14.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/38


REGOLAMENT (UE) 2021/1153 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2021

li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 172 u 194 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, sabiex tistimola l-ħolqien tal-impjiegi u biex tirrispetta impenji fit-tul ta’ dekarbonizzazzjoni, l-Unjoni teħtieġ infrastruttura tal-aktar teknoloġija reċenti, multimodali u bi prestazzjoni għolja fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali li tikkontribwixxi biex tikkollega u tintegra l-Unjoni u l-gżejjer u r-reġjuni kollha tagħha, inklużi dawk ir-reġjuni tagħha li huma mbegħdin, ultraperiferiċi, periferali, muntanjużi kif ukoll dawk b’popolazzjoni baxxa. Jenħtieġ li dawn il-konnessjonijiet jgħinu biex itejbu l-moviment ħieles tal-persuni, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi. Jenħtieġ li n-networks trans-Ewropej jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntiera, irawmu aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva u sostenibbli kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(2)

L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (il-“FNE”) huwa li tħaffef l-investiment fil-qasam tan-networks trans-Ewropej u li tagħti spinta lill-fondi mis-settur pubbliku u dak privat, filwaqt li żżid iċ-ċertezza legali u tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Jenħtieġ li l-FNE tagħti lok kemm jista’ jkun għal sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, biex b’hekk tissaħħaħ l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u jiġu minimizzati l-kostijiet tal-implimentazzjoni.

(3)

Jenħtieġ li l-FNE tikkontribwixxi wkoll għall-azzjoni tal-Unjoni kontra t-tibdil fil-klima u tappoġġa proġetti sostenibbli mill-aspett ambjentali u soċjali, inkluż, fejn xieraq, azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. B’mod partikolari, jenħtieġ li jissaħħu l-kontribut tal-FNE għall-kisba tal-miri u tal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (4) (“il-Ftehim ta’ Pariġi”) kif ukoll il-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030 u l-għan tad-dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(4)

Il-FNE għandha tiggarantixxi livell għoli ta’ trasparenza u tiżgura konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali.

(5)

Dan ir-Regolament, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, huwa maħsub li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ azzjonijiet b’mira klimatika u għall-kisba ta’ mira kumplessiva ta’ mill-inqas 30 % tal-infiq baġitarju tal-Unjoni b’appoġġ għall-għanijiet klimatiċi. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi lejn l-ambizzjoni li jiġu impenjati 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-“QFP”) 2021-2027 għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u 10 % tal-infiq annwali taħt il-QFP 2021-2027 għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u l-2027 filwaqt li jittieħed kont tas-sovrapożizzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk relatati mal-bijodiversità. Permezz tal-azzjonijiet tagħha, il-FNE għandha tikkontribwixxi 60 % tal-pakkett finanzjarju globali tagħha għall-għanijiet klimatiċi, abbażi fost l-oħrajn koeffiċjenti li ġejjin: (i) 100 % għan-nefqa relatata mal-infrastruttura ferrovjarja, mal-infrastruttura tal-iċċarġjar, mal-fjuwils alternattivi u sostenibbli, mat-trasport urban nadif, mat-trażmissjoni tal-elettriku, mal-ħżin tal-elettriku, mal-grilji intelliġenti, mat-trasport tas-CO2 u mal-enerġija rinnovabbli; (ii) 40 % għall-passaġġi fuq l-ilmijiet interni u għat-trasport multimodali, kif ukoll għall-infrastruttura tal-gass, bil-kondizzjoni li dan jagħti lok għal żieda fl-użu tal-idroġenu rinnovabbli jew tal-bijometan. Jenħtieġ li l-koeffiċjenti applikati għat-traċċar tal-infiq dettaljat fuq il-klima jkunu konsistenti ma’ dawk stipulati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), fejn applikabbli. L-azzjonijiet rilevanti ser jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FNE, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta’ rieżami rilevanti. Sabiex jiġi evitat li l-infrastruttura tkun vulnerabbli għal effetti potenzjali fit-tul mit-tibdil fil-klima, u sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kaġunati mill-proġett jiġi inkluż fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, il-proġetti appoġġati mill-FNE jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-protezzjoni klimatika, fejn rilevanti, skont il-gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b’mod koerenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni trid timmira li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa. Jenħtieġ li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, kif ukoll l-ugwaljanza fid-drittijiet u l-opportunitajiet għal kulħadd, u l-integrazzjoni ta’ dawk l-objettivi, jkunu kkunsidrati kif ukoll promossi, matul il-valutazzjoni, it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ kollha tal-FNE.

(7)

Sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi ta’ rapportar, fir-rigward tal-użu ta’ fondi tal-Unjoni biex jiġu appoġġati l-miżuri meħuda bil-għan li jkun hemm konformità mal-għanijiet tad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jenħtieġ li tiġi ntraċċata n-nefqa relatata mat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew tal-inkwinanti tal-arja skont dik id-Direttiva.

(8)

Għan importanti tal-FNE huwa li jinħolqu aktar sinerġiji u kumplimentarjetà bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-FNE tipprevedi l-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma li jkunu kapaċi jindirizzaw oqsma speċifiċi ta’ intervent, pereżempju fir-rigward tal-mobilità konnessa u awtomatizzata jew il-karburanti alternattivi sostenibbli. L-attivazzjoni tal-komunikazzjoni diġitali tista’ tikkostitwixxi parti integrali ta’ proġett ta’ interess komuni fil-qasam tal-enerġija u tat-trasport. Barra minn hekk, f’kull settur, jenħtieġ li l-FNE tipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu eliġibbli ċerti komponenti sinerġetiċi li jagħmlu parti minn settur ieħor, fejn tali approċċ itejjeb il-benefiċċju soċjoekonomiku tal-investiment. Is-sinerġiji bejn is-setturi jenħtieġ li jiġu inċentivati permezz tal-kriterji tal-għoti għall-għażla tal-azzjonijiet, kif ukoll permezz ta’ żieda fil-kofinanzjament.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi linji gwida għan-network trans-Ewropew tat-trasport (“TEN-T”) (“linji gwida tat-TEN-T”) li jidentifikaw l-infrastruttura tat-TEN-T, jispeċifikaw ir-rekwiżiti li jridu jissodisfaw u jipprevedu miżuri għall-implimentazzjoni tat-TEN-T. B’mod partikolari, dawk il-linji gwida jipprevedu t-tlestija tan-network ewlieni sal-2030 permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida kif ukoll l-aġġornament u r-riabilitazzjoni sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-network.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-konnettività fl-Unjoni kollha, l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni fis-settur tat-trasport li huma ffinanzjati mill-FNE, jenħtieġ li jibnu fuq il-komplementarjetà tal-modi kollha tat-trasport sabiex jipprevedu networks effiċjenti, interkonnessi u multimodali. Dan jenħtieġ li jinkludi toroq f’dawk l-Istati Membri fejn għad hemm ħtieġa sinifikanti għal investiment sabiex jitlesta n-network tat-toroq ewlieni TEN-T tagħhom.

(11)

F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (ir-“Regolament Finanzjarju”), tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja. Madankollu, l-ispejjeż imġarrba qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja mhumiex eliġibbli, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-appoġġ tal-Unjoni li tista’ tkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli, għal perijodu limitat ta’ żmien fil-bidu tal-QFP 2021-2027, li l-ispejjeż imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament li jkunu diġà bdew jitqiesu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anke jekk dawk l-ispejjeż ikunu ġġarrbu qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja.

(12)

Sabiex jitwettqu l-għanijiet stabbiliti fil-linji gwida tat-TEN-T, jenħtieġ li jiġu appoġġati, bħala prijorità, il-proġetti tat-TEN-T li għaddejjin, kif ukoll il-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin u li jiġi żgurat, fejn applikabbli, li l-azzjonijiet appoġġati huma konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u mal-iżvilupp ġenerali tan-network rigward il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà.

(13)

B’mod partikolari, l-użu sħiħ tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (“ERTMS”, European Rail Traffic Management System) fuq in-network ewlieni sal-2030, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, teħtieġ li jiżdied l-appoġġ fil-livell Ewropew u li tiġi inċentivata l-parteċipazzjoni ta’ investituri privati.

(14)

Barra minn hekk, il-konnessjoni tal-ajruporti man-network ewlieni TEN-T hija prekondizzjoni importanti għat-tlestija b’suċċess tan-network ewlieni TEN-T u sabiex tkun żgurata l-intermodalità effettiva. Għalhekk, għandha tingħata prijorità għall-istabbiliment ta’ tali konnessjonijiet fejn dawn huma nieqsa.

(15)

Għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet transfruntiera, jenħtieġ livell għoli ta’ integrazzjoni fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni. Mingħajr ma tingħata prijorità lill-ebda wieħed mill-eżempji li ġejjin, din l-integrazzjoni tista’ tintwera permezz tal-istabbiliment ta’ kumpannija bi proġett uniku, struttura ta’ governanza konġunta, impriża konġunta, qafas legali bilaterali, qafas legali bbażat fuq att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, jew kwalunkwe forma oħra ta’ kooperazzjoni. L-istabbiliment ta’ strutturi ta’ ġestjoni integrata, inkluż impriżi konġunti, jenħtieġ li jiġu mħeġġa, anki permezz ta’ livell ogħla ta’ kofinanzjament.

(16)

Miżuri ta’ simplifikazzjoni biex imexxu ’l quddiem it-twettiq tat-TEN-T, li bħalissa qed jiġu żviluppati, jenħtieġ li jappoġġaw l-implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tat-trasport.

(17)

Sabiex jirrifletti ż-żieda fil-flussi tat-trasport u l-evoluzzjoni tat-TEN-T, jenħtieġ li jiġi adattat l-allinjament tal-kurituri tan-network ewlieni u s-sezzjonijiet tagħhom identifikati minn qabel. Tali adattamenti għall-kurituri tan-network ewlieni jenħtieġ li ma jaffettwawx it-tlestija tan-network ewlieni sal-2030, jenħtieġ li jtejbu l-kopertura tal-kurituri tat-territorju tal-Istati Membri u jenħtieġ li jkunu proporzjonati sabiex jippreservaw il-konsistenza u l-effiċjenza tal-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-kurituri. Għal dan il-għan, it-tul tal-kurituri tan-network ewlieni jenħtieġ li ma jiżdiedx b’iktar minn 15 %. Fi żmien debitu, l-allinjament tal-kurituri tan-network ewlieni jenħtieġ li jqis ir-riżultati tal-analiżi tal-implimentazzjoni tan-network ewlieni kif previst mir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. L-analiżi jenħtieġ li tqis il-konnessjonijiet ferrovjarji reġjonali transfruntiera tat-TEN-T li ġew abbandunati jew żarmati, kif ukoll bidliet oħra fuq in-network komprensiv u l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

(18)

Huwa meħtieġ li jiġu promossi investimenti pubbliċi u privati fil-mezzi tat-trasport kollha sabiex tkun promossa mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura fl-Unjoni kollha. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-31 ta’ Mejju 2017 intitolata “L-Ewropa attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd”, il-Kummissjoni ppreżentat sensiela wiesgħa ta’ inizjattivi biex jagħmlu t-traffiku aktar sikur, biex iħeġġu tariffi intelliġenti għall-użu tat-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, biex jippromwovu l-mobilità konnessa u awtonoma, u biex jiżguraw kondizzjonijiet u ħinijiet ta’ mistrieħ xierqa għall-ħaddiema. Jenħtieġ li dawk l-inizjattivi jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn rilevanti permezz tal-FNE.

(19)

Il-linji gwida tat-TEN-T jirrikjedu, fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, li t-TEN-T jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha tat-trasport billi jistimula l-effiċjenza tal-enerġija u l-użu ta’ karburanti alternattivi filwaqt li jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) tistabbilixxi qafas komuni ta’ miżuri għall-installazzjoni ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi għall-modi kollha tat-trasport fl-Unjoni sabiex tiġi mnaqqsa kemm jista’ jkun id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u jittaffa l-impatt ambjentali tat-trasport. Dik id-Direttiva tirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-punti tal-iċċarġjar jew ta’ riforniment aċċessibbli lill-pubbliku jsiru disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2025. Kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2017 intitolata “It-twettiq ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha”, huwa meħtieġ sett komprensiv ta’ miżuri għall-promozzjoni ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi, inkluż l-appoġġ finanzjarju fejn il-kondizzjonijiet tas-suq ma jipprovdux inċentiv suffiċjenti.

(20)

Fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta’ Mejju 2018 intitolata “Mobilità Sostenibbli għall-Ewropa: sikura, konnessa u nadifa”, il-Kummissjoni ssottolinjat li l-vetturi awtomatizzati u s-sistemi ta’ konnettività avvanzata ser jagħmlu l-vetturi iktar sikuri, iktar faċli biex ikunu kondiviżi u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, inkluż dawk li jistgħu jkunu maqtugħin mis-servizzi tal-mobilità llum, bħall-anzjani u l-persuni b’mobilità mnaqqsa. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni pproponiet ukoll “Pjan ta’ Azzjoni Strateġika tal-UE dwar is-Sikurezza tat-Toroq” u l-emenda tad-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(21)

Sabiex ikun hemm titjib fit-tlestija ta’ proġetti tat-trasport f’partijiet inqas żviluppati tan-network, jenħtieġ li mill-Fond ta’ Koeżjoni regolat mir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) tiġi ttrasferita allokazzjoni lill-FNE għall-finanzjament ta’ proġetti tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni. F’fażi inizjali, fir-rigward ta’ 70 % tal-pakkett trasferit, l-allokazzjoni għal proġetti eliġibbli għall-finanzjament jenħtieġ li tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta’ Koeżjoni. It-30 % li jifdal mill-pakkett ittrasferit jenħtieġ li jkunu allokati fuq bażi kompetittiva għall-ikbar numru possibbli ta’ proġetti fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni, bi prijorità għall-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu trattati ugwalment, u jenħtieġ li jittieħed debitament kont ta’ żvantaġġi li jirriżultaw minn vulnerabbiltajiet ġeografiċi permanenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw sensiela xierqa ta’ proġetti eliġibbli, b’mod partikolari billi jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kkonċernati.

(22)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill Ewropew qabel li, fil-kuntest usa’ tal-QFP 2021-2027, għandu jintuża ammont ta’ EUR 1 384 000 000 (fi prezzijiet tal-2018) mill-FNE għat-tlestija ta’ konnessjonijiet ferrovjarji transkonfinali kbar neqsin bejn il-pajjiżi ta’ koeżjoni biex jiġi appoġġat il-funzjonament tas-suq intern u li r-regoli ta’ kofinanzjament tat-trasferiment mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-FNE għandhom japplikaw għal dak l-ammont.

(23)

Wara l-Komunikazzjoni Konġunta tal-10 ta’ Novembru 2017 intitolata “Intejbu l-Mobilità Militari fl-Unjoni Ewropea”, il-Komunikazzjoni Konġunta tat-28 ta’ Marzu 2018 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobilità Militari enfasizzat li l-politika dwar l-infrastruttura tat-trasport toffri opportunità ċara biex jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet ta’ difiża u t-TEN-T, bl-għan ġenerali li titjieb il-mobilità militari madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-bilanċ ġeografiku u l-benefiċċji potenzjali għall-protezzjoni ċivili. Fl-2018, skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobilità Militari, il-Kunsill qies u vvalida r-rekwiżiti militari b’rabta mal-infrastruttura tat-trasport u, fl-2019, is-servizzi tal-Kummissjoni identifikaw il-partijiet tat-TEN-T li huma xierqa għal użu doppju, inkluż l-aġġornamenti neċessarji tal-infrastruttura eżistenti. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ użu doppju jiġi implimentat permezz tal-FNE abbażi ta’ programmi ta’ ħidma, b’kont meħud tar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobilità Militari u ta’ kwalunkwe lista indikattiva oħra ta’ proġetti ta’ prijorità li jiġu identifikati mill-Istati Membri skont dak il-Pjan.

(24)

Il-linji gwida tat-TEN-T jirrikonoxxu li n-network komprensiv jiżgura l-aċċessibbiltà u l-konnettività tal-gżejjer u r-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi r-reġjuni li huma mbegħdin u ultraperiferiċi. Barra minn hekk, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta’ Ottubru 2017 intitolata “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtiġijiet speċifiċi tal-enerġija u diġitali tat-trasport fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ħtieġa li jingħata finanzjament adegwat mill-Unjoni biex dawk il-ħtiġijiet jiġu sodisfatti, inkluż permezz tal-FNE billi jiġu applikati r-rati ta’ kofinanzjament sa massimu ta’ 70 %.

(25)

Meta jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ investiment sinifikanti li jridu jiġu sodisfatti biex isir progress biex jitlesta n-network ewlieni TEN-T sal-2030 (stmat għal EUR 350 biljun matul l-2021-2027), biex jitlesta in-network komprensiv TEN-T sal-2050 u l-investimenti għad-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni urbani (stmati ta’ EUR 700 biljun matul l-2021-2027), jixraq li jsir l-aktar użu effiċjenti mid-diversi programmi u strumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni, u b’hekk jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-investimenti appoġġati mill-Unjoni. Dan jinkiseb permezz ta’ proċess ta’ investiment razzjonalizzat, li jsaħħaħ il-viżibbiltà tar-riżerva ta’ proġetti tat-trasport u l-konsistenza fost programmi rilevanti tal-Unjoni, speċifikament il-FNE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Programm InvestEU. B’mod partikolari, jenħtieġ li jitqiesu, fejn rilevanti, il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kif iddettaljati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(26)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jidentifika l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jeħtieġu jiġu implimentati sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima, jidentifika l-proġetti ta’ interess komuni neċessarji biex jiġu implimentati dawk il-prijoritajiet u jistipula miżuri rigward l-għoti ta’ permessi, l-involviment pubbliku u regolamentazzjoni sabiex titħaffef u/jew tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dawk il-proġetti, inkluż kriterji għall-eliġibbiltà ta’ tali proġetti għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. L-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni b’mod konformi ma’ dak ir-Regolament ser tkompli ssegwi l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, bil-proġetti jiġu vvalutati fuq il-bażi ta’ xenarji ta’ domanda għall-enerġija li huma kompletament konsistenti mal-miri tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija u l-klima.

(27)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) tenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta’ abilitazzjoni li jinkludi l-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b’referenza espliċita għall-abilitazzjoni ta’ azzjonijiet li jappoġġaw il-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

(28)

Filwaqt li t-tlestija tal-infrastruttura tan-network tibqa’ l-prijorità sabiex jinkiseb l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, l-integrazzjoni ta’ kooperazzjoni transfruntiera fl-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp ta’ sistema tal-enerġija intelliġenti u effiċjenti li tinkludi soluzzjonijiet ta’ ħżin u ta’ rispons għad-domanda li jgħinu biex jibbilanċjaw il-grilja jirriflettu l-approċċ adottat skont il-pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha b’responsabbiltà kollettiva biex tintlaħaq mira ambizzjuża għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u l-kuntest ta’ politika mibdul, li jiżgura tranżizzjoni ġusta u adegwata, b’għanijiet ambizzjużi ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(29)

Teknoloġiji infrastrutturali innovattivi li jippermettu t-tranżizzjoni lejn sistemi ta’ enerġija u ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi u li jtejbu s-sigurtà tal-provvista, filwaqt li jfittxu li jiksbu aktar indipendenza fl-enerġija għall-Unjoni, huma essenzjali fid-dawl tal-aġenda tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. B’mod partikolari, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-23 ta’ Novembru 2017 intitolata “It-tisħiħ tan-networks tal-enerġija tal-Ewropa”, il-Kummissjoni enfasizzat li, minħabba li l-enerġija rinnovabbli ser tikkostitwixxi nofs il-ġenerazzjoni tal-elettriku sal-2030, ir-rwol tal-elettriku ser ikun aktar u aktar li jmexxi ’l quddiem id-dekarbonizzazzjoni tas-setturi li s’issa kienu ddominati mill-karburanti fossili, bħat-trasport, l-industrija u t-tisħin u t-tkessiħ u li għaldaqstant, l-attenzjoni taħt il-politika tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea trid tkun fuq proġetti ta’ interkonnessjonijiet tal-elettriku, ta’ ħażniet tal-elettriku, ta’ grilji intelliġenti, u investimenti fl-infrastruttura għall-gass. It-teknoloġiji u l-proġetti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi jenħtieġ li jingħataw kunsiderazzjoni xierqa u prijorità bħala sostenn tal-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni, l-integrazzjoni tas-suq intern u s-sigurtà tal-provvista. Il-Kummissjoni ser timmira li żżid in-numru ta’ proġetti ta’ grilji intelliġenti transfruntiera, ta’ ħażna innovattiva kif ukoll proġetti ta’ trasport ta’ CO2 li għandhom jiġu appoġġati taħt il-FNE.

(30)

Proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jippermettu l-użu kosteffikaċi ta’ enerġija rinnovabbli fl-Unjoni u l-kisba tal-mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ mill-inqas 32 % ta’ enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u għandhom jikkontribwixxu għall-adozzjoni strateġika ta’ teknoloġiji innovattivi fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Eżempji illustrattivi ta’ teknoloġiji eliġibbli jinkludu l-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli minn enerġija mir-riħ u mix-xemx kemm fuq l-art kif ukoll barra mix-xtut, bijomassa sostenibbli, enerġija mill-oċeani, enerġija ġeotermika jew taħlita ta’ dawn, il-konnessjoni tagħhom mal-grilja u elementi addizzjonali bħal faċilitajiet ta’ ħżin jew ta’ konverżjoni. L-azzjoni eliġibbli mhix biss limitata għas-settur tal-elettriku u tista’ tkopri portaturi oħra tal-enerġija u akkoppjament potenzjali tas-settur, pereżempju, mat-tisħin u t-tkessiħ, il-gass bl-elettriku, il-ħżin u t-trasport. Din il-lista mhix eżawrjenti sabiex tinżamm il-flessibbiltà fir-rigward tal-progress u l-iżviluppi teknoloġiċi. Proġetti bħal dawn ma jinvolvux neċessarjament konnessjoni fiżika bejn l-Istati Membri li jkunu qed jikkooperaw. Dawk il-proġetti jistgħu jinsabu fit-territorju ta’ wieħed biss mill-Istati Membri involuti, dment li jkunu japplikaw il-kriterji ġenerali tal-parti IV tal-Anness għal dan ir-Regolament.

(31)

Sabiex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u d-dħul fis-suq tal-proġetti, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Fis-settur tal-enerġija, fin-nuqqas ta’ dħul suffiċjenti fis-suq ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-baġit mhux użat previst għal proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jenħtieġ li jintuża biex jitwettqu l-għanijiet tan-networks tal-enerġija trans-Ewropej għal azzjonijiet relatati ma’ proġetti ta’ interess komuni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013, qabel ma jiġi kkunsidrat użu possibbli tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(32)

Huwa meħtieġ appoġġ għall-proġetti tal-grilja intelliġenti li jintegraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-konsum tal-elettriku billi jużaw il-ġestjoni ta’ sistema f’ħin reali u jinfluwenzaw il-flussi transfruntiera tal-enerġija. L-appoġġ mill-FNE għal tali proġetti jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-rwol ċentrali tal-grilji intelliġenti fit-tranżizzjoni tal-enerġija u jenħtieġ li jgħin biex jingħelbu l-lakuni fil-finanzjament li bħalissa qed jostakolaw l-investiment favur l-użu fuq skala kbira tat-teknoloġija tal-grilji intelliġenti.

(33)

Fil-kuntest tal-appoġġ tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni speċjali lill-interkonnessjonijiet transfruntiera tal-enerġija, inkluż dawk meħtieġa biex tintlaħaq il-mira tal-interkonnessjoni tal-elettriku ta’ 10 % għall-2020 u l-mira ta’ 15 % għall-2030 stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1999. L-użu tal-interkonnetturi tal-elettriku huwa kruċjali għall-integrazzjoni tas-swieq u sabiex jintemm l-iżolament enerġetiku billi tkun ammessa aktar enerġija rinnovabbli fis-sistema u b’hekk jinkisbu benefiċċji mill-portafoll differenti tagħhom f’termini ta’ domanda u ta’ provvista tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll min-networks ta’ enerġija mir-riħ barra ix-xtut u l-grilji intelliġenti u għall-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha f’suq tal-enerġija flessibbli u kompetittiv.

(34)

Il-kisba tas-Suq Uniku Diġitali tiddependi fuq l-infrastruttura ta’ konnettività diġitali sottostanti. Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-modernizzazzjoni ta’ setturi bħat-trasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika tiddependi fuq l-aċċess universali għal networks affidabbli, affordabbli, kemm ta’ kapaċità għolja kif ukoll ta’ kapaċità għolja ħafna. Il-konnettività diġitali saret waħda mill-fatturi deċiżivi għall-għeluq ta’ distakki ekonomiċi, soċjali u territorjali, billi tappoġġa l-modernizzazzjoni ta’ ekonomiji lokali u tirfed id-diversifikazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent tal-FNE fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali jenħtieġ li jkun aġġustat sabiex jirrifletti ż-żieda fl-importanza tiegħu għall-ekonomija u għas-soċjetà b’mod ġenerali. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proġetti ta’ infrastruttura tal-konnettività diġitali ta’ interess komuni meħtieġa biex jitwettqu l-għanijiet tas-Suq Uniku Diġitali tal-Unjoni u li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(35)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Settembru 2016 intitolata “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” (l-“Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits”) tistabbilixxi għanijiet strateġiċi għall-2025 bil-għan li jiġi ottimizzat l-investiment fl-infrastruttura tal-konnettività diġitali. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) timmira fost l-oħrajn li toħloq ambjent regolatorju li jinċentiva l-investimenti privati fin-networks ta’ konnettività diġitali. Madankollu huwa ċar li l-użu tan-network ser jibqa’ kummerċjalment mhux vijabbli f’ħafna żoni madwar l-Unjoni minħabba diversi fatturi bħad-distanza u speċifiċitajiet territorjali jew ġeografiċi u densità tal-popolazzjoni baxxa u diversi fatturi soċjoekonomiċi, u għalhekk jeħtieġ b’mod urġenti attenzjoni aktar mill-qrib. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-FNE tiġi aġġustata biex tikkontribwixxi għall-kisba ta’ dawk l-għanijiet strateġiċi stipulati fl-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits li jimmiraw li jikkontribwixxu għal bilanċ bejn l-iżviluppi rurali u urbani, u, b’mod li tikkomplementa l-appoġġ ipprovdut għall-użu ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna minn programmi oħra, b’mod partikolari l-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Programm InvestEU.

(36)

Filwaqt li n-networks ta’ konnettività diġitali kollha li huma konnessi mal-Internet huma intrinsikament trans-Ewropej, li huwa dovut prinċipalment għall-funzjonament tal-applikazzjonijiet u s-servizzi li jabilitaw, il-prijorità għall-appoġġ permezz tal-FNE jenħtieġ li tingħata lil azzjonijiet bl-ogħla impatt mistenni fuq is-Suq Uniku Diġitali, fost l-oħrajn permezz tal-allinjament tagħhom mal-għanijiet tal-Istrateġija għal Soċjetà tal-Gigabits, kif ukoll fuq it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà, b’kunsiderazzjoni tan-nuqqasijiet tas-suq u tal-ostakli għall-implimentazzjoni osservati.

(37)

L-iskejjel, l-universitajiet, il-libreriji, l-amministrazzjonijiet lokali, reġjonali jew nazzjonali, il-fornituri ewlenin tas-servizzi pubbliċi, l-isptarijiet u ċ-ċentri mediċi, iċ-ċentri tat-trasport u impriżi diġitalment intensivi, huma entitajiet u postijiet li jistgħu jinfluwenzaw żviluppi soċjoekonomiċi importanti fiż-żoni li jinsabu fihom, inkluż iż-żoni rurali u ż-żoni b’popolazzjoni baxxa. Dawn il-muturi soċjoekonomiċi jenħtieġ li jkunu fil-quċċata tal-konnettività Gigabit sabiex jipprovdu aċċess għall-aqwa servizzi u applikazzjonijiet għall-unitajiet domestiċi, in-negozji u l-komunitajiet lokali fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-FNE tappoġġa l-aċċess lin-networks b’kapaċità għolja ħafna, inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata li jkunu jistgħu jipprovdu l-konnettività Gigabit għal dawk il-muturi soċjoekonomiċi bl-għan li jimmassimizza l-effetti sekondarji pożittivi tagħhom fuq l-ekonomija u s-soċjetà usa’ fiż-żoni tagħhom, inkluż bil-ħolqien ta’ domanda usa’ għall-konnettività u s-servizzi.

(38)

It-territorji mhux konnessi fiż-żoni kollha fl-Unjoni kollha kemm hi, jirrappreżentaw ostakli u potenzjal mhux sfruttat għas-Suq Uniku Diġitali. F’ħafna miż-żoni rurali u mbiegħda, il-konnettività tal-Internet ta’ kwalità għolja jista’ jkollha rwol essenzjali biex jiġi evitat id-distakk, l-iżolament u d-depopolazzjoni diġitali billi jonqsu l-ispejjeż għat-twassil tal-oġġetti u s-servizzi u fil-kumpens parzjali għad-distanza. Il-konnettività tal-Internet ta’ kwalità għolja hija meħtieġa għal opportunitajiet ekonomiċi ġodda bħall-biedja ta’ preċiżjoni jew l-iżvilupp ta’ bijoekonomija f’żoni rurali. Jenħtieġ li l-FNE tikkontribwixxi biex tipprovdi lill-unitajiet domestiċi kollha fl-Unjoni, kemm rurali jew urbani, konnettività fissa jew bla fili ta’ kapaċità għolja ħafna, billi tiffoka fuq dak l-użu li fir-rigward tiegħu huwa osservat grad ta’ nuqqas tas-suq li jista’ jkun indirizzat bl-użu ta’ għotjiet ta’ intensità baxxa. Jenħtieġ li s-sinerġiji tal-azzjonijiet appoġġati mill-FNE jiġu massimizzati, filwaqt li jitqiesu b’mod debitu l-livell ta’ konċentrazzjoni tal-muturi soċjoekonomiċi f’żona speċifika u l-livell ta’ finanzjament meħtieġ biex tiġi ġġenerata l-kopertura. Barra minn hekk, il-FNE jenħtieġ li jkollha l-għan li tikseb kopertura komprensiva tal-unitajiet domestiċi u tat-territorji, peress li ma jkunx ekonomiku li jiġu indirizzati l-lakuni f’qasam li diġà ġie kopert fi stadju aktar tard.

(39)

Barra minn hekk, fuq il-passi tas-suċċess tal-inizjattiva WiFi4EU, jenħtieġ li l-FNE tkompli tappoġġa l-provvediment ta’ konnettività lokali bla fili, bla ħlas, sikura u ta’ kwalità għolja f’ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż l-entitajiet b’missjoni pubblika bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri ta’ servizzi pubbliċi, kif ukoll fl-ispazji miftuħa aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, sabiex tippromwovi l-viżjoni diġitali tal-Unjoni fil-komunitajiet lokali.

(40)

L-infrastruttura diġitali hija opportunità importanti għall-innovazzjoni. Sabiex timmassimizza l-impatt tagħha, jenħtieġ li l-FNE tiffoka fuq il-finanzjament tal-infrastruttura diġitali. Is-servizzi u l-applikazzjonijiet diġitali individwali, bħal dawk li jinvolvu diversi teknoloġiji tar-reġistru distribwit jew li japplikaw l-intelliġenza artifiċjali, jenħtieġ li għalhekk ikunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-FNE u minflok jiġu indirizzati permezz ta’ strumenti oħra bħall-Programm Ewropa Diġitali, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), kif xieraq. Huwa importanti wkoll li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-programmi differenti.

(41)

Il-vijabbiltà tal-ġenerazzjoni li jmiss antiċipata ta’ servizzi diġitali, bħas-servizzi tal-“Internet tal-Oġġetti”, u applikazzjonijiet diġitali, li huma mistennija li jkunu ta’ benefiċċju sinifikanti f’diversi setturi u għas-soċjetà inġenerali, ser tkun teħtieġ kopertura transfruntiera mingħajr interruzzjoni b’sistemi 5G, b’mod partikolari biex l-utenti u l-oġġetti jkunu jistgħu jibqgħu konnessi meta jkunu mobbli. Madankollu, x-xenarji tal-qsim tal-ispejjeż għall-użu tal-5G f’dawk is-setturi għadhom mhux ċari, u r-riskji perċepiti tal-użu kummerċjali f’ċerti oqsma ewlenin huma għoljin ħafna. Il-kurituri tat-toroq u l-konnessjonijiet ferrovjarji huma mistennija li jkunu oqsma ewlenin għall-ewwel fażi tal-applikazzjonijiet il-ġodda fil-qasam tal-mobilità konnessa u għalhekk jikkostitwixxu proġetti transfruntiera vitali għall-finanzjament taħt il-FNE.

(42)

L-installazzjoni ta’ networks ċentrali ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż kejbils sottomarini li jgħaqqdu t-territorji Ewropej ma’ pajjiżi terzi f’kontinenti oħrajn jew li jgħaqqdu l-gżejjer Ewropej, ir-reġjuni ultraperiferiċi jew il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej, inkluż permezz tal-ilmijiet territorjali tal-Unjoni u ż-żoni ekonomiċi esklużivi tal-Istati Membri, huwa meħtieġ sabiex jiġi pprovdut it-tnaqqis meħtieġ għal infrastruttura tant essenzjali, sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-networks diġitali tal-Unjoni u biex jingħata kontribut għall-koeżjoni tat-territorju. Madankollu, tali proġetti spiss ma jkunux kummerċjalment vijabbli mingħajr l-appoġġ pubbliku. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun disponibbli appoġġ biex ir-riżorsi tal-informatika Ewropej bi prestazzjoni għolja jiġu kkomplementati b’konnessjonijiet b’kapaċità terabit adegwati.

(43)

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura ta’ konnettività diġitali jenħtieġ li jużaw l-aqwa teknoloġija xierqa disponibbli għall-proġett speċifiku, li toffri l-aqwa bilanċ bejn it-teknoloġiji l-iktar avvanzati f’termini ta’ kapaċità ta’ fluss tad-data, sigurtà tat-trażmissjoni, reżiljenza tan-network u kosteffiċjenza. Tali użi għandhom jiġu pprijoritizzati bħala programmi ta’ ħidma, b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-użu ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna jista’ jinkludi infrastruttura passiva, bl-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi kif ukoll ambjentali. Fl-aħħar nett, meta jiġu prijoritizzati azzjonijiet, ir-riperkussjonijiet pożittivi potenzjali f’termini ta’ konnettività ser jiġu kkunsidrati, pereżempju meta proġett implimentat jista’ jtejjeb l-argument għall-vijabbiltà għal użu futur li jwassal għal aktar kopertura ta’ territorji u popolazzjonijiet f’żoni li jkunu għadhom mhux koperti.

(44)

L-Unjoni żviluppat it-teknoloġija tagħha stess ta’ Pożizzjonament, Navigazzjoni u Sinkronizzazzjoni (PNT, Positioning, Navigation and Timing) (il-programmi Galileo u EGNOS), kif ukoll il-programm tagħha stess ta’ Osservazzjoni u monitoraġġ tad-dinja (Copernicus). Il-programmi Galileo u EGNOS kif ukoll il-programm Copernicus joffru servizzi avvanzati li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi importanti lill-utenti pubbliċi u privati. Għaldaqstant, kull infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija jew diġitali ffinanzjata mill-FNE, li tuża s-servizzi ta’ PNT jew ta’ Osservazzjoni tad-dinja, jenħtieġ li tkun teknikament kompatibbli ma’ dawk il-programmi.

(45)

Ir-riżultati pożittivi tal-ewwel sejħa għal proposti għall-finanzjament imħallat imnedija fil-qafas tal-programm attwali fl-2017, ikkonfermaw ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-użu tal-għotjiet tal-Unjoni għat-taħlit ma’ finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn Banek Promozzjonali Nazzjonali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi, u ta’ żvilupp oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament tas-settur privat u minn investituri tas-settur privat, inkluż permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati. It-taħlit jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġi attirat l-investiment privat u biex jiġi pprovdut il-leverage tal-kontribuzzjoni ġenerali tas-settur pubbliku, f’konformità mal-miri tal-Programm InvestEU. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-FNE tkompli tappoġġa azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati billi jiġu kkombinati għotjiet tal-Unjoni u sorsi oħra ta’ finanzjament.

(46)

Fis-settur tat-trasport, l-ammonti użati għall-operazzjonijiet ta’ taħlit jenħtieġ li ma jaqbżux l-10 % tal-ammont mill-Intestatura 1(2) tal-QFP 2021-2027. Jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw operazzjonijiet ta’ taħlit, pereżempju, għal azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura.

(47)

L-għanijiet ta’ politika tal-FNE ser jiġu indirizzati wkoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja fil-qasam ta’ politika tal-Programm InvestEU. L-azzjonijiet tal-FNE għandhom jintużaw biex tingħata spinta lill-investiment billi jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, mingħajr ma jiġi rduppjat jew soppress il-finanzjament privat, b’mod partikolari fejn l-azzjonijiet mhumiex kummerċjalment vijabbli iżda fejn għandhom valur miżjud ċar tal-Unjoni.

(48)

Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp integrat taċ-ċiklu tal-innovazzjoni, hemm bżonn li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn is-soluzzjonijiet innovattivi żviluppati fil-kuntest tal-programmi qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni u s-soluzzjonijiet innovattivi implimentati b’appoġġ mill-FNE. Għal dan il-għan, is-sinerġiji mal-Programm Orizzont Ewropa, stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), għandhom jiżguraw li l-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-setturi tat-trasport, dak tal-enerġija u diġitali fl-Unjoni jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess ta’ ppjanar strateġiku ta’ Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropea għandhom jiżguraw li l-FNE tappoġġa l-introduzzjoni u l-użu fuq skala kbira ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura diġitali, b’mod partikulari dawk li jirriżultaw minn Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa għandhom jiżguraw li l-iskambju ta’ informazzjoni u data bejn Orizzont Ewropa u l-FNE ser jiġi ffaċilitat, pereżempju billi jiġu enfasizzati teknoloġiji minn Orizzont Ewropa bi tħejjija għolja tas-suq li jkunu jistgħu jiġu implimentati aktar permezz tal-FNE.

(49)

Jenħtieġ li d-durata tal-FNE tkun allinjata mad-durata tal-QFP. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perijodu kollu 2021-2027, li ser jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (19), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja.

(50)

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas li fih jiġu identifikati l-prijoritajiet ta’ riforma nazzjonali u tiġi mmonitorata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b’appoġġ għal dawk il-prijoritajiet ta’ riforma. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma ta’ kull sena, bħala mod kif jiġu strutturati u koordinati l-proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li jkunu ser jiġu appoġġati b’finanzjament nazzjonali jew tal-Unjoni, jew tat-tnejn li huma. Jenħtieġ li jservu wkoll biex jintuża l-finanzjament tal-Unjoni b’mod koerenti, u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jkun ser jasal speċifikament mingħand il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, il-Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti, il-Programm InvestEU u l-FNE, fejn rilevanti. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża wkoll b’mod konsistenti mal-pjanijiet enerġetiċi u klimatiċi tal-Unjoni u nazzjonali, fejn rilevanti.

(51)

Regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(52)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom biex jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u biex iwasslu riżultati, filwaqt li jqisu, b’mod partikulari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Meta jsiru dawn l-għażliet, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ rati fissi u ta’ kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(53)

Jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni jkunu jistgħu jipparteċipaw fuq bażi reċiproka fi programmi ekwivalenti ta’ pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-FNE.

(54)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (20) (il-“Ftehim taż-ŻEE”), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi abbażi ta’ deċiżjoni adottata taħt dak il-Ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem ukoll abbażi ta’ strumenti legali oħra. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika li tirrikjedi li pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(55)

Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi r-regoli rigward l-għoti tal-għotjiet. Sabiex titqies l-ispeċifiċità tal-azzjonijiet appoġġati mill-FNE u biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti fost is-setturi koperti mill-FNE, hemm bżonn li jiġu pprovduti indikazzjonijiet addizzjonali rigward il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti. L-għażla tal-operazzjonijiet u l-finanzjament tagħhom jenħtieġ li jkunu soġġetti biss għall-kondizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament Finanzjarju. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li jkun possibbli li l-programmi ta’ ħidma jipprevedu proċeduri simplifikati.

(56)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti huma stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma. Fis-settur tat-trasport, il-kwalità u r-rilevanza ta’ proġett jenħtieġ li jiġu vvalutati wkoll filwaqt li jitqies l-impatt mistenni tal-proġett fuq il-konnettività Ewropea, il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u l-istrateġija tiegħu fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ manutenzjoni fil-futur.

(57)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) u r-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (22), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (23) u (UE) 2017/1939 (24), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluża l-frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ pieni amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk sarx frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa taħt ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(58)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (26), persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-FNE u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(59)

Jenħtieġ li l-Unjoni tfittex koerenza u sinerġiji mal-programmi tal-Unjoni għall-politiki esterni, inkluża l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni skont l-impenji meħudin fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2018 intitolata “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent”.

(60)

Meta pajjiżi terzi jew entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi jipparteċipaw f’azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni jew proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, l-appoġġ finanzjarja jenħtieġ li jkun disponibbli biss jekk ikun essenzjali għall-kisba tal-għanijiet ta’ dawk il-proġetti. Rigward il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li l-kooperazzjoni bejn Stat Membru jew diversi Stati Membri u pajjiż terz (inkluża l-Komunità tal-Enerġija) tirrispetta l-kondizzjonijiet stipulati fid-Direttiva (UE) 2018/2001 rigward il-ħtieġa għal konnessjoni fiżika mal-Unjoni.

(61)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2017 intitolata “Nagħmlu l-Akkwist Pubbliku jaħdem fl-Ewropa u għaliha”, il-Kummissjoni tinnota li l-Unjoni hija l-aktar suq miftuħ fid-dinja għall-akkwist, iżda li pajjiżi oħrajn mhux dejjem jirreċiprokaw billi jagħtu aċċess lill-kumpanniji tal-Unjoni għas-swieq tagħhom għall-akkwisti. Għalhekk, il-benefiċjarji tal-FNE jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet strateġiċi ta’ akkwist offruti mid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

(62)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (28), hemm bżonn li l-FNE tiġi evalwata abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, bħal dwar it-traċċar tal-klima, filwaqt li jiġu evitati piż amministrattiv, partikolarment fuq l-Istati Membri, u r-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet u tikkomunikahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, sabiex tiġi vvalutata l-effettività u l-effiċjenza tal-finanzjament u l-impatt tiegħu fuq l-għanijiet ġenerali tal-FNE u tagħmel kwalunkwe modifika meħtieġa.

(63)

Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri trasparenti, responsabbli u adegwati ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar, inklużi indikaturi li jistgħu jitkejlu, sabiex jiġi vvalutat u rrappurtat il-progress tal-FNE lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati f’dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-kisbiet tal-FNE jiġu rikonoxxuti. Din is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-FNE u r-riżultati tagħha huma adatti għal analiżi fil-fond tal-progress li jkun sar u tad-diffikultajiet li jqumu u li dik id-data u dawk ir-riżultati jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Hemm bżonn li jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta’ rapportar fuq dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni sabiex tinġabar id-data rilevanti għall-FNE.

(64)

Jenħtieġ li l-FNE tiġi implimentata permezz ta’ programmi ta’ ħidma. Jenħtieġ li sal-15 ta’ Ottubru 2021 il-Kummissjoni tadotta l-ewwel programmi ta’ ħidma pluriennali, li jenħtieġ li jinkludu l-iskeda ta’ żmien tas-sejħiet għall-proposti għall-ewwel tliet snin tal-FNE, is-suġġetti u l-baġit indikattiv tagħhom, kif ukoll qafas prospettiv li jkopri l-perijodu ta’ programmazzjoni kollu.

(65)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi bejn il-partijiet dwar il-kofinanzjament ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli; sabiex jiġu speċifikati, fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti tal-infrastruttura applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet infrastrutturali b’użu doppju u l-proċedura ta’ evalwazzjoni rigward l-azzjonijiet konnessi ma’ azzjonijiet ta’ infrastruttura b’użu doppju; l-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma; u l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

(66)

Sabiex, fejn xieraq, jiġu adattati l-indikaturi użati għall-monitoraġġ tal-FNE, il-perċentwali indikattivi tar-riżorsi baġitarji allokati għal kull għan speċifiku fis-settur tat-trasport, u d-definizzjoni tal-kurituri tan-network ewlieni tat-trasport, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Partijiet I, II u III tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(67)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jinbnew, jiġu żviluppati, jiġu modernizzati u jitlestew in-networks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, u li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(68)

Jenħtieġ għalhekk li jitħassru r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u r-Regolament (UE) Nru 283/2014. Madankollu, jenħtieġ li jibqgħu jinżammu l-effetti tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) fir-rigward tal-lista ta’ kurituri tat-trasport tal-merkanzija.

(69)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fl-oqsma ta’ politika rilevanti u biex l-implimentazzjoni tkun tista’ tinbeda mill-bidu tal-QFP 2021-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (il-“FNE”) għall-perijodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-“QFP”) 2021-2027.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-FNE, il-baġit għaliha għall-perijodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli biex jingħata dan il-finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“azzjoni” tfisser kwalunkwe attività li ġiet identifikata li hija finanzjarjament u teknikament indipendenti, li għandha skeda ta’ żmien stabbilita, u li hija neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ proġett;

(b)

“karburanti alternattivi” tfisser karburanti alternattivi għall-modi kollha ta’ trasport kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE;

(c)

“benefiċjarju” tfisser entità b’personalità ġuridika li magħha ġie ffirmat ftehim ta’ għotja;

(d)

“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet sostnuti mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk f’faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2 punt (6) tar-Regolament Finanzjarju li jikkombinaw forom ta’ sostenn li mhumiex rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji u/jew garanziji baġitarji mill-baġit tal-Unjoni b’forom ta’ sostenn rimborżabbli minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri;

(e)

“network komprensiv” tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(f)

“network ewlieni” tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(g)

“kurituri tan-network ewlieni” tfisser strumenti li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tan-network ewlieni kif previst fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u kif elenkati fil-Parti III tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(h)

“konnessjoni transfruntiera” tfisser, fis-settur tat-trasport, proġett ta’ interess komuni li jiżgura l-kontinwità tat-TEN-T bejn Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż terz;

(i)

“konnessjoni nieqsa” tfisser sezzjoni tat-TEN-T nieqsa mill-modi kollha tat-trasport jew sezzjoni tat-trasport li qiegħda tipprovdi l-konnessjoni ta’ networks ewlenin jew komprensivi mal-kurituri tat-TEN-T li tostakola l-kontinwità tat-TEN-T jew li fiha konġestjonijiet, waħda jew aktar, li jaffettwaw il-kontinwità tat-TEN-T;

(j)

“infrastruttura b’użu doppju” tfisser infrastruttura tan-network tat-trasport li tindirizza kemm il-ħtiġijiet ċivili kif ukoll dawk ta’ difiża;

(k)

“proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli” tfisser proġett magħżul jew eliġibbli biex jintgħażel skont ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew arranġamenti bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 fl-ippjanar jew fl-użu ta’ enerġija rinnovabbli, skont il-kriterji stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(l)

“l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tfisser il-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel kif definit fl-Artikolu 2, punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(m)

“infrastruttura tal-konnettività diġitali” tfisser networks ta’ kapaċità għolja ħafna, sistemi 5G, konnettività lokali bla fili u networks ċentrali ta’ kwalità għolja ħafna, kif ukoll pjattaformi diġitali operazzjonali direttament assoċjati mal-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija;

(n)

“sistemi 5G” tfisser sett ta’ elementi ta’ infrastruttura diġitali bbażati fuq standards miftiehma fuq livell globali għat-teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u bla fili użat għal servizzi ta’ konnettività u ta’ valur miżjud b’karatteristiċi ta’ prestazzjoni avvanzata bħal rati ta’ data u kapaċità għoljin ħafna, komunikazzjonijiet b’latenza baxxa, affidabbiltà estremament għolja jew appoġġ għal għadd kbir ta’ apparati konnessi;

(o)

“kuritur 5G” tfisser mogħdija tat-trasport, triq, linja ferrovjarja jew passaġġ fuq l-ilmijiet interni, koperti kompletament b’infrastruttura ta’ konnettività diġitali u b’mod partikolari b’sistemi 5G, li tippermetti l-forniment mingħajr interruzzjoni ta’ servizzi diġitali ta’ sinerġija bħal mobilità konnessa u awtomatizzata jew servizzi ta’ mobilità intelliġenti simili għal-linji ferrovjarji jew konnettività diġitali fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern;

(p)

“pjattaformi diġitali operattivi assoċjati direttament ma’ infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija” tfisser riżorsi ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fiżiċi u virtwali, li joperaw permezz tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni, li jappoġġaw il-fluss, il-ħżin, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ data tal-infrastruttura tat-trasport jew tal-enerġija, jew tat-tnejn li huma;

(q)

“proġett ta’ interess komuni” tfisser proġett identifikat fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jew fir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jew fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament;

(r)

“studji” tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta’ implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, kartografiċi, tal-fattibbiltà, ta’ evalwazzjoni, ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni, inkluż fil-forma ta’ software, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ dwar is-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;

(s)

“muturi soċjoekonomiċi” tfisser entitajiet li, minħabba l-missjoni, in-natura jew il-post tagħhom, jistgħu jiġġeneraw b’mod dirett jew indirett benefiċċji soċjoekonomiċi importanti għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-komunitajiet lokali fit-territorju tal-madwar, jew fiż-żona ta’ influwenza tagħhom;

(t)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(u)

“networks ta’ kapaċità għolja ħafna” tfisser networks ta’ kapaċità għolja ħafna kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(v)

“xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u t-tħaddim ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-iżvilupp u l-bini u l-attivitajiet ta’ installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u l-varar ta’ proġett.

Artikolu 3

Għanijiet

1.   L-għanijiet ġenerali tal-FNE huma li tibni, tiżviluppa, timmodernizza u tlesti n-networks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u diġitali u li tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, b’kont meħud tal-impenji ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul u tal-għanijiet għaż-żieda fil-kompetittività Ewropea; it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; il-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika; u l-aċċess għas-suq intern u l-integrazzjoni tiegħu, b’enfasi fuq l-iffaċilitar tas-sinerġiji fost is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali.

2.   L-għanijiet speċifiċi tal-FNE huma:

(a)

fis-settur tat-trasport:

(i)

li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni marbutin ma’ networks u infrastruttura effiċjenti, interkonnessi u multimodali għal mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura f’konformità mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013; u

(ii)

li tadatta partijiet tan-network tat-TEN-T għall-użu doppju tal-infrastruttura tat-trasport bil-għan li jittejbu kemm il-mobilità ċivili kif ukoll dik militari;

(b)

fis-settur tal-enerġija:

(i)

li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati ma’ aktar integrazzjoni ta’ suq intern tal-enerġija effiċjenti u kompetittiv, l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali tan-networks, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista; u

(ii)

li tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija, inkluż l-enerġija rinnovabbli;

(c)

fis-settur diġitali: li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati mat-tħaddim ta’, u mal-aċċess għal, networks diġitali sikuri u siguri, b’kapaċità għolja ħafna, inklużi sistemi 5G, u għaż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-networks ċentrali diġitali fit-territorji tal-Unjoni billi tgħaqqadhom ma’ territorji fil-madwar, kif ukoll għad-diġitalizzazzjoni tan-networks tat-trasport u tal-enerġija.

Artikolu 4

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FNE għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 huwa stabbilit għal EUR 33 710 000 000 (32) fi prezzijiet attwali.

F’konformità mal-għan tal-Unjoni li l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati fil-politiki settorjali tal-Unjoni u l-fondi tal-Unjoni, il-FNE għandha tikkontribwixxi, permezz tal-azzjonijiet tagħha, 60 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tagħha għall-għanijiet klimatiċi.

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqassam kif ġej:

(a)

EUR 25 807 000 000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), li minnhom:

(i)

EUR 12 830 000 000 mill-QFP 2021-2027, Intestatura 1(2), Investiment Strateġiku Ewropew;

(ii)

EUR 11 286 000 000 trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jintefqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament esklużivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni;

(iii)

EUR 1 691 000 000 mill-QFP 2021-2027, Intestatura 5(13), għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 3(2).

(b)

EUR 5 838 000 000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), li minnhom 15 %, soġġett għad-dħul fis-suq, għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, u jekk jintlaħaq il-limitu ta’ 15 %, il-Kummissjoni għandha żżid dak il-limitu sa 20 %, soġġett għad-dħul fis-suq;

(c)

EUR 2 065 000 000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2).

3.   Il-Kummissjoni ma għandhiex titbiegħed mill-ammont imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 2.

4.   Sa 1 % mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal għajnuna teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FNE u tal-linji gwida speċifiċi għas-settur, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inkluż sistemi tal-informazzjoni u tat-teknoloġija korporattivi. Dak l-ammont jista’ jintuża wkoll biex jiffinanzja miżuri ta’ akkumpanjament għat-tħejjija ta’ proġetti b’mod partikolari biex jingħataw servizzi ta’ konsulenza lill-promoturi ta’ proġetti li jikkonċernaw opportunitajiet ta’ finanzjament sabiex jiġu assistiti fl-istrutturar tal-finanzi tal-proġetti tagħhom.

5.   L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fi ħlasijiet parzjali annwali, fuq sentejn jew aktar.

6.   F’konformità mal-Artikolu 193(2), it-tieni subparagrafu, punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, b’kont meħud tad-dħul fis-seħħ f’data aktar tard ta’ dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-kontinwità, għal perijodu limitat, il-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk ikunu mġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja.

7.   L-ammont trasferit mill-Fond ta’ Koeżjoni għandu jkun implimentat skont dan ir-Regolament, soġġett għall-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 15(2).

8.   Fir-rigward tal-ammonti trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni, 30 % minn dawk l-ammonti għandhom isiru disponibbli, minnufih fuq bażi kompetittiva, lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament, bi prijorità mogħtija għall-appoġġ tal-akbar numru possibbli ta’ konnessjonijiet transfruntiera u neqsin. Sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward ta’ 70 % mir-riżorsi trasferiti. Mill-1 ta’ Jannar 2024, ir-riżorsi trasferiti lill-FNE li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta’ infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament.

9.   Fir-rigward tal-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross (ING) per capita tagħhom, imkejjel fi standards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS, purchasing power standards) għall-perijodu 2015-2017, huwa inqas minn 60 % tal-medja tal-ING per capita tal-UE-27, għandhom jiġu garantiti, sal-31 ta’ Diċembru 2024, 70 % tas-70 % tal-ammont li dawk l-Istati Membri jkunu ttrasferew lill-FNE.

10.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-ammont totali allokat, mill-ammont imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu (2), għal azzjonijiet fi Stat Membru eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux jaqbeż il-170 % tas-sehem ta’ dak l-Istat Membru fl-ammont totali trasferit mill-Fond ta’ Koeżjoni.

11.   Sabiex jiġu appoġġati l-Istati Membri li huma eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni u li jistgħu jgħaddu minn diffikultajiet fit-tfassil ta’ proġetti li huma ta’ maturità u kwalità suffiċjenti, jew it-tnejn li huma, u li għandhom valur miżjud suffiċjenti tal-Unjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-għajnuna teknika mmirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi b’relazzjoni mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati f’dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha kollha biex tagħmilha possibbli għall-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni li jiksbu, sa tmiem il-perijodu 2021-2027, l-ogħla assorbiment possibbli tal-ammont trasferit għall-FNE, inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta’ sejħiet addizzjonali.

Barra minn hekk, għandhom jingħataw attenzjoni partikolari u appoġġ lil dawk l-Istati Membri li l-ING per capita tagħhom, imkejjel f’PPS għall-perijodu 2015-2017, ikun inqas minn 60 % tal-medja tal-ING per capita tal-UE-27.

12.   L-ammont trasferit mill-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux jintuża għall-finanzjament ta’ programmi ta’ ħidma transsettorjali u operazzjonijiet ta’ taħlit.

13.   Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lill-FNE, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

14.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu, fis-settur diġitali, ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba ta’ dawk l-Istati Membri, jiġu ttrasferiti lill-FNE, anki biex jikkomplementaw il-finanzjament ta’ azzjonijiet eliġibbli taħt l-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament, sa 100 % tal-kost eliġibbli totali, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament stabbilit fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju u għar-Regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw biss għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati fil-FNE

1.   Il-FNE għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-ŻEE, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

(b)

il-pajjiżi fil-proċess ta’ adeżjoni mal-Unjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

pajjiżi terzi oħra, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, dment li dak il-ftehim:

(i)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(ii)

jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-FNE, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali, u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;

(iii)

ma jagħtix lill-pajjiż terz kwalunkwe setgħa deċiżjonali fir-rigward tal-programm tal-Unjoni;

(iv)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha;

(v)

jipprovdi għal reċiproċità fl-aċċess għal programmi simili fil-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni.

Il-kontribuzzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, punt (d)(ii), ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, il-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-entitajiet stabbiliti f’dawk il-pajjiżi, ma jistgħux jirċievu għajnuna finanzjarja taħt dan ir-Regolament għajr meta tkun indispensabbli biex jitwettqu l-għanijiet ta’ proġett speċifiku ta’ interess komuni jew ta’ proġett skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament u taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1.   Il-FNE għandha tiġi implimentata b’ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-FNE tista’ tipprovdi finanzjament fil-forom ta’ għotjiet u ta’ akkwist kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju. Tista’ wkoll tikkontribwixxi għal operazzjonijiet ta’ taħlit f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) u mat-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-operazzjonijiet ta’ taħlit fis-settur tat-trasport ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-ammont baġitarju indikat fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. Fis-settur tat-trasport, l-operazzjonijiet ta’ taħlit jistgħu jintużaw għal azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tiddelega s-setgħa ta’ implimentazzjoni ta’ parti mill-FNE lil aġenziji eżekuttivi skont l-Artikolu 69 tar-Regolament Finanzjarju, bil-ħsieb tal-ġestjoni ottimali tal-FNE u tar-rekwiżiti tagħha ta’ effiċjenza fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali.

4.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu li huma garanzija suffiċjenti taħt ir-Regolament Finanzjarju. Għandu japplika l-Artikolu 33(7) tar-Regolament (UE) 2021/695.

Artikolu 7

Proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

1.   Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni, it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija u t-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista. Dawk il-proġetti għandhom ikunu inklużi fi ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew arranġamenti bejn Stat Membru wieħed jew aktar, u pajjiż terz wieħed jew aktar, kif stipulat fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Dawk il-proġetti għandhom jilħqu l-għanijiet, il-kriterji ġenerali u l-proċedura stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità l-Artikolu 26 li, mingħajr preġudizzju għall-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 14, jistabbilixxu kriterji speċifiċi tal-għażla u d-dettalji tal-proċess tal-għażla tal-proġetti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-proġett għall-kriterji ġenerali u għall-produzzjoni tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji speċifikati fil-Parti IV tal-Anness.

3.   L-istudji li huma mmirati lejn l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt dan ir-Regolament.

4.   Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli huma eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni għal xogħlijiet jekk jissodisfaw il-kriterji addizzjonali li ġejjin:

(a)

l-analiżi speċifika tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għall-proġett skont il-punt 3 tal-Parti IV tal-Anness tkun obbligatorja għall-proġetti appoġġati kollha u tqis kwalunkwe dħul li jirriżulta minn skemi ta’ appoġġ, tkun twettqet b’mod trasparenti, komprensiv u sħiħ u tkun tipprovdi evidenza dwar l-eżistenza ta’ spejjeż iffrankati jew ta’ benefiċċji sinifikanti, jew tat-tnejn, f’termini tal-integrazzjoni tas-sistema, is-sostenibbiltà ambjentali, is-sigurtà tal-provvista jew l-innovazzjoni; u

(b)

l-applikant juri li l-proġett ma jitwettaqx fin-nuqqas tal-għotja, jew li l-proġett ma jistax ikun kummerċjalment vijabbli fin-nuqqas tal-għotja.

5.   L-ammont tal-għotja għax-xogħlijiet għandu:

(a)

ikun proporzjonat mal-ispejjeż iffrankati jew il-benefiċċji msemmija fil-punt 2(b) tal-Parti IV tal-Anness, jew it-tnejn li huma,

(b)

ma jaqbiżx l-ammont meħtieġ biex jiġi żgurat li l-proġett iseħħ jew isir kummerċjalment vijabbli; u

(c)

ikun konformi mal-Artikolu 15(3).

6.   Il-FNE għandha tipprevedi l-possibbiltà ta’ finanzjament koordinat mal-qafas ta’ abilitazzjoni għall-użu tal-enerġija rinnovabbli msemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u tal-kofinanzjament mal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

7.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod regolari l-użu tal-fondi għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli vis-à-vis l-ammont ta’ referenza fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. Wara dik il-valutazzjoni, fin-nuqqas ta’ dħul suffiċjenti fis-suq ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-baġit mhux użat previst għal dawk il-proġetti għandu jintuża biex jitwettqu l-għanijiet tan-networks tal-enerġija trans-Ewropej stabbiliti fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament għall-azzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3) ta’ dan ir-Regolament u, mill-2024, jistgħu jintużaw ukoll għall-kofinanzjament tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1999.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-kofinanzjament bejn il-partijiet fi proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli taħt il-FNE u skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali

1.   Il-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura ta’ konnettività diġitali huma dawk il-proġetti li jagħtu kontribut importanti biex jitwettqu l-għanijiet tal-Unjoni għall-konnettività strateġika u/jew li jipprovdu l-infrastruttura tan-network li tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà, kif ukoll is-Suq Uniku Diġitali tal-Unjoni.

2.   Il-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-proġett jikkontribwixxi biex jitwettaq l-għan speċifiku previst fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2); u

(b)

il-proġett iħaddem l-aħjar teknoloġija disponibbli u l-aktar xierqa għal dak il-proġett speċifiku, li jipproponi l-aħjar bilanċ f’termini tal-kapaċità ta’ fluss ta’ data, tas-sigurtà tat-trasmissjoni, tar-reżiljenza tan-network, taċ-ċibersigurtà u tal-kosteffiċjenza.

3.   L-istudji li huma mmirati lejn l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt dan ir-Regolament.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 14, il-prijorità għall-finanzjament għandha tiġi ddeterminata waqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

(a)

azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tħaddim ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna u għall-aċċess għalihom, inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata, f’konformità mal-miri ta’ konnettività strateġika tal-Unjoni f’żoni fejn il-muturi soċjoekonomiċi għandhom jingħataw klassifikazzjoni ta’ prijorità filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ konnettività ta’ dawk iż-żoni u l-kopertura addizzjonali ġġenerata għaż-żona, inkluż għall-unitajiet domestiċi, skont il-punt 1 tal-Parti V tal-Anness; it-tħaddim awtonomu għal muturi soċjoekonomiċi għandu jkun eliġibbli għall-finanzjament, dment li dak it-tħaddim ikun ekonomikament proporzjonat u fiżikament prattikabbli;

(b)

azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-forniment ta’ konnettività lokali bla fili ta’ kwalità għolja ħafna f’komunitajiet lokali skont il-punt 2 tal-Parti V tal-Anness;

(c)

azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tħaddim ta’ kurituri 5G tul mogħdijiet ewlenin ta’ trasport, inkluż fuq in-network TEN-T, bħal dawk elenkati fil-punt 3 tal-Parti V tal-Anness, għandhom jingħataw klassifikazzjoni ta’ prijorità biex tiġi żgurata kopertura tul dawk il-mogħdijiet ewlenin ta’ trasport, li jippermettu l-forniment mingħajr interruzzjoni ta’ servizzi diġitali ta’ sinerġija, waqt li titqies ir-rilevanza soċjoekonomika tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe soluzzjoni teknoloġika attwalment installata f’approċċ li jħares ’il quddiem;

(d)

proġetti ta’ interess komuni li huma mmirati lejn it-tħaddim jew it-titjib sinifikanti ta’ networks ċentrali transfruntiera li jgħaqqdu l-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u li jsaħħu l-konnessjonijiet bejn in-networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fit-territorju tal-Unjoni, inkluż kejbils sottomarini, għandhom jingħataw prijorità skont sa liema punt jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-prestazzjoni miżjuda, ir-reżiljenza u l-kapaċità ħafna ogħla ta’ dawk in-networks ta’ komunikazzjoni elettroniċi;

(e)

proġetti ta’ interess komuni li jħaddmu pjattaformi diġitali operazzjonali għandhom jagħtu prijorità lil azzjonijiet ibbażati fuq l-aktar teknoloġiji avvanzati, waqt li jitqiesu aspetti bħall-interoperabbiltà, iċ-ċibersigurtà, il-privatezza u l-użu mill-ġdid tad-data.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 9

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament dawk l-azzjonijiet biss li jikkontribwixxu biex jitwettqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jittieħed kont tal-impenji fit-tul tad-dekarbonizzazzjoni. Tali azzjonijiet jinkludu studji, xogħlijiet u miżuri oħra magħhom meħtieġa għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-FNE u l-linji gwida speċifiċi għas-settur. L-istudji għandhom ikunu eliġibbli biss jekk ikunu relatati ma’ proġetti eliġibbli taħt il-FNE.

2.   Fis-settur tat-trasport, l-azzjonijiet li ġejjin biss għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament:

(a)

azzjonijiet relatati ma’ networks effiċjenti, interkonnessi, interoperabbli u multimodali għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-linji tal-ferrovija, tat-toroq, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u dik marittima:

(i)

azzjonijiet li jimplimentaw in-network ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera u konnessjonijiet neqsin, bħal dawk elenkati fil-Parti III tal-Anness għal dan ir-Regolament, kif ukoll nodi urbani, pjattaformi loġistiċi multimodali, portijiet marittimi, portijiet interni, terminals ferrovjarji u konnessjonijiet mal-ajruporti tan-network ewlieni kif definit fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013; azzjonijiet li jimplimentaw in-network ewlieni jistgħu jinkludu elementi relatati li jinsabu fin-network komprensiv meta jkun meħtieġ sabiex jiġi ottimizzat l-investiment u skont modalitajiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

azzjonijiet relatati mal-konnessjonijiet transfruntiera tan-network komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, bħal dawk elenkati fil-punt 2 tal-Parti III tal-Anness għal dan ir-Regolament, l-azzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Parti III tal-Anness għal dan ir-Regolament, l-azzjonijiet relatati mal-istudji għall-iżvilupp tan-network komprensiv u l-azzjonijiet relatati mal-portijiet marittimi u interni tan-network komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iii)

azzjonijiet li jistabbilixxu mill-ġdid il-konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali neqsin fuq it-TEN-T li kienu ġew abbandunati jew li żżarmaw;

(iv)

azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-network komprensiv li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni, it-terminals ferrovjarji, il-konnessjonijiet mal-ajruporti u l-pjattaformi loġistiċi multimodali, tan-network komprensiv kif definit fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(v)

azzjonijiet li jappoġġaw proġetti ta’ interess komuni sabiex jgħaqqdu lin-network trans-Ewropew ma’ networks ta’ infrastruttura ta’ pajjiżi ġirien kif definit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(b)

azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura:

(i)

azzjonijiet li jappoġġaw l-awtostradi tal-baħar kif previst fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b’attenzjoni speċjali lit-trasport marittimu transfruntier fuq distanzi qosra;

(ii)

azzjonijiet li jappoġġaw sistemi ta’ applikazzjonijiet telematiċi skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, għall-modi rispettivi tat-trasport, inkluż b’mod partikolari:

għall-ferroviji: l-ERTMS,

għall-passaġġi fuq l-ilma interni: is-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS, River Information Services),

għat-trasport bit-triq: Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS, Intelligent Transport Systems),

għat-trasport marittimu: Sistema għall-Monitoraġġ u l-Informazzjoni dwar it-Traffiku tal-Bastimenti (VTMIS, Vessel Traffic Monitoring and Information Systems) u servizzi marittimi elettroniċi, inklużi servizzi ta’ tieqa unika bħas-single window marittima, sistemi tal-komunità tal-port u sistemi rilevanti ta’ informazzjoni doganali,

għat-trasport bl-ajru: sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mis-sistema tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR, Single European Sky ATM Research);

(iii)

azzjonijiet li jappoġġaw servizzi sostenibbli tat-trasport tal-merkanzija skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u azzjonijiet biex jitnaqqas l-istorbju mill-ferroviji tal-merkanzija;

(iv)

azzjonijiet li jappoġġaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, inkluż l-awtomatizzazzjoni, servizzi ta’ trasport imtejba, integrazzjoni modali u infrastruttura ta’ karburanti alternattivi għall-modi kollha tat-trasport skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(v)

azzjonijiet li jneħħu l-ostakli għall-interoperabbiltà kif definita fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, speċjalment l-ostakli għall-effett ta’ kuritur/network, inkluż azzjonijiet li jippromwovu żieda fit-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija u f’faċilitajiet awtomatiċi għat-tibdil tal-wisa’ għall-binarji;

(vi)

azzjonijiet li jneħħu l-ostakli għall-interoperabbiltà, partikolarment f’nodi urbani fis-sens tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(vii)

azzjonijiet li jimplimentaw infrastruttura u mobilità sikuri u siguri, inkluż is-sikurezza fit-toroq, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(viii)

azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza tal-infrastruttura tat-trasport, b’mod partikolari r-reżiljenza tagħha għat-tibdil fil-klima u għad-diżastri naturali u għat-theddid għaċ-ċibersigurtà;

(ix)

azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà għall-infrastruttura tat-trasport fil-modi kollha tat-trasport għall-utenti kollha, speċjalment l-utenti b’mobilità mnaqqsa, skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(x)

azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport għal finijiet ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni ċivili u azzjonijiet li jadattaw l-infrastruttura tat-trasport għall-finijiet ta’ kontrolli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni bil-għan li jiġu ffaċilitati l-flussi tat-traffiku;

(c)

taħt l-għan speċifiku msemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 3(2), u skont l-Artikolu 12, azzjonijiet jew attivitajiet speċifiċi fi ħdan azzjoni, li jappoġġaw partijiet ġodda jew eżistenti tat-TEN-T adatti għat-trasport militari, sabiex jadattaw it-TEN-T għar-rekwiżiti tal-infrastruttura b’użu doppju.

3.   Fis-settur tal-enerġija, l-azzjonijiet li ġejjin biss għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament:

(a)

azzjonijiet relatati ma’ proġetti ta’ interess komuni kif stipulat fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013;

(b)

azzjonijiet li jappoġġaw proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, inkluż soluzzjonijiet innovattivi kif ukoll il-ħżin tal-enerġija rinnovabbli, u ħolqien tagħhom, kif definit fil-Parti IV tal-Anness, dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 jkunu ssodisfati.

4.   Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin biss għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament:

(a)

azzjonijiet li jappoġġaw it-tħaddim ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna, u l-aċċess għalihom, inkluż sistemi 5G li kapaċi jipprovdu konnettività f’Gigabit f’żoni fejn jinsabu l-muturi soċjoekonomiċi;

(b)

azzjonijiet li jappoġġaw il-forniment f’komunitajiet lokali ta’ konnettività lokali bla fili ta’ kwalità għolja ħafna li tkun bla ħlas u mingħajr kondizzjonijiet diskriminatorji;

(c)

azzjonijiet li jimplimentaw il-kopertura mingħajr interruzzjoni b’sistemi 5G tal-mogħdijiet ewlenin kollha tat-trasport, inkluż it-TEN-T, bħall-azzjonijiet elenkati fil-punt 3 tal-Parti V tal-Anness;

(d)

azzjonijiet li jappoġġaw it-tħaddim ta’ networks ċentrali ġodda jew l-aġġornament sinifikanti ta’ networks ċentrali eżistenti, inkluż b’kejbils sottomarini, fl-Istati Membri u bejniethom u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, bħall-azzjonijiet elenkati fil-punt 3 tal-Parti V tal-Anness, kif ukoll azzjonijiet oħrajn li jappoġġaw it-tħaddim tan-networks ċentrali msemmijin f’dak il-punt;

(e)

azzjonijiet li jimplimentaw ir-rekwiżiti ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali relatati ma’ proġetti transfruntiera fl-oqsma tat-trasport jew tal-enerġija jew li jappoġġaw pjattaformi diġitali operazzjonali assoċjati direttament ma’ infrastrutturi tat-trasport jew tal-enerġija, jew tat-tnejn li huma.

Artikolu 10

Sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali

1.   Azzjonijiet li jikkontribwixxu simultanjament biex jitwettqu l-għanijiet, wieħed jew aktar, ta’ mill-inqas żewġ setturi, kif previst fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(2), għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament u li jibbenefikaw minn rata ogħla ta’ kofinanzjament, skont l-Artikolu 15. Tali azzjonijiet għandhom ikunu implimentati permezz ta’ programmi ta’ ħidma li jindirizzaw mill-inqas żewġ setturi u li jinkludu kriterji tal-għoti speċifiċi, u għandhom ikunu ffinanzjati b’kontribuzzjonijiet tal-baġit mis-setturi involuti.

2.   F’kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, l-azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 9 jistgħu jinkludu elementi sinerġetiċi relatati ma’ kwalunkwe settur mill-oħrajn, li ma jkunux relatati ma’ azzjonijiet eliġibbli previsti fl-Artikolu 9(2), (3) jew (4) rispettivament, dment li jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-kost tal-elementi sinerġetiċi ma jaqbiżx l-20 % tal-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni;

(b)

l-elementi sinerġetiċi jkunu relatati mas-setturi tat-trasport, tal-enerġija jew diġitali; u

(c)

l-elementi sinerġetiċi jippermettu li jsir titjib sinifikanti fil-benefiċċji soċjoekonomiċi, klimatiċi jew ambjentali tal-azzjoni.

Artikolu 11

Entitajiet eliġibbli

1.   Fir-rigward tal-entitajiet, il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   L-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli:

(a)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi:

(i)

Stat Membru, inkluż negozji bi sħab;

(ii)

pajjiż terz assoċjat fil-FNE; jew

(iii)

pajjiż jew territorju extra-Ewropew;

(b)

entitajiet ġuridiċi istitwiti taħt il-liġi tal-Unjoni u, jekk previst fil-programmi ta’ ħidma, organizzazzjonijiet internazzjonali.

3.   Persuni fiżiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli.

4.   Il-programmi ta’ ħidma jistgħu jipprevedu li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi terzi assoċjati fil-FNE f’konformità mal-Artikolu 5, u l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni iżda direttament jew indirettament ikkontrollati minn pajjiżi terzi jew minn persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew minn entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi, ma jkunux eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet kollha, jew f’xi wħud minnhom, taħt l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) għal raġunijiet ta’ sigurtà debitament ġustifikati. F’tali każijiet, is-sejħiet għall-proposti u s-sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għal entitajiet stabbiliti, jew meqjusa li huma stabbiliti, fi Stati Membri u direttament jew indirettament ikkontrollati minn Stati Membri jew minn persuni ta’ nazzjonalità ta’ Stati Membri.

5.   L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat fil-FNE għandhom ikunu eċċezzjonalment eliġibbli li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt il-FNE fejn dan ikun indispensabbli biex jitwettqu l-għanijiet ta’ proġett speċifiku ta’ interess komuni fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali jew ta’ proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

6.   Sabiex ikunu eliġibbli, il-proposti għandhom jiġu ppreżentati:

(a)

min Stat Membru, wieħed jew aktar; jew

(b)

bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti, jew minn impriżi jew korpi pubbliċi jew privati, inklużi l-awtoritajiet reġjonali jew lokali.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jaqbilx ma’ preżentazzjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, huwa għandu jikkomunika dik l-informazzjoni kif adatt.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li, għal programm ta’ ħidma speċifiku jew għal kategoriji speċifiċi ta’ applikazzjonijiet, il-proposti jistgħu jitressqu mingħajr il-qbil tiegħu. F’tali każ, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, dan għandu jkun indikat fil-programm ta’ ħidma rilevanti u fis-sejħa għal tali proposti.

Artikolu 12

Regoli speċifiċi ta’ eliġibbiltà li jikkonċernaw azzjonijiet relatati mal-adattament tat-TEN-T għal użu doppju ta’ difiża u dak ċivili

1.   Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-adattament tan-network ewlieni, jew tan-network komprensiv, tat-TEN-T kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, bil-għan li jippermettu użu doppju ta’ difiża u dak ċivili tal-infrastruttura, għandhom ikunu soġġetti għar-regoli ta’ eliġibbiltà addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-proposti għandhom jitressqu minn Stat Membru wieħed jew aktar jew, bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, minn entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Istati Membri;

(b)

l-azzjonijiet għandhom ikunu relatati mas-sezzjonijiet jew in-nodi identifikati mill-Istati Membri fl-Annessi għar-Rekwiżiti Militari għall-Mobilità Militari fl-Unjoni u lil hinn minnha kif adottati mill-Kunsill fl-20 ta’ Novembru 2018, jew kwalunkwe lista sussegwenti adottata aktar tard, u kwalunkwe lista indikattiva oħra ta’ proġetti ta’ prijorità li jiġu identifikati mill-Istati Membri skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobilità Militari;

(c)

l-azzjonijiet jistgħu jkunu relatati kemm mat-titjib tal-komponenti eżistenti tal-infrastruttura jew mal-bini ta’ komponenti ġodda tal-infrastruttura b’kont meħud tar-rekwiżiti tal-infrastruttura msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(d)

l-azzjonijiet li jimplimentaw livell ta’ rekwiżit ta’ infrastruttura li jmur lil hinn mil-livell meħtieġ għall-użu doppju għandhom ikunu eliġibbli; madankollu, il-kost tagħhom għandu jkun eliġibbli biss sal-livell ta’ kostijiet li jikkorrispondi għal-livell ta’ rekwiżiti meħtieġa għall-użu doppju; l-azzjonijiet relatati ma’ infrastruttura użata biss għal skopijiet militari ma għandhomx ikunu eliġibbli;

(e)

l-azzjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu ffinanzjati biss mill-ammont skont il-punt (a)(iii) tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika, fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti tal-infrastruttura applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet infrastrutturali b’użu doppju u l-proċedura ta’ evalwazzjoni rigward l-azzjonijiet konnessi ma’ azzjonijiet ta’ infrastruttura b’użu doppju. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

3.   Sussegwentement għall-evalwazzjoni interim tal-FNE prevista fl-Artikolu 23(2), il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-awtorità baġitarja biex din tittrasferixxi l-flus li ma jkunux ġew impenjati mill-punt (a)(iii) tal-Artikolu 4(2), għall-punt (a)(i) tal-Artikolu 4(2).

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 13

Għotjiet

L-għotjiet taħt il-FNE għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 14

Kriterji tal-għoti

1.   Il-kriterji tal-għoti trasparenti għandhom jiġu stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 20 u fis-sejħiet għall-proposti, filwaqt li jitqiesu, sal-limitu applikabbli, l-elementi li ġejjin biss:

(a)

l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali, inkluż l-impatt klimatiku (il-benefiċċji u l-kostijiet taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-proġett), u kemm l-analiżi tkun tajba, komprensiva u trasparenti;

(b)

l-aspetti ta’ innovazzjoni u diġitalizzazzjoni, sikurezza, interoperabbiltà u aċċessibbiltà, inkluż għall-persuni b’mobilità mnaqqsa;

(c)

id-dimensjoni transfruntiera, l-integrazzjoni tan-network u l-aċċessibbiltà territorjali, inkluż għall-gżejjer Ewropej u r-reġjuni ultraperiferiċi;

(d)

il-valur miżjud tal-Unjoni;

(e)

is-sinerġiji fost is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali;

(f)

il-maturità tal-azzjoni fid-dawl tal-iżvilupp tal-proġett;

(g)

l-għaqal tal-istrateġija tal-manutenzjoni proposta għall-proġett komplut;

(h)

l-għaqal tal-pjan ta’ implimentazzjoni propost;

(i)

l-effett katalitiku tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fuq l-investiment;

(j)

il-ħtieġa li jingħelbu l-ostakli finanzjarji bħal dawk ikkawżati mill-vijabbiltà kummerċjali insuffiċjenti, il-kostijiet għolja bil-quddiem jew in-nuqqas ta’ finanzjament mis-suq;

(k)

il-potenzjal għal użu doppju fil-kuntest tal-mobilità militari;

(l)

il-konsistenza mal-pjanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni u dawk nazzjonali, inkluż il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel.

2.   Il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tqis, fejn rilevanti, ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima permezz ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskji klimatiċi, inkluż il-miżuri ta’ adattament rilevanti.

3.   Il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tiżgura, fejn rilevanti, kif speċifikat fil-programmi ta’ ħidma, li l-azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jinkludu t-teknoloġija tal-PNT ikunu teknikament kompatibbli mal-programmi Galileo u EGNOS u mal-programm Copernicus.

4.   Rigward l-azzjonijiet relatati mas-settur tat-trasport, il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tiżgura, fejn applikabbli, li l-azzjonijiet proposti huma konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri u l-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, u li jqisu l-opinjoni konsultattiva tal-Koordinatur Ewropew responsabbli skont l-Artikolu 45(8) tal-istess Regolament. Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll jekk l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-FNE toħloqx ir-riskju li l-fluss tal-merkanzija jew tal-passiġġieri jitħarbat fis-sezzjoni tal-linja kkonċernata mill-proġett u jekk dawk ir-riskji tnaqqsux.

5.   Rigward l-azzjonijiet relatati ma’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-kriterji tal-għoti għandhom iqisu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(4).

6.   Rigward l-azzjonijiet relatati ma’ proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-konnettività diġitali, il-kriterji tal-għoti stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma u s-sejħiet għall-proposti għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(4).

Artikolu 15

Rati ta’ kofinanzjament

1.   Għall-istudji, l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-kost totali eliġibbli. Għall-istudji ffinanzjati bl-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għall-Fond ta’ Koeżjoni kif speċifikat fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

2.   Għal xogħlijiet fis-settur tat-trasport, għandhom japplikaw dawn ir-rati massimi ta’ kofinanzjament li ġejjin:

(a)

għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 3(2), l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli; madankollu, ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 50 % għall-azzjonijiet:

(i)

relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera skont il-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu;

(ii)

li jappoġġaw sistemi ta’ applikazzjonijiet telematiċi;

(iii)

li jappoġġaw l-interoperabbiltà ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jew ta’ ferroviji;

(iv)

li jappoġġaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni;

(v)

li jappoġġaw titjib fl-infrastruttura għas-sikurezza; u

(vi)

li jadattaw l-infrastruttura tat-trasport għall-finijiet tal-kontroll tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni;

(b)

għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 3(2), l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-kost totali eliġibbli; madankollu, ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu għal massimu ta’ 85 % jekk ir-riżorsi meħtieġa jiġu ttrasferiti għall-FNE skont l-Artikolu 4(13);

(c)

rigward l-ammonti trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament ma għandhomx jaqbżu l-85 % tal-kostijiet totali eliġibbli;

(d)

rigward l-ammonti mill-intestatura tal-Investiment Strateġiku Ewropew ta’ EUR 1 559 800 000, kif imsemmi fl-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Parti II tal-Anness, għat-tlestija ta’ konnessjonijiet ferrovjarji transkonfinali kbar neqsin bejn l-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament ma għandhomx jaqbżu l-85 % tal-kostijiet totali eliġibbli;

(e)

rigward l-azzjonijiet relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament miżjuda kif previst fil-punti (a), (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu jistgħu japplikaw biss għall-azzjonijiet li juru grad għoli ta’ integrazzjoni fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-azzjoni għall-fini tal-kriterju tal-għoti msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1), pereżempju permezz tal-istabbiliment ta’ kumpannija ta’ proġett wieħed, struttura ta’ governanza konġunta, qafas ġuridiku bilaterali jew b’att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013; barra minn hekk, ir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-proġetti mwettqa minn strutturi ta’ ġestjoni integrata, inkluż l-impriżi konġunti, skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(2), tista’ tiżdied b’5 %.

3.   Għal xogħlijiet fis-settur tal-enerġija, għandhom japplikaw dawn ir-rati massimi ta’ kofinanzjament li ġejjin:

(a)

għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-kost totali eliġibbli;

(b)

ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 75 % tal-kost totali eliġibbli għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni li, abbażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, jagħtu livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista fuq livell reġjonali jew fl-Unjoni kollha, isaħħu s-solidarjetà tal-Unjoni jew joffru soluzzjonijiet ferm innovattivi.

4.   Għal xogħlijiet fis-settur diġitali, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament li ġejjin għandhom japplikaw: għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2), l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli.

Ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu:

(a)

sa 50 % għal azzjonijiet b’dimensjoni transfruntiera qawwija, bħall-kopertura mingħajr interruzzjoni b’sistemi 5G tul mogħdijiet ta’ trasport ewlenin jew it-tħaddim ta’ networks ċentrali bejn l-Istati Membri u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi; u

(b)

sa 75 % għall-azzjonijiet li jimplimentaw il-konnettività f’Gigabit tal-muturi soċjoekonomiċi.

L-azzjonijiet ta’ forniment tal-konnettività lokali bla fili fil-komunitajiet lokali, meta implimentati permezz ta’ għotjiet ta’ valur baxx jistgħu jiġu ffinanzjati b’appoġġ finanzjarju tal-Unjoni li jkopri sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-kofinanzjament.

5.   Ir-rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1) għandha tkun l-ogħla rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għas-setturi kkonċernati. Barra minn hekk, ir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għal dawk l-azzjonijiet tista’ tiżdied b’10 %.

6.   F’kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, fir-rigward ta’ xogħlijiet imwettqa fir-reġjuni ultraperiferiċi, għandha tapplika rata massima speċifika ta’ kofinanzjament ta’ 70 %.

Artikolu 16

Kostijiet eliġibbli

Il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kostijiet li ġejjin għandhom japplikaw, flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju:

(a)

hija eliġibbli biss in-nefqa mġarrba fl-Istati Membri, għajr fejn il-proġett ta’ interess komuni jew il-proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jkun jinvolvi t-territorju ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5 jew fl-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament, jew l-ibħra internazzjonali, u fejn l-azzjoni tkun indispensabbli sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat;

(b)

il-kost għal tagħmir, faċilitajiet u infrastruttura li l-benefiċjarju jgħodd bħala nefqa kapitali huwa kollu kemm hu eliġibbli;

(c)

in-nefqa relatata max-xiri ta’ art mhijiex spiża eliġibbli, ħlief għall-fondi ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni fis-settur tat-trasport skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(d)

il-kost eliġibbli ma għandux jinkludi t-taxxa fuq il-valur miżjud.

Artikolu 17

Taħlit tal-għotjiet ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament

1.   L-għotjiet jistgħu jintużaw b’mod kombinat ma’ finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn Banek Promozzjonali Nazzjonali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra pubbliċi u ta’ żvilupp, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament tas-settur privat u minn investituri tas-settur privat, inkluż permezz ta’ sħubiji pubbliċi-privati.

2.   L-użu ta’ għotjiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun implimentat permezz ta’ sejħiet għal proposti ddedikati.

Artikolu 18

Tnaqqis jew terminazzjoni tal-għotjiet

1.   Minbarra r-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 131(4) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont tal-għotja jista’, għajr għall-każijiet debitament ġustifikati, jitnaqqas għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

għall-istudji, l-azzjoni ma tkunx inbdiet fi żmien sena, wara d-data tal-bidu indikata fil-ftehim ta’ għotja;

(b)

għax-xogħlijiet, l-azzjoni ma tkunx bdiet fi żmien sentejn wara d-data tal-bidu indikata fil-ftehim ta’ għotja;

(c)

wara rieżami tal-progress tal-azzjoni, jiġi stabbilit li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-azzjoni tant kien serju li l-għanijiet tal-azzjoni x’aktarx li ma jitwettqux;

2.   Il-ftehim ta’ għotja jista’ jiġi emendat jew terminat abbażi tar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

3.   Qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni rigward it-tnaqqis jew it-terminazzjoni ta’ għotja, il-każ għandu jkun eżaminat b’mod komprensiv u l-benefiċjarji kkonċernati għandhom jingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien raġonevoli.

4.   L-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu distribwiti lil programmi ta’ ħidma oħra proposti skont il-pakkett finanzjarju korrispondenti kif stabbilit fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 19

Finanzjament kumulattiv u alternattiv

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni taħt il-FNE tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni, inkluż minn fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

2.   It-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza għandha tingħata lill-azzjonijiet li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt il-FNE;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c)

ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji;

Għandu jkun possibbli għal azzjonijiet li ngħataw it-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza f’konformità mal-ewwel subparagrafu li jirċievu appoġġ mill-FEŻR f’konformità mal-Artikolu 67(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060, jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, mingħajr kwalunkwe valutazzjoni ulterjuri, u dment li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet u mar-regoli tal-Fond ikkonċernat.

KAPITOLU IV

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 20

Programmi ta’ ħidma

1.   Il-FNE għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Sabiex tipprovdi trasparenza u prevedibbiltà u ttejjeb il-kwalità tal-proġetti, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-15 ta’ Ottubru 2021 l-ewwel programmi ta’ ħidma pluriennali. Dawk l-ewwel programmi ta’ ħidma pluriennali għandhom jinkludu l-iskeda tas-sejħiet għall-proposti għall-ewwel tliet snin tal-FNE, is-suġġetti u l-baġit indikattiv tagħhom, kif ukoll qafas prospettiv li jkopri l-perijodu ta’ programmazzjoni kollu.

3.   Il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

4.   Meta tadotta programmi ta’ ħidma fis-settur tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni partikolari lill-proġetti ta’ interess komuni u l-azzjonijiet relatati li għandhom l-għan li jintegraw iżjed is-suq intern tal-enerġija, itemmu l-iżolament enerġetiku u jeliminaw l-ostakli minħabba kapaċità limitata għall-interkonnessjoni tal-elettriku, b’enfasi fuq dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira ta’ interkonnessjoni ta’ mill-inqas 10 % sal-2020 u 15 % sal-2030, kif ukoll għall-proġetti li jikkontribwixxu għas-sinkronizzazzjoni tas-sistemi tal-elettriku man-networks tal-Unjoni.

5.   F’konformità mal-Artikolu 200(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, fejn xieraq, jorganizza l-proċedura tal-għażla f’żewġ stadji, kif ġej:

(a)

l-applikanti għandhom jippreżentaw fajl issimplifikat li jkun fih informazzjoni relattivament fil-qosor għall-fini tal-għażla minn qabel tal-proġett abbażi ta’ sett limitat ta’ kriterji

(b)

l-applikanti li jintgħażlu f’lista finali fl-ewwel stadju għandhom jippreżentaw fajl sħiħ wara li jingħalaq l-ewwel stadju.

Artikolu 21

Għoti ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni

1.   Sussegwentement għal kull sejħa għal proposti abbażi tal-programmi ta’ ħidma msemmijin fl-Artikolu 20, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju li għandu jingħata lill-proġetti magħżula jew lil partijiet minnhom u li jispeċifika l-kundizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tagħhom. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

2.   Matul l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ għotja, il-benefiċjarji u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu infurmati mill-Kummissjoni dwar bidliet fl-ammonti tal-għotja u l-ammonti finali mħallsa.

3.   Il-benefiċjarji għandhom jippreżentaw rapporti kif definit fil-ftehimiet ta’ għotja rispettivi mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’aċċess għar-rapporti rigward azzjonijiet li jinsabu fit-territorji tagħhom.

Artikolu 22

Monitoraġġ u rapportar

1.   L-indikaturi biex jiġi rrappurtat il-progress tal-FNE lejn it-twettiq tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 jinsabu fil-Parti I tal-Anness.

2.   Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-FNE lejn it-twettiq tal-għanijiet tagħha, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26, biex temenda l-Parti I tal-Anness fir-rigward tal-indikaturi fejn jitqies meħtieġ kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

3.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-FNE tkun xierqa għal analiżi bir-reqqa tal-progress miksub, inkluż għat-traċċar tal-klima, u li din tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta’ rapportar lil dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni u, fejn meħtieġ, lill-Istati Membri.

4.   Il-Kummissjoni għandha ttejjeb is-sit web iddedikat, billi tippubblika, f’ħin reali, mappa bil-proġetti li jkunu qed jiġu implimentati, flimkien ma’ informazzjoni rilevanti, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt u l-valur, il-benefiċjarju, l-entità ta’ implimentazzjoni u s-sitwazzjoni attwali tal-proġett. Il-Kummissjoni għandha wkoll tippreżenta rapporti ta’ progress kull sentejn. Dawk ir-rapporti ta’ progress għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-FNE, skont l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tagħha stabbiliti fl-Artikolu 3, u jiċċaraw jekk is-setturi differenti humiex mexjin sew, jekk l-impenn baġitarju totali huwiex konformi mal-ammont totali allokat, jekk il-proġetti li għaddejjin ikunux tlestew b’mod suffiċjenti, u jekk għadhomx fattibbli u adatti li jitwettqu.

Artikolu 23

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex ir-riżultati tagħhom jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   Għandha ssir evalwazzjoni interim tal-FNE ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-FNE, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-FNE.

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-FNE, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-FNE.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 24

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Koordinazzjoni tal-FNE, li jista’ jiltaqa’ f’formazzjonijiet differenti skont is-suġġett rispettiv. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 25

Atti delegati

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi:

(a)

tistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni abbażi tal-indikaturi kif stipulati fil-Parti I tal-Anness;

(b)

tistabbilixxi regoli dwar l-għażla ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli addizzjonali għal dawk fil-Parti IV tal-Anness, u tistabbilixxi u taġġorna lista ta’ proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

2.   Soġġett għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 172 TFUE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament:

(a)

biex temenda l-Parti III tal-Anness rigward id-definizzjoni tal-kurituri tan-networks ewlenija għas-settur tat-trasport kif ukoll is-sezzjonijiet identifikati minn qabel fuq in-network komprensiv;

(b)

biex temenda l-Parti V tal-Anness rigward l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ konnettività diġitali ta’ interess komuni.

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 25 tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 7(2), l-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 25 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha simultanjament.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 7(2), l-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata mmirata lejn diversi udjenzi, inklużi l-mezzi tax-xandir u l-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-FNE, ma’ azzjonijiet meħudin taħt il-FNE u mar-riżultati miksuba. Ir-riżorsi finanzjarji allokati lill-FNE għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

3.   It-trasparenza u l-konsultazzjoni pubblika għandhom jiġu żgurati f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali.

Artikolu 28

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-FNE permezz ta’ deċiżjoni adottata taħt ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jitwettqu investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 29

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 huma b’dan imħassra.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika ta’ azzjonijiet mibdija taħt ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, li għandu jibqa’ japplika għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.

3.   Il-pakkett finanzjarju għall-FNE jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-transizzjoni bejn il-FNE u l-miżuri adottati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

4.   Jekk meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(5), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li ma jitlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2027, skont dan ir-Regolament.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Lulju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. LOGAR


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 191.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 173.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (ĠU C 158, 30.4.2021, p. 884) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-14 ta’ Ġunju 2021 (ĠU C 276, 9.7.2021, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

(13)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id- Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

(16)  Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(19)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(20)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(21)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(25)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344 19.12.2013, p. 1).

(27)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(28)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(29)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(31)  Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar network ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).

(32)  Il-pakkett finanzjarju tal-FNE għall-perijodu 2021-2027 fi prezzijiet kostanti tal-2018 huwa EUR 29 896 000 000, u huwa mqassam kif ġej: (a) trasport: EUR 22 884 000 000, li minnhom (i) EUR 11 384 000 000 mill-QFP 2021-2027, Intestatura 1(2), Investiment Strateġiku Ewropew; (ii) EUR 10 000 000 000 trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni; (iii) EUR 1 500 000 000 mill-QFP 2021-2027, Intestatura 5(13), Difiża; (b) enerġija: EUR 5 180 000 000; (c) diġitali: EUR 1 832 000 000.

(33)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).


ANNESS

PARTI I

INDIKATURI

Il-FNE ser tiġi mmonitorjata mill-qrib abbażi ta’ sett ta’ indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-FNE ikunu twettqu u bil-ħsieb li jiġu minimizzati l-piż u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, ser tinġabar data fir-rigward tas-sett ta’ indikaturi ewlenin li ġejjin:

Setturi

Għanijiet Speċifiċi

Indikaturi Ewlenin

Trasport

Networks u infrastruttura effiċjenti, interkonnessi u multimodali għal mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura

L-għadd ta’ konnessjonijiet transfruntiera u neqsin indirizzati bl-appoġġ tal-FNE (inklużi azzjonijiet relatati ma’ nodi urbani, konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali, pjattaformi loġistiċi multimodali, portijiet marittimi, portijiet interni, konnessjonijiet għall-ajruporti u terminals ferrovjarji tan-network ewlieni, u tan-network komprensiv, tat-TEN-T)

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tat-trasport, b’mod partikolari permezz tal-użu tal-ERTMS, RIS, ITS, VTMIS/servizzi Marittimi elettroniċi u SESAR

L-għadd ta’ punti ta’ provvista ta’ karburant alternattiv mibnija jew imtejba bl-appoġġ tal-FNE

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għas-sikurezza tat-trasport

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għall-aċċessibbiltà tat-trasport għall-persuni b’mobilità mnaqqsa

Numru ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-istorbju mill-ferroviji tal-merkanzija

Adattament għall-użu doppju tal-infrastruttura tat-trasport

L-għadd ta’ komponenti tal-infrastruttura tat-trasport adattati għar-rekwiżiti tal-użu doppju

Enerġija

Kontribuzzjoni għall-interkonnettività u l-integrazzjoni ta’ swieq

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għal proġetti li jipprovdu interkonnessjoni bejn in-networks tal-Istati Membri u jneħħu r-restrizzjonijiet interni

Sigurtà fil-provvista

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għal proġetti li jiżguraw network reżiljenti tal-gass

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu biex il-grilji jsiru intelliġenti u diġitalizzati u biex iżidu l-kapaċità tal-ħażna tal-enerġija

Żvilupp sostenibbli billi tkun tista’ ssir id-dekarbonizzazzjoni

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għal proġetti li permezz tagħhom ikun hemm penetrazzjoni akbar tal-enerġija rinnovabbli fis-sistemi tal-enerġija

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għal kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

Diġitali

Kontribuzzjoni għall-użu ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali madwar l-Unjoni

Il-konnessjonijiet ġodda ma’ networks ta’ kapaċità għolja ħafna għal muturi soċjoekonomiċi u konnessjonijiet ta’ kwalità għolja ħafna għall-komunitajiet lokali

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li permezz tagħhom ikun hemm kopertura 5G tul il-mogħdijiet ewlenin tat-trasport

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li permezz tagħhom ikun hemm konnessjonijiet ġodda ma’ networks ta’ kapaċità għolja ħafna

L-għadd ta’ azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tas-setturi tal-enerġija u tat-trasport

PARTI II

PERĊENTWALI INDIKATTIVI GĦAS-SETTUR TAT-TRASPORT

Ir-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 4(2) għandhom jitqassmu kif ġej:

60 % għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 9(2): “azzjonijiet relatati ma’ networks effiċjenti, interkonnessi, interoperabbli u multimodali” li minnhom EUR 1 559 800 000 (1) għandhom jiġu allokati, bi prijorità u fuq bażi kompetittiva, għat-tlestija ta’ konnessjonijiet ferrovjarji transkonfinali kbar neqsin bejn l-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni;

40 % għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 9(2): “azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura”.

Ir-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 4(2) għandhom jitqassmu kif ġej:

85 % għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 9(2): “azzjonijiet relatati ma’ networks effiċjenti, interkonnessi, interoperabbli u multimodali”;

15 % għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 9(2): “azzjonijiet relatati ma’ mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura”.

Għall-azzjonijiet elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 9(2), 85 % tar-riżorsi baġitarji għandhom ikunu allokati għal azzjonijiet fuq in-network ewlieni u 15 % għal azzjonijiet fuq in-network komprensiv.

PARTI III

KURITURI TAN-NETWORKS EWLENIJA TAT-TRASPORT U KONNESSJONIJIET TRANSFRUNTIERA FUQ IN-NETWORK KOMPRENSIV

1.

Kurituri tan-networks ewlenija u lista indikattiva ta’ konnessjonijiet transfruntiera, u konnessjonijiet nieqsa, identifikati minn qabel

Kuritur tan-network ewlieni “Atlantiku”

Allinjament

Gijón – León – Valladolid

A Coruña – Vigo – Orense – León

Zaragoza – Pamplona/Logroño – Bilbao

Tenerife/Gran Canaria – Huelva/Sanlúcar de Barrameda – Sevilla – Córdoba

Algeciras – Bobadilla – Madrid

Sines/Lisboa – Madrid – Valladolid

Lisboa – Aveiro – Leixões/Porto – Ix-xmara Douro

Sionainn Faing jew Shannon Foynes/Baile Átha Cliath jew Dublin/Corcaigh jew Cork – Le Havre – Rouen – Paris

Aveiro – Valladolid – Vitoria-Gasteiz – Bergara – Bilbao/Bordeaux – Toulouse/Tours – Paris – Metz – Mannheim/Strasbourg

Sionainn Faing jew Shannon Foynes/Baile Átha Cliath jew Dublin/Corcaigh jew Cork – Saint Nazaire – Nantes – Tours – Dijon

Konnessjonijiet transfruntiera

Évora – Mérida

Ferrovija

Vitoria-Gasteiz – San Sebastián – Bayonne – Bordeaux

Aveiro – Salamanca

Ix-xmara Douro (Via Navegável do Douro)

Passaġġi fuq l-ilma interni

Konnessjonijiet nieqsa

Linji ferrovjarji interoperabbli fil-Peniżola Iberika mingħajr il-qisien standard tal-UIC

Ferrovija

Kuritur tan-network ewlieni “Baltiku – Adrijatiku”

Allinjament

Gdynia – Gdańsk – Katowice/Sławków

Gdańsk – Warszawa – Katowice/Kraków

Katowice – Ostrava – Brno – Wien

Szczecin/Świnoujście – Poznań – Wrocław – Ostrava

Katowice – Bielsko-Biała – Žilina – Bratislava – Wien

Wien – Graz– Villach – Udine – Trieste

Udine – Venezia – Padova – Bologna – Ravenna – Ancona

Graz – Maribor – Ljubljana – Koper/Trieste

Konnessjonijiet

transfruntiera

Katowice/Opole – Ostrava – Brno

Katowice – Žilina

Bratislava – Wien

Graz – Maribor

Venezia – Trieste – Divača – Ljubljana

Ferrovija

Katowice – Žilina

Brno – Wien

Toroq

Konnessjonijiet nieqsa

Gloggnitz – Mürzzuschlag: Mina ta’ bażi ta’ Semmering

Graz – Klagenfurt: Linja ferrovjarja u mina ta’ Koralm

Koper – Divača

Ferrovija

Kuritur tan-network ewlieni “Mediterran”

Allinjament

Algeciras – Bobadilla –Madrid – Zaragoza – Tarragona

Madrid – Valencia – Sagunto – Teruel – Zaragoza

Sevilla – Bobadilla – Murcia

Cartagena – Murcia – Valencia – Tarragona/Palma de Mallorca – Barcelona

Tarragona – Barcelona – Perpignan – Narbonne - Toulouse/Marseille – Genova/Lyon – La Spezia/Torino – Novara – Milano – Bologna/Verona – Padova – Venezia – Ravenna/Trieste/Koper – Ljubljana – Budapest

Ljubljana/Rijeka – Zagreb – Budapest – fruntiera UA

Konnessjonijiet transfruntiera

Barcelona – Perpignan

Ferrovija

Lyon – Torino: mina ta’ bażi u rotot ta’ aċċess

Nice – Ventimiglia

Venezia – Trieste – Divača – Ljubljana

Ljubljana – Zagreb

Zagreb – Budapest

Budapest – Miskolc – fruntiera UA

Lendava – Letenye

Toroq

Vásárosnamény – fruntiera UA

Konnessjonijiet nieqsa

Almería — Murcia

Ferrovija

Linji ferrovjarji interoperabbli fil-Peniżola Iberika mingħajr il-qisien standard tal-UIC

Perpignan – Montpellier

Koper – Divača

Rijeka – Zagreb

Milano – Cremona – Mantova – Porto Levante/Venezia – Ravenna/Trieste

Passaġġi fuq l-ilma interni

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Baltiku”

Allinjament

Luleå – Helsinki – Tallinn – Rīga

Ventspils – Rīga

Rīga – Kaunas

Klaipėda – Kaunas – Vilnius

Kaunas – Warszawa

Fruntiera mal-Belarussja – Warszawa – Łódź – Poznań – Frankfurt (Oder) – Berlin – Hamburg – Kiel

Łódź – Katowice/Wrocław

Fruntiera UA – Rzeszów – Katowice – Wrocław – Falkenberg – Magdeburg

Szczecin/Świnoujście – Berlin – Magdeburg – Braunschweig – Hannover

Hannover – Bremen – Bremerhaven/Wilhelmshaven

Hannover – Osnabrück – Hengelo – Almelo – Deventer – Utrecht

Utrecht – Amsterdam

Utrecht – Rotterdam – Antwerpen

Hannover/Osnabrück – Köln – Antwerpen

Konnessjonijiet transfruntiera

Tallinn – Rīga – Kaunas – Warszawa: Linja ferrovjarja ġdida ta’ Rail Baltic b’qisien standard tal-UIC kompletament interoperabbli

Ferrovija

Świnoujście/Szczecin – Berlin

Ferrovija u passaġġi fuq l-ilma interni

Kuritur Via Baltica EE-LV-LT-PL

Toroq

Konnessjonijiet nieqsa

Kaunas – Vilnius: parti mil-linja ferrovjarja l-ġdida ta’ Rail Baltic b’qisien standard tal-UIC kompletament interoperabbli

Ferrovija

Warszawa/Idzikowice – Poznań/Wrocław, inkluż konnessjonijiet mal-Hub tat-Trasport Ċentrali ppjanat

Kanal ta’ Nord-Ostsee

Passaġġi fuq l-ilma interni

Berlin – Magdeburg – Hannover; Mittellandkanal; kanali fil-Ġermanja tal-Punent

Ix-xmara Rhin, ix-xmara Waal

Noordzeekanaal, IJssel, Twentekanaal

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Mediterran”

Allinjament

Fruntiera mar- Renju Unit – Baile Átha Cliath jew Dublin – Sionainn Faing jew Shannon Foynes/Corcaigh jew Cork

Sionainn Faing jew Shannon Foynes/Baile Átha Cliath jew Dublin/Corcaigh jew Cork – Le Havre/Calais/Dunkerque/Zeebrugge/Terneuzen/Gent/Antwerpen/Rotterdam/Amsterdam

Fruntiera mar-Renju Unit – Lille – Brussel jew Bruxelles

Amsterdam – Rotterdam – Antwerpen – Brussel jew Bruxelles – Lussemburgu

Lussemburgu – Metz – Dijon – Mâcon – Lyon – Marseille

Lussemburgu – Metz – Strasbourg – Basel

Antwerpen/Zeebrugge – Gent – Calais/Dunkerque/Lille – Paris– Rouen – Le Havre

Konnessjonijiet transfruntiera

Brussel jew Bruxelles – Lussemburgu – Strasbourg

Ferrovija

Terneuzen – Gent

Passaġġi fuq l-ilma interni

Ix-xmara Seine – in-Network tax-xmara Scheldt u l-baċini relatati tax-xmajjar Seine, Scheldt u Meuse

Kuritur Rin-Scheldt

Konnessjonijiet nieqsa

Albertkanaal/Canal Albert u Kanaal Bocholt-Herentals

Passaġġi fuq l-ilma interni

Kuritur tan-network ewlieni “Orjent/Lvant tal-Mediterran”

Allinjament

Hamburg – Berlin

Rostock – Berlin – Dresden

Bremerhaven/Wilhelmshaven – Magdeburg – Dresden

Dresden – Ústí nad Labem – Mělník/Praha – Lysá nad Labem/Poříčany – Kolín

Kolín – Pardubice – Brno – Wien/Bratislava – Budapest – Arad – Timişoara – Craiova – Calafat – Vidin – Sofia

Sofia – fruntiera RS/fruntiera MK

Sofia – Plovdiv – Burgas/fruntiera TR

Fruntiera TR – Alexandroupoli – Kavala – Thessaloniki – Ioannina – Kakavia/Igoumenitsa

Fruntiera MK – Thessaloniki

Sofia – Thessaloniki – Athina – Piraeus/Ikonio – Irakleio – Lemesos (Vasiliko) – Lefkosia/Larnaka

Athina – Patra/Igoumenitsa

Konnessjonijiet transfruntiera

Dresden – Praha/Kolín

Ferrovija

Wien/Bratislava – Budapest

Békéscsaba – Arad – Timişoara

Craiova – Calafat – Vidin – Sofia – Thessaloniki

Sofia – fruntiera RS/fruntiera MK

Fruntiera TR – Alexandroupoli

Fruntiera MK – Thessaloniki

Ioannina – Kakavia (fruntiera AL)

Toroq

Drobeta Turnu Severin/Craiova – Vidin – Montana

Sofia – fruntiera RS

Hamburg – Dresden – Praha – Pardubice

Passaġġi fuq l-ilma interni

Konnessjonijiet nieqsa

Igoumenitsa – Ioannina

Praha – Brno

Thessaloniki – Kavala – Alexandroupoli

Timişoara – Craiova

Ferrovija

Kuritur tan-network ewlieni “Rin – Alpi”

Allinjament

Genova – Milano – Lugano – Basel

Genova – Novara – Brig – Bern – Basel – Karlsruhe – Mannheim – Mainz – Koblenz – Köln

Köln – Düsseldorf – Duisburg – Nijmegen/Arnhem – Utrecht – Amsterdam

Nijmegen – Rotterdam – Vlissingen

Köln – Liège – Brussel jew Bruxelles – Gent

Liège – Antwerpen – Gent – Zeebrugge

Konnessjonijiet

transfruntiera

Zevenaar – Emmerich – Oberhausen

Ferrovija

Karlsruhe – Basel

Milano/Novara – fruntiera CH

Basel – Antwerpen/Rotterdam – Amsterdam

Passaġġi fuq l-ilma interni

Konnessjonijiet nieqsa

Genova – Tortona/Novi Ligure

Ferrovija

 

Zeebrugge – Gent

Kuritur tan-network ewlieni “Rin – Danubju”

Allinjament

Strasbourg – Stuttgart – München – Wels/Linz

Strasbourg – Mannheim – Frankfurt am Main – Würzburg – Nürnberg – Regensburg – Passau – Wels/Linz

München/Nürnberg – Praha – Ostrava/Přerov – Žilina – Košice – fruntiera UA

Wels/Linz – Wien – Bratislava – Budapest – Vukovar

Wien/Bratislava – Budapest – Arad – Moravita/Brasov/Craiova – București – Giurgiu/Constanta – Sulina

Konnessjonijiet transfruntiera

München – Praha

Ferrovija

Nürnberg – Plzeň

München – Mühldorf – Freilassing - Salzburg

Strasbourg – Kehl Appenweier

Hranice – Žilina

Košice – fruntiera UA

 

Wien – Bratislava/Budapest

Bratislava – Budapest

Békéscsaba – Arad – Timişoara – fruntiera RS

București – Giurgiu - Rousse

Ix-xmara Danubju (Kehlheim – Constanța/Midia/Sulina) u l-baċini relatati magħha tax-xmajjar Váh, Sava u Tisza

Passaġġi fuq l-ilma interni

Zlín – Žilina

Toroq

Timişoara – fruntiera RS

Konnessjonijiet nieqsa

Stuttgart – Ulm

Ferrovija

Salzburg – Linz

Craiova – București

Arad - Sighişoara – Brasov - Predeal

Kuritur tan-network ewlieni “Skandinavu – Mediterran”

Allinjament

Fruntiera mar-Russja – Hamina/Kotka – Helsinki – Turku/Naantali – Stockholm – Örebro(Hallsberg)/Linköping – Malmö

Narvik/Oulu – Luleå – Umeå – Stockholm/Örebro(Hallsberg)

Oslo – Göteborg – Malmö – Trelleborg

Malmö – København – Fredericia – Aarhus – Aalborg - Hirtshals/Frederikshavn

København – Kolding/Lübeck – Hamburg – Hannover

Bremerhaven – Bremen – Hannover – Nürnberg

Rostock – Berlin – Halle/Leipzig – Erfurt - München

Nürnberg – München – Innsbruck – Verona – Bologna – Ancona/Firenze

Livorno/La Spezia – Firenze – Roma – Napoli – Bari – Taranto – Valletta/Marsaxlokk

Cagliari – Napoli – Gioia Tauro – Palermo/Augusta – Valletta/Marsaxlokk

Konnessjonijiet transfruntiera

Fruntiera RU – Helsinki

Ferrovija

København – Hamburg: Rotot ta’ aċċess għall-konnessjoni fissa tal-Istrett ta’ Fehmarn

München – Wörgl – Innsbruck – Fortezza – Bolzano – Trento – Verona: mina ta’ bażi ta’ Brenner u r-rotot ta’ aċċess għaliha

Göteborg – Oslo

København – Hamburg: Linja fissa tal-Istrett ta’ Fehmarn

Ferrovija/Toroq

2.

Lista indikattiva ta’ konnessjonijiet transfruntiera identifikati minn qabel fin-network komprensiv

Is-sezzjonijiet transfruntiera tan-network komprensiv imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 9(2) jinkludu b’mod partikolari s-sezzjonijiet li ġejjin:

Baile Átha Cliath jew Dublin/Letterkenny – fruntiera mar-Renju Unit

Toroq

Pau – Huesca

Ferrovija

Lyon – fruntiera CH

Ferrovija

Athus – Mont – Saint-Martin

Ferrovija

Breda – Venlo – Viersen – Duisburg

Ferrovija

Antwerpen – Duisburg

Ferrovija

Mons – Valenciennes

Ferrovija

Gent – Terneuzen

Ferrovija

Heerlen – Aachen

Ferrovija

Groningen – Bremen

Ferrovija

Stuttgart – fruntiera CH

Ferrovija

Gallarate/Sesto Calende – fruntiera CH

Ferrovija

Berlin – Rzepin/Horka – Wrocław

Ferrovija

Praha – Linz

Ferrovija

Villach – Ljubljana

Ferrovija

Pivka – Rijeka

Ferrovija

Plzeň – České Budějovice – Wien

Ferrovija

Wien – Győr

Ferrovija

Graz – Celldömölk – Győr

Ferrovija

Neumarkt – Kallham – Mühldorf

Ferrovija

Kuritur tal-Ambra PL-SK-HU

Ferrovija

Kuritur ta’ Via Carpathia fruntiera BY/UA – PL-SK-HU-RO

Toroq

Focșani – fruntiera mal-Moldova

Toroq

Budapest – Osijek – Svilaj (fruntiera BA)

Toroq

Faro – Huelva

Ferrovija

Porto – Vigo

Ferrovija

Giurgiu – Varna

Ferrovija

Svilengrad – Pithio

Ferrovija

3.

Komponenti tan-network komprensiv li jinsabu fi Stati Membri li ma għandhomx fruntiera fuq l-art ma’ Stat Membru ieħor.

PARTI IV

GĦAŻLA TA’ PROĠETTI TRANSFRUNTIERA FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI

1.

L-għan tal-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jippromwovu kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ippjanar, l-iżvilupp u l-isfruttar kosteffikaċi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom permezz ta’ faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija u bil-għan li jikkontribwixxu għall-istrateġija ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul tal-Unjoni.

2.

Kriterji ġenerali

Biex jikkwalifika bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, proġett għandu jissodisfa l-kriterji ġenerali kollha li ġejjin:

(a)

il-proġett għandu jkun inkluż fi ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar, u pajjiż terz wieħed jew aktar, kif stipulat fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)

il-proġett għandu jipprovdi ffrankar ta’ spejjeż fl-użu tal-enerġija rinnovabbli jew benefiċċji għall-integrazzjoni tas-sistema, sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew innovazzjoni, jew it-tnejn, meta mqabbel ma’ proġett simili jew proġett fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli implimentat minn wieħed mill-Istati Membri parteċipanti waħdu;

(c)

il-benefiċċji globali potenzjali ta’ kooperazzjoni jisbqu l-kostijiet tiegħu, inkluż fit-tul, kif ivvalutat fuq il-bażi tal-analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji kif imsemmi fil-punt 3 ta’ din il-Parti u bl-applikazzjoni tal-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.

Analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji

(a)

il-kostijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;

(b)

il-kostijiet tal-integrazzjoni tas-sistema;

(c)

il-kostijiet tal-appoġġ;

(d)

l-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(e)

is-sigurtà tal-provvista;

(f)

it-tniġġis tal-arja u tniġġis lokali ieħor, bħall-effetti fuq in-natura lokali u l-ambjent;

(g)

l-innovazzjoni.

4.

Proċedura

(a)

Il-promoturi, inklużi l-Istati Membri, ta’ proġett li potenzjalment ikun eliġibbli għall-għażla bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli taħt ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ieħor ta’ arranġament bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar kif stipulat fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u li jkun maħsub jikseb l-istatus ta’ proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-għażla bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti biex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-proġett skont il-kriterji stabbiliti fil-punti 2 u 3 ta’ din il-Parti, f’konformità mal-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-promoturi jingħataw l-opportunità li japplikaw għall-istatus ta’ proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli tal-anqas darba fis-sena.

(b)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippresiedi grupp għal proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u wieħed mill-Kummissjoni. Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura proprji tiegħu.

(c)

Mill-anqas darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha torganizza l-proċess għall-għażla bħala proġetti transfruntiera. Sussegwentement għall-evalwazzjoni tal-proġetti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-grupp imsemmi fil-punt (c) ta’ dan il-punt lista ta’ proġetti eliġibbli fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 u fil-punt (d) ta’ dan il-punt

(d)

Il-grupp imsemmi fil-punt (b) għandu jingħata l-informazzjoni rilevanti, sakemm ma tkunx sensittiva mil-lat kummerċjali, dwar il-proġetti eliġibbli inklużi fil-lista ppreżentata mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

(i)

konferma tal-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-għażla għall-proġetti kollha;

(ii)

informazzjoni dwar il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni li miegħu għandu x’jaqsam il-proġett u informazzjoni rigward sa liema punt proġett ikollu l-appoġġ ta’ Stat Membru jew diversi Stati Membri;

(iii)

deskrizzjoni tal-għan tal-proġett, inkluż il-kapaċità stmata (f’kW) u, fejn disponibbli, il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli (f’kW kull sena), kif ukoll il-kostijiet totali tal-proġett u l-kostijiet eliġibbli msemmija, f’euro;

(iv)

informazzjoni dwar il-valur miżjud tal-Unjoni li huwa mistenni, skont il-punt 2, (b), ta’ din il-Parti u dwar il-kostijiet u l-benefiċċji mistennija u l-valur miżjud tal-Unjoni li huwa mistenni, skont il-punt 2(c), ta’ din il-Parti.

(e)

Il-grupp jista’ jistieden għal-laqgħat tiegħu, kif xieraq, lill-promoturi ta’ proġetti eliġibbli, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi involuti fi proġetti eliġibbli u lil kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra.

(f)

Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni, il-grupp għandu jaqbel dwar abbozz ta’ lista ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, li għandhom jiġu adottati skont il-punt (g).

(g)

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista finali tal-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ att delegat abbażi ta’ abbozz ta’ lista msemmija fil-punt (f) u b’kont meħud tal-punt (i). Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll, fis-sit web tagħha, il-lista tal-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Dik il-lista għandha tiġi riveduta kif meħtieġ u tal-anqas kull sentejn.

(h)

Il-grupp għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-proġetti fuq il-lista finali u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jingħeleb dewmien possibbli fl-implimentazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, il-promoturi tal-proġetti magħżula għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom.

(i)

Meta tagħżel il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-mira tal-Kummissjoni għandha tkun li tiżgura bilanċ ġeografiku xieraq fl-għażla ta’ tali proġetti. Ir-raggruppamenti reġjonali jistgħu jintużaw għall-għażla tal-proġetti.

(j)

Proġett ma għandux jintgħażel bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, jew, jekk jintgħażel, għandu jkollu dan l-istatus irtirat, jekk l-informazzjoni li kienet fattur deċiżiv fl-evalwazzjoni tkun żbaljata, jew jekk il-proġett ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni.

PARTI V

PROĠETTI TA’ INFRASTRUTTURA TAL-KONNETTIVITÀ DIĠITALI TA’ INTERESS KOMUNI

1.

Konnettività f’Gigabits, inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata, għal muturi soċjoekonomiċi.

L-azzjonijiet għandhom jingħataw prijorità billi jitqiesu l-funzjoni tal-muturi soċjoekonomiċi, ir-rilevanza tas-servizzi u l-applikazzjonijiet diġitali li jkunu jistgħu jsiru bil-provvista tal-konnettività sottostanti għalihom, u l-benefiċċji soċjoekonomiċi potenzjali għaċ-ċittadini, in-negozji u l-komunitajiet lokali, inkluża ż-żona ta’ kopertura addizzjonali maħluqa, f’termini ta’ unitajiet domestiċi. Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b’mod ġeografikament bilanċjat fost l-Istati Membri.

Għandha tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-konnettività f’Gigabit inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata, fir-rigward ta’:

(a)

sptarijiet u ċentri mediċi, f’konformità mal-isforzi biex tiġi diġitalizzata s-sistema tal-kura tas-saħħa, bil-ħsieb li jiżdied il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni u jinbidel il-mod li bih jingħataw is-servizzi tas-saħħa u tal-kura lill-pazjenti;

(b)

ċentri edukattivi u ta’ riċerka, fil-kuntest tal-isforzi li jiffaċilitaw l-użu, fost l-oħrajn, ta’ computing ta’ prestazzjoni għolja, l-applikazzjonijiet fuq il-cloud u l-big data, l-eliminazzjoni tad-differenzi diġitali u l-innovazzjoni tas-sistemi edukattivi, it-titjib fir-riżultati tat-tagħlim, it-tisħiħ tal-ekwità u t-titjib fl-effiċjenza;

(c)

il-kopertura broadband bla fili tal-5G mingħajr interruzzjoni għaż-żoni urbani kollha sal-2025.

2.

Konnettività bla fili fil-komunitajiet lokali

L-azzjonijiet li l-mira tagħhom hija li jipprovdu l-konnettività bla fili lokali f’ċentri tal-ħajja pubblika lokali, fosthom l-ispazji fil-beraħ aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin sabiex jirċievu finanzjament:

(a)

jiġu implimentati minn korp tas-settur pubbliku kif imsemmi fit-tieni paragrafu, li jkun kapaċi jippjana u jissorvelja l-installazzjoni tal-punti tal-aċċess lokali bla fili fil-magħluq jew fil-beraħ fl-ispazji pubbliċi kif ukoll jiżgura l-finanzjament tal-kostijiet operattivi għal mill-anqas tliet snin;

(b)

jibnu fuq networks diġitali ta’ kapaċità għolja ħafna biex ikunu jistgħu jwasslu lill-utenti esperjenza tal-Internet ta’ kwalità għolja ħafna lil utenti li:

(i)

tkun mingħajr ħlas u mingħajr kondizzjonijiet diskriminatorji, faċli li tiġi aċċessata, hija sikura u tuża l-aħħar u l-aħjar tagħmir disponibbli, u tkun kapaċi twassal konnettività b’veloċità għolja lill-utenti tiegħu; u

(ii)

tappoġġa aċċess mifrux u nondiskriminatorju għal servizzi diġitali innovattivi;

(c)

jużaw l-identità viżiva komuni li għandha tingħata mill-Kummissjoni u jintrabtu mal-għodod multilingwi online assoċjati magħha;

(d)

bil-ħsieb li jinkisbu sinerġiji u tiżdied il-kapaċità u titjieb l-esperjenza tal-utenti, jiffaċilitaw l-użu ta’ punti ta’ aċċess bla fili f’żoni żgħar li jkunu lesti għall-5G, kif definit fid-Direttiva (UE) 2018/1972; u

(e)

jieħdu l-impenn li jakkwistaw it-tagħmir meħtieġ u/jew is-servizzi ta’ installazzjoni relatati skont il-liġi applikabbli sabiex jiżguraw li l-proġetti ma jfixklux wisq il-kompetizzjoni.

L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għandu jkun disponibbli għall-korpi tas-settur pubbliku kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li f’konformità mal-liġi nazzjonali, huma responsabbli li jipprovdu l-konnettività lokali bla fili bla ħlas u mingħajr kondizzjonijiet diskriminatorji bl-installazzjoni ta’ punti tal-aċċess lokali bla fili.

L-azzjonijiet iffinanzjati ma għandhomx jidduplikaw l-offerti bla ħlas privati jew pubbliċi li diġà jeżistu li jkollhom karatteristiċi simili, inkluż il-kwalità, fl-istess spazju pubbliku.

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b’mod ġeografikament bilanċjat fost l-Istati Membri.

Kull fejn ikun rilevanti, għandhom jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-koerenza mal-azzjonijiet appoġġati mill-FNE li jippromwovu l-aċċess ta’ muturi soċjoekonomiċi għal networks ta’ kapaċità għolja ħafna li kapaċi jipprovdu konnettività f’Gigabit inklużi sistemi 5G u konnettività oħra tal-aktar teknoloġija avvanzata.

3.

Lista indikattiva tal-kurituri 5G u tal-konnessjonijiet ċentrali transfruntiera eliġibbli għall-finanzjament

Bi qbil mal-għanijiet tas-soċjetà tal-Gigabit stipulati mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-mogħdijiet terrestri tat-trasport ewlenin ikollhom kopertura tal-5G mingħajr interruzzjoni sal-2025, l-azzjonijiet li jimplimentaw il-kopertura bla interruzzjoni ma’ sistemi 5G skont il-punt (c) tal-Artikolu 9(4), jinkludu, bħala l-ewwel pass, azzjonijiet dwar is-sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-mobilità konnessa u awtomatizzata (MKA) u, bħala t-tieni pass, azzjonijiet fuq sezzjonijiet aktar estensivi bil-ħsieb ta’ użu fuq skala ikbar tal-MKA tul il-kurituri, kif indikat fit-tabella ta’ hawn isfel (lista indikattiva). Il-kurituri tan-network tat-TEN-T jintużaw bħala bażi għal dan il-għan, iżda l-użu tal-5G mhuwiex neċessarjament limitat għal dawk il-kurituri (3).

Barra minn hekk, azzjonijiet li jappoġġaw l-użu ta’ networks ċentrali, inkluż permezz ta’ kejbils sottomarini minn Stat Membru għal ieħor u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew li jgħaqqdu gżejjer Ewropej, skont il-punt (d) tal-Artikolu 9(4), huma appoġġati wkoll sabiex jipprovdu r-ridondanza meħtieġa infrastruttura tant kruċjali, u sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-networks diġitali tal-Unjoni.

Kuritur tan-network ewlieni “Atlantiku”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Porto – Vigo

Mérida – Évora

Paris - Amsterdam - Frankfurt am Main

Aveiro – Salamanca

San Sebastián - Biarritz

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Metz – Paris - Bordeaux – Bilbao – Vigo – Porto – Lisboa

Bilbao – Madrid – Lisboa

Madrid - Mérida - Sevilla - Tarifa

It-tħaddim ta’ networks ċentrali, inkluż b’kejbils sottomarini

Il-Gżejjer Açores/Madeira – Lisboa

Kuritur tan-network ewlieni “Baltiku – Adrijatiku”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

 

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Gdańsk – Warszawa – Brno – Vienna – Graz – Ljubljana - Koper/Trieste

Kuritur tan-network ewlieni “Mediterran”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

 

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Budapest – Zagreb – Ljubljana – Rijeka – Split – Dubrovnik

Ljubljana – Zagreb – Slavonski Brod – Bajakovo (fruntiera RS)

Slavonski Brod – Đakovo – Osijek

Montpellier - Narbonne - Perpignan - Barcelona - Valencia - Malaga – Tarifa b’estensjoni ma’ Narbonne – Toulouse

It-tħaddim ta’ networks ċentrali, inkluż b’kejbils sottomarini

Networks b’kejbils sottomarini, Lisboa – Marsilja – Milano

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Baltiku”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Warszawa – Kaunas – Vilnius

Kaunas – Klaipėda

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Tallinn – Rīga – Kaunas – fruntiera LT/PL – Warsaw

Fruntiera BY/LT – Vilnius – Kaunas – Klaipėda

Via Carpathia:

Klaipėda – Kaunas – Ełk – Białystok – Lublin – Rzeszów – Barwinek – Košice

Kuritur tan-network ewlieni “Baħar tat-Tramuntana – Mediterranju”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Metz-Merzig-Lussemburgu

Rotterdam-Antwerpen-Eindhoven

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Amsterdam - Rotterdam – Breda – Lille – Paris

Brussel jew Bruxelles – Metz – Basel

Mulhouse – Lyon – Marseille

Kuritur tan-network ewlieni “Orjent/Lvant tal-Mediterran”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Sofia-Thessaloniki-Beograd

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Berlin – Praha – Brno – Bratislava – Timişoara – Sofia – fruntiera TR

Bratislava – Košice

Sofia – Thessaloniki – Athina

Kuritur tan-network ewlieni “Rin – Alpi”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Bologna-Innsbrück-München (Kuritur Brenner)

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Rotterdam – Oberhausen – Frankfurt am Main

Basel – Milano – Genova

Kuritur tan-network ewlieni “Rin – Danubju”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

 

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Frankfurt am Main – Passau – Wien – Bratislava – Budapest – Osijek - Vukovar - București – Constanta

București – Iasi

Karlsruhe – München – Salzburg – Wels

Frankfurt am Main – Strasbourg

Kuritur tan-network ewlieni “Skandinavu – Mediterran”

Sezzjonijiet transfruntiera għall-esperimentazzjoni tal-MKA

Oulu - Tromsø

Oslo - Stockholm - Helsinki

Sezzjoni iktar estensiva għall-użu fuq skala ikbar tal-MKA

Turku – Helsinki – fruntiera mar-Russja

Oslo – Malmö - København – Hamburg - Würzburg - Nürnberg – München – Rosenheim – Verona – Bologna – Napoli – Catania – Palermo

Stockholm - Malmö

Napoli – Bari – Taranto

Aarhus – Esbjerg – Padborg


(1)  EUR 1 384 000 000 fi prezzijiet tal-2018.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(3)  Is-sezzjonijiet bil-korsiv jinsabu barra mill-kurituri tan-network ewlieni tat-Ten-T, iżda huma inklużi fil-kurituri 5G.