Billi s-CBAM għandu l-għan li jinkoraġġixxi produzzjoni aktar nadifa, l-Unjoni hija impenjata li taħdem mal-pajjiżi terzi b’introjtu baxx u medju u tappoġġahom fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni tal-industriji tal-manifattura tagħhom bħala parti mid-dimensjoni esterna tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u bi qbil mal-Ftehim ta’ Pariġi. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tappoġġa lil dawk il-pajjiżi permezz tal-baġit tal-Unjoni, speċjalment lill-pajjiżi l-anqas żviluppati, bil-għan li tikkontribwixxi biex tiżgura l-adattament tagħhom għall-obbligi skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli wkoll tappoġġa l-mitigazzjoni tal-klima u l-adattament għaliha f’dawk il-pajjiżi, anki fl-isforzi tagħhom favur id-dekarbonizzazzjoni u t-trasformazzjoni tal-industriji tal-manifattura tagħhom, fi ħdan il-limitu massimu tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-appoġġ finanzjarju li tagħti l-Unjoni lill-finanzjamenti internazzjonali għall-klima. L-Unjoni qiegħda taħdem biex tintroduċi riżorsa proprja ġdida bbażata fuq id-dħul iġġenerat mill-bejgħ taċ-ċertifikati CBAM.

(75)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) 2016/679 (17) u (UE) 2018/1725 (18) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(76)

Fl-interess tal-effiċjenza, jenħtieġ li japplika mutatis mutandis ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (19) għal dan ir-Regolament.

(77)

Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’:

is-suppliment lil dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri għall-pajjiżi jew it-territorji terzi li tħassru mil-lista fil-punt 2 tal-Anness III, biex tiżgura l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal dawk il-pajjiżi u t-territorji fir-rigward tal-elettriku;

l-emendar tal-lista tal-pajjiżi u tat-territorji terzi elenkati fil-punt 1 jew 2 tal-Anness III, billi żżid dawk il-pajjiżi jew it-territorji f’dik il-lista, bil-għan li mis-CBAM teskludi lil dawk il-pajjiżi jew it-territorji terzi li huma integrati bis-sħiħ fl-EU ETS, jew marbuta magħha, fil-każ ta’ ftehimiet futuri, jew billi tneħħi lit-territorji jew lill-pajjiżi terzi mil-lista, b’hekk ikunu soġġetti għas-CBAM, li fih ma jiddebitawx effettivament il-prezz tal-EU ETS fuq l-oġġetti esportati lejn l-Unjoni;

is-suppliment lil dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ akkreditament lill-verifikaturi, għall-kontroll u s-sorveljanza tal-verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditament u għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi tal-akkreditament;

is-suppliment lil dan ir-Regolament billi tiddefinixxi ulterjorment iż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-bejgħ u tax-xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM; u

l-emendar tal-lista ta’ oġġetti fl-Anness I billi żżid, f’ċerti ċirkostanzi, oġġetti li ġew ftit modifikati, biex issaħħaħ il-miżuri li jindirizzaw il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (20). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(78)

Tali konsultazzjonijiet jenħtieġ li jitwettqu b’mod trasparenti u jistgħu jinkludu konsultazzjonijiet preliminari tal-partijiet ikkonċernati, bħall-korpi kompetenti, l-industrija (inklużi l-SMEs), is-sħab soċjali bħat-trade unions, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet ambjentali.

(79)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

(80)

Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, meta xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji. Jenħtieġ għalhekk li s-CBAM jibbaża ruħu fuq mekkaniżmi xierqa u effikaċi biex jevita telf tad-dħul.

(81)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju fuq livell globali, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(82)

Bil-għan li jingħata lok għall-adozzjoni f’waqtha ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (is-“CBAM”, “Carbon Border Adjustment Mechanism”) biex jindirizza l-emissjonijiet tal-gassijiet serra integrati fl-oġġetti elenkati fl-Anness I, mal-importazzjoni tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju fuq livell globali u jiġu appoġġati l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, anki billi jinħolqu inċentivi biex jonqsu l-emissjonijiet min-naħa tal-operaturi fil-pajjiżi terzi.

2.   Is-CBAM jikkomplementa s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE (l-“EU ETS”) billi japplika sett ekwivalenti ta’ regoli għall-importazzjonijiet tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Is-CBAM huwa maħsub biex jissostitwixxi l-mekkaniżmi stabbiliti skont id-Direttiva 2003/87/KE biex jipprevjeni r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, billi jirrifletti sa liema punt il-kwoti tal-EU ETS jiġu allokati, bla ħlas f’konformità mal-Artikolu 10a ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-oġġetti elenkati fl-Anness I li joriġinaw minn pajjiż terz, fejn dawk l-oġġetti, jew prodotti pproċessati minn dawk l-oġġetti kif jirriżulta mill-proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jiġu importati fit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament li joriġinaw minn pajjiż terz, fejn dawk l-oġġetti, jew prodotti pproċessati minn dawk l-oġġetti kif jirriżulta mill-proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jinġiebu fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni tas-CBAM għal tali oġġetti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kunċetti ekwivalenti għal dawk ta’ importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni u ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, fir-rigward tal-proċeduri relatati mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni CBAM fir-rigward ta’ tali oġġetti u l-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet doganali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1 u 2, dan ir-Regolament ma għandux japplika:

(a)

għall-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament li huma importati fit-territorju doganali tal-Unjoni dment li l-valur intrinsiku ta’ tali oġġetti ma jaqbiżx, għal kull konsenja, il-valur speċifikat għall-oġġetti ta’ valur negliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 (22);

(b)

għall-oġġetti li jinsabu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiż terz dment li l-valur intrinsiku ta’ tali oġġetti ma jaqbiżx il-valur speċifikat għall-oġġetti ta’ valur negliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009;

(c)

għall-oġġetti li għandhom jiġu ttrasportati jew użati fil-kuntest ta’ attivitajiet militari skont l-Artikolu 1, il-punt (49), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (23).

4.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li joriġinaw fil-pajjiżi u t-territorji terzi elenkati fil-punt 1 tal-Anness III.

5.   L-oġġetti importati għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw minn pajjiżi terzi f’konformità mar-regoli ta’ oriġini mhux preferenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

6.   Il-pajjiżi u t-territorji terzi għandhom jiġu elenkati fil-punt 1 tal-Anness III meta jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-EU ETS tapplika għal dak il-pajjiż jew it-territorju terz jew ikun ġie konkluż ftehim bejn dak il-pajjiż jew it-territorju terz u l-Unjoni li jorbot bis-sħiħ l-EU ETS u s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ dak il-pajjiż jew it-territorju terz;

(b)

il-prezz tal-karbonju mħallas fil-pajjiż li fih joriġinaw l-oġġetti jiġi impost effettivament fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra integrati f’dawk l-oġġetti mingħajr ebda ribass lil hinn minn dak applikat ukoll fl-EU ETS.

7.   Jekk pajjiż jew territorju terz ikollu suq tal-elettriku li jkun integrat fis-suq intern tal-Unjoni għall-elettriku permezz tal-akkoppjament tas-swieq, u ma jkunx hemm soluzzjoni teknika għall-applikazzjoni tas-CBAM għall-importazzjoni tal-elettriku fit-territorju doganali tal-Unjoni, minn dak il-pajjiż jew it-territorju terz, dik l-importazzjoni tal-elettriku minn dak il-pajjiż jew it-territorju għandha tkun eżentata mill-applikazzjoni tas-CBAM, dment li l-Kummissjoni tkun ivvalutat li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati skont il-paragrafu 8:

(a)

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ikkonkluda ftehim mal-Unjoni li jistabbilixxi obbligu li tiġi applikata l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll regoli oħra fil-qasam tal-enerġija, l-ambjent u l-kompetizzjoni;

(b)

il-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dak il-pajjiż jew it-territorju terz timplimenta d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq tal-elettriku, inkluż l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-akkoppjament tas-swieq tal-elettriku;

(c)

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ippreżenta pjan direzzjonali lill-Kummissjoni li jkun fih kalendarju għall-adozzjoni ta’ miżuri biex jimplimenta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (d) u (e);

(d)

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun impenja ruħu għan-newtralità klimatika sal-2050 u b’konsegwenza ta’ dan, jekk ikun il-każ, ikun ifformula formalment u kkomunika lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) sa nofs is-seklu strateġija ta’ żvilupp fit-tul ta’ emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra allinjata ma’ dak l-objettiv, u jkun irrispetta dak l-impenn fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu;

(e)

il-pajjiż jew it-territorju terz, meta jimplimenta l-pjan direzzjonali msemmija fil-punt (c), ikun wera li rrispetta l-iskadenzi ffissati u l-progress sostanzjali lejn l-allinjament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni dwar il-klima fuq il-bażi ta’ dak il-pjan direzzjonali, inkluż lejn l-ipprezzar tal-karbonju f’livell ekwivalenti għal dak fl-Unjoni b’mod partikolari sa fejn hija kkonċernata l-ġenerazzjoni tal-elettriku; l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-elettriku, bi prezz ekwivalenti għall-EU ETS, għandha tiġi ffinalizzata sal-1 ta’ Jannar 2030;

(f)

il-pajjiż jew it-territorju terz ikun qiegħed fis-seħħ sistema effikaċi biex tipprevjeni l-importazzjoni indiretta tal-elettriku fl-Unjoni minn pajjiżi jew territorji terzi oħra li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (e).

8.   Pajjiż jew territorju terz li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 7 għandu jiġi elenkat fil-punt 2 tal-Anness III, u għandu jippreżenta żewġ rapporti dwar l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet, l-ewwel wieħed sal-1 ta’ Lulju 2025 u t-tieni sal-31 ta’ Diċembru 2027. Sal-31 ta’ Diċembru 2025 u sal-1 ta’ Lulju 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, partikolarment fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali msemmi fil-paragrafu 7, il-punt (c), u r-rapporti li tirċievi mill-pajjiż jew it-territorju terz, jekk dak il-pajjiż jew it-territorju terz għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.

9.   Pajjiż jew territorju terz elenkat fil-punt 2 tal-Anness III għandu jitneħħa minn dik il-lista meta tkun tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex tqis li dak il-pajjiż jew it-territorju terz ma jkunx wera biżżejjed progress biex jikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7, jew li dak il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ħa azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent;

(b)

dak il-pajjiż jew it-territorju terz ikun ħa passi kontra l-objettivi tiegħu għad-dekarbonizzazzjoni, bħall-forniment ta’ appoġġ pubbliku għall-istabbiliment ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni ġdida li temetti aktar minn 550 gramma ta’ diossidu tal-karbonju (“CO2”) ta’ oriġini fossili għal kull kilowatt-siegħa ta’ elettriku.

(c)

il-Kummissjoni jkollha evidenza li, bħala riżultat ta’ żieda fl-esportazzjonijiet tal-elettriku lejn l-Unjoni, l-emissjonijiet għal kull kilowatt-siegħa mill-produzzjoni tal-elettriku f’dak il-pajjiż jew it-territorju terz ikunu żdiedu b’mill-inqas 5 % meta mqabbla mal-1 ta’ Jannar 2026.

10.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri għal pajjiżi jew territorji terzi li jitneħħew mil-lista fil-punt 2 tal-Anness III, biex tiżgura l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal dawk il-pajjiżi jew dawk it-territorji fir-rigward tal-elettriku. Jekk f’każijiet bħal dawn l-akkoppjament tas-swieq jibqa’ inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li teskludi lil dawk il-pajjiżi jew it-territorji terzi mill-akkoppjament tas-swieq tal-Unjoni u tirrikjedi allokazzjoni tal-kapaċità espliċita mal-fruntiera bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi jew it-territorji terzi, biex ikun jista’ japplika s-CBAM.

11.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-listi ta’ pajjiżi jew territorji terzi elenkati fil-punt 1 jew 2 tal-Anness III, billi żżid jew tħassar pajjiż jew territorju terz, skont jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6, 7 jew 9 ta’ dan l-Artikolu jkunux issodisfati fir-rigward ta’ dak il-pajjiż jew territorju terz.

12.   L-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li tqis il-mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju f’tali pajjiżi jew territorji għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“oġġetti” tfisser oġġetti elenkati fl-Anness I;

(2)

“gassijiet serra” tfisser gassijiet serra kif speċifikat fl-Anness I fir-rigward ta’ kull wieħed mill-oġġetti elenkati f’dak l-Anness;

(3)

“emissjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra fl-atmosfera mill-produzzjoni tal-oġġetti;

(4)

“importazzjoni” tfisser ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa kif previst fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(5)

“EU ETS” tfisser is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għajr attivitajiet tal-avjazzjoni;

(6)

“territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(7)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(8)

“blata kontinentali” tfisser il-blata kontinentali kif definita fl-Artikolu 76 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar;

(9)

“żona ekonomika esklużiva” tfisser żona ekonomika esklużiva kif definita fl-Artikolu 55 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar u li ġiet iddikjarata bħala żona ekonomika esklużiva minn Stat Membru skont dik il-konvenzjoni;

(10)

“valur intrinsiku” tfisser il-valur intrinsiku għall-oġġetti kummerċjali kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (48), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(11)

“akkoppjament tas-swieq” tfisser l-allokazzjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni permezz ta’ sistema tal-Unjoni li tqabbel l-ordnijiet b’mod simultanju u talloka kapaċitajiet transżonali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2015/1222;

(12)

“allokazzjoni espliċita tal-kapaċità” tfisser l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera li tkun separata mill-kummerċ tal-elettriku;

(13)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità, maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 11;

(14)

“awtoritajiet doganali” tfisser l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri kif definiti fl-Artikolu 5, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(15)

“importatur” tfisser il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-oġġetti f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew, meta d-dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata minn rappreżentant doganali indirett f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, il-persuna li għan-nom tagħha tiġi ppreżentata tali dikjarazzjoni;

(16)

“dikjarant doganali” tfisser dikjarant kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (15), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ oġġetti f’ismu stess jew il-persuna li f’isimha tiġi ppreżentata tali dikjarazzjoni;

(17)

“dikjarant awtorizzat CBAM” tfisser persuna awtorizzata minn awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 17;

(18)

“persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li ma tkunx persuna ġuridika iżda li tkun rikonoxxuta skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li jkollha l-kapaċità li twettaq atti legali;

(19)

“stabbilita fi Stat Membru” tfisser:

(a)

fil-każ ta’ persuna fiżika, kwalunkwe persuna li għandha r-residenza tagħha fi Stat Membru;

(b)

fil-każ ta’ persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni, kwalunkwe persuna li jkollha uffiċċju reġistrat, sede ċentrali jew stabbiliment permanenti ta’ negozju tagħha fi Stat Membru;

(20)

“numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi” (numru EORI) tfisser in-numru assenjat mill-awtorità doganali meta r-reġistrazzjoni għall-finijiet doganali tkun saret f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(21)

“emissjonijiet diretti” tfisser emissjonijiet mill-proċessi tal-produzzjoni ta’ oġġetti, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ tisħin u tkessiħ ikkunsmati matul il-proċessi ta’ produzzjoni, indipendentement mill-post tal-produzzjoni tat-tisħin jew tat-tkessiħ;

(22)

“emissjonijiet integrati” tfisser emissjonijiet diretti rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti u emissjonijiet indiretti mill-produzzjoni tal-elettriku kkonsmat matul il-proċessi tal-produzzjoni, ikkalkolati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness IV u speċifikati ulterjorment fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7);

(23)

“tunnellata ta’ CO2e” tfisser tunnellata metrika ta’ CO2, jew ammont ta’ kwalunkwe gass serra elenkat fl-Anness I b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti;

(24)

“ċertifikat CBAM” tfisser ċertifikat f’format elettroniku li jikkorrispondi għal tunnellata CO2e ta’ emissjonijiet integrati fl-oġġetti;

(25)

“ċediment” tfisser tpaċija taċ-ċertifikati CBAM meta mqabbla mal-emissjonijiet integrati ddikjarati f’oġġetti importati jew meta mqabbla mal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati li kellhom jiġu ddikjarati;

(26)

“proċessi tal-produzzjoni” tfisser il-proċessi kimiċi u fiżiċi mwettqa biex jiġu prodotti oġġetti f’installazzjoni;

(27)

“valur prestabbilit” tfisser valur, li jiġi kkalkulat jew prelevat minn data sekondarja, li jirrappreżenta l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti;

(28)

“emissjonijiet reali” tfisser l-emissjonijiet ikkalkulati fuq il-bażi ta’ data primarja mill-proċessi tal-produzzjoni tal-oġġetti u mill-produzzjoni tal-elettriku kkunsmat matul dawk il-proċessi kif iddeterminat f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV;

(29)

“prezz tal-karbonju” tfisser l-ammont monetarju mħallas f’pajjiż terz, fl-ambitu ta’ skema għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, fil-forma ta’ taxxa, imposta jew dritt jew fil-forma ta’ kwoti ta’ emissjonijiet skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet serra, ikkalkulat fuq gassijiet serra koperti minn tali miżura, u rilaxxati matul il-produzzjoni tal-oġġetti;

(30)

“installazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettaq proċess tal-produzzjoni;

(31)

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna li topera jew tikkontrolla installazzjoni f’pajjiż terz;

(32)

“korp nazzjonali ta’ akkreditament” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditament kif maħtur minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(33)

“kwota tal-EU ETS” tfisser kwota kif iddefinita fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva għajr attivitajiet tal-avjazzjoni;

(34)

“emissjonijiet indiretti” tfisser emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku li jiġu kkunsmati matul il-proċessi tal-produzzjoni tal-oġġetti, indipendentement mill-post tal-produzzjoni tal-elettriku kkunsmat.

KAPITOLU II

OBBLIGI U DRITTIJIET TA’ DIKJARANTI AWTORIZZATI CBAM

Artikolu 4

Importazzjoni ta’ oġġetti

L-oġġetti għandhom jiġu importati fit-territorju doganali tal-Unjoni minn dikjarant awtorizzat CBAM biss.

Artikolu 5

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

1.   Kull importatur stabbilit fi Stat Membru, qabel ma jimporta oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni, għandu japplika għall-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM (“applikazzjoni għal awtorizzazzjoni”). Meta tali importatur jaħtar rappreżentant doganali indirett f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u meta r-rappreżentant doganali indirett jaqbel li jaġixxi bħala dikjarant awtorizzat CBAM, ir-rappreżentant doganali indirett għandu jippreżenta l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.

2.   Meta importatur ma jkunx stabbilit fi Stat Membru, ir-rappreżentant doganali indirett għandu jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.

3.   L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tiġi ppreżentata permezz tar-reġistru CBAM stabbilit skont l-Artikolu 14.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, fejn il-kapaċità tat-trażmissjoni għall-importazzjoni tal-elettriku tiġi allokata permezz ta’ allokazzjoni espliċita tal-kapaċità, il-persuna li lilha tkun ġiet allokata l-kapaċità għall-importazzjoni u li tinnomina din il-kapaċità għall-importazzjoni, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha titqies bħala dikjarant awtorizzat CBAM fl-Istat Membru fejn il-persuna tiddikjara l-importazzjoni tal-elettriku fid-dikjarazzjoni doganali. L-importazzjonijiet iridu jitkejlu għal kull fruntiera għal perjodi ta’ żmien mhux itwal minn siegħa u ma għandu jkun possibbli l-ebda tnaqqis ta’ esportazzjoni jew ta’ tranżitu fl-istess siegħa.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni doganali tkun ġiet ippreżentata għandha tirreġistra lill-persuna fir-reġistru CBAM.

5.   L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant:

(a)

l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt;

(b)

in-numru EORI;

(c)

attività ekonomika ewlenija mwettqa fl-Unjoni;

(d)

ċertifikazzjoni mill-awtorità tat-taxxa fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun stabbilit li l-applikant mhuwiex soġġett għal ordni ta’ rkupru pendenti għal djun tat-taxxa nazzjonali;

(e)

dikjarazzjoni tal-unur li l-applikant ma kien involut fl-ebda ksur serju jew ksur ripetut ta’ leġiżlazzjoni doganali, regoli dwar it-tassazzjoni jew regoli dwar l-abbuż tas-suq matul il-ħames snin qabel is-sena tal-applikazzjoni, inkluż li ma għandu l-ebda rekord ta’ reati serji rigward l-attività ekonomika tiegħu;

(f)

informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-applikant skont ir-Regolament u, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, dokumenti ta’ sostenn li jikkonfermaw dik l-informazzjoni, bħar-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċi sal-aħħar tliet snin finanzjarji li għalihom kienu magħluqa l-kontijiet;

(g)

valur stmat fi flus u volum ta’ importazzjonijiet ta’ oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni skont it-tip ta’ oġġetti, għas-sena kalendarja li matulha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, u għas-sena kalendarja ta’ wara;

(h)

ismijiet u informazzjoni ta’ kuntatt tal-persuni li f’isimhom ikun qed jaġixxi l-applikant, jekk applikabbli.

6.   L-applikant jista’ jirtira l-applikazzjoni tiegħu fi kwalunkwe mument.

7.   Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jinforma lill-awtorità kompetenti, permezz tar-reġistru CBAM, mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li tkun saret wara li d-deċiżjoni li tagħti l-istatus tad-dikjarant awtorizzat CBAM tkun ġiet adottata skont l-Artikolu 17 li tista’ tinfluwenza dik id-deċiżjoni jew il-kontenut tal-awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa tagħha.

8.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet bejn l-applikant, l-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni, il-format standard tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u l-proċeduri għall-preżentazzjoni tali applikazzjoni permezz tar-reġistru CBAM, il-proċedura li l-awtorità kompetenti għandha ssegwi u l-iskadenzi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u r-regoli għall-identifikazzjoni tad-dikjaranti awtorizzati CBAM mill-awtorità kompetenti għall-importazzjoni tal-elettriku. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 6

Dikjarazzjoni CBAM

1.   Sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, u għall-ewwel darba fl-2027 għas-sena 2026, kull dikjarant awtorizzat CBAM għandu juża r-reġistru CBAM imsemmi fl-Artikolu 14 biex jippreżenta dikjarazzjoni CBAM għas-sena kalendarja preċedenti.

2.   Id-dikjarazzjoni CBAM għandu jkun fiha dan li ġej:

(a)

il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ oġġetti importati matul is-sena kalendarja preċedenti, espressa f’megawatt-sigħat għall-elettriku u f’tunnellati għal oġġetti oħra;

(b)

l-emissjonijiet integrati totali f’dawk l-oġġetti msemmija fil-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull megawatt-siegħa ta’ elettriku jew, għal oġġetti oħra, f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ kull tip ta’ oġġetti, ikkalkulati f’konformità mal-Artikolu 7 u vverifikati f’konformità mal-Artikolu 8;

(c)

l-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti, li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati totali msemmijin fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu wara t-tnaqqis dovut minħabba l-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 9 u l-aġġustament meħtieġ biex jiġi rifless il-punt sa fejn il-kwoti tal-EU ETS jiġu allokati bla ħlas f’konformità mal-Artikolu 31.

(d)

kopji tar-rapporti ta’ verifika maħruġa mill-verifikaturi akkreditati, skont l-Artikolu 8 u l-Anness VI.

3.   Meta jiġu importati prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar attiv kif imsemmi fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jirrapporta fid-dikjarazzjoni CBAM l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti li kienu tqiegħdu taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv u li rriżultaw fi prodotti pproċessati importati, anki meta l-prodotti ipproċessati ma jkunux elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll meta l-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar attiv ikunu oġġetti ritornati kif imsemmi fl-Artikolu 205 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

4.   Meta l-oġġetti importati elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar passiv kif imsemmi fl-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jirrapporta fid-dikjarazzjoni CBAM l-emissjonijiet tal-operazzjoni tal-ipproċessar li jsiru barra mit-territorju doganali tal-Unjoni biss.

5.   Meta l-oġġetti importati jkunu oġġetti ritornati kif imsemmi fl-Artikolu 203 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jirrapporta b’mod separat, fid-dikjarazzjoni CBAM, “żero” għall-emissjonijiet integrati totali li jikkorrispondu għal dawk l-oġġetti.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-format standard tad-dikjarazzjoni CBAM, inkluża informazzjoni dettaljata għal kull installazzjoni u pajjiż tal-oriġini u tip ta’ oġġetti li jridu jiġu rrapportati li jiġġustifikaw it-totali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet integrati u l-prezz tal-karbonju mħallas, il-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni CBAM permezz tar-reġistru CBMA, u l-arranġamenti għaċ-ċediment taċ-ċertifikati CBAM imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 22(1), b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess u tal-għażla mid-dikjarant awtorizzat CBAM taċ-ċertifikati li jiġu ċeduti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 7

Kalkolu tal-emissjonijiet integrati

1.   L-emissjonijiet integrati fl-oġġetti għandhom jiġu kkalkolati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness IV. Għall-oġġetti elenkati fl-Anness II, l-emissjonijiet diretti biss għandhom jiġu kkalkolati u meqjusa.

2.   L-emissjonijiet integrati fl-oġġetti għajr l-elettriku għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali f’konformità mal-metodi stabbiliti fil-punti 2 u 3 tal-Anness IV. Meta l-emissjonijiet reali ma jkunux jistgħu jiġu determinati b’mod adegwat, kif ukoll fil-każ ta’ emissjonijiet indiretti, l-emissjonijiet integrati għandhom jiġu ddeterminati b’referenza għall-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodi stabbiliti fil-punt 4.1 tal-Anness IV.

3.   L-emissjonijiet integrati fl-elettriku importat għandhom jiġu ddeterminati b’referenza għall-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodu stabbilit fil-punt 4.2 tal-Anness IV, sakemm id-dikjarant awtorizzat CBAM juri li ġew issodisfati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali elenkati fil-punt 5 tal-Anness IV.

4.   L-emissjonijiet integrati indiretti għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-metodu stabbilit fil-punt 4.3 tal-Anness IV u speċifikat ulterjorment fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, sakemm id-dikjarant awtorizzat CBAM juri li ġew issodisfati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali elenkati fil-punt 6 tal-Anness IV.

5.   Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm rekords tal-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V. Dawn ir-rekords għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu li l-verifikaturi akkreditati skont l-Artikolu 18 jivverifikaw l-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Artikolu 8 u l-Anness VI u jippermettu li l-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti jirrieżaminaw id-dikjarazzjoni CBAM f’konformità mal-Artikolu 19(2).

6.   Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm dawk ir-rekords tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, inkluż ir-rapport tal-verifikatur, sa tmiem ir-raba’ sena wara s-sena li fiha d-dikjarazzjoni CBAM tkun ġiet ippreżentata jew kellha tiġi ppreżentata.

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar:

(a)

l-applikazzjoni tal-elementi tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness IV, inklużi d-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, u tal-materjali rilevanti ta’ input (prekursuri), il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-valuri prestabbiliti u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-oġġetti individwali kif ukoll id-definizzjoni ta’ metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data li fuq il-bażi tagħha għandhom jiġu ddeterminati l-valuri prestabbiliti, inkluż il-livell ta’ dettall u l-verifika tad-data, u inkluża l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-oġġetti li jridu jitqiesu “oġġetti sempliċi” u “oġġetti kumplessi” għall-iskopijiet tal-punt 1 tal-Anness IV; dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll il-kundizzjonijiet li fihom jitqies li l-emissjonijiet reali ma jistgħux jiġu ddeterminati b’mod adegwat, kif ukoll l-elementi ta’ evidenza li juru li ġew issodisfati l-kriterji meħtieġa biex jiġi ġġustifikat l-użu tal-emissjonijiet reali għall-elettriku kkunsmat fil-produzzjoni tal-proċessi tal-oġġetti għall-iskopijiet tal-paragrafu 2 elenkati fil-punti 5 u 6 tal-Anness IV; u

(b)

l-applikazzjoni tal-elementi tal-metodi ta’ kalkolu skont il-paragrafu 4 f’konformità mal-punt 4.3 tal-Anness IV.

Meta jkun iġġustifikat b’mod oġġettiv, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprevedu li l-valuri prestabbiliti jistgħu jiġu adattati għal żoni, reġjuni jew pajjiżi partikolari biex jitqiesu fatturi oġġettivi speċifiċi li jaffettwaw l-emissjonijiet, bħas-sorsi tal-enerġija prevalenti jew il-proċessi industrijali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti għall-monitoraġġ u għall-verifika tal-emissjonijiet u d-data dwar l-attivitajiet għall-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, b’mod partikolari r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (24), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (25). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Verifika tal-emissjonijiet integrati

1.   Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jiżgura li l-emissjonijiet integrati totali ddikjarati fid-dikjarazzjoni CBAM ippreżentata skont l-Artikolu 6 huma verifikati minn verifikatur akkreditat skont l-Artikolu 18, fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ verifika stabbiliti fl-Anness VI.

2.   Għall-emissjonijiet integrati f’oġġetti prodotti f’installazzjonijiet f’pajjiż terz irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 10, id-dikjarant awtorizzat CBAM jista’ jagħżel li juża informazzjoni vverifikata żvelata lilu f’konformità mal-Artikolu 10(7) biex jissodisfa l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ verifika msemmija fl-Anness VI fir-rigward:

(a)

tal-possibbiltà li tingħata deroga, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u mingħajr ma tiġi kompromessa stima affidabbli tal-emissjonijiet integrati, mill-obbligu li l-verifikatur iżur l-installazzjoni fejn ġew prodotti l-oġġetti rilevanti;

(b)

id-definizzjoni tas-sollijiet għal deċiżjonijiet dwar jekk dikjarazzjonijiet skorretti jew nonkonformitajiet humiex materjali; u

(c)

tad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għar-rapport ta’ verifika, inkluż il-format tiegħu.

Meta tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tfittex l-ekwivalenza u l-koerenza mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz

1.   Fid-dikjarazzjoni CBAM, dikjarant awtorizzat CBAM jista’ jitlob tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz tal-karbonju mħallas fil-pajjiż tal-oriġini għall-emissjonijiet integrati ddikjarati. It-tnaqqis jista’ jintalab biss jekk il-prezz tal-karbonju tħallas effettivament fil-pajjiżi tal-oriġini. F’tali każ, għandhom jitqiesu kull ribass jew forma oħra ta’ kumpens disponibbli f’dawk il-pajjiż li jkunu rriżultaw fi tnaqqis ta’ dak il-prezz tal-karbonju.

2.   Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm rekords tad-dokumentazzjoni meħtieġa biex turi li l-emissjonijiet integrati ddikjarati kienu soġġetti għal prezz tal-karbonju fil-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti li jkun effettivament tħallas kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-dikjarant awtorizzat CBAM, b’mod partikolari, għandu jżomm l-evidenza relatata mar-ribassi disponibbli jew kwalunkwe forma oħra ta’ kumpens, b’mod partikolari r-referenzi għal-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ dak il-pajjiż. L-informazzjoni li tinsab f’dik id-dokumentazzjoni għandha tkun iċċertifikata minn persuna indipendenti mid-dikjarant awtorizzat CBAM u mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini. L-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt ta’ dik il-persuna indipendenti għandhom jidhru fuq id-dokumentazzjoni. Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm ukoll evidenza tal-pagament reali tal-prezz tal-karbonju.

3.   Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 2 sa tmiem ir-raba’ sena wara s-sena li matulha d-dikjarazzjoni CBAM tkun ġiet ippreżentata jew kellha tiġi ppreżentata.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-konverżjoni tal-prezz annwali medju tal-karbonju effettivament imħallas f’konformità mal-paragrafu 1 fi tnaqqis korrispondenti tal-għadd ta’ ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti, inkluża l-konverżjoni f’euro tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas b’munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali, l-evidenza meħtieġa tal-pagament reali tal-prezz tal-karbonju, eżempji ta’ eventwali ribassi jew forom oħra ta’ kumpens rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kwalifiki tal-persuna indipendenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet biex tiġi aċċertata l-indipendenza ta’ dik il-persuna. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 10

Reġistrazzjoni tal-operaturi u tal-installazzjonijiet f’pajjiżi terzi

1.   Meta ssir talba mingħand operatur jew installazzjoni li jinsabu f’pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-informazzjoni dwar dak l-operatur u dwar l-installazzjoni tiegħu f’reġistru CBAM imsemmi fl-Artikolu 14.

2.   It-talba għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja li trid tiġi inkluża fir-reġistru CBAM fil-mument tar-reġistrazzjoni:

(a)

l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur;

(b)

il-post ta’ kull installazzjoni inkluż l-indirizz sħiħ u l-koordinati ġeografiċi espressi f’lonġitudni u latitudni li jinkludu sitt deċimali;

(c)

l-attività ekonomika ewlenija tal-installazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-operatur bir-reġistrazzjoni fir-reġistru CBAM. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun valida għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tan-notifika tagħha lill-operatur tal-installazzjoni.

4.   L-operatur għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 li tirriżulta wara r-reġistrazzjoni, u l-Kummissjoni għandha taġġorna l-informazzjoni rilevanti fir-reġistru tas-CBAM.

5.   L-operatur għandu:

(a)

jiddetermina l-emissjonijiet integrati kkalkulati f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV, skont it-tip ta’ oġġetti prodotti fl-installazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

jiżgura li l-emissjonijiet integrati msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jiġu vverifikati f’konformità mal-prinċipji ta’ verifika stabbiliti fl-Anness VI minn verifikatur akkreditat skont l-Artikolu 18;

(c)

iżomm kopja tar-rapport ta’ verifika kif ukoll rekords tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V għal perjodu ta’ erba’ snin wara li tkun twettqet il-verifika.

6.   Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 5, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-verifika tal-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Artikolu 8 u mal-Anness VI, u biex jippermettu r-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 19, tad-dikjarazzjoni CBAM li tkun saret minn dikjarant awtorizzat CBAM li tkun ġiet żvelata l-informazzjoni rilevanti lilu f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

7.   Operatur jista’ jiżvela l-informazzjoni dwar il-verifika tal-emissjonijiet integrati msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu lil dikjarant awtorizzat CBAM. Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jkollu d-dritt li jagħmel użu minn dik l-informazzjoni żvelata biex jissodisfa l-obbligu msemmi fl-Artikolu 8.

8.   Fi kwalunkwe mument, l-operatur jista’ jitlob li jitneħħa mir-reġistru tar-reġistru CBAM. Il-Kummissjoni għandha, fuq tali talba, u wara li tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, tneħħi mir-reġistru lill-operatur u tħassar l-informazzjoni dwar dak l-operatur u dwar l-installazzjoni tiegħu mir-reġistru CBAM, dment li tali informazzjoni ma tkunx meħtieġa għar-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM li jkunu ġew ippreżentati. Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-operatur ikkonċernat il-possibbiltà li jinstema’ u wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, anki tħassar mir-reġistru l-informazzjoni jekk il-Kummissjoni jidhrilha li l-informazzjoni dwar dak l-operatur ma tkunx għadha preċiża. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti b’dan t-tħassir mir-reġistru.

KAPITOLU III

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 11

Awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti biex taqdi l-funzjonijiet u d-dmirijiet li ġejjin minn dan ir-Regolament u jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha għall-Istati Membri u tippubblika dik l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli fir-reġistru CBAM.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom li ġejjin minn dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Kummissjoni

Minbarra l-kompiti li l-Kummissjoni teżerċita skont dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħhom billi tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll toħroġ linji gwida dwarhom, u billi tippromwovi skambju adegwat ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni.

Artikolu 13

Segretezza professjonali u żvelar ta’ informazzjoni

1.   L-informazzjoni kollha li l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni tikseb matul it-twettiq ta’ dmirijietha li tkun min-natura tagħha kunfidenzjali jew li tkun ipprovduta fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun koperta bl-obbligu ta’ segretezza professjonali. L-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni ma għandhiex tiżvela din l-informazzjoni mingħajr il-permess espliċitu minn qabel tal-persuna jew tal-awtorità li tkun ipprovdietha jew b’riżultat tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni jistgħu jikkondividu tali informazzjoni ma’ xulxin, mal-awtoritajiet doganali, mal-awtoritajiet responsabbli mis-sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali, u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ta’ persuni mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali. Tali informazzjoni kondiviża għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u m’għandhiex tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra ħlief b’riżultat tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

Artikolu 14

Reġistru CBAM

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru CBAM ta’ dikjaranti awtorizzati CBAM fil-forma ta’ bażi ta’ data elettronika standardizzata li jkun fiha d-data dwar iċ-ċertifikati CBAM ta’ dawk id-dikjaranti awtorizzati CBAM. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni fir-reġistru CBAM disponibbli awtomatikament u f’ħin reali għall-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti.

2.   Ir-reġistru tas-CBAM imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih kontijiet b’informazzjoni dwar kull dikjarant awtorizzat CBAM, b’mod partikolari:

(a)

l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tad-dikjarant awtorizzat CBAM;

(b)

in-numru EORI tad-dikjarant awtorizzat CBAM;

(c)

in-numru tal-kont tas-CBAM;

(d)

in-numru ta’ identifikazzjoni, il-prezz tal-bejgħ, id-data tal-bejgħ, u d-data taċ-ċediment, tax-xiri mill-ġdid jew tal-kanċellazzjoni taċ-ċertifikati CBAM għal kull dikjarant awtorizzat CBAM.

3.   Ir-reġistru CBAM għandu jkun fih, f’taqsima separata tar-reġistru, l-informazzjoni dwar l-operaturi u tal-installazzjonijiet fil-pajjiżi terzi rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 10(2).

4.   L-informazzjoni fir-reġistru CBAM imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tkun kunfidenzjali, bl-eċċezzjoni tal-ismijiet, l-indirizzi u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operaturi u fejn jinsabu l-installazzjonijiet fil-pajjiżi terzi. Operatur jista’ jagħżel li ismu, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt ma jsirux aċċessibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tagħmel aċċessibbli f’format interoperabbli l-informazzjoni pubblika fir-reġistru CBAM.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq bażi annwali, għal kull wieħed mill-oġġetti elenkati fl-Anness I, l-emissjonijiet aggregati integrati fl-oġġetti importati.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-infrastruttura u l-proċessi u l-proċeduri speċifiċi tar-reġistru CBAM, inkluż l-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 15, il-bażijiet ta’ data elettroniċi li jkun fihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, id-data tal-kontijiet fir-reġistru CBAM imsemmija fl-Artikolu 16, it-trażmissjoni lir-reġistru CBAM tal-informazzjoni dwar il-bejgħ, ix-xiri mill-ġdid u l-kanċellazzjoni taċ-ċertifikati CBAM imsemmija fl-Artikolu 20, u l-informazzjoni kontroverifikata ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(3). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 15

Analiżi tar-riskju

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli bbażati fuq ir-riskju fuq id-data u t-tranżazzjonijiet irreġistrati fir-reġistru CBAM, imsemmi fl-Artikolu 14, biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità fix-xiri, il-pussess, iċ-ċediment, ix-xiri mill-ġdid u l-kanċellazzjoni taċ-ċertifikati CBAM.

2.   Jekk il-Kummissjoni tidentifika irregolaritajiet b’riżultat tal-kontrolli mwettqa skont il-paragrafu 1, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati sabiex jitwettqu investigazzjonijiet ulterjuri sabiex jiġu kkoreġuti l-irregolaritajiet identifikati.

Artikolu 16

Kontijiet fir-reġistru CBAM

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru tal-kont CBAM uniku lil kull dikjarant awtorizzat CBAM.

2.   Kull dikjarant awtorizzat CBAM għandu jingħata aċċess lill-kont tiegħu fir-reġistru CBAM.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kont hekk kif tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) u għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM b’dan.

4.   Meta d-dikjarant awtorizzat CBAM ikun temm l-attività ekonomika tiegħu jew l-awtorizzazzjoni tiegħu tkun ġiet revokata, il-Kummissjoni għandha tagħlaq il-kont ta’ dak id-dikjarant awtorizzat CBAM, dment li d-dikjarant awtorizzat CBAM ikun irrispetta l-obbligi kollha tiegħu skont dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Awtorizzazzjoni

1.   Meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiġi ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant għandha tagħti l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM dment li jkun hemm konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

Qabel ma tagħti l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, l-awtorità kompetenti għandha twettaq proċedura ta’ konsultazzjoni dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni permezz tar-reġistru CBAM. Il-proċedura ta’ konsultazzjoni għandha tinvolvi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni u m’għandhiex taqbeż 15-il jum ta’ xogħol.

2.   Il-kriterji għall-għoti tal-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

l-applikant ma jkunx ġie involut fi ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali, tar-regoli dwar it-tassazzjoni, tar-regoli dwar l-abbuż tas-suq jew ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament u, b’mod partikolari l-applikant ma jkollu l-ebda rekord ta’ reati serji relatati mal-attività ekonomika matul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni;

(b)

l-applikant juri l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tiegħu biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.

(c)

l-applikant ikun stabbilit fl-Istat Membru fejn l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata; u

(d)

l-applikant ikun ġie assenjat numru EORI f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

3.   Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġew issodisfati, jew meta l-applikant ikun naqas milli jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(5), l-għoti tal-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandu jiġi rrifjutat. Tali deċiżjoni li jiġi rrifjutat l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandha tagħti r-raġunijiet għar-rifjut u tinkludi informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ appell.

4.   Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tagħti l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru CBAM u għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tad-dikjarant awtorizzat CBAM;

(b)

in-numru EORI tad-dikjarant awtorizzat CBAM;

(c)

in-numru tal-kont tas-CBAM assenjat lid-dikjarant awtorizzat CBAM f’konformità mal-Artikolu 16(1);

(d)

il-garanzija meħtieġa skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Għall-finijiet tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi l-għoti ta’ garanzija jekk l-applikant ma jkunx ġie stabbilit matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel is-sena meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(1).

L-awtorità kompetenti għandha tiffissa l-ammont ta’ din il-garanzija għall-ammont ikkalkulat bħala l-valur aggregat tal-għadd ta’ ċertifikati CBAM li d-dikjarant awtorizzat CBAM ikollu jċedi f’konformità mal-Artikolu 22 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti rrapportati f’konformità mal-Artikolu 5(5), il-punt (g). Il-garanzija mogħtija għandha tkun garanzija bankarja, pagabbli mal-ewwel talba, minn istituzzjoni finanzjarja li topera fl-Unjoni jew bħala forma oħra ta’ garanzija li tipprovdi assigurazzjoni ekwivalenti.

6.   Meta l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-garanzija mogħtija ma tiżgurax, jew ma għadhiex suffiċjenti biex tiżgura, il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tad-dikjarant awtorizzat tas-CBAM sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament, din għandha tirrikjedi li d-dikjarant awtorizzat CBAM jagħżel bejn li jagħti garanzija addizzjonali jew jissostitwixxi l-garanzija inizjali b’garanzija ġdida f’konformità mal-paragrafu 5.

7.   L-awtorità kompetenti għandha tirrilaxxa l-garanzija immedjatament wara l-31 ta’ Mejju tat-tieni sena li fiha d-dikjarant awtorizzat CBAM ikun ċeda ċ-ċertifikati CBAM f’konformità mal-Artikolu 22.

8.   L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM meta:

(a)

id-dikjarant awtorizzat CBAM jitlob revoka; jew

(b)

id-dikjarant awtorizzat CBAM ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 6 ta’ dan l-Artikolu, jew kien involut fi ksur serju jew ripetut tal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM skont l-Artikolu 22(1) jew tal-obbligu li jiżgura għadd suffiċjenti ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM fi tmiem kull trimestru, kif imsemmi fl-Artikolu 22(2).

Qabel ma tirrevoka l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lid-dikjarant awtorizzat CBAM il-possibbiltà li jinstema’ u għandha twettaq proċedura ta’ konsultazzjoni dwar ir-revoka possibbli ta’ tali status. Il-proċedura ta’ konsultazzjoni għandha tinvolvi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni u m’għandhiex taqbeż 15-il jum ta’ xogħol.

Kwalunkwe deċiżjoni ta’ revoka għandu jkun fiha r-raġunijiet għad-deċiżjoni kif ukoll informazzjoni dwar id-dritt ta’ appell.

9.   L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra fir-reġistru CBAM l-informazzjoni dwar:

(a)

l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni tkun ġiet irrifjutata skont il-paragrafu 3; u

(b)

il-persuni li l-istatus tagħhom ta’ dikjarant awtorizzat CBAM ikun ġie revokat skont il-paragrafu 8.

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-kundizzjonijiet:

(a)

għall-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż dak li wieħed ma kienx involut fi ksur serju jew fi ksur ripetut skont il-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu;

(b)

għall-applikazzjoni tal-garanzija msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

għall-applikazzjoni tal-kriterji ta’ ksur serju jew ripetut, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu;

(d)

għall-konsegwenzi tar-revoka tal-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu; u

(e)

għall-iskadenzi u għall-formati speċifiċi tal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 8 ta’ dan l-Artikolu;

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 18

Akkreditament tal-verifikaturi

1.   Kull persuna akkreditata f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 għal grupp rilevanti ta’ attivitajiet għandha titqies bħala verifikatur akkreditat skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tidentifika gruppi rilevanti ta’ attivitajiet billi tipprovdi allinjament tal-kwalifiki ta’ verifikatur akkreditat meħtieġa biex iwettaq il-verifiki għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament mal-grupp rilevanti ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 u indikati fiċ-ċertifikat ta’ akkreditament. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’, fuq talba, jakkredita persuna biex tkun verifikatur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament meta jqis, abbażi tad-dokumentazzjoni ppreżentata lilu, li tali persuna jkollha l-kapaċità li tapplika l-prinċipji ta’ verifika msemmija fl-Anness VI meta twettaq il-kompiti ta’ verifika tal-emissjonijiet integrati skont l-Artikoli 8 u 10.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-akkreditament imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għall-kontroll u s-sorveljanza tal-verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditament u għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi tal-akkreditament.

Artikolu 19

Rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha r-rwol ta’ sorveljanza fir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina d-dikjarazzjonijiet CBAM, bi qbil mal-istrateġija ta’ rieżami, inklużi l-fatturi tar-riskju, fil-perjodu li jintemm bir-raba’ sena wara s-sena li fiha kellhom jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet CBAM.

Ir-rieżami jista’ jikkonsisti fil-verifika tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM u fir-rapporti ta’ verifika fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 25, kwalunkwe evidenza rilevanti oħra, u fuq il-bażi ta’ kwalunkwe awditu li jitqies meħtieġ, inkluż fil-bini tad-dikjarant awtorizzat CBAM.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-bidu u r-riżultati tar-rieżami lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM, permezz tar-reġistru CBAM.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM tista’ tirrieżamina wkoll dikjarazzjoni CBAM fi żmien il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-bidu u r-riżultati ta’ rieżami lill-Kummissjoni, permezz tar-reġistru CBAM.

3.   Il-Kummissjoni għandha perjodikament tiddefinixxi l-fatturi tar-riskju u l-punti ta’ attenzjoni speċifiċi, abbażi ta’ analiżi tar-riskji b’rabta mal-implimentazzjoni tas-CBAM fil-livell tal-Unjoni, b’kont meħud tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru CBAM, id-data kkomunikata mill-awtoritajiet doganali, u sorsi ta’ informazzjoni rilevanti oħrajn, inkluż il-kontrolli u l-verifiki mwettqa skont l-Artikoli 15(2) u l-Artikolu 25.

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti dwar attivitajiet frawdolenti u l-penali imposti f’konformità mal-Artikolu 26.

4.   Meta dikjarant awtorizzat CBAM jonqos milli jippreżenta dikjarazzjoni CBAM f’konformità mal-Artikolu 6, jew meta l-Kummissjoni tqis, abbażi tar-rieżami tagħha skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li l-għadd dikjarat ta’ ċertifikati CBAM ma jkunx korrett, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-obbligi skont dan ir-Regolament ta’ dan id-dikjarant awtorizzat CBAM fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kalkolu preliminari tal-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM li kellhom jiġu ċeduti, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena wara dik li fiha kellha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni CBAM, jew sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tar-raba’ sena ta’ wara dik li fiha d-dikjarazzjoni CBAM żbaljata tkun ġiet ippreżentata kif applikabbli. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tali kalkolu preliminari, għal skopijiet indikattivi u mingħajr preġudizzju għall-kalkolu definittiv stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM.

5.   Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-għadd iddikjarat ta’ ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti ma jkunx korrett, jew li ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni CBAM f’konformità mal-Artikolu 6, hija għandha tiddetermina l-għadd taċ-ċertifikati CBAM li kellhom jiġu ċeduti mid-dikjarant awtorizzat CBAM, b’kont meħud tal-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM bid-deċiżjoni tagħha dwar l-għadd determinat ta’ ċertifikati CBAM u għandha titlob li d-dikjarant awtorizzat CBAM iċedi ċ-ċertifikati CBAM addizzjonali fi żmien xahar.

Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandu jkun fiha r-raġunijiet għad-deċiżjoni kif ukoll informazzjoni dwar id-dritt ta’ appell. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata wkoll permezz tar-reġistru CBAM.

Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-kalkolu preliminari mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu, tiddeċiedi li ma tieħu l-ebda azzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan, permezz tar-reġistru CBAM.

6.   Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM ċeduti jaqbeż l-għadd li kellu jiġi ċedut, hija għandha, tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Iċ-ċertifikati CBAM ċeduti żejda għandhom jinxtraw mill-ġdid f’konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikolu 23.

KAPITOLU IV

ĊERTIFIKATI CBAM

Artikolu 20

Bejgħ taċ-ċertifikati CBAM

1.   Stat Membru għandu jbigħ iċ-ċertifikati CBAM fuq pjattaforma ċentrali komuni lid-dikjaranti awtorizzati CBAM stabbiliti f’dak l-Istat Membru.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u timmaniġġja l-pjattaforma ċentrali komuni b’segwitu ta’ proċedura ta’ akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni fil-pjattaforma ċentrali komuni.

3.   L-informazzjoni dwar il-bejgħ, ix-xiri mill-ġdid u l-kanċellazzjoni taċ-ċertifikati CBAM fil-pjattaforma ċentrali komuni għandha tiġi ttrasferita lir-reġistru CBAM fi tmiem kull jum tax-xogħol.

4.   Iċ-ċertifikati CBAM għandhom jinbiegħu lid-dikjaranti awtorizzati CBAM bil-prezz ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 21.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull ċertifikat CBAM jiġi assenjat numru uniku ta’ identifikazzjoni meta jinħoloq. Il-Kummissjoni għandha tirreġistra n-numru uniku ta’ identifikazzjoni u l-prezz u d-data tal-bejgħ taċ-ċertifikat CBAM fir-reġistru CBAM fil-kont tad-dikjarant awtorizzat CBAM li jixtri dak iċ-ċertifikat.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 li jissupplimentaw dan ir-Regolament biex tispeċifika aktar iż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra relatati mal-ġestjoni tal-bejgħ u x-xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM, billi tfittex il-koerenza mal-proċeduri tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (26).

Artikolu 21

Prezz taċ-ċertifikati CBAM

1.   Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-prezz taċ-ċertifikati CBAM bħala l-medja tal-prezzijiet tal-għeluq tal-kwoti tal-EU ETS fuq il-pjattaforma tal-irkant f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għal kull ġimgħa kalendarja.

Għal dawk il-ġimgħat kalendarji li fihom ma jkun skedat l-ebda rkant fuq il-pjattaforma tal-irkant, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM għandu jkun il-medja tal-prezzijiet tal-għeluq tal-kwoti tal-EU ETS tal-aħħar ġimgħa li fiha jkunu seħħew irkanti fuq il-pjattaforma tal-irkant.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-prezz medju, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fuq is-sit web tagħha jew bi kwalunkwe mod xieraq ieħor fl-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa kalendarja segwenti. Dak il-prezz għandu japplika mill-ewwel jum tax-xogħol wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu sal-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa kalendarja segwenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-metodoloġija prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-kalkolu tal-prezz medju taċ-ċertifikati CBAM u l-arranġamenti prattiċi għall-pubblikazzjoni ta’ dak il-prezz. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 22

Ċediment taċ-ċertifikati CBAM

1.   Sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, u għall-ewwel darba fl-2027 għas-sena 2026, id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jċedi, permezz tar-reġistru CBAM, għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati ddikjarati f’konformità mal-Artikolu 6(2), il-punt (c), u vverifikati f’konformità mal-Artikolu 8 għas-sena kalendarja ta’ qabel iċ-ċediment. Il-Kummissjoni għandha tneħħi ċ-ċertifikati CBAM ċeduti mir-reġistru CBAM. Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jiżgura li l-għadd rikjest ta’ ċertifikati CBAM ikun disponibbli fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM.

2.   Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jiżgura li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM fl-aħħar ta’ kull trimestru jikkorrispondi għal mill-inqas 80 % tal-emissjonijiet integrati, determinati b’referenza għall-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness IV, fl-oġġetti kollha li jkun importa mill-bidu tas-sena kalendarja.

3.   Meta l-Kummissjoni ssib li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM fil-kont ta’ dikjarant awtorizzat CBAM ma jkunx konformi mal-obbligi skont il-paragrafu 2, hija għandha tgħarraf, permezz tar-reġistru CBAM, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM bil-ħtieġa li jiżgura għadd suffiċjenti ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fi żmien xahar minn tali notifika.

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra n-notifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM u r-risposta mingħandu, fir-reġistru CBAM.

Artikolu 23

Xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM

1.   Fuq talba ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, l-Istat Membru fejn ikun stabbilit dak id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jixtri mill-ġdid iċ-ċertifikati CBAM żejda li jifdal fil-kont tad-dikjarant fir-reġistru CBAM wara li ċ-ċertifikati jkunu ġew ċeduti f’konformità mal-Artikolu 22.

Il-Kummissjoni għandha tixtri mill-ġdid iċ-ċertifikati CBAM żejda permezz tal-pjattaforma ċentrali komuni msemmija fl-Artikolu 20 f’isem l-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM. Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jippreżenta t-talba għax-xiri mill-ġdid sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena li matulha ġew ċeduti ċ-ċertifikati CBAM.

2.   L-għadd ta’ ċertifikati soġġetti għal xiri mill-ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun limitat għal terz tal-għadd totali taċ-ċertifikati CBAM mixtrija mid-dikjarant awtorizzat CBAM matul is-sena kalendarja preċedenti.

3.   Il-prezz tax-xiri mill-ġdid għal kull ċertifikat CBAM għandu jkun il-prezz imħallas mid-dikjarant awtorizzat CBAM għal dak iċ-ċertifikat fil-mument tax-xiri.

Artikolu 24

Kanċellazzjoni taċ-ċertifikati CBAM

Fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tikkanċella kwalunkwe ċertifikat CBAM li jkun inxtara matul is-sena qabel is-sena kalendarja preċedenti u li jkun fadal fil-kont ta’ dikjarant awtorizzat CBAM fir-reġistru CBAM. Dawk iċ-ċertifikati CBAM għandhom jiġu kkanċellati mingħajr ebda kumpens.

Meta l-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti jiġi kkontestat f’tilwima pendenti fi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tissospendi l-kanċellazzjoni taċ-ċertifikati CBAM sal-punt li jikkorrispondi għall-ammont ikkontestat. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM għandha tikkomunika mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni.

KAPITOLU V

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ OĠĠETTI

Artikolu 25

Regoli applikabbli għall-importazzjoni ta’ oġġetti

1.   L-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu l-importazzjoni ta’ oġġetti minn kwalunkwe persuna li ma tkunx id-dikjarant awtorizzat CBAM.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom perjodikament u awtomatikament, b’mod partikolari permezz tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni speċifika dwar l-oġġetti ddikjarati għall-importazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru EORI u n-numru tal-kont tas-CBAM tad-dikjarant awtorizzat CBAM, il-kodiċi NM bi tmien ċifri tal-oġġetti, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini, id-data tad-dikjarazzjoni doganali u l-proċedura doganali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant awtorizzat CBAM u għandha, għal kull dikjarant CBAM, tivverifika dik l-informazzjoni mad-data fir-reġistru CBAM skont l-Artikolu 14.

4.   L-awtoritajiet doganali, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jistgħu jikkomunikaw informazzjoni kunfidenzjali miksuba mill-awtoritajiet doganali matul il-qadi ta’ dmirijiethom, jew ipprovduta lill-awtoritajiet doganali fuq bażi kunfidenzjali, lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ta l-istatus tad-dikjarant awtorizzat CBAM.

5.   Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 għandu japplika mutatis mutandis għal dan ir-Regolament.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-informazzjoni u l-perjodiċità, it-twaqqit u l-mezzi għall-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

KAPITOLU VI

INFURZAR

Artikolu 26

Penali

1.   Dikjarant awtorizzat CBAM li, sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, jonqos milli jċedi l-għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati matul is-sena kalendarja preċedenti għandu jeħel il-ħlas ta’ penali. Tali penali għandha tkun identika għall-penali ta’ emissjonijiet żejda stabbilita fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u miżjuda skont l-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva, applikabbli fis-sena tal-importazzjoni tal-oġġetti. Tali penali għandha tapplika għal kull ċertifikat CBAM li d-dikjarant awtorizzat CBAM ma jkunx ċeda.

2.   Meta persuna għajr dikjarant awtorizzat CBAM tintroduċi oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tikkonforma mal-obbligi skont dan ir-Regolament, dik il-persuna għandha teħel il-ħlas ta’ penali. Tali penali għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva u għandha, partikolarment skont id-durata, il-gravità, il-portata, in-natura intenzjonali u r-ripetizzjoni ta’ tali nuqqas ta’ konformità u l-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna mal-awtorità kompetenti, tkun ammont ta’ bejn tlieta u ħames darbiet il-penali msemmija fil-paragrafu 1, applikabbli fis-sena tal-introduzzjoni tal-oġġetti, għal kull ċertifikat CBAM li l-persuna ma tkunx ċediet.

3.   Il-ħlas tal-penali m’għandux jeħles lid-dikjarant awtorizzat CBAM mill-obbligu li jċedi l-għadd pendenti ta’ ċertifikati CBAM f’sena partikolari.

4.   Meta l-awtorità kompetenti tiddetermina, inkluż fid-dawl ta’ kalkoli preliminari mwettqa mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 19, li dikjarant awtorizzat CBAM ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM kif speċifikat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew li persuna tkun introduċiet oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi skont dan ir-Regolament kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-penali skont il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, kif applikabbli. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat CBAM jew, meta japplika l-paragrafu 2, lill-persuna:

(a)

li l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li d-dikjarant awtorizzat CBAM jew il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi skont dan ir-Regolament;

(b)

bir-raġunijiet għall-konklużjoni tagħha;

(c)

bl-ammont tal-penali imposta fuq id-dikjarant awtorizzat CBAM jew fuq il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(d)

bid-data minn meta l-penali hija dovuta;

(e)

bl-azzjoni li d-dikjarant awtorizzat CBAM jew il-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu biex iħallsu l-penali; u

(f)

bid-dritt tad-dikjarant awtorizzat CBAM jew tal-persuna msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jappellaw.

5.   Meta l-penali ma tkunx tħallset sad-data tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (d), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura l-ħlas ta’ dik il-penali bil-mezzi kollha disponibbli għaliha skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

6.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet dwar il-penali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-Kummissjoni u għandhom jirreġistraw il-ħlas finali msemmi fil-paragrafu 5 fir-reġistru CBAM.

Artikolu 27

Ċirkomvenzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi ta’ data rilevanti u oġġettiva, biex tindirizza prattiki ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni għandhom ikunu definiti bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ fl-oġġetti importati, li tirriżulta minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr li jiġu evitati, b’mod sħiħ jew parzjalment, kwalunkwe waħda mill-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Tali prattika, proċess jew ħidma jistgħu jikkonsistu minn, iżda mhumiex limitati għal:

(a)

modifika żgħira tal-oġġetti kkonċernati biex dawk l-oġġetti jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM li mhumiex elenkati fl-Anness I, ħlief meta l-modifika tbiddel il-karatteristiċi essenzjali tagħhom;

(b)

il-qsim artifiċjali tal-kunsinni f’partiti b’mod li l-valur intrinsiku ta’ kull waħda ma jaqbiżx is-soll imsemmi fl-Artikolu 2(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni fil-livell tal-Unjoni, bil-ħsieb li tidentifika prattiki ta’ ċirkomvenzjoni, inkluż permezz ta’ sorveljanza tas-suq jew abbażi ta’ kwalunkwe sors rilevanti ta’ informazzjoni, bħall-komunikazzjonijiet u r-rapportar mingħand l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

4.   Stat Membru jew kwalunkwe parti li tkun ġiet affettwata jew li tibbenefika minn kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2 tista’ tinnotifika lill-Kummissjoni jekk tkun qiegħda tħabbat wiċċha ma’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni. Il-partijiet interessati ħlief għall-partijiet affettwati jew li bbenefikaw direttament, bħal organizzazzjonijiet ambjentali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, li jsibu evidenza konkreta prattiki ta’ ċirkomvenzjoni, jistgħu wkoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni.

5.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiddikjara r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom u għandha tinkludi data u statistika rilevanti biex issostni d-dikjarazzjoni ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni dwar dikjarazzjoni ta’ ċirkonvenzjoni jew meta tkun ġiet innotifikata minn Stat Membru, jew minn parti affettwata, parti li bbenefikat jew parti interessata oħra, dment li n-notifika tkun tissodisfa r-rekwiżiti msemmija f’dan il-paragrafu, jew meta l-Kummissjoni stess tiddetermina li tali investigazzjoni tkun meħtieġa. Fit-twettiq tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiġi assistita mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-investigazzjoni fi żmien disa’ xhur mid-data tan-notifika. Meta tinbeda investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kollha.

6.   Meta l-Kummissjoni, waqt li tqis id-data, ir-rapporti u l-istatistika rilevanti, inklużi dawk ipprovduti mill-awtoritajiet doganali, ikollha biżżejjed raġunijiet biex temmen li ċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, ikunu qed iseħħu fi Stat Membru wieħed jew aktar skont xejra stabbilita, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-lista tal-oġġetti fl-Anness I billi żżid il-prodotti ftit modifikati rilevanti msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, għall-finijiet ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

KAPITOLU VII

EŻERĊIZZJU TAD-DELEGA U PROĊEDURA TA’ KUMITAT

Artikolu 28

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(10), 2(11), 18(3), 20(6) u 27(6). għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-17 ta’ Mejju 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 2(10), 2(11), 18(3), 20(6) u 27(6) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

4.   Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

5.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

6.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

7.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(10), 2(11), 18(3), 20(6) jew 27(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 29

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tas-CBAM. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VIII

RAPPORTAR U RIEŻAMI

Artikolu 30

Rieżami u rapportar mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa bil-ħsieb li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif indikat fi u skont il-paragrafu 2, il-punt (a), u ta’ metodi li qed jiżviluppaw ta’ kalkolu tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi ta’ metodi tal-impronta ambjentali.

2.   Qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 32, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni:

(a)

tal-possibbiltà li l-kamp ta’ applikazzjoni jiġi estiż:

(i)

għall-emissjonijiet indiretti integrati fl-oġġetti elenkati fl-Anness II;

(ii)

għall-emissjonijiet integrati fit-trasport tal-oġġetti elenkati fl-Anness I u fis-servizzi tat-trasport;

(iii)

għall-oġġetti f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għajr dawk elenkati fl-Anness I, u speċifikament sustanzi kimiċi u polimeri organiċi;

(iv)

għall-materjali ta’ input (prekursuri) l-oħra għall-oġġetti elenkati fl-Anness I;

(b)

tal-kriterji li għandhom jintużaw biex jiġu identifikati l-oġġetti li għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament abbażi tas-setturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju identifikati skont l-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE; dik il-valutazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn kalendarju li jintemm fl-2030 għall-inklużjoni gradwali tal-oġġetti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-livell ta’ riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju rispettiva tagħhom;

(c)

tar-rekwiżiti tekniċi għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati għal oġġetti oħrajn li għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I;

(d)

tal-progress li jkun sar fid-diskussjonijiet internazzjonali rigward l-azzjoni dwar il-klima;

(e)

tas-sistema ta’ governanza, inklużi l-ispejjeż amministrattivi;

(f)

tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-oġġetti elenkati fl-Anness I importati minn pajjiżi li qed jiżviluppaw b’interess speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) kif identifikati min-Nazzjonijiet Uniti u fuq l-effetti tal-assistenza teknika mogħtija;

(g)

tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti skont l-Artikolu 7(7) u l-punt 4.3 tal-Anness IV.

3.   Mill-inqas sena qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jidentifika l-oġġetti aktar ‘l isfel fil-katina tal-valur tal-oġġetti elenkati fl-Anness I li huwa jirrakkomanda li jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, fil-mument opportun, metodoloġija li għandha tkun ibbażata fuq ir-rilevanza f’termini ta’ emissjonijiet akkumulati ta’ gassijiet serra u r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

4.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom, fejn ikun xieraq, ikunu akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluża valutazzjoni tal-impatt dettaljata, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa f’dawk ir-rapporti.

5.   Kull sentejn mill-aħħar tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, bħala parti mir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività tas-CBAM fl-indirizzar tar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-oġġetti mmanifatturati fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili tal-ipprezzar tal-karbonju. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni fis-setturi tas-CBAM u l-iżviluppi fir-rigward tal-flussi kummerċjali u l-emissjonijiet integrati ta’ dawk l-oġġetti fis-suq globali. Jekk ir-rapport jikkonkludi li hemm riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ta’ oġġetti mmanifatturati fl-Unjoni għall-esportazzjoni lejn tali pajjiżi terzi li ma japplikawx l-EU ETS jew mekkaniżmu simili tal-ipprezzar tal-karbonju, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza dak ir-riskju b’mod li jkun konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u li jqis id-dekarbonizzazzjoni tal-installazzjonijiet fl-Unjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-CBAM bil-ħsieb li tevalwa l-impatti u l-aġġustamenti possibbli fl-applikazzjoni tiegħu.

Qabel l-1 ta’ Jannar 2028, kif ukoll kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-funzjonament tas-CBAM. Ir-rapport għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

valutazzjoni tal-impatt tas-CBAM fuq:

(i)

ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, inkluż fir-rigward tal-esportazzjonijiet;

(ii)

is-setturi koperti;

(iii)

is-suq intern, u l-impatt ekonomiku u territorjali fl-Unjoni kollha;

(iv)

l-inflazzjoni u l-prezzijiet tal-prodotti bażiċi;

(v)

l-effett fuq l-industriji li jużaw oġġetti elenkati fl-Anness I;

(vi)

il-kummerċ internazzjonali, inkluża r-riorganizzazzjoni tar-riżorsi; u

(vii)

il-pajjiżi l-anqas żviluppati;

(b)

valutazzjoni:

(i)

tas-sistema ta’ governanza, inkluża valutazzjoni tal-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-awtorizzazzjoni tad-dikjaranti CBAM mill-Istati Membri;

(ii)

tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(iii)

tal-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni;

(iv)

tal-applikazzjoni tal-penali fl-Istati Membri;

(c)

ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u l-penali imposti;

(d)

l-informazzjoni aggregata dwar l-intensità tal-emissjonijiet għal kull pajjiż tal-oriġini għall-oġġetti differenti elenkati fl-Anness I.

7.   Meta jkun seħħ avveniment imprevedibbli, eċċezzjonali u mhux provokat barra mill-kontroll ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar soġġetti għas-CBAM, u dak l-avveniment ikollu konsegwenzi distruttivi fuq l-infrastruttura ekonomika u industrijali ta’ tali pajjiż ikkonċernat jew pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun akkumpanjat, fejn ikun il-każ, minn proposta leġiżlattiva, biex temenda dan ir-Regolament, billi tistabbilixxi l-miżuri proviżorji meħtieġa biex jiġu indirizzati dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.

8.   Minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament, bħala parti mir-rapportar annwali skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrapporta dwar il-mod kif il-finanzjament skont dak ir-Regolament ikun ikkontribwixxa għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tal-manifattura fil-pajjiżi l-anqas żviluppati.

KAPITOLU IX

KOORDINAZZJONI B’ALLOKAZZJONI BLA ĦLAS TAL-KWOTI SKONT L-EU ETS

Artikolu 31

Allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti skont l-EU ETS u obbligu biex jiġu ċeduti ċ-ċertifikati CBAM

1.   Iċ-ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti f’konformità mal-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati biex jirriflettu l-punt sa fejn il-kwoti tal-EU ETS jiġu allokati bla ħlas f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE għall-installazzjonijiet, fl-Unjoni, li jipproduċu l-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-kalkolu tal-aġġustament kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jiġu elaborati b’referenza għall-prinċipji applikati fl-EU ETS għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti lil installazzjonijiet li jipproduċu, fl-Unjoni, l-oġġetti elenkati fl-Anness I, b’kont meħud tal-parametri referenzjarji differenti użati fl-EU ETS għall-allokazzjoni bla ħlas bil-ħsieb li dawk il-parametri referenzjarji jiġu kkombinati f’valuri korrispondenti għall-oġġetti kkonċernati, u b’kont meħud tal-materjali rilevanti ta’ input (prekursuri). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 32

Kamp ta’ applikazzjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-obbligi tal-importatur skont dan ir-Regolament għandhom ikunu limitati għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikoli 33, 34 u 35 ta’ dan ir-Regolament. Meta l-importatur ikun stabbilit fi Stat Membru u jaħtar rappreżentant doganali indirett skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, u meta r-rappreżentant doganali indirett jaqbel, l-obbligi ta’ rapportar għandhom japplikaw għal tali rappreżentant doganali indirett. Meta l-importatur ma jkunx stabbilit fi Stat Membru, l-obbligi ta’ rapportar għandhom japplikaw għar-rappreżentant doganali indirett.

Artikolu 33

Importazzjoni ta’ oġġetti

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lill-importatur jew, fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 32, lir-rappreżentant doganali indirett dwar l-obbligu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 35, mhux aktar tard mill-mument tar-rilaxx tal-oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom, perjodikament u awtomatikament, b’mod partikolari permezz tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew b’mezzi elettroniċi tat-trażmissjoni tad-data, jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-oġġetti importati, inkluż il-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar passiv. Din l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru EORI tad-dikjarant doganali u tal-importatur, il-kodiċi NM bi tmien ċifri, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini, id-data tad-dikjarazzjoni doganali u l-proċedura doganali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti d-dikjarant doganali u, meta applikabbli, l-importatur.

Artikolu 34

Obbligu ta’ rapportar għal ċerti proċeduri doganali

1.   Meta jiġu importati prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar attiv kif imsemmi fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-obbligu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-oġġetti li kienu tpoġġew taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv u li rriżultaw fil-prodotti pproċessati importati, anki jekk il-prodotti pproċessati ma jkunux elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll meta l-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar attiv ikunu oġġetti ritornati kif imsemmi fl-Artikolu 205 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2.   L-obbligu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-importazzjoni ta’:

(a)

prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar passiv kif imsemmi fl-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(b)

oġġetti li jikkwalifikaw bħala oġġetti ritornati f’konformità mal-Artikolu 203 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 35

Obbligu ta’ rapportar

1.   Sa mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem ta’ dak it-trimestru, kull importatur jew, fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett, li jkun importa oġġetti matul trimestru partikolari ta’ sena kalendarja għandu, għal dak it-trimestru, jippreżenta rapport (“rapport CBAM”) lill-Kummissjoni li jkun jinkludi informazzjoni dwar l-oġġetti importati matul dak it-trimestru.

2.   Ir-rapport CBAM għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ oġġetti, espressa f’megawatt sigħat għall-elettriku u f’tunnellati għal oġġetti oħra, speċifikata għal kull installazzjoni li tipproduċi l-oġġetti fil-pajjiż tal-oriġini;

(b)

l-emissjonijiet integrati totali reali, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull megawatt siegħa ta’ elettriku jew għal oġġetti oħrajn f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ kull tip ta’ oġġetti, ikkalkulati f’konformità mal-metodu stabbilit fl-Anness IV;

(c)

l-emissjonijiet indiretti totali kkalkulati f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7;

(d)

il-prezz tal-karbonju dovut f’pajjiż tal-oriġini għall-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati, b’kont meħud ta’ kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens disponibbli.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti lista ta’ dawk l-importaturi jew rappreżentanti doganali indirett stabbiliti fl-Istat Membru, inklużi l-ġustifikazzjonijiet korrispondenti, li fir-rigward tagħhom ikollha raġunijiet biex temmen li jkunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jippreżentaw rapport CBAM f’konformità mal-paragrafu 1.

4.   Meta l-Kummissjoni tqis li rapport CBAM ma jkunx komplut jew korrett, hija għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-importatur huwa stabbilit jew, fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett huwa stabbilit, l-informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa biex tikkompleta jew tikkoreġi dak ir-rapport. Tali informazzjoni għandha tingħata għal skopijiet indikattivi u mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni definittiva minn dik l-awtorità kompetenti. Dik l-awtorità kompetenti għandha tibda l-proċedura ta’ korrezzjoni u tinnotifika lill-importatur, jew, fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett bl-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jikkoreġi dak ir-rapport. Fejn xieraq, l-importatur jew dak ir-rappreżentant doganali indirett għandu jippreżenta rapport ikkoreġut lill-awtorità kompetenti kkonċernata u lill-Kummissjoni.

5.   Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu tibda proċedura ta’ korrezzjoni, inkluż b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u tiddetermina li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett ma jkunx ħa l-passi meħtieġa biex jikkoreġi r-rapport CBAM, jew meta l-awtorità kompetenti kkonċernata tiddetermina, inkluż b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport CBAM f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dik l-awtorità kompetenti għandha timponi penali effettiva, proporzjonata u dissważiva fuq l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, fuq ir-rappreżentant doganali indirett. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artiklu 32, lir-rappreżentant doganali indirett u tinforma lill-Kummissjoni, dwar li ġej:

(a)

il-konklużjoni, u r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni, li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport għal trimestru partikolari jew li jieħu l-passi meħtieġa biex jikkoreġi r-rapport;

(b)

l-ammont tal-penali imposta fuq l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett;

(c)

id-data minn meta l-penali hija dovuta;

(d)

l-azzjoni li l-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett għandu jieħu biex iħallas il-penali; u

(e)

id-dritt tal-importatur jew, fejn applikabbli f’konformità mal-Artikolu 32, ir-rappreżentant doganali indirett li jappella.

6.   Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-informazzjoni mill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu, tiddeċiedi li ma tieħu l-ebda azzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan.

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar:

(a)

l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, il-mezzi u l-format għal dak ir-rapportar, inkluża informazzjoni dettaljata għal kull pajjiż ta’ oriġini u tip ta’ oġġetti bħala appoġġ għat-totali msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c), u eżempji ta’ kwalunkwe ribass rilevanti jew forma oħra ta’ kumpens disponibbli kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d);

(b)

il-firxa indikattiva ta’ penali li għandhom jiġu imposti skont il-paragrafu 5 u l-kriterji li għandhom jitqiesu għad-determinazzjoni tal-ammont reali, inklużi l-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ rapportar;

(c)

regoli dettaljati dwar il-konverżjoni f’euro tal-prezz medju annwali tal-karbonju dovut imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), espress f’munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali;

(d)

regoli dettaljati rigward l-elementi tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness IV, inkluża d-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-oġġetti individwali kif ukoll l-istipular ta’ metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data, inkluż il-livell ta’ dettall; u

(e)

il-mezzi u l-format għar-rekwiżiti ta’ rapportar għall-emissjonijiet indiretti fl-oġġetti importati; dak il-format għandu jinkludi l-kwantità ta’ elettriku użat għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I, kif ukoll il-pajjiż tal-oriġini, is-sors tal-ġenerazzjoni u l-fatturi ta’ emissjoni relatati ma’ dak l-elettriku.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom japplikaw għall-oġġetti importati matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti għall-installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2023. Madankollu:

(a)

l-Artikoli 5, 10, 14, 16 u 17 għandhom japplikaw mill-31 ta’ Diċembru 2024;

(b)

l-Artikolu 2(2) u l-Artikoli 4, 6 sa 9, 15 u 19, l-Artikolu 20(1), (3), (4) u (5), l-Artikoli 21 sa 27 u 31 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-10 ta’ Mejju 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  ĠU C 152, 6.4.2022, p. 181.

(2)  ĠU C 301, 5.8.2022, p. 116.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2023.

(4)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(10)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta’ Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta’ setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021-2030 (ĠU L 120, 8.5.2019, p. 20).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/500/KE tad-29 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija (ĠU L 198, 20.7.2006, p. 15).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).

(16)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

(20)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

(23)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(24)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).

(25)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).


ANNESS I

Lista ta’ oġġetti u gassijiet serra

1.   

Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-oġġetti, dan ir-Regolament għandu japplika għall-oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) stabbiliti fit-tabella li ġejja. Il-kodiċijiet NM għandhom ikunu dawk skont ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

2.   

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-gassijiet serra relatati mal-oġġetti msemmija fil-punt 1, għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-tabella li ġejja għall-oġġetti kkonċernati.

Siment

Kodiċi NM

Gass serra

2507 00 80 – Tafal ieħor tal-kawlina

Diossidu tal-karbonju

2523 10 00 – Klinkers tas-siment

Diossidu tal-karbonju

2523 21 00 – Siment abjad ta’ Portland, ikkulurit b’mod artifiċjali jew le

Diossidu tal-karbonju

2523 29 00 – Siment ta’ Portland ieħor

Diossidu tal-karbonju

2523 30 00 – Siment bl-alumina

Diossidu tal-karbonju

2523 90 00 – Siment idrawliku ieħor

Diossidu tal-karbonju

Elettriku

Kodiċi NM

Gass serra

2716 00 00 – Enerġija elettrika

Diossidu tal-karbonju

Fertilizzanti

Kodiċi NM

Gass serra

2808 00 00 – Aċidu nitriku; Aċidi sulfonitriċi

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż

2814 – Ammonijaka, anidra jew f’soluzzjoni milwiema

Diossidu tal-karbonju

2834 21 00 – Nitrati tal-potassju

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż

3102 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi, nitroġenużi

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż

3105 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju; fertilizzanti oħrajn; oġġetti ta’ dan il-kapitolu f’forma ta’ pilloli jew forom simili jew f’pakketti ta’ piż gross li ma jaqbiżx l-10 kg

Minbarra: 3105 60 00 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosfru u potassju

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż

Ħadid u azzar

Kodiċi NM

Gass serra

72 –

Ħadid u azzar

Minbarra:

 

7202 2 – Ferrosiliċju

 

7202 30 00 – Ferrosilikomanganiż

 

7202 50 00 – Ferrosilikokromju

 

7202 70 00 – Ferromolibdenu

 

7202 80 00 – Ferrotungstenu u ferrosilikotungstenu

 

7202 91 00 – Ferrotitanju u ferrosilikotitanju

 

7202 92 00 – Ferrovanadju

 

7202 93 00 – Ferronijobju

 

7202 99 – Oħrajn:

 

7202 99 10 – Ferrofosforu

 

7202 99 30 – Ferrosilikomanjeżju

 

7202 99 80 – Oħrajn

 

7204 – Skart u skrapp tal-ħadid; ingotti ta’ skart għat-tidwib mill-ġdid tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

2601 12 00 – Minerali mhux maħduma u konċentrati tal-ħadid agglomerati, għajr piriti tal-ħadid inkaljati

Diossidu tal-karbonju

7301 – Sheet piling tal-ħadid jew tal-azzar, imtaqqbin, imħaffrin jew magħmulin minn elementi assemblati jew le; angoli, forom u sezzjonijiet iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7302 – Materjal tal-ħadid jew tal-azzar għall-kostruzzjoni tal-binarji tal-ferroviji jew tal-linji tat-tramm, dawn li ġejjin: binarji, check rails u rack rails, switch blades, crossing frogs, point rods u parts oħrajn tal-qsim, traversi tal-binarji (cross-ties), fish-plates, chairs, chair wedges, sole plates (base plates), klipep ferrovjarji, bedplates, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għat-tgħaqqid flimkien jew l-iffissar tal-binarji

Diossidu tal-karbonju

7303 00 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, tal-ħadid fondut

Diossidu tal-karbonju

7304 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr weldjatura, tal-ħadid (ħlief ħadid fondut) jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7305 – Tubi u pajpijiet oħrajn (eż. iwweldjati, irrivitjati jew magħluqin b’mod simili), b’sezzjonijiet trasversali tondi, bid-dijametru ta’ barra ikbar minn 406,4 mm, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7306 – Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (eż. bil-ġonta miftuħa jew iwweldjati, irrivitjati jew magħluqin b’mod simili), tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7307 – Fittings ta’ tubi u pajpijiet (eż. couplings, elbows, sleeves) tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7308 – Strutturi (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u parts ta’ strutturi (eż. pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, xtiebi tal-mgħalaq (lock-gates), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u s-sollijiet għal bibien, shutters, balavostri, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, sezzjonijiet, tubi u bħalhom, ippreparati għal użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7309 00 – Reservoirs, tankijiet, btieti u kontenituri simili għal kwalunkwe materjal (għajr għal gass ikkompressat jew illikwifikat), tal-ħadid jew tal-azzar, ta’ kapaċità li taqbeż it-300 l, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

Diossidu tal-karbonju

7310 – Tankijiet, btieti, ċilindri, laned, kaxxi u kontenituri simili, għal kwalunkwe materjal (għajr gass ikkompressat jew illikwifikat), tal-ħadid jew tal-azzar, b’kapaċità li ma taqbiżx 300 l, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

Diossidu tal-karbonju

7311 00 – Kontenituri għal gass ikkompressat jew illikwifikat, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7318 – Viti, boltijiet, skorfini, viti bir-ras skorfina (coach screws), ganċijiet bil-kamin, rivets, kavilji, ċavi, washers (inkluż l-ispring washers) u oġġetti simili, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7326 – Oġġetti oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

Aluminju

Kodiċi NM

Gass serra

7601 – Aluminju mhux maħdum

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7603 – Trabijiet u fjokki tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7604 – Żbarri, vireg u profili tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7605 — Wajer tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7606 – Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7607 – Fojl tal-aluminju (stampat jew miksi b’karta, kartonċin, plastik jew materjali simili ta’ rfid jew le) ta’ ħxuna (eskluż kwalunkwe rfid) mhux iktar minn 0,2 mm

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7608 – Tubi u pajpijiet tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7609 00 00 – Fittings għal tubi u pajpijiet tal-aluminju (eż. couplings, elbows, sleeves)

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7610 – Strutturi tal-aluminju (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u parts ta’ strutturi (eż. pontijiet u sezzjonijiet ta’ pontijiet, torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa ta’ soqfa, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u s-sollijiet għal-bibien, balavostri, pilastri u kolonni); pjanċi tal-aluminju, vireg, profili, tubi u bħalhom, ippreparati għal użu fi strutturi

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7611 00 00 – Reservoirs, tankijiet, btieti u kontenituri simili tal-aluminju, għal kwalunkwe materjal (għajr gass kompressat jew likwifikat), ta’ kapaċità ta’ iktar minn 300 litru, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7612 – Btieti, ċilindri, laned, kaxxi u kontenituri simili tal-aluminju (inklużi kontenituri tubulari riġidi jew kollassabbli), għal kwalunkwe materjal (għajr gass kompressat jew likwifikat), ta’ kapaċità li ma taqbiżx it-300 litru, infurrati jew insulati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7613 00 00 – Kontenituri tal-aluminju għal gass ikkompressat jew likwifikat

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7614 – Wajer bis-swiegli, gumna, ċineg immaljati u bħalhom, tal-aluminju, mhux insulati għall-elettriku

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7616 – Oġġetti oħrajn tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

Sustanzi kimiċi

Kodiċi NM

Gass serra

2804 10 00 – Idroġenu

Diossidu tal-karbonju


ANNESS II

Lista ta’ oġġetti li għalihom għandhom jitqiesu biss l-emissjonijiet diretti, skont l-Artikolu 7(1)

Ħadid u azzar

Kodiċi NM

Gass serra

72 –

Ħadid u azzar

Minbarra:

 

7202  2 – Ferrosiliċju

 

7202 30 00 – Ferrosilikomanganiż

 

7202 50 00 – Ferrosilikokromju

 

7202 70 00 – Ferromolibdenu

 

7202 80 00 – Ferrotungstenu u ferrosilikotungstenu

 

7202 91 00 – Ferrotitanju u ferrosilikotitanju

 

7202 92 00 – Ferrovanadju

 

7202 93 00 – Ferronijobju

 

7202 99 – Oħrajn:

 

7202 99 10 – Ferrofosforu

 

7202 99 30 – Ferrosilikomanjeżju

 

7202 99 80 – Oħrajn

 

7204 – Skart u skrapp tal-ħadid; ingotti ta’ skart għat-tidwib mill-ġdid tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7301 – Sheet piling tal-ħadid jew tal-azzar, imtaqqbin, imħaffrin jew magħmulin minn elementi assemblati jew le; angoli, forom u sezzjonijiet iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7302 – Materjal tal-ħadid jew tal-azzar għall-kostruzzjoni tal-binarji tal-ferroviji jew tal-linji tat-tramm, dawn li ġejjin: binarji, check rails u rack rails, switch blades, crossing frogs, point rods u parts oħrajn tal-qsim, traversi tal-binarji (cross-ties), fish-plates, chairs, chair wedges, sole plates (base plates), klipep ferrovjarji, bedplates, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għat-tgħaqqid flimkien jew l-iffissar tal-binarji

Diossidu tal-karbonju

7303 00 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, tal-ħadid fondut

Diossidu tal-karbonju

7304 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr weldjatura, tal-ħadid (ħlief ħadid fondut) jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7305 – Tubi u pajpijiet oħrajn (eż. iwweldjati, irrivitjati jew magħluqin b’mod simili), b’sezzjonijiet trasversali tondi, bid-dijametru ta’ barra ikbar minn 406,4 mm, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7306 – Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (eż. bil-ġonta miftuħa jew iwweldjati, irrivitjati jew magħluqin b’mod simili), tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7307 – Fittings ta’ tubi u pajpijiet (eż. couplings, elbows, sleeves) tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7308 – Strutturi (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u parts ta’ strutturi (eż. pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, xtiebi tal-mgħalaq (lock-gates), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u s-sollijiet għal bibien, shutters, balavostri, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, sezzjonijiet, tubi u bħalhom, ippreparati għal użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7309 00 – Reservoirs, tankijiet, btieti u kontenituri simili għal kwalunkwe materjal (għajr għal gass ikkompressat jew illikwifikat), tal-ħadid jew tal-azzar, ta’ kapaċità li taqbeż it-300 l, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

Diossidu tal-karbonju

7310 – Tankijiet, btieti, ċilindri, laned, kaxxi u kontenituri simili, għal kwalunkwe materjal (għajr gass ikkompressat jew illikwifikat), tal-ħadid jew tal-azzar, b’kapaċità li ma taqbiżx 300 l, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

Diossidu tal-karbonju

7311 00 – Kontenituri għal gass ikkompressat jew illikwifikat, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7318 – Viti, boltijiet, skorfini, viti bir-ras skorfina (coach screws), ganċijiet bil-kamin, rivets, kavilji, ċavi, washers (inkluż l-ispring washers) u oġġetti simili, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7326 – Oġġetti oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

Aluminju

Kodiċi NM

Gass serra

7601 – Aluminju mhux maħdum

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7603 – Trabijiet u fjokki tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7604 – Żbarri, vireg u profili tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7605 – Wajer tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7606 – Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7607 – Fojl tal-aluminju (stampat jew miksi b’karta, kartonċin, plastik jew materjali simili ta’ rfid jew le) ta’ ħxuna (eskluż kwalunkwe rfid) mhux iktar minn 0,2 mm

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7608 – Tubi u pajpijiet tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7609 00 00 – Fittings għal tubi u pajpijiet tal-aluminju (eż. couplings, elbows, sleeves)

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7610 – Strutturi tal-aluminju (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u parts ta’ strutturi (eż. pontijiet u sezzjonijiet ta’ pontijiet, torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa ta’ soqfa, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u s-sollijiet għal-bibien, balavostri, pilastri u kolonni); pjanċi tal-aluminju, vireg, profili, tubi u bħalhom, ippreparati għal użu fi strutturi

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7611 00 00 – Reservoirs, tankijiet, btieti u kontenituri simili tal-aluminju, għal kwalunkwe materjal (għajr gass kompressat jew likwifikat), ta’ kapaċità ta’ iktar minn 300 litru, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7612 – Btieti, ċilindri, laned, kaxxi u kontenituri simili tal-aluminju (inklużi kontenituri tubulari riġidi jew kollassabbli), għal kwalunkwe materjal (għajr gass kompressat jew likwifikat), ta’ kapaċità li ma taqbiżx it-300 litru, infurrati jew insulati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7613 00 00 – Kontenituri tal-aluminju għal gass ikkompressat jew likwifikat

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7614 – Wajer bis-swiegli, gumna, ċineg immaljati u bħalhom, tal-aluminju, mhux insulati għall-elettriku

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

7616 – Oġġetti oħrajn tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

Sustanzi kimiċi

Kodiċi NM

Gass serra

2804 10 00 – Idroġenu

Diossidu tal-karbonju


ANNESS III

Pajjiżi u territorji terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-fini tal-Artikolu 2

1.   PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI LI MA JAQGĦUX FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TA’ DAN IR-REGOLAMENT

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li joriġinaw fil-pajjiżi li ġejjin:

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Iżvizzera

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li joriġinaw fit-territorji li ġejjin:

Büsingen

Heligoland

Livigno

Ceuta

Melilla

2.   PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI LI MA JAQGĦUX FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TA’ DAN IR-REGOLAMENT FIR-RIGWARD TAL-IMPORTAZZJONI TAL-ELETTRIKU FIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI

[Pajjiżi u territorji terzi li għandhom jinżdiedu jew jitneħħew mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(11).]


ANNESS IV

Metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati għall-fini tal-Artikolu 7

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u tal-Annessi V u VI, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“oġġetti sempliċi” tfisser oġġetti li jkunu saru fi proċess ta’ produzzjoni li jeħtieġu esklussivament materjali ta’ input (prekursuri) u karburanti b’emissjonijiet integrati żero;

(b)

“oġġetti kumplessi” tfisser oġġetti għajr oġġetti sempliċi;

(c)

“emissjonijiet integrati speċifiċi” tfisser l-emissjonijiet integrati ta’ tunnellata ta’ oġġetti, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġetti;

(d)

“Fattur ta’ emissjoni tas-CO2”, tfisser il-medja ponderata tal-intensità ta’ CO2 tal-elettriku prodott mill-karburanti fossili fi ħdan żona ġeografika. il-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 huwa r-riżultat tad-diviżjoni tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tas-settur tal-elettriku bil-ġenerazzjoni grossa tal-elettriku bbażata fuq il-karburanti fossili fiż-żona ġeografika rilevanti; huwa espress f’tunnellati ta’ CO2 għal kull megawatt-siegħa;

(e)

“fattur ta’ emissjoni għall-elettriku” tfisser il-valur prestabbilit, espress f’CO2e, li jirrappreżenta l-intensità tal-emissjonijiet tal-elettriku kkunsmat fil-produzzjoni tal-oġġetti;

(f)

“ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija” tfisser kuntratt li bih persuna taqbel li tixtri l-elettriku direttament mingħand produttur tal-elettriku;

(g)

“operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni” tfisser operatur kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

2.   IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET INTEGRATI SPEĊIFIĊI REALI GĦAL OĠĠETTI SEMPLIĊI

L-emissjonijiet integrati reali speċifiċi tal-oġġetti sempliċi li jkunu saru f’installazzjoni partikolari għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-emissjonijiet diretti kif ukoll indiretti u, meta applikabbli, indiretti. Għal dak il-fini, għandha tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

SEEg

huma l-emissjonijiet integrati speċifiċi ta’ oġġetti g, f’termini ta’ CO2e għal kull tunnellata;

AttrEmg

huma l-emissjonijiet attribwiti tal-oġġetti g, u

ALg

huwa l-livell ta’ attività tal-oġġetti, jiġifieri l-kwantità ta’ oġġetti li jkunu ġew prodotti fil-perjodu ta’ rapportar f’dik l-installazzjoni.

“Emissjonijiet attribwiti” tfisser il-parti tal-emissjonijiet tal-installazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar li jiġu kkawżati mill-proċess ta’ produzzjoni li jirriżulta f’oġġetti g meta jiġu applikati l-konfini tas-sistema tal-proċess tal-produzzjoni definit mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7). L-emissjonijiet attribwiti għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

id-DirEm

huma l-emissjonijiet diretti, li jirriżultaw mill-proċess ta’ produzzjoni, espressi f’tunnellati ta’ CO2e, fil-limiti tas-sistema msemmija fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 7(7), u

IndirEm

huma l-emissjonijiet indiretti li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-elettriku kkunsmat fil-proċessi ta’ produzzjoni tal-oġġetti, espressi f’tunnellati ta’ CO2e, fil-limiti tas-sistema msemmija fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 7(7).

3.   IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET INTEGRATI REALI GĦALL-OĠĠETTI KUMPLESSI

L-emissjonijiet integrati reali speċifiċi ta’ oġġetti kumplessi li jkunu saru f’installazzjoni partikolari għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

AttrEmg

huma l-emissjonijiet attribwiti tal-oġġetti g;

ALg

huwa l-livell ta’ attività tal-oġġetti, jiġifieri l-kwantità ta’ oġġetti li jkunu saru fil-perjodu ta’ rapportar f’dik l-installazzjoni, u

EEInpMat

huma l-emissjonijiet integrati tal-materjali ta’ input (prekursuri) ikkonsmati fil-proċess tal-produzzjoni. Għandhom jiġu kkunsidrati biss il-materjali tal-input (prekursuri) elenkati bħala rilevanti għall-konfini tas-sistema tal-proċess tal-produzzjoni kif speċifikat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 7(7). L-EEInpMat rilevanti jiġu kkalkolati kif ġej:

Formula

Fejn:

Mi

hija l-massa tal-materjal ta’ input (prekursuri) i użat fil-proċess ta’ produzzjoni, u

SEEi

huma l-emissjonijiet integrati speċifiċi għall-materjal ta’ input (prekursuri) i. Għal SEEi l-operatur tal-installazzjoni għandu juża l-valur tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-installazzjoni fejn ġie prodott il-materjal ta’ input (prekursuri), dment li d-data ta’ dik l-installazzjoni tkun tista’ titkejjel b’mod adegwat.

4.   DETERMINAZZJONI TAL-VALURI PRESTABBILITI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(2) U (3)

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valuri prestabbiliti, għandhom jintużaw biss il-valuri reali għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati. Fin-nuqqas ta’ data reali, jistgħu jintużaw valuri indikati fil-letteratura. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għall-approċċ li jittieħed biex jiġu kkoreġuti gassijiet ta’ skart jew gassijiet serra użati bħala input ta’ proċess, qabel ma tinġabar id-data meħtieġa biex jiġu ddeterminati l-valuri awtomatiċi rilevanti għal kull tip ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I. Il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-aħjar data disponibbli. L-aħjar data disponibbli għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni affidabbli u disponibbli għall-pubbliku. Il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu riveduti perjodikament permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7), abbażi tal-aktar informazzjoni aġġornata u affidabbli, inkluż fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn pajjiż terz jew grupp ta’ pajjiżi terzi.

4.1.   Il-valuri prestabbiliti msemmija fl-Artikolu 7(2)

Meta l-emissjonijiet reali ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati b’mod adegwat mid-dikjarant awtorizzat CBAM, għandhom jintużaw valuri prestabbiliti. Dawk il-valuri għandhom jiġu stabbiliti skont l-intensità medja tal-emissjonijiet ta’ kull pajjiż esportatur u għal kull wieħed mill-oġġetti elenkati fl-Anness I għajr l-elettriku, miżjuda b’marġni kummerċjali mfassal b’mod proporzjonali. Dan il-marġni kummerċjali għandu jiġi determinat fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7) u għandu jiġi stabbilit f’livell xieraq biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tas-CBAM, abbażi tal-aktar informazzjoni aġġornata u affidabbli, inkluż abbażi tal-informazzjoni miġbura matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Meta ma tkunx tista’ tiġi applikata data affidabbli għall-pajjiż esportatur għal tip ta’ oġġetti, il-valuri prestabbiliti għandhom ikunu bbażati fuq l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-installazzjonijiet tal-EU ETS bl-agħar X % ta’ prestazzjoni għal dak it-tip ta’ oġġetti. Il-valur ta’ X għandu jiġi determinat fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7) u għandu jiġi stabbilit f’livell xieraq biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tas-CBAM, abbażi tal-aktar informazzjoni aġġornata u affidabbli, inkluż abbażi tal-informazzjoni miġbura matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

4.2.   Il-valuri prestabbiliti tal-elettriku importat imsemmija fl-Artikolu 7(3)

Il-valuri prestabbiliti għall-elettriku importat għandhom jiġu determinati għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz abbażi jew ta’ valuri prestabbiliti speċifiċi, f’konformità mal-punt 4.2.1, jew, jekk dawk il-valuri ma jkunux disponibbli, fuq valuri prestabbiliti alternattivi, f’konformità mal-punt 4.2.2.

Meta l-elettriku jiġi prodott f’pajjiż terz, fi grupp ta’ pajjiżi terzi jew f’reġjun f’pajjiż terz, u jgħaddi minn pajjiżi terzi, gruppi ta’ pajjiżi terzi, reġjuni f’pajjiż terz, jew Stati Membri bil-għan li jiġi importat fl-Unjoni, il-valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw huma dawk mill-pajjiż terz, mill-grupp ta’ pajjiżi terzi jew mir-reġjun f’pajjiż terz fejn l-elettriku kien prodott.

4.2.1.   Valuri prestabbiliti speċifiċi għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz

Il-valuri prestabbiliti speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti għall-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 fil-pajjiż terz, fil-grupp ta’ pajjiżi terzi jew fir-reġjun f’pajjiż terz, abbażi tal-aħjar data disponibbli għall-Kummissjoni.

4.2.2.   Valuri prestabbiliti alternattivi

Meta valur prestabbilit speċifiku ma jkunx disponibbli għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi, jew reġjun f’pajjiż terz, il-valur prestabbilit alternattiv għall-elettriku għandu jiġi stabbilit għall-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 fl-Unjoni.

Meta jista’ jintwera, fuq il-bażi ta’ data affidabbli, li l-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 f’pajjiż terz, fi grupp ta’ pajjiżi terzi, jew reġjun f’pajjiż terz, ikun anqas mill-valur prestabbilit speċifiku determinat mill-Kummissjoni jew inqas mill-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 fl-Unjoni, jista’ jintuża valur prestabbilit alternattiv ibbażat fuq dak il-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 għal dak il-pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz.

4.3   Valuri prestabbiliti għall-emissjonijiet indiretti integrati

Il-valuri prestabbiliti għall-emissjonijiet indiretti integrati f’oġġett prodott f’pajjiż terz għandhom jiġu ddeterminati fuq valur prestabbilit ikkalkulat fuq il-medja, jew tal-fattur ta’ emissjoni tal-grilja tal-elettriku tal-Unjoni, tal-fattur ta’ emissjoni tal-grilja tal-elettriku tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 tas-sorsi li jiffissaw il-prezzijiet fil-pajjiż tal-oriġini, tal-elettriku użat għall-produzzjoni ta’ dak l-oġġett.

Meta pajjiż terz, jew grupp ta’ pajjiżi terzi, juru lill-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ data affidabbli, li l-fattur medju ta’ emissjoni tat-taħlita tal-enerġija elettrika jew il-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 ta’ sorsi li jiffissaw il-prezzijiet fil-pajjiż terz jew fil-grupp ta’ pajjiżi terzi jkun anqas mill-valur prestabbilit għall-emissjonijiet indiretti, għandu jiġi stabbilit valur prestabbilit alternattiv ibbażat fuq dak il-fattur medju ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għal dan il-pajjiż jew grupp ta’ pajjiżi.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2025, att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 7(7) biex tispeċifika aktar liema mill-metodi ta’ kalkolu determinati f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-valuri prestabbiliti. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha fuq l-aktar data aġġornata u affidabbli, inkluż fuq data miġbura waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, fir-rigward tal-kwantità ta’ elettriku użat għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I, kif ukoll il-pajjiż tal-oriġini, is-sors tal-ġenerazzjoni u l-fatturi ta’ emissjoni relatati ma’ dak l-elettriku. Il-metodu ta’ kalkolu speċifiku għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-aktar mod xieraq biex jintlaħqu ż-żewġ kriterji li ġejjin:

il-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

l-iżgurar tal-integrità ambjentali tas-CBAM.

5.   IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET INTEGRATI REALI FL-ELETTRIKU IMPORTAT

Dikjarant awtorizzat CBAM jista’ japplika emissjonijiet integrati reali minflok valuri prestabbiliti għall-kalkolu msemmi fl-Artikolu 7(3) jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kumulattivi li ġejjin:

(a)

il-kwantità ta’ elettriku li għaliha jintalab l-użu ta’ emissjonijiet integrati reali tkun koperta minn ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija bejn id-dikjarant awtorizzat CBAM u produttur tal-elettriku li jinsab f’pajjiż terz;

(b)

l-installazzjoni li tipproduċi l-elettriku tkun jew direttament konnessa mas-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni jew jista’ jintwera li fil-ħin tal-esportazzjoni, ma kien hemm l-ebda konġestjoni fiżika tan-network fi kwalunkwe punt fin-network bejn l-installazzjoni u s-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni;

(c)

l-installazzjoni li tipproduċi l-elettriku ma tirrilaxxax aktar minn 550 gramma ta’ CO2 ta’ oriġini fossili għal kull kilowatt-siegħa ta’ elettriku;

(d)

il-kwantità ta’ elettriku li għaliha jintalab l-użu tal-emissjonijiet integrati reali jkun ġie nnominat b’mod deċiż għall-kapaċità ta’ interkonnessjoni allokata mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni responsabbli kollha fil-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni u, jekk rilevanti, kull pajjiż ta’ tranżitu, u l-kapaċità nominata u l-produzzjoni tal-elettriku mill-installazzjoni jirreferu għall-istess perjodu ta’ żmien li ma għandux ikun itwal minn siegħa;

(e)

l-issodisfar tal-kriterji ta’ hawn fuq jiġi ċċertifikat minn verifikatur akkreditat, li għandu jirċievi mill-inqas rapporti interim ta’ kull xahar li juru kif dawk il-kriterji huma ssodisfati.

Il-kwantità akkumulata ta’ elettriku skont il-ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija u l-emissjonijiet integrati reali korrispondenti tagħha għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-fattur ta’ emissjoni tal-pajjiż jew tal-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 użat għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti integrati tal-enerġija elettrika fl-oġġetti f’konformità mal-punt 4.3, rispettivament.

6.   IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET INTEGRATI REALI GĦALL-EMISSJONIJIET INDIRETTI

Dikjarant awtorizzat CBAM jista’ japplika emissjonijiet integrati reali minflok valuri prestabbiliti għall-kalkolu msemmi fl-Artikolu 7(4) jekk ikun jista’ juri rabta teknika diretta bejn l-installazzjoni li fiha jiġi prodott l-oġġett importat u s-sors tal-ġenerazzjoni tal-elettriku jew jekk l-operatur ta’ dik l-installazzjoni jkun ikkonkluda ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija ma’ produttur tal-elettriku li jinsab f’pajjiż terz għal kwantità ta’ elettriku li tkun ekwivalenti għall-kwantità li għaliha jintalab l-użu ta’ valur speċifiku.

7.   L-ADATTAMENT TAL-VALURI PRESTABBILITI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(2) IBBAŻATI FUQ KARATTERISTIĊI SPEĊIFIĊI GĦAR-REĠJUN

Il-valuri prestabbiliti jistgħu jiġu adattati għal żoni u reġjuni partikolari f’pajjiżi terzi fejn jipprevalu karatteristiċi speċifiċi f’termini ta’ fatturi oġġettivi ta’ emissjoni. Meta data adattata għal dawk il-karatteristiċi lokali speċifiċi tkun disponibbli u jkunu jistgħu jiġu determinati valuri prestabbiliti aktar immirati, jistgħu jintużaw dawn tal-aħħar.

Meta d-dikjaranti ta’ oġġetti li joriġinaw f’pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi, jew reġjun f’pajjiż terz jistgħu juru, fuq il-bażi ta’ data affidabbli, li adattamenti alternattivi speċifiċi għar-reġjun tal-valuri prestabbiliti huma inqas mill-valuri prestabbiliti determinati mill-Kummissjoni, jistgħu jintużaw tali adattamenti speċifiċi għar-reġjun.


(1)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).


ANNESS V

Rekwiżiti ta’ żamma tal-kotba għall-informazzjoni użata għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati għall-fini tal-Artikolu 7(5)

1.   ID-DATA MINIMA LI GĦANDHA TINŻAMM MINN DIKJARANT AWTORIZZAT CBAM GĦALL-OĠĠETTI IMPORTATI:

1.

Id-data li tidentifika d-dikjarant awtorizzat CBAM:

(a)

l-isem;

(b)

in-numru tal-kont tas-CBAM.

2.

id-data dwar l-oġġetti importati:

(a)

it-tip u l-kwantità ta’ kull tip ta’ oġġett;

(b)

il-pajjiż tal-oriġini;

(c)

l-emissjonijiet reali jew il-valuri prestabbiliti.

2.   ID-DATA MINIMA LI GĦANDHA TINŻAMM MINN DIKJARANT AWTORIZZAT CBAM GĦALL-EMISSJONIJIET INTEGRATI FL-OĠĠETTI IMPORTATI LI HUMA DETERMINATI FUQ IL-BAŻI TAL-EMISSJONIJIET REALI

Għal kull tip ta’ oġġetti importati meta l-emissjonijiet integrati huma determinati abbażi ta’ emissjonijiet reali, għandha tinżamm id-data addizzjonali li ġejja:

(a)

l-identifikazzjoni tal-installazzjoni fejn ikunu ġew prodotti l-oġġetti;

(b)

l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur tal-installazzjoni fejn ikunu ġew prodotti l-oġġetti;

(c)

ir-rapporti ta’ verifika kif stabbilit fl-Anness VI;

(d)

l-emissjonijiet speċifiċi integrati tal-oġġetti.


ANNESS VI

Il-prinċipji tal-verifika u l-kontenut tar-rapporti ta’ verifika għall-finijiet tal-Artikolu 8

1.   IL-PRINĊIPJI TAL-VERIFIKA

Għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)

il-verifikaturi għandhom iwettqu l-verifiki b’attitudni ta’ xettiċiżmu professjonali;

(b)

l-emissjonijiet integrati totali li għandhom jiġu ddikjarati fid-dikjarazzjoni CBAM għandhom jitqiesu bħala vverifikati biss jekk il-verifikatur isib b’aċċertament raġonevoli li r-rapport ta’ verifika ma jkunx fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali u nonkonformitajiet materjali fir-rigward tal-kalkolu tal-emissjonijiet integrati f’konformità mar-regoli tal-Anness IV;

(c)

iż-żjarat mill-verifikatur fl-installazzjoni għandhom ikunu obbligatorji ħlief meta jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi biex ma ssirx iż-żjara fl-installazzjoni;

(d)

biex jiddeċiedi jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet humiex materjali, il-verifikatur għandu juża s-sollijiet mogħtija mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 8(3).

Għall-parametri li għalihom ma huma determinati ebda sollijiet bħal dawn, il-verifikatur għandu juża l-ġudizzju espert dwar jekk dikjarazzjonijiet skorretti jew nonkonformitajiet, individwalment jew meta jiġu aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti jew nonkonformitajiet oħra, iġġustifikati mid-daqs u n-natura tagħhom, għandhomx jitqiesu materjali.

2.   IL-KONTENUT TAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA

Il-verifikatur għandu jħejji rapport ta’ verifika li jistabbilixxi l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti u jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-ħidma mwettqa u li jinkludi, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identifikazzjoni tal-installazzjonijiet fejn ikunu ġew prodotti l-oġġetti;

(b)

l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur tal-installazzjonijiet fejn ikunu ġew prodotti l-oġġetti;

(c)

il-perjodu ta’ rapportar applikabbli;

(d)

l-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-verifikatur;

(e)

in-numru tal-akkreditament tal-verifikatur, u l-isem tal-korp ta’ akkreditament;

(f)

id-data taż-żjarat fl-installazzjonijiet, jekk applikabbli, jew ir-raġunijiet għaliex ma tkunx saret żjara f’installazzjoni;

(g)

il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ oġġetti ddikjarati prodotti fil-perjodu ta’ rappurtar;

(h)

il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar;

(i)

deskrizzjoni dwar kif l-emissjonijiet tal-installazzjoni huma attribwiti għal tipi differenti ta’ oġġetti;

(j)

informazzjoni kwantitattiva dwar l-oġġetti, l-emissjonijiet u l-flussi tal-enerġija mhux assoċjati ma’ dawk l-oġġetti;

(k)

fil-każ ta’ oġġetti kumplessi:

(i)

il-kwantitajiet ta’ kull materjal ta’ input (prekursur) użat;

(ii)

l-emissjonijiet integrati speċifiċi assoċjati ma’ kull wieħed mill-materjali ta’ input (prekursuri) użati;

(iii)

jekk jintużaw emissjonijiet reali: l-identifikazzjoni tal-installazzjonijiet fejn il-materjal ta’ input (prekursur) ġie prodott u l-emissjonijiet reali mill-produzzjoni ta’ dak il-materjal;

(l)

id-dikjarazzjoni tal-verifikatur li tikkonferma li jkun sab b’aċċertament raġonevoli li r-rapport ma jkunx jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti materjali u nonkonformitajiet materjali fir-rigward tar-regoli tal-kalkolu tal-Anness IV;

(m)

informazzjoni dwar dikjarazzjonijiet skorretti materjali misjuba u kkoreġuti;

(n)

informazzjoni dwar nonkonformitajiet materjali mar-regoli tal-kalkolu stipulati fl-Anness IV, misjuba u kkoreġuti.