13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 379/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1684

tat-12 ta’ Novembru 2020

li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) ikkonkluda fl-opinjoni tat-13 ta’ Diċembru 2019 (2) (“l-opinjoni SCCS”) li l-użu tal-Methoxypropylamino Cyclohexenylidene Ethoxyethylcyanoacetate bħala filtru fil-prodotti kożmetiċi f’konċentrazzjoni massima ta’ 3 % huwa sikur. It-tossiċità permezz tal-inalazzjoni ma kinitx valutata fl-opinjoni SCCS għax ma ġiet provduta l-ebda data. Għalhekk, l-opinjoni tal-SCCS ma tapplika għal ebda prodott kożmetiku li jista’ jiġi sprejjat li jista’ jwassal għall-espożizzjoni tal-pulmuni tal-konsumatur permezz tal-inalazzjoni.

(2)

L-SCCS ikkonkludiet ukoll fl-opinjoni tagħha li l-Methoxypropylamino Cyclohexenylidene Ethoxyethylcyanoacetate huwa ammin sekondarju, u għalhekk huwa suxxettibbli għan-nitrosazzjoni u l-formazzjoni tan-nitrożammini. M’għandux jintuża flimkien ma sustanzi nitrosanti. Il-kontenut tan-nitrożammina għandu jkun inqas minn 50 ppb.

(3)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS u sabiex jiġi meqjus il-progress tekniku u xjentifiku, l-użu tal-Methoxypropylamino Cyclohexenylidene Ethoxyethylcyanoacetate bħala filtru tal-UV fil-prodotti kożmetiċi jenħtieġ li jkun awtorizzat f’konċentrazzjoni massima ta’ 3 %, ħlief f’użi li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1605/19.


ANNESS

Fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN/XAN

Isem tal-glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima f’preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“32

aċetat ta’ 2-etossietil (2Z) -2-ċjano-2-[3-(3-metossipropilammino) ċikloess-2-en-1-iliden]

Methoxypropylamino Cyclohexenylidene Ethoxyethylcyanoacetate

1419401-88-9

700-860-3

 

3 %

Ma għandux jintuża f’applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs

Tużax ma’ aġenti nitrosanti — Kontenut massimu ta’ nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f’kontenituri ħielsa min-nitriti”