17.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/1


REGOLAMENT (UE) 2019/2152 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Novembru 2019

dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni tal-istatistika dwar l-attivitajiet ekonomiċi tan-negozji tal-Istati Membri sa issa kienu dejjem ibbażati fuq għadd ta’ atti legali individwali. Dawk l-atti legali jkopru statistika tan-negozju li hi strutturali u fuq żmien qasir, l-istatistika dwar il-produzzjoni, il-kummerċ intra-Unjoni u extra-Unjoni tal-oġġetti u tas-servizzi, l-affiljati barranin, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), l-innovazzjoni u l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u l-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, kien ġie stabbilit qafas komuni għar-reġistri tan-negozju b’finijiet ta’ statistika fl-Unjoni bir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Din l-istruttura, ibbażata fuq atti legali individwali, la tipprovdi l-konsistenza meħtieġa fost l-oqsma individwali tal-istatistika u lanqas tippromwovi approċċ integrat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika tan-negozju. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-istatistika Ewropea tan-negozju tkopri wkoll l-istatistika dwar ir-R&Ż fis-setturi tal-edukazzjoni għolja, tal-gvern u s-settur privat mingħajr skop ta’ qligħ. Jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali komuni biex jiżgura l-konsistenza fost l-istatistika Ewropea tan-negozju u biex teħfief l-integrazzjoni tal-proċessi tal-istatistika korrispondenti.

(3)

Proċessi tal-istatistika integrati aħjar u bbażati fuq prinċipji tal-metodoloġija, definizzjonijiet u kriterji tal-kwalità komuni għandhom iwasslu għal statistika armonizzata dwar l-istruttura, l-attivitajiet ekonomiċi, it-tranżazzjonijiet u l-prestazzjoni tas-settur tan-negozju fl-Unjoni li tilħaq il-livell ta’ rilevanza u dettall meħtieġa biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ min jużaha.

(4)

Ir-Reġistru EuroGroups huwa intiż li jiżgura li l-gwida tal-Unjoni, bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (4), li hija ta’ rilevanza għall-istatistika Ewropea tan-negozju, tista’ tkun segwita b’mod aktar effettiv, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-intrapriżi awtonomi kif definiti fl-Artikolu 3 ta’dik ir-Rakkomandazzjoni. Tali gwida tal-Unjoni hija meħtieġa biex trawwem iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tan-negozju u toħloq kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) ibbażati fl-Unjoni.

(5)

Il-linji gwida internazzjonali, bħall-Manwal ta’ Frascati, li jikkonċerna l-istatistika tar-R&Ż, u l-Manwal ta’ Oslo, li jikkonċerna d-data tal-innovazzjoni, u ftehimiet internazzjonali adottati min-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), il-Fond Monetarju Internazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali u sopranazzjonali oħra, għandhom rilevanza għall-istatistika Ewropea tan-negozju. Sa fejn ikun possibbli, dawn il-gwidi jenħtieġ li jiġu segwiti għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika tal-Unjoni u fil-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju, biex ikun żgurat li l-istatistika tal-Unjoni tkun komparabbli ma’ dik li jikkumpilaw is-sħab internazzjonali ewlenin tal-Unjoni. Madankollu, l-istandards, il-ftehimiet u l-linji gwida tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu applikati konsistentement meta tinġabar data għall-istatistika Ewropea tan-negozju dwar it-temi tal-inputs tar-R&Ż u l-Innovazzjoni.

(6)

Il-piż amministrattiv fuq in-negozji, b’mod partikolari fuq SMEs, jenħtieġ li jkun kemm jista’ jkun limitat, filwaqt li sa fejn ikun possibbli jitqiesu sorsi oħra tad-data li mhumiex stħarriġ. Biex jittaffa l-piż minn fuq l-intrapriżi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti differenti tad-data skont id-daqs u l-importanza tal-ekonomiji tan-negozju tal-Istati Membri.

(7)

Il-Viżjoni 2020 tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) iddikjarat li d-data jenħtieġ li tintuża fid-dominji kollha tal-istatistika biex jiġu analizzati aħjar il-fenomeni emerġenti (eż. il-globalizzazzjoni) u biex il-politiki ta’ impatt kbir tal-UE ikunu jistgħu jinqdew aħjar. Il-produzzjoni ta’ data jenħtieġ li tkun ibbażata fuq proċessi tal-istatistika tal-ESS li jkunu sodi u effiċjenti. Il-kamp tal-applikazzjoni usa’ tal-qafas legali komuni għall-istatistika tan-negozju jenħtieġ li jippermetti li ssir integrazzjoni ta’ proċessi ta’ produzzjoni interdependenti li jieħdu minn diversi sorsi.

(8)

Il-Programm għall-Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ adottat skont id-Deċiżjoni Nru 1297/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li tħaddem mill-2009 sal-2013, kellu l-għan li jgħin biex tadatta l-istatistika relatata man-negozju u mal-kummerċ għall-ħtiġijiet il-ġodda tad-data u li jaġġusta s-sistema għall-produzzjoni tal-istatistika tan-negozju. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dak il-programm rigward il-prijoritajiet u s-settijiet il-ġodda tal-indikaturi, ir-razzjonalizzazzjoni tal-qafas tal-istatistika relatata man-negozju, it-titjib fl-effiċjenza tal-produzzjoni tal-istatistika dwar in-negozju u l-kummerċ u l-immodernizzar tal- tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni ta’ oġġetti jenħtieġ li jissarrfu f’dispożizzjonijiet legalment vinkolanti.

(9)

Hemm bżonn approċċ aktar flessibbli fi ħdan il-qafas tal-istatistika Ewropea għan-negozju biex jippermetti adattamenti għall-iżviluppi metodoloġiċi u rispons f’waqtu għall-ħtiġijiet emerġenti u ġustifikati ta’ min juża d-data li jirriżultaw mill-ambjent ekonomiku li qed jinbidel u mill-globalizzazzjoni u l-kumplessità dejjem akbar tal-panorama tan-negozju. Jenħtieġ li dawn l-adattamenti futuri jkunu appoġġati b’analiżi adegwata tal-ispejjeż u l-benefiċċji u li r-rekwiżiti l-ġodda tad-data li jirriżultaw ma jimponux spiża jew piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

(10)

Ir-rwol tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u tar-reġistru EuroGroups bħala infrastruttura bażika għall-ġbir u għall-kompilazzjoni ta’ data għall-istatistika Ewropea tan-negozju jenħtieġ li jitjieb. Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju jenħtieġ li jintużaw bħala s-sors ewlieni ta’ informazzjoni għall-analiżi tal-istatistika tal-popolazzjoni tan-negozju u tad-demografija tagħha, għad-definizzjoni tal-popolazzjoni tal-istħarriġ u biex tiġi stabbilita l-kollegament mas-sorsi tad-data amministrattiva.

(11)

Biex ikun żgurat ir-rwol tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u tar-reġistru EuroGroups, jenħtieġ li jiġi stabbilit u implimentat identifikatur uniku għall-unitajiet rilevanti kollha.

(12)

Jenħtieġ li tinkiseb id-delinjazzjoni t-tajba tal-gruppi tal-intrapriżi fir-reġistru EuroGroups b’data affidabbli u f’waqtha billi jintużaw kriterji armonizzati u b’aġġornament regolari tal-informazzjoni dwar ir-rabtiet ta’ kontroll bejn l-unitajiet legali li jiffurmaw parti mill-gruppi tal-intrapriżi.

(13)

Biex titjieb l-effiċjenza tal-proċessi ta’ produzzjoni tal-istatistika tal-ESS u biex jonqos il-piż tal-istatistika fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika (NSAs) jenħtieġ li jkollhom id-dritt tal-aċċess għar-rekords amministrattivi nazzjonali kollha u li jużawhom, fil-pront u bla ħlas, u li jintegraw dawk ir-rekords amministrattivi mal-istatistika, sa fejn ikun meħtieġ għall-iżvilupp, produzzjoni u tixrid tal-istatistika Ewropea tan-negozju, b’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprovdi qafas ta’ referenza għall-istatistika Ewropea. B’mod partikolari, jeżiġi konformità mal-prinċipji tal-indipendenza professjonali, l-imparzjalità, l-oġġettività, l-affidabbiltà, il-kunfidenzjalità tal-istatistika u l-kosteffettività.

(15)

Jenħtieġ li jiġu introdotti l-iskambju u l-aċċess għal mikrodata mill-NSAs li jipproduċu l-istatistika tan-negozju u li jħaddmu l-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika, għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika nazzjonali jew Ewropea tan-negozju jew biex tiżdied il-kwalità tal-istatistika Ewropea tan-negozju. Għalhekk l-iskambju tal-mikrodata jenħtieġ li jkun limitat għal każijiet ġustifikati kif xieraq.

(16)

Il-ħolqien ta’ sors addizzjonali ta’ data bbażat fuq l-iskambju ta’ mikrodata dwar l-esportazzjoni intra-Unjoni ta’ oġġetti u l-possibbiltà li jintużaw metodoloġiji innovattivi jżidu l-flessibbiltà għall-Istati Membri fil-kompilazzjoni tal-istatistika tagħhom tal-kummerċ intra-Unjoni ta’ oġġetti, u b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu l-piż tar-rispons fuq in-negozji. Il-finijiet tal-iskambju huwa l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid effiċjenti tal-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u t-titjib tal-kwalità ta’ tali statistika.

(17)

In-negozjar, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew multilateralment jirrikjedu li l-informazzjoni meħtieġa tal-istatistika fuq il-flussi kummerċjali tal-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi tkun disponibbli għall-Kummissjoni.

(18)

Jenħtieġ li tinżamm rabta mill-qrib bejn is-sistema għall-ġbir tal-informazzjoni tal-istatistika u l-formalitajiet fiskali relatati mat-taxxa fuq il-valur miżjud li teżisti fil-kuntest tal-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri. B’mod partikolari, dik ir-rabta tagħmilha possibbli biex, għall-finijiet tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti, jiġu identifikati l-esportaturi u l-importaturi u ssir verifika tal-kwalita tal-informazzjoni miġbura.

(19)

Il-moviment transfruntier tal-oġġetti, b’mod partikolari minn jew lejn pajjiżi terzi, huwa soġġett għas-superviżjoni doganali kif previst fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-awtoritajiet doganali jżommu jew għandhom aċċess għal informazzjoni jew rekords dwar dan il-moviment. L-informazzjoni jew ir-rekords, li huma relatati mad-dikjarazzjonijiet doganali jew ibbażati fuqhom, jenħtieġ li jintużaw għall-produzzjoni ta’ statistika dwar il-kummerċ tal-Unjoni tal-oġġetti.

(20)

Għall-produzzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u biex titjieb il-kwalità ta’ dik l-istatistika, jenħtieġ li l-NSAs fl-Istati Membri jiskambjaw data dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-oġġetti li tkun tinvolvi l-awtoritajiet doganali ta’ aktar minn Stat Membru wieħed. Biex jiżgura l-komplikazzjoni armonizzata tal-istatistika, jenħtieġ li l-iskambju ta’ dik il-mikrodata bejn l-NSAs jkun obbligatorju.

(21)

Biex jiggarantixxi l-kwalità u l-komparabbiltà tal-istatistika Ewropea tan-negozju jew il-kontijiet nazzjonali f’konformità mal-kunċetti u l-metodoloġija tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jenħtieġ li jkun jista’ jsir skambju ta’ data kunfidenzjali bejn l-NSAs tal-Istati Membri kkonċernati, il-banek ċentrali nazzjonali rispettivi tagħhom, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Kummissjoni (Eurostat) biss għal finijiet ta’ statistika.

(22)

Biex twettaq il-kompiti tagħha skont it-Trattati, l-aktar il-kompiti relatati mal-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha informazzjoni sħiħa, aġġornata u affidabbli dwar il-produzzjoni tal-oġġetti u tas-servizzi fl-Unjoni u dwar il-flussi tal-kummerċ internazzjonali. L-intrapriżi għandhom bżonn din l-informazzjoni wkoll biex jissorveljaw is-swieq tagħhom u d-dimensjoni internazzjonali ta’ dawk is-swieq.

(23)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jippruvaw jissimplifikaw kemm jista’ jkun il-ġbir ta’ data mingħand in-negozji Ewropej. Jenħtieġ li l-NSAs iqisu l-aħħar żviluppi diġitali fil-mument li jistabbilixxu l-istrumenti u l-metodi għall-ġbir ta’ data għall-istatistika u li jkunu mħeġġa jimplimentaw approċċi innovattivi.

(24)

Hemm bżonn li tiġi pprovduta statistika tan-negozju skont is-settur tal-attività, sabiex titkejjel il-produttività tan-negozji fl-Unjoni. B’mod partikolari, kulma jmur qed tiżdied id-domanda għal statistika dwar is-settur tas-servizzi, li hu l-aktar settur dinamiku tal-ekonomiji moderni, l-aktar mil-lat tal-potenzjal ta’ dak is-settur li jikber u joħloq l-impjiegi u meta wieħed iqis ir-relazzjonijiet mas-settur tal-manifattura. Din ix-xejra qed tkompli tissaħħaħ bl-iżvilupp ta’ servizzi diġitali ġodda. Id-domanda għall-istatistika qed tiżdied ukoll għall-industriji kreattivi u kulturali, kif hemm imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2016 dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi (9). L-istatistika dwar il-kummerċ fis-servizzi hija essenzjali għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi u s-suq uniku diġitali u għal valutazzjoni tal-impatt tal-ostakli fuq il-kummerċ tas-servizzi.

(25)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea huwa l-qafas tar-referenza għal dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data kunfidenzjali. Madankollu, il-livell dettaljat ħafna ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti jeħtieġ regoli speċifiċi fir-rigward tal-kunfidenzjalità. Importatur jew esportatur ta’ oġġetti għandu bżonn iressaq talba lill-NSA sabiex ir-riżultati tal-istatistika li jippermettu l-identifikazzjoni indiretta ta’ tali importatur jew esportatur ma jiġux żvelati. Jenħtieġ li t-talba titqies ġustifikata mill-NSA meta r-riżultati tal-istatistika jippermettu l-identifikazzjoni indiretta tal-imsemmi importatur jew esportatur. Inkella, l-NSA jenħtieġ li tkun tista’ xxerred ir-riżultati tal-istatistika f’forma li tagħmel possibbli li l-importatur jew l-esportatur jiġi indirettament identifikat.

(26)

Il-monitoraġġ tal-progress lejn l-għanijiet stabbiliti bl-istrateġija Ewropa 2020 fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni jeħtieġ statistika armonizzata dwar l-ekonomija tal-Unjoni fir-rigward tat-tibdil fil-klima u l-effiċjenza tar-riżorsi, ir-R&Ż, l-innovazzjoni, u s-soċjetà tal-informazzjoni li tkopri kemm l-attivitajiet tas-suq kif ukoll l-attivitajiet mhux tas-suq u dwar l-ambjent kummerċjali b’mod ġenerali, l-aktar dwar id-demografija tan-negozji u l-impjiegi relatati mal-attivitajiet tas-suq. Din l-informazzjoni tippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet ta’ politika infurmati għall-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, it-titjib tal-aċċess għas-suq uniku għall-SMEs, l-iżvilupp tal-intraprenditorija u t-titjib tas-sostenibbiltà u l-kompetittività.

(27)

Hemm bżonn statistika dwar l-attivitajiet tal-innovazzjoni, tar-R&Ż biex isir żvilupp u monitoraġġ tal-politiki li għandhom l-għan li jsaħħu l-kompetittività u jżidu l-potenzjal tal-Istati Membri għal tkabbir u impjiegi intelliġenti fuq żmien medju u fit-tul. Anki l-ekonomija diġitali li qed tikber u ż-żieda fl-użu tal-ICT huma wkoll fost il-muturi importanti tal-kompetittività u tat-tkabbir fl-Unjoni, u hemm ħtieġa għal statistika li tappoġġa l-istrateġiji u l-politiki relatati, inkluż it-tlestija tas-suq uniku diġitali.

(28)

Hi meħtieġa wkoll ta’ statistika tan-negozju għall-kompilazzjoni ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013.

(29)

Hemm bżonn statistika affidabbli u f’waqtha sabiex isir rappurtaġġ dwar l-iżvilupp ekonomiku f’kull Stat Membru fil-qafas tal-politika ekonomika tal-Unjoni. Il-BĊE jeħtieġ statistika li tkun disponibbli f’qasir żmien biex jivvaluta l-iżvilupp ekonomiku fl-Istati Membri fil-kuntest tal-politika monetarja unika.

(30)

Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li tingħata statistika tan-negozju fuq l-ekonomija kollha kemm hi, jenħtieġ li r-rekwiżiti tad-data jqisu, kemm jista’ jkun, miżuri ta’ simplifikazzjoni bil-għan li jittaffa l-piż minn fuq l-ekonomiji tan-negozju tal-Istati Membri li huma relattivament żgħar, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Jenħtieġ li rekwiżiti addizzjonali ma jpoġġux piż amministrattiv sproporzjonat fuq ir-rispondenti.

(31)

Jenħtieġ li jintużaw l-istandards internazzjonali, bħall-inizjattiva tal-Iskambju tad-Data u tal-Metadata tal-Istatistika (SDMX), u l-istandards tekniċi u tal-istatistika elaborati fl-ESS, bħall-istandards tal-metadata u tal-validazzjoni, sa fejn ikun rilevanti wkoll għall-istatistika Ewropea tan-negozju. Il-Kumitat ESS (ESSC) approva l-istandards tal-ESS għar-rapporti dwar il-kwalità, b’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dawk l-istandards għandhom jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tar-rappurtar skont dan ir-Regolament.

(32)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex temenda t-tipi ta’ informazzjoni tal-istatistika, biex tispeċifika ulterjorment id-dettalji tal-informazzjoni tal-istatistika li għandha tiġi provduta mill-awtoritajiet tat-taxxa u dawk doganali f’konformità mal-Annessi V u VI, rispettivament, u temenda t-temi fid-dettall imniżżlin fl-Anness I u dan ir-Regolament billi titnaqqas ir-rata ta’ kopertura għall-esportazzjonijiet intra-Unjoni tal-oġġetti. Hu partikolarment importanti li matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(33)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni b’rabta mad-dettalji tal-varjabbli kif ukoll mal-format, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju tad-data kunfidenzjali għall-finijiet tal-qafas Ewropew għaar-reġistri tal-istatistika tan-negozju, l-arranġamenti għal, il-kontenut ta’ u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tar-rapporti tal-kwalità u l-metadata, l-istandards għat-trażmissjoni tad-data u l-metadata, u d-derogi mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mill-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan. Għall-istess fini, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni rigward l-ispeċifikazzjoni tal-arranġamenti għall-għoti u l-iskambju ta’ ċerti rekords amministrattivi kif ukoll il-format, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju ta’ data kunfidenzjali għall-finijiet tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-metadata rilevanti, l-iskeda taż-żmien, l-arranġamenti għall-ġbir u l-kumpilazzjoni tal-informazzjoni tal-istatistika dwar esportazzjoni intra-Unjoni tal-oġġetti pprovduta lill-Istat Membru tal-importazzjoni, l-arranġamenti għall-applikazzjoni tar-rata ta’ kopertura tal-esportazzjoni totali intra-Unjoni tal-oġġetti fir-rigward tal-perijodu ta’ referenza, li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi marbuta mal-elementi tad-data tal-istatistika għall-informazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ intra-Unjoni ta’ oġġetti li għandhom jingħataw lill-Istat Membru tal-importazzjoni u s-simplifikazzjonijiet relatati. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(34)

Meta jkun xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u tiżgura li kwalunkwe azzjoni li tressaq ma tkunx timponi spiża jew piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti, b’mod partikolari fuq l-SMEs, filwaqt li tqis il-benefiċċji mistennija għall-utent u li twassal għal titjib fil-kwalità tal-istatistika.

(35)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tagħti derogi mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew mill-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan, meta dik l-applikazzjoni twassal għal adattamenti kbar f’xi sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru mil-lat ta’ organizzazzjoni ta’ stħarriġiet addizzjonali jew ta’ adattamenti kbar fis-sistema tiegħu tal-produzzjoni tal-istatistika biex jakkomodaw sorsi ġodda tad-data jew biex ikunu jistgħu jagħmlu tagħqid ta’ sorsi differenti.

(36)

Meta jkunu meħtieġa rekwiżiti ġodda ta’ data jew titjib għas-settijiet tad-data koperti minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tniedi studji pilota biex jitwettqu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja. Bħala prijorità, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tvara studji pilota li jkopru kummerċ internazzjonali ta’ servizzi, proprjetà immobbli, indikaturi finanzjarji u ambjent u klima.

(37)

Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi stabbiliti qafas komuni għall-istatistika Ewropea tan-negozju, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.

(38)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jieħdu post dawk, tar-Regolamenti (KE) Nru 48/2004 (12), (KE) Nru 638/2004 (13), (KE) Nru 808/2004 (14), (KE) Nru 716/2007 (15), (KE) Nru 177/2008, (KE) Nru 295/2008 (16) u (KE) Nru 471/2009 (17) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew (18) u tal-Kunsill u Regolamenti tal-Kunsill (EEC) No 3924/91 (19) u (KE) Nru 1165/98 (20). Għalhekk dawk l-atti jenħtieġ li jitħassru.

(39)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

(40)

L-ESSC ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali komuni:

(a)

għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea tan-negozju kif imsemmija fl-Artikolu 2(1);

(b)

għall-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-istatistika Ewropea tan-negozju għandha tkopri:

(a)

l-istruttura, l-attivitajiet ekonomiċi u l-prestazzjoni tal-unitajiet tal-istatistika, l-attivitajiet tagħhom fir-R&Ż u fl-innovazzjoni, l-użu tagħhom tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u l-kummerċ elettroniku, kif ukoll il-katini tal-valur globali. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-istatistika Ewropea tan-negozju għandha tkopri wkoll l-istatistika dwar ir-R&Ż fis-setturi tal-edukazzjoni għolja, tal-gvern u tas-settur privat mingħajr skop ta’ qligħ;

(b)

il-produzzjoni tal-oġġetti manifatturati u tas-servizzi u l-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u tas-servizzi.

2.   Il-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju għandu jkopri r-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru EuroGroups, kif ukoll l-iskambji ta’ data bejniethom f’konformità mal-Artikolu 10.

3.   Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu:

(a)

l-intrapriżi kollha li jwettqu attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-prodott domestiku gross (PDG), u l-unitajiet lokali tagħhom;

(b)

l-unitajiet legali li minnhom jikkonsistu dawk l-intrapriżi;

(c)

għal dawk l-intrapriżi li minħabba d-daqs tagħhom għandhom influwenza sinifikanti u li l-unitajiet tal-attività ekonomika (UAE) tagħhom għandhom influwenza sinifikanti fuq id-data (nazzjonali) aggregata jew:

(i)

l-UAE u d-daqs ta’ kull UAE li dawk l-intrapriżi jikkonsistu minnhom jew

(ii)

il-kodiċi NACE tal-attivitajiet sekondarji ta’ dawk l-intrapriżi kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u d-daqs ta’ kull waħda minn dawk l-attivitajiet sekondarji;

(d)

il-gruppi tal-intrapriżi li dawk l-intrapriżi jappartjenu għalihom.

4.   Ir-Reġistru EuroGroups għandu jinkludi l-unitajiet li ġejjin, definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 (23):

(a)

l-intrapriżi kollha li jwettqu attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-PDG li jiffurmaw parti minn grupp multinazzjonali ta’ intrapriżi;

(b)

l-unitajiet legali li minnhom jikkonsistu dawk l-intrapriżi;

(c)

il-gruppi multinazzjonali ta’ intrapriżi li dawk l-intrapriżi jappartjenu għalihom.

5.   L-unitajiet domestiċi ma għandhomx ikunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju sa fejn l-oġġetti u s-servizzi li jipproduċu jkunu destinati għall-konsum tagħhom stess, jew jinvolvu l-kiri tal-propjetà tagħhom stess.

6.   L-unitajiet lokali ta’ intrapriżi barranin li mhumiex entitajiet legali separati (fergħat), u li huma klassifikati bħala kważi korporazzjonijiet f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 549/2013, għandhom jitqiesu bħala intrapriżi għall-finijiet tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru EuroGroups.

7.   Gruppi ta’ intrapriżi għandhom jiġu identifikati mir-rabtiet tal-kontroll bejn l-unitajiet legali tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013.

8.   Meta jirreferi għar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru EuroGroups, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal unitajiet li jeżerċitaw totalment jew parzjalment attività ekonomika u għal unitajiet legali li mhumiex ekonomikament attivi, li huma parti minn intrapriża f’kombinament ma’ unitajiet legali li huma ekonomikament attivi.

9.   Għall-finijiet tal-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju, dawn li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala attività ekonomika:

(a)

kull attività li tikkonsisti f’offerta ta’ oġġetti u servizzi f’suq partikolari;

(b)

is-servizzi mhux tas-suq li jikkontribwixxu għall-PDG;

(c)

il-parteċipazzjonijiet diretti jew indiretti tal-unitajiet legali attivi.

Iż-żamma ta’ assi u/jew ta’ obbligazzjonijiet tista’ wkoll titqies bħala attività ekonomika.

10.   L-unitajiet tal-istatistika fi ħdan il-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju għandhom jiġu definiti f’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 696/93, soġġett għal-limitazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a)

“unità tal-istatistika” tfisser l-unitajiet tal-istatistika fit-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 696/93;

(b)

“unità tar-rappurtar” tfisser l-unità li tforni d-data;

(c)

“dominju” tfisser sett tad-data wieħed jew aktar, organizzati biex ikopru temi speċifiċi;

(d)

“tema” tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li ser tinġabar, b’kull tema tkopri tema fid-dettall waħda jew aktar;

(e)

“tema fid-dettall” tfisser il-kontenut fid-dettall tal-informazzjoni li ser tinġabar b’rabta ma’ tema, b’kull tema fid-dettall tkopri varjabbli wieħed jew aktar;

(f)

“varjabbli” tfisser karatteristika ta’ unità li jista’ jkollha iktar minn sett wieħed ta’ valuri;

(g)

“attività tas-suq” tfisser attività tas-suq fis-sens tal-punt 1.37 tal-Kapitolu 1 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

(h)

“attività mhux tas-suq” tfisser attività mhux tas-suq fit-tifsira tal-punt 1.34 tal-Kapitolu 1 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

(i)

“produttur tas-suq” tfisser produtturi tas-suq kif definiti fil-punt 3.24 tal-Kapitolu 3 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

(j)

“produtturi mhux tas-suq” tfisser produtturi mhux tas-suq kif definiti fil-punt 3.26 tal-Kapitolu 3 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

(k)

“awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika” jew NSAs tfisser l-istituti nazzjonali tal-istatistika u l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(l)

“sors awtorevoli” tfisser l-uniku fornitur tar-rekords tad-data li fihom data mir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u mir-reġistru EuroGroups skont l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 17;

(m)

“mikrodata” tfisser osservazzjonijiet jew kejl individwali ta’ karatteristiċi ta’ unitajiet tar-rappurtar jew unitajiet tal-istatistika identifikabbli;

(n)

“użu għall-finijiet tal-istatistika” tfisser użu għall-finijiet tal-istatistika kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(o)

“data kunfidenzjali” tfisser data kunfidenzjali kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(p)

“awtoritajiet tat-taxxa” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali fl-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (24);

(q)

“awtoritajiet doganali” tfisser awtoritajiet doganali kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(r)

“grupp multinazzjonali ta’ intrapriżi” tfisser grupp ta’ intrapriżi fit-tifsira tat-Taqsima III C. tal-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 696/93, b’tal-anqas żewġ intrapriżi jew unitajiet legali li kull waħda minnhom tkun tinsab f’pajjiż differenti.

2.   Għall-finijiet tal-Artikoli 11 sa 15, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a)

“Stat Membru tal-esportazzjoni” tfisser l-Istat Membru li mit-territorju tal-istatistika tiegħu jiġu esportati oġġetti lejn id-destinazzjoni tagħhom fi Stat Membru tal-importazzjoni;

(b)

“Stat Membru tal-importazzjoni” tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tal-istatistika tiegħu jiġu importati oġġetti minn Stat Membru tal-esportazzjoni;

(c)

“oġġetti” tfisser proprjetà mobbli, inkluż enerġija elettrika u gass naturali.

KAPITOLU II

Sorsi tad-data

Artikolu 4

Metodi u sorsi tad-data

L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika msemmija fl-Artikoli 6 u 7 kif ukoll jistabbilixxu r-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9, bl-użu ta’ sorsi tad-data rilevanti filwaqt li jkun evitat piż żejjed fuq ir-rispondenti u li titqies kif xieraq il-kosteffettività tal-NSAs.

Għall-produzzjoni tal-istatistika u r-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju meħtieġa skont dan ir-Regolament, u dment li r-riżultati jkunu konformi mal-kriterji tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 17, l-NSAs jistgħu jużaw is-sorsi tad-data li ġejjin, inkluż kombinament tagħhom:

(a)

stħarriġ;

(b)

rekords amministrattivi, inkluż informazzjoni mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa u doganali bħal pereżempju dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali;

(c)

skambju ta’ mikrodata;

(d)

kull sors, metodu jew approċċ innovattiv ieħor rilevanti, sakemm dawn jippermettu l-produzzjoni ta’ data li tkun komparabbli u konformi mar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli tal-kwalità.

Għall-istħarriġ, kif imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu, l-unitajiet tar-rappurtar li jintalbu mill-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni f’waqtha, preċiża u kompluta li tkun meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika u r-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju meħtieġa skont dan ir-Regolament.

Il-metodi u l-approċċi msemmija fil-punt (d) tat-tieni paragrafu għandhom jkollhom bażi xjentifika u jkunu dokumentati tajjeb.

Artikolu 5

Aċċess għal rekords amministrattivi u għoti ta’ informazzjoni

1.   F’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-NSAs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollhom id-dritt ta’ użu u aċċess, fil-pront u bla ħlas, għar-rekords amministrattivi kollha u li jintegraw dawk ir-rekords ma’ sorsi oħra ta’ data biex jissodisfaw ir-rekwiżiti statistiċi skont dan ir-Regolament u jaġġornaw ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru EuroGroups. L-aċċess għal dawk ir-rekords mill-NSAs u mill-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkun limitat għar-rekords amministrattivi fis-sistemi amministrattivi pubbliċi rispettivi tagħhom stess.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet tat-taxxa f’kull Stat Membru għandhom jipprovdu lill-NSAs kompetenti informazzjoni għall-finijiet tal-istatistika relatata mal-esportazzjoni u mal-importazzjoni ta’ oġġetti kif speċifikat fl-Anness V.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex:

(a)

jemendaw l-Anness V billi jiġu definiti t-tipi ta’ informazzjoni tal-istatistika li għandha tingħata mill-awtoritajiet tat-taxxa; u

(b)

jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu speċifikati ulterjorment id-dettalji għall-informazzjoni tal-istatistika li għandha tingħata mill-awtoritajiet tat-taxxa f’konformità mal-Anness V.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtorità doganali f’kull Stat Membru għandha tipprovdi lill-NSAs kompetenti informazzjoni għall-finijiet tal-istatistika relatata mal-esportazzjoni u mal-importazzjoni tal-oġġetti kif speċifikat fl-Anness VI.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex:

(a)

jemendaw l-Anness VI billi jiġu definiti t-tipi ta’ informazzjoni tal-istatistika li għandha tingħata mill-awtoritajiet doganali; u

(b)

jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu speċifikati ulterjorment id-dettalji għall-informazzjoni tal-istatistika li għandhom jagħtu l-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Anness VI.

4.   Biex tiġi prodotta statistika armonizzata dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u biex titjieb il-kwalità ta’ dik l-istatistika, l-NSAs tal-i Membri kkonċernati għandhom tjiskambjaw mikrodata għall-finijiet tal-istatistika li jkunu kisbu mingħand l-awtoritajiet doganali tagħhom relatata ma’ esportazzjoniijiet u importazzjonijiet tal-Istat Membru tagħhom.

Għal flussi oħra tan-negozju li jinvolvu l-awtoritajiet doganali ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-NSAs għandhom jiskambjaw il-mikrodata korrispondenti relatata mal-esportazzjoni jew l-importazzjoni tal-oġġetti biex itejbu l-kwalità tal-istatistika kkonċernata.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti għall-iskambji tad-data f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

KAPITOLU III

Statistika tan-negozju

Artikolu 6

Rekwiżiti tad-data

1.   L-istatistika Ewropea tan-negozju għandha tkopri d-dominji li ġejjin:

(a)

statistika tan-negozju fuq żmien qasir;

(b)

statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż;

(c)

statistika reġjonali tan-negozju;

(d)

statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali.

2.   Id-dominji għandhom jinkludu tema waħda jew aktar minn fost it-temi li ġejjin, kif spjegat f’aktar dettall fl-Anness I:

(a)

popolazzjoni tan-negozju;

(b)

katini tal-valur globali;

(c)

użu tal-ICT u kummerċ elettroniku;

(d)

innovazzjoni;

(e)

kummerċ internazzjonali tal-oġġetti;

(f)

kummerċ internazzjonali tas-servizzi;

(g)

investimenti;

(h)

inputs lavorattivi;

(i)

outputs u prestazzjoni;

(j)

prezzijiet;

(k)

xiri;

(l)

proprjetà immobbli;

(m)

inputs tar-R&Ż.

3.   Il-perjodiċità, il-perjodu ta’ referenza u l-unità tal-istatistika ta’ kull tema għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness II.

4.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex temenda t-temi fid-dettall speċifikati fl-Anness I.

5.   Meta teżerċita s-setgħa tagħha li tadotta atti delegati skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

l-atti delegati jkollhom l-għan li jiksbu newtralità jew tnaqqis fl-ispiża u fil-piż u, fi kwalunkwe każ, ma jkunux jimponu spiża jew piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti;

(b)

mhux aktar minn massimu ta’ tema fid-dettall waħda għad-dominju “statistika tan-negozju fuq żmien qasir”, tliet temi fid-dettall għad-dominju “statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż”, żewġ temi fid-dettal għad-dominju “statistika reġjonali tan-negozju” u żewġ temi fid-dettall għad-dominju “statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali” elenkati fl-Anness I jinbidlu b’tema fid-dettall oħra massimu ta’ tema dettaljata waħda fit-total għad-dominji kollha tiżdied tul perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi;

(c)

l-atti delegati jiġu adottati mill-inqas 18-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta’ referenza tad-data, ħlief għat-temi ta’ innovazzjoni u użu tal-ICT u kummerċ elettroniku li għalihom l-atti delegati għandhom jiġu adottati tal-anqas sitta u ħmistax-il xahar rispettivament qabel tmiem il-perjodu ta’ referenza tad-data.

(d)

kull tema fid-dettall ġdida tiġi vvalutata fir-rigward tal-fattibbiltà permezz ta’ studji pilota mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 20.

6.   Il-punt (b) tal-paragrafu 5 m’għandux japplika għal:

(a)

it-temi fid-dettall fi ħdan it-temi ta’ l-innovazzjoni, l-użu tal-ICT u kummerċ elettroniku u katini tal-valur globali;

(b)

emendi li jirriżultaw mill- bidliet fl-oqfsa tal-kontabbiltà tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 u tal-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti skont ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

Artikolu 7

Speċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data

1.   Għat-temi fid-dettall elenkati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jikkumpilaw id-data rilevanti għal kull tema fid-dettall. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar l-elementi tad-data li ġejjin li jkunu ser jintbagħtu skont dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet tekniċi u s-simplifikazzjonijiet tagħhom:

(a)

varjabbli;

(b)

unità tal-kejl;

(c)

popolazzjoni tal-istatistika (inkluż ir-rekwiżiti mil-lat tal-attivitajiet jew il-produtturi tas-suq/mhux tas-suq);

(d)

klassifikazzjonijiet (inkluż il-prodott, il-pajjiżi u t-territorji kif ukoll in-natura tal-listi tat-tranżazzjoni) u t-tqassimiet;

(e)

trasmissjoni ta’ rekords individwali tad-data fuq bażi volontarja;

(f)

użu ta’ approssimazzjonijiet u rekwiżiti tal-kwalità;

(g)

skadenza tat-trasmissjoni tad-data;

(h)

l-ewwel perjodu ta’ referenza;

(i)

peżar u bidla tas-sena bażi għad-dominju statistika tan-negozju fuq żmien qasir;

(j)

aktar speċifikazzjonijiet, inkluż il-perjodu ta’ referenza, b’rabta mat-tema kummerċ internazzjonali tal-oġġetti.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

2.   Meta teżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 rigward tas-simplifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis id-daqs u l-importanza tal-ekonomiji tan-negozju, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, biex jonqos il-piż minn fuq l-intrapriżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jinżamm l-input meħtieġ għall-kumpilazzjoni tal-oqfsa tal-kontabbiltà tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 u tal-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti skont ir-Regolament (KE) Nru 184/2005. L-atti ta’ implimentazzjoni, għajr għall-ewwel atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati tal-anqas 18-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta’ referenza tad-data għat-temi elenkati fl-Anness I. Għat-temi innovazzjoni u użu tal-ICT u kummerċ elettroniku, l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, rispettivament, tal-anqas sitta u ħmistax-il xahar qabel tmiem il-perjodu ta’ referenza tad-data.

3.   Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, għajr it-temi elenkati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għadd ta’ varjabbli f’kull dominju elenkat fl-Artikolu 6(1) ma jaqbiżx:

(a)

22 varjabbli għad-dominju statistika tan-negozju fuq żmien qasir;

(b)

93 varjabbli għad-dominju statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż;

(c)

31 varjabbli għad-dominju statistika reġjonali tan-negozju; u

(d)

26 varjabbli għad-dominju statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali.

4.   Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1, għat-temi elenkati fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 6 (2), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għadd ta’ varjabbli f’kull tema ma jaqbiżx:

(a)

20 varjabbli għat-tema katini tal-valur globali;

(b)

73 varjabbli għat-tema użu tal-ICT u kummerċ elettroniku; u

(c)

57 varjabbli għat-tema innovazzjoni.

5.   Meta tkun meħtieġa data ġdida bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-utenti u biex tipprevedi ċertu ammont ta’ flessibbiltà, il-Kummissjoni tista’ tibdel mhux aktar minn ħames varjabbli għal kull wieħed mid-dominji statistika tan-negozju fuq żmien qasir, statistika reġjonali tan-negozju u statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali u mhux aktar minn 20 varjabbli għad-dominju statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż fi kwalunkwe perjodu ta’ ħames snin kalendarji konsekuttivi, skont il-paragrafu 3. Dawk il-kwantitajiet massimi ma għandhomx japplikaw għat-temi katini tal-valur globali, innovazzjoni jew użu tal-ICT u kummerċ elettroniku.

6.   Minkejja l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kull meta tkun meħtieġa data ġdida bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-utenti, biex ikun previst ċertu ammont ta’ flessibbiltà wara l-istudji pilota msemmija fl-Artikolu 20, l-għadd totali ta’ varjabbli għad-dominji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma jiżdiedx b’aktar minn 10 varjabbli għad-dominji kollha.

7.   Meta jitħejjew l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kwalunkwe spiża jew piż amministrattiv potenzjali addizzjonali għall-Istati Membri jew għar-rispondenti għandhom jitqiesu flimkien ma’ valutazzjoni tat-titjib maħsub tal-kwalità tal-istatistika u kwalunkwe benefiċċju dirett jew indirett ieħor li jirriżulta mill-azzjoni addizzjonali proposta.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu m’għandux japplika għal bidliet li jirriżultaw mill-modifiki fil-klassifikazzjonijiet u n-nomenklaturi jew il-bidliet fl-oqfsa tal-kontabbiltà tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 u tal-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti skont ir-Regolament (KE) Nru 184/2005.

KAPITOLU IV

Reġistri tan-negozju

Artikolu 8

Qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju

1.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistabbilixxi r-Reġistru EuroGroups tal-gruppi multinazzjonali ta’ intrapriżi għall-finijiet tal-istatistika fil-livell tal-Unjoni.

2.   Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru nazzjonali wieħed jew aktar tal-istatistika tan-negozju, b’karatteristiċi bażiċi armonizzati skont dan ir-Regolament, bħala bażi għat-tħejjija u għall-koordinazzjoni tal-istħarriġiet u bħala sors tal-informazzjoni għall-analiżi tal-istatistika tal-popolazzjoni tan-negozju u tad-demografija tagħha, għall-użu tad-data amministrattiva, u għall-identifikazzjoni u t-tiswir tal-unitajiet tal-istatistika.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiskambjaw id-data għall-finijiet tal-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju kif stipulat fl-Artikolu 10.

4.   Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru EuroGroups għandhom ikunu s-sors awtorevoli biex jinkisbu popolazzjonijiet tar-reġistri tal-istatistika tan-negozju ta’ kwalità tajba u armonizzati f’konformità ma’ l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju għandhom ikunu s-sors awtorevoli għall-popolazzjonijiet tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju. Ir-Reġistru EuroGroups għandu jkun is-sors awtorevoli għall-EES bħala popolazzjoni tar-reġistru għall-istatistika tan-negozju li jeħtieġ il-koordinazzjoni ta’ informazzjoni transfruntiera relatata ma’ gruppi multinazzjonali ta’ intrapriżi.

Artikolu 9

Rekwiżiti għall-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju

1.   L-unitajiet tal-istatistika u legali koperti fil-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju skont l-Artikolu 8 għandu jkollhom l-elementi stipulati fi-żewġ punti li ġejjin, li huma speċifikati aktar fl-Anness III:

(a)

it-temi fid-dettall tar-reġistru u l-identifikatur uniku;

(b)

ir-referenza taż-żmien u l-perjodiċità.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-varjabbli relatati mat-temi fid-dettall tar-reġistru elenkati fl-Anness III.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

3.   Meta tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ebda spiża jew piż addizzjonali sinifikanti ma tiġi imposta fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

Artikolu 10

L-iskambju ta’ data kunfidenzjali, u l-aċċess għaliha, għall-finijiet tal-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju

1.   L-Istati Membri għandhom jiskambjaw data kunfidenzjali.

Għal dak l-għan, l-iskambju tad-data kunfidenzjali dwar il-gruppi multinazzjonali tal-intrapriżi u dwar l-unitajiet li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, li tikkonsisti mill-varjabbli kif elenkati fl-Anness IV, għandu jsir, esklużivament għall-finijiet tal-istatistika, bejn l-NSAs ta’ Stati Membri differenti, fejn l-iskambju għandu jiżgura l-kwalità tal-informazzjoni dwar il-gruppi multinazzjonali tal-intrapriżi fl-Unjoni. Dawn l-iskambji jistgħu jseħħu wkoll bil-għan li jonqos il-piż tar-rispons.

Meta tali skambju ta’ data kunfidenzjali huwa mwettaq biex jiżgura l-kwalità tal-informazzjoni dwar il-gruppi multinazzjonali tal-intrapriżi fl-Unjoni u l-iskambju jkun awtorizzat espliċitament mill-NSAs kompetenti li tipprovdi d-data, il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jkunu parti fl-iskambju tad-data konfidenzjali, esklużivament għall-finijiet tal-istatistika.

2.   Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri għandhom jiskambjaw data kunfidenzjali.

Għal dak il-għan, l-NSAs għandhom jibagħtu d-data dwar il-gruppi multinazzjonali dwar l-intrapriżi u tal-unitajiet li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, li tikkonsisti mill-varjabbli kif elenkati fl-Anness IV, lill-Kummissjoni (Eurostat), biex jipprovdu l-informazzjoni, esklużivament għall-finijiet tal-istatistika, dwar il-gruppi multinazzjonali tal-intrapriżi fl-Unjoni.

Biex ikun żgurat rekord konsistenti tad-data u biex din tintuża esklużivament għall-finijiet tal-istatistika, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tibgħat lill-NSAs kompetenti ta’ kull Stat Membru, id-data dwar il-grupp multinazzjonali tal-intrapriżi, inkluż l-unitajiet li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, li tikkonsisti mill-varjabbli elenkati fl-Anness IV, meta tal-inqas unità legali waħda tal-grupp tkun tinsab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Sabiex tiżgura l-effiċjenza u l-kwalità tajba fil-produzzjoni tar-Reġistru EuroGroups, esklużivament għall-finijiet tal-istatistika, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tibgħat lill- NSAs id-data dwar kull grupp multinazzjonali tal-intrapriżi li jinsab fil-Reġistru EuroGroups, inkluż l-unitajiet li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, li tikkonsisti mill-varjabbli elenkati fl-Anness IV.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri għandhom jiskambjaw data kunfidenzjali għall-identifikazzjoni tal-unitajiet legali.

Għal dak il-għan, l-NSAs għandhom jibagħtu d-data dwar l-unitajiet legali inkorporati, limitata għall-varjabbli tal-identifikazzjoni u dawk demografiċi u l-parametri ta’ stratifikazzjoni, elenkati fl-Anness IV, lill-Kummissjoni (Eurostat), esklużivament għall-finijiet tal-identifikazzjoni unika tal-unitajiet legali fl-Unjoni.

Sabiex tiżgura effiċjenza u kwalità tajba fil-produzzjoni tar-Reġistru EuroGroups, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tibgħat lill-NSAs ta’ kull Stat Membru, id-data dwar l-unitajiet legali, limitata għall-varjabbli tal-identifikazzjoni u dawk demografiċi u l-parametri ta’ stratifikazzjoni, elenkati fl-Anness IV, esklużivament għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-unitajiet legali fl-Unjoni.

4.   L-iskambju ta’ data kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-banek ċentrali kif ġej jista’ jsir, esklużivament għall-finijiet tal-istatistika, bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-banek ċentrali nazzjonali, u bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-BĊE, meta l-iskambju jkun ser jiżgura l-kwalità tal-informazzjoni dwar il-gruppi multinazzjonali tal-intrapriżi fl-Unjoni, u l-iskambju jkun awtorizzat espliċitament mill-NSAs kompetenti.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tekniċi tal-varjabbli elenkati fl-Anness IV.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

6.   Sabiex tiżgura li d-data skambjata skont dan l-Artikolu tintuża esklużivament għall-finijiet tal-istatistika, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità għal data bħal din, kif ukoll il-proċedura għall-iskambju tad-data..

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

7.   Meta l-Kummissjoni (Eurostat), l-NSAs, il-banek ċentrali nazzjonali u l-BĊE jirċievu data kunfidenzjali dwar unitajiet li jinsabu fit-territorju nazzjonali jew ’il barra minnu, skont dan l-Artikolu dawn għandhom jittrattaw dik l-informazzjoni b’mod kunfidenzjali b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

It-trasmissjoni tad-data kunfidenzjali bejn l-NSAs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandha ssir sal-punt li dik it-trasmissjoni tkun meħtieġa esklużivament għall-finijiet tal-istatistika għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Kull trasmissjoni oħra għandha tkun awtorizzata espliċitament mill-awtorità nazzjonali li ġabret id-data.

8.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu u jippenalizzaw kull ksur tal-kunfidenzjalità tal-istatistika tad-data skambjata. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU V

L-iskambju tad-data kunfidenzjali għall-finijiet tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti

Artikolu 11

Skambju ta’ data kunfidenzjali

1.   L-iskambju ta’ data kunfidenzjali bejn l-Istati Membri dwar l-esportazzjoni intra-Unjoni tal-oġġetti għandu jsir, esklużivament għall-finijiet tal-istatistika, bejn l-NSAs li jikkontribwixxu għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika tal-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) u (2) għandhom japplikaw ukoll għall-iskambju ta’ data kunfidenzjali b’konformità ma’ dan il-Kapitolu.

2.   L-NSAs tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jipprovdu lill-NSAs tal-Istat Membru tal-importazzjoni l-informazzjoni tal-istatistika dwar l-esportazzjoni intra-Unjoni tal-oġġetti lejn dak l-Istat Membru kif stipulat fl-Artikolu 12.

3.   L-NSAs tal-Istati Membri tal-esportazzjoni għandhom jipprovdu lill-NSAs tal-Istat Membru tal-importazzjoni l-metadata rilevanti għall-użu tad-data skambjata fil-kompilazzjoni tal-istatistika.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid titqies bħala metadata rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 3 kif ukoll l-iskeda taż-żmien għall-għoti ta’ din l-informazzjoni u l-informazzjoni tal-istatistika msemmija fil-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru li jipprovdi d-data kunfidenzjali skambjata għandu jawtorizza l-użu tagħha għall-produzzjoni ta’ statistika oħra mill-NSAs tal-Istat Membru tal-importazzjoni, dment li dik id-data tintuża esklużivament għall-finijiet tal-istatistika f’konformità mal-Artikolu 20 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

6.   Fuq talba tal-NSAs tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, l-Istat Membru tal-importazzjoni jista’ jagħti lill-NSAs tal-Istat Membru tal-esportazzjoni l-mikrodata miġbura dwar l-importazzjoni intra-Unjoni tagħha ta’ oġġetti mill-Istat Membru tal-esportazzjoni.

Artikolu 12

L-informazzjoni tal-istatistika li trid tiġi skambjata

1.   L-informazzjoni tal-istatistika msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tikkonsisti minn:

(a)

il-mikrodata miġbura għall-finijiet tal-istatistika dwar il-kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti;

(b)

id-data kkumpilata dwar oġġetti jew movimenti speċifiċi, u

(c)

id-data kkumpilata bl-użu tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet doganali.

2.   L-informazzjoni tal-istatistika realment miġbura permezz ta’ stħarriġ tan-negozju jew minn data amministrattiva msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tkopri tal-anqas 95 % tal-valur tal-esportazzjonijiet intra-Unjoni totali tal-oġġetti ta’ kull Stat Membru lejn l-Istati Membri l-oħra kollha flimkien.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tnaqqas ir-rata ta’ kopertura għall-esportazzjonijiet ta’ oġġetti intra-Unjoni skont l-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi, filwaqt li żżomm statistika li tissodisfa l-istandards tal-kwalità fis-seħħ.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-ġbir u l-kumpilazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u li jispeċifikaw aktar l-applikazzjoni tar-rata ta’ kopertura msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-perjodu ta’ referenza.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

Artikolu 13

Elementi tad-data tal-istatistika

1.   Il-mikrodata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12(1) għandu jkun fiha dawn l-elementi li ġejjin tad-data tal-istatistika:

(a)

in-numru tal-identifikazzjoni individwali allokat lill-operatur sieħeb fl-Istat Membru tal-importazzjoni, skont l-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(b)

il-perjodu ta’ referenza;

(c)

il-fluss tan-negozju;

(d)

il-prodott bażiku;

(e)

l-Istat Membru sieħeb;

(f)

il-pajjiż tal-oriġini;

(g)

il-valur tal-oġġetti;

(h)

il-kwantità tal-oġġetti;

(i)

in-natura tat-tranżazzjoni.

Il-mikrodata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tista’ tinkludi l-mod tat-trasport u t-termini għall-konsenja, dment li l-Istat Membru tal-esportazzjoni jiġbor dawk l-elementi ta’ data tal-istatistika.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-elementi tad-data tal-istatistika msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u jispeċifikaw il-lista tal-elementi tad-data tal-istatistika applikabbli għal oġġetti jew movimenti speċifiċi u d-data kkumpilata bl-użu tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet doganali msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 12(1).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

2.   L-Istati Membri jistgħu, f’certi kundizzjonijiet li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità, jissimplifikaw l-informazzjoni li trid tingħata, dment li din is-simplifikazzjoni ma jkollha ebda effett ta’ ħsara fuq il-kwalità tal-istatistika.

F’każijiet speċifiċi, l-Istati Membri jistgħu jiġbru sett imnaqqas ta’ elementi tad-data tal-istatistika kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew jiġbru l-informazzjoni relatata ma’ wħud minn dawk l-elementi tad-data f’livell anqas dettaljat.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti tas-simplifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-valur massimu tal-esportazzjoni intra-Unjoni li tibbenefika minn din is-simplifikazzjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

Artikolu 14

Il-protezzjoni tad-data kunfidenzjali skambjata

1.   Ir-rekords tal-mikrodata relatati ma’ esportatur li t-talba tiegħu għal kunfidenzjalità tal-istatistika, skont l-Artikolu 19, tkun ġiet aċċettata mill-NSAs tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, għandhom jingħataw mill-NSAs tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, lill-NSAs tal-Istat Membru tal-importazzjoni, bil-valur reali u b’kull element tad-data tal-istatistika msemmi fl-Artikolu 13(1), u b’sinjal li juri li dan ir-reġistru tal-mikrodata hu soġġett għall-kunfidenzjalità.

2.   L-NSAs tal-Istat Membru tal-importazzjoni jistgħu jużaw ir-rekords tal-mikrodata dwar l-esportazzjoni li huma kunfidenzjali għall-kumpilazzjoni tar-riżultati tal-istatistika tal-importazzjoni intra-Unjoni. Jekk l-NSAs tal-Istat Membru tal-importazzjoni jużaw ir-rekords tal-mikrodata dwar l-esportazzjoni li huma soġġetti għall-kunfidenzjalità, huma għandhom jiżguraw li t-tixrid tar-riżultati tal-istatistika dwar l-importazzjoni intra-Unjoni, mill-NSAs tal-Istat Membru tal-importazzjoni, ikun jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-istatistika mogħtija mill-NSAs tal-Istat Membru tal-esportazzjoni.

3.   Sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-data kunfidenzjali skambjata skont dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format, il-miżuri tas-sigurtà u tal-kunfidenzjalità għal din id-data, inkluż l-arranġamenti għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, kif ukoll il-proċedura għall-iskambju tad-data.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu u jippenalizzaw kull ksur tal-kunfidenzjalità tal-istatistika tad-data skambjata. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 15

L-aċċess għad-data kunfidenzjali skambjata għal raġunijiet xjentifiċi

L-aċċess għad-data kunfidenzjali skambjata jista’ jingħata lil riċerkaturi li jwettqu analiżi tal-istatistika għal finijiet xjentifiċi, b’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, soġġett għall-approvazzjoni tal-NSAs tal-Istat Membru tal-esportazzjoni li jkun ipprovda d-data.

KAPITOLU VI

Skambju ta’ data kunfidenzjali għall-fini tal-istatistika Ewropea tan-negozju u l-kontijiet nazzjonali

Artikolu 16

Skambju ta’ data kunfidenzjali - klawżola ta’ abilitazzjoni

1.   L-iskambju ta’ data kunfidenzjali, li tinġabar jew tiġi kkompilata skont dan ir-Regolament, għandu jkun permess bejn l-NSAs tal-Istati Membri kkonċernati, il-banek ċentrali nazzjonali rispettivi tagħhom, il-BĊE u l-Kummissjoni (Eurostat) għal finijiet statistiċi biss, fejn l-iskambju jkun meħtieġ biex jissalvagwardja l-kwalità u l-komparabbiltà tal-istatistika Ewropea tan-negozju jew tal-kontijiet nazzjonali f’konformità mal-kunċetti u l-metodoloġija tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

2.   L-NSAs, il-banek ċentrali nazzjonali, il-Kummissjoni (Eurostat) u l-BĊE li jkunu kisbu data kunfidenzjali għandhom jittrattaw dik l-informazzjoni b’mod kunfidenzjali u għandhom jużawha esklużivament għal finijiet statistiċi f’konformità mal-Artikoli 20 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

KAPITOLU VII

Kwalità, trasmissjoni u disseminazzjoni

Artikolu 17

Kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tal-istatistika Ewropea tan-negozju li tiġi trasmessa u tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u tar-Reġistru EuroGroups.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data u tal-metadata trasmessa b’mod trasparenti u verifikabbli.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu fuq bażi annwali dan li ġej lill-Kummissjoni (Eurostat):

(a)

rapporti dwar il-kwalità u l-metadata b’rabta mad-data trasmessa skont dan ir-Regolament;

(b)

rapporti dwar il-kwalità u l-metadata b’rabta mar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju.

Fil-każ tal-istatistika pluriennali, il-perjodiċità tar-rapporti dwar il-kwalità u l-metadata msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun l-istess bħal tal-istatistika kkonċernata.

5.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri rapporti annwali dwar il-kwalità u l-metadata relatati mar-Reġistru EuroGroups.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti għal, il-kontenut ta’ u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tar-rapporti dwar il-kwalità u l-metadata.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2). Ma għandhomx jimponu spiża jew piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew ir-rispondenti.

Il-kontenut tar-rappurtar għandu jkun limitat għall-aktar aspetti importanti u essenzjali tal-kwalità.

7.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-aktar fis possibbli b’kull informazzjoni jew bidla rilevanti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tinfluwenza l-kwalità tad-data trasmessa. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) b’bidliet kbar fil-metodoloġija jew b’bidliet oħrajn li jaffettwaw il-kwalità tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju. L-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sitt xhur wara li xi bidla bħal din tidħol fis-seħħ.

8.   Wara talba debitament motivata mill-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni tal-istatistika, li m’għandhiex timponi spiża jew piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

Artikolu 18

It-trasmissjoni tad-data u tal-metadata

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-data u l-metadata li jeżiġi dan ir-Regolament f’konformità mal-istandards għall-iskambju tad-data u tal-metadata. Meta d-data trasmessa tkun kunfidenzjali, il-valur reali jintbagħat b’sinjal li juri li hu soġġett għall-kunfidenzjalità u li ma jistax jixtered.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dawn l-istandards kif ukoll proċedura għat-trasmissjoni tad-data u tal-metadata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fil-Artikolu 23(2).

2.   Wara talba debitament motivata mill-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-istatistika tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u jittrasmettu r-riżultati lill-Kummissjoni (Eurostat).

Il-Kummissjoni (Eurostattista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format u l-proċedura għat-trasmissjoni tar-riżultati ta’ tali analiżi tal-istatistika.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2).

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiżgura li tali atti ta’ implimentazzjoni ma jimponux spiża jew piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

3.   Wara talba debitament motivata mill-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri. Tali talbiet tal-Kummissjoni ma għandhomx jimponu piż amministrattiv jew finanzjarju addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri.

Artikolu 19

Il-kunfidenzjalità dwar it-tixrid tal-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti

Fuq talba biss ta’ importatur jew esportatur ta’ oġġetti, l-NSA għandha tiddeċiedi jekk ixxerridx ir-riżultati tal-istatistika relatati mal-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet rispettivi mingħajr ebda emenda jew, wara talba motivata minn dak l-importatur jew esportatur, temenda r-riżultati tal-istatistika sabiex ikun impossibbli li jiġi identifikat dak l-importatur jew esportatur sabiex issir konformità mal-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-istatistika, f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

KAPITOLU VIII

Studji pilota u finanzjament

Artikolu 20

Studji pilota

1.   Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika l-ħtieġa għal rekwiżiti sinifikanti ġodda ta’ data jew titjib sinifikanti fis-settijiet tad-data koperti minn dan ir-Regolament, din tista’ tniedi studji pilota li jitwettqu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja qabel ma ssir kwalunkwe ġabra ġdida ta’ data. Dawk l-istudji pilota jinkludu studji pilota dwar kummerċ internazzjonali fis-servizzi, proprjetà immobbli, indikaturi finanzjarji u ambjent u klima.

2.   Studji pilota bħal dawn għandhom jitwettqu sabiex janalizzaw ir-rilevanza u l-fattibbiltà li tinkiseb id-data. Ir-riżultati ta’ dawk l-istudji għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni (Eurostat) f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati ewlenin. L-evalwazzjoni tar-riżultati għandha tqis il-benefiċċji u l-ispejjeż u l-piż addizzjonali għan-negozji u għall-NSAs li jkollhom it-titjib.

3.   Wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tħejji, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, rapport dwar is-sejbiet tal-istudji msemmija fil-paragrafu 1. Dak ir-rapport għandu jsir pubbliku.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta sas-7 ta’ Jannar 2022 u kull sentejn minn hemm ’il quddiem dwar il-progress ġenerali li jkun sar fir-rigward tal-istudji pilota msemmija fil-paragrafu 1. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu pubbliċi.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq u filwaqt li tqis l-evalwazzjoni tar-riżultati msemmija fil-paragrafu 2, takkumpanja dawk ir-rapporti bi proposti għall-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ġodda ta’ data.

Artikolu 21

Finanzjament

1.   Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Unjoni tista’ tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-NSAs u lil awtoritajiet nazzjonali oħra li jissemmew fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għall-ispejjeż ta’:

(a)

l-iżvilupp jew l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-data u l-ipproċessar tad-data fil-qasam tal-istatistika tan-negozju;

(b)

l-iżvilupp ta’ metodoloġiji bil-għan li jżidu l-kwalità jew inaqqsu l-ispejjeż u l-piż amministrattiv tal-ġbir u tal-produzzjoni tal-istatistika tan-negozju, u li jtejbu l-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju;

(c)

l-iżvilupp ta’ metodoloġiji li għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv u finanzjarju biex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa mill-unitajiet ta’ rappurtar, b’mod partikolari l-SMEs;

(d)

il-parteċipazzjoni fl-istudji pilota msemmija fl-Artikolu 20;

(e)

l-iżvilupp jew titjib tal-proċessi, tas-sistemi tal-IT u ta’ funzjonijiet ta’ appoġġ simili bil-għan li jipproduċu statistika ta’ kwalità ogħla jew li jnaqqsu l-piż amministrattiv u finanzjarju.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) u skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż il-95 % tal-ispejjeż eliġibbli.

KAPITOLU IX

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 22

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-6 ta’ Jannar 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b’rabta mad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 6(4), u l-Artikolu 12(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(2) jew (3), l-Artikolu 6(4), jew l-Artikolu12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 23

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza tal-ESSC stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 24

Derogi

1.   Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skontu f’sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru tkun teħtieġ adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu derogi minnhom għal perjodu massimu ta’ tliet snin.

L-Istat Membru rilevanti għandu jippreżenta talba debitament motivata għal tali deroga lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ikkonċernat.

L-impatt ta’ tali derogi fuq il-komparabbiltà tad-data tal-Istati Membri jew fuq il-kalkolu tal-aggregati Ewropej rekwiżiti fil-ħin u rappreżentattivi għandu jinżamm f’livell minimu. Il-piż fuq ir-rispondenti għandu jitqies meta tingħata d-deroga.

2.   Fejn deroga li tikkonċerna l-oqsma li fihom twettqu studji pilota kif imsemmi fl-Artikolu 20 tibqa’ ġustifikata fl-aħħar tal-perjodu li għalih kienet ingħatat, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti deroga ulterjuri għal perjodu massimu ta’ sena.

L-Istat Membru rilevanti għandu jippreżenta talba li tistipula r-raġunijiet u motivazzjonijiet dettaljati b’appoġġ għal din l-estensjoni, lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tad-deroga mogħtija skont il-paragrafu 1..

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 25

Tħassir

1.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 48/2004, (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 716/2007, (KE) Nru 177/2008 u (KE) Nru 295/2008, id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE u r-Regolament (KEE) Nru 3924/91 huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 638/2004 u (KE) Nru 471/2009 huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar [2022].

3.   Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti f’dawk l-atti legali li jikkonċernaw it-trasmissjoni ta’ data u metadata, inkluż rapporti ta’ kwalità, fir-rigward ta’ perjodi ta’ referenza li jaqgħu, kompletament jew parzjalment, qabel id-dati rispettivi stabbiliti f’dawk il-paragrafi.

5.   Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

3.   Madankollu, l-Artikolu 5(2), (3) u (4), u l-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  ĠU C 77, 1.3.2018, p. 2.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2019.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36) (mhux disponibbli bil-Malti).

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 1297/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar Programm għall-Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS), (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 76).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(9)  ĠU C 238, 6.7.2018, p. 28.

(10)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija tal-azzar għas-snin ta’ referenza 2003-2009 (ĠU L 7, 13.1.2004, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (KE) 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn Stati Membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49)

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23).

(18)  Id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta’ stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1)

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta’ l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1).

(24)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23).

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

(27)  Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).


ANNESS I

TEMI LI GĦANDHOM JIĠU KOPERTI

Dominju 1. Statistika tan-negozju fuq żmien qasir

Temi

Temi fid-dettall

Popolazzjoni tan-negozju

Avvenimenti demografiċi tan-negozju

Inputs lavorattivi

Impjiegi

Sigħat maħduma

Spejjeż lavorattivi

Prezzijiet

Prezzijiet tal-importazzjoni

Prezzijiet tal-produtturi

Outputs u prestazzjoni

Produzzjoni

Volum tal-bejgħ

Fatturat nett

Proprjetà immobbli

Proprjetà immobbli

Dominju 2. Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż

Temi

Temi fid-dettall

Popolazzjoni tan-negozju

Popolazzjoni ta’ intrapriżi attivi

Avvenimenti demografiċi tan-negozju (twelid, imwiet, sopravivenzi)

Intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Intrapriżi kkontrollati mill-barranin u affiljati domestiċi

Popolazzjoni ta’ intrapriżi involuti fil-kummerċ internazzjonali

Inputs lavorattivi

Impjiegi

Impjiegi marbutin ma’ avvenimenti demografiċi tan-negozju (twelid, imwiet, sopravivenzi)

Impjiegi f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Impjiegi f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin u affiljati domestiċi

Sigħat maħduma

Spejjeż lavorattivi

Spejjeż lavorattivi f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Inputs tar-riċerka u l-iżvilupp

Nefqa tar-riċerka u l-iżvilupp

Impjiegi fir-riċerka u l-iżvilupp

Nefqa tar-riċerka u l-iżvilupp f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Impjiegi fir-riċerka u l-iżvilupp f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Riċerka u żvilupp iffinanzjati pubblikament

Xiri

Xiri ta’ oġġetti u servizzi

Bidla fil-ħażna tal-oġġetti

Xiri ta’ oġġetti u servizzi f’intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Importazzjonijiet minn intrapriżi

Outputs u prestazzjoni

Fatturat nett

Marġni gross fuq l-oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid

Valur tal-output

Valur miżjud

Surplus operatorju gross

Fatturat nett ta’ intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Valur tal-output ta’ intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Valur miżjud ta’ intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Fatturat nett ta’ intrapriżi kkontrollati mill-barranin u affiljati domestiċi

Produzzjoni industrijali

Esportazzjonijiet mill-intrapriżi

Investimenti

Investiment gross

Investiment gross minn intrapriżi kkontrollati mill-barranin

Innovazzjoni

Innovazzjoni

Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku

Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku

Dominju 3. Statistika reġjonali tan-negozju

Temi

Temi fid-dettall

Popolazzjoni tan-negozju

Popolazzjoni skont ir-reġjun

Avvenimenti demografiċi tan-negozju skont ir-reġjun (twelid, imwiet, sopravivenzi)

Inputs lavorattivi

Impjiegi skont ir-reġjun

Impjiegi marbutin ma’ avvenimenti demografiċi tan-negozju skont ir-reġjun (twelid, imwiet, sopravivenzi)

Spejjeż lavorattivi skont ir-reġjun

Inputs tar-riċerka u l-iżvilupp

Nefqa tar-riċerka u l-iżvilupp skont ir-reġjun

Impjiegi fir-riċerka u l-iżvilupp skont ir-reġjun

Dominju 4. Statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali

Temi

Temi fid-dettall

Popolazzjoni tan-negozju

Popolazzjoni ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali residenti fil-pajjiż li qed jirrapporta

Inputs lavorattivi

Impjiegi f’intrapriżi barra mill-pajjiż kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali residenti fil-pajjiż li qed jirrapporta

Spejjeż lavorattivi f’intrapriżi barra mill-pajjiż kkontrollat minn unitajiet istituzzjonali residenti fil-pajjiż li qed jirrapporta

Investimenti

Investiment gross minn intrapriżi barra mill-pajjiż kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali residenti fil-pajjiż li qed jirrapporta

Outputs u prestazzjoni

Fatturat nett ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali residenti fil-pajjiż li qed jirrapporta

Kummerċ internazzjonali tal-oġġetti

Kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti

Kummerċ extra-Unjoni tal-oġġetti

Kummerċ internazzjonali tas-servizzi

Importazzjoni ta’ servizzi

Esportazzjonijiet ta’ servizzi

Servizzi nett

Katini tal-valur globali

Katini tal-valur globali


ANNESS II

PERJODIĊITÀ, PERJODU TA' REFERENZA U UNITÀ TAL-ISTATISTIKA TAT-TEMI

Dominju 1. Statistika tan-negozju fuq żmien qasir

Temi

Perjodiċità

Perjodu ta’ referenza

Unità tal-istatistika

Popolazzjoni tan-negozju

trimestrali

trimestru

unita’ legali

Inputs lavorattivi

trimestrali (ta’ kull xahar fakultattiv)

trimestru (xahar fakultattiv)

UAE

Prezzijiet

ta’ kull xahar

bl-eċċezzjonijiet li ġejjin

– prezzijiet tal-produzzjoni tas-servizzi u prezzijiet tal-produzzjoni għal bini residenzjali ġdid: trimestrali

xahar

bl-eċċezzjonijiet li ġejjin

– prezzijiet tal-produzzjoni tas-servizzi u prezzijiet tal-produzzjoni għal bini residenzjali ġdid: trimestru (xahar fakultattiv)

UAE

bl-eċċezzjoni li ġejja

– prezzijiet ta’ importazzjoni: mhux applikabbli

Outputs u prestazzjoni

ta’ kull xahar

bl-eċċezzjoni li ġejja

– pajjiżi żgħar għat-Taqsima F tan-NACE: trimestrali (ta’ kull xahar fakultattiv)

xahar

bl-eċċezzjoni li ġejja

– pajjiżi żgħar għat-Taqsima F tan-NACE: trimestru (xahar fakultattiv)

UAE

 

ta’ kull xahar; trimestrali għal pajjiżi * żgħar għat-Taqsima F tan-NACE

*Kif speċifikat fl-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 7(1).

 

 

Proprjetà immobbli

trimestrali (ta’ kull xahar fakultattiv)

trimestru (ta’ kull xahar fakultattiv)

mhux applikabbli

Dominju 2. Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż

Temi

Perjodiċità

Perjodu ta’ referenza

Unità tal-istatistika

Popolazzjoni tan-negozju

annwali

sena kalendarja

intrapriża

Inputs lavorattivi

annwali

sena kalendarja

intrapriża

Inputs tar-R&Ż

biennali

bl-eċċezzjonijiet li ġejjin

– tqassim skont is-settur tal-prestazzjoni tan-nefqa fir-riċerka u fl-iżvilupp intramurali, il-persunal tar-riċerka u l-iżvilupp u l-għadd ta’ riċerkaturi kif ukoll għall-allokazzjonijiet baġitarji tal-gvern għar-R&Ż (GBARD) u għall-finanzjament pubbliku nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp ikkoordinati b’mod transnazzjonali: annwali

sena kalendarja

intrapriża għas-settur tal-intrapriżi tan-negozju

unità istituzzjonali għas-setturi l-oħrajn

Xiri

annwali

bl-eċċezzjoni li ġejja

– pagamenti lis-sottokuntratturi: kull tliet snin

sena kalendarja

intrapriża

Outputs u prestazzjoni

annwali

bl-eċċezzjonijiet li ġejjin

– tqassim tal-fatturat nett skont il-prodott kif ukoll skont ir-residenza tal-klijent għall-attivitajiet tan-NACE 69.1, 69.2, 70.2, 71.1, 71.2 u 73.2: biennali

– Fatturat nett mill-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-attivitajiet industrijali, il-Fatturat nett mill-attivitajiet industrijali, il-Fatturat nett mill-attivitajiet industrijali għajr il-kostruzzjoni, il-Fatturat nett mill-kostruzzjoni, il-Fatturat nett mill-attivitajiet tas-servizzi, il-Fatturat nett mill-attivitajiet kummerċjali tax-xiri u l-bejgħ mill-ġdid u mill-attivitajiet intermedjarji, il-Fatturat Nett mill-bini u l-Fatturat nett mill-inġinerija ċivili: kull ħames snin

– dħul mis-sottokuntrattar: kull tliet snin

sena kalendarja

intrapriża

bl-eċċezzjonijiet li ġejjin

– produzzjoni mibjugħa, produzzjoni taħt operazzjonijiet sottokuntrattati u produzzjoni attwali: UAE

Investimenti

annwali

bl-eċċezzjoni li ġejja

– investiment f’assi mhux tanġibbli: kull tliet snin

sena kalendarja

intrapriża

Innovazzjoni

biennali

il-perjodu ta’ referenza huwa perjodu ta’ tliet snin qabel tmiem kull sena pari kalendarja

intrapriża

użu tal-ICT u kummerċ elettroniku

annwali

is-sena kalendarja tal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-varjabbli;

sena kalendarja wara s-sena tal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-varjabbli għall-elementi varjabbli l-oħra

intrapriża

Dominju 3. Statistika reġjonali tan-negozju

Temi

Perjodiċità

Perjodu ta’ referenza

Unità tal-istatistika

Popolazzjoni tan-negozju

annwali

sena kalendarja

intrapriża

bl-eċċezzjoni li ġejja

– numru ta’ unitajiet lokali (fakultattiv għat-Taqsima K tan-NACE): unità lokali

Inputs lavorattivi

annwali

sena kalendarja

intrapriża

bl-eċċezzjonijiet li ġejjin

– numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom f’unitajiet lokali, pagi u salarji f’unitajiet lokali: unità lokali

Inputs tar-riċerka u l-iżvilupp

biennali

sena kalendarja

intrapriża għas-settur tal-intrapriża tan-negozju; unità istituzzjonali għas-setturi l-oħrajn

Dominju 4. Statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali

Temi

Perjodiċità

Perjodu ta’ referenza

Unità tal-istatistika

Popolazzjoni tan-negozju

annwali

sena kalendarja

intrapriża

Inputs lavorattivi

annwali

sena kalendarja

intrapriża

Investimenti

annwali

sena kalendarja

intrapriża

Outputs u prestazzjoni

annwali

sena kalendarja

intrapriża

Kummerċ internazzjonali tal-oġġetti

ta’ kull xahar

bl-eċċezzjoni li ġejja

– biennali għat-tqassim kombinat skont il-prodott u l-munita tal-fatturazzjoni, għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni extra-Unjoni tal-oġġetti

irid jiġi speċifikat fl-atti ta’ implimentazzjoni skont il-punt (j) tal-Artikolu 7(1)

mhux applikabbli

Kummerċ internazzjonali tas-servizzi

annwali

bl-eċċezzjoni li ġejja

– tqassim tal-ewwel livell tas-servizzi: trimestrali

sena kalendarja

bl-eċċezzjoni li ġejja

– tqassim tal-ewwel livell tas-servizzi: trimestru

mhux applikabbli

Katini tal-valur globali

kull tliet snin

tliet snin kalendarji; is-sena ta’ referenza t u l-perjodu ta’ referenza t-2 sa t

intrapriża


ANNESS III

ELEMENTI TAL-QAFAS EWROPEW GĦAR-REĠISTRI TAL-ISTATISTIKA TAN-NEGOZJU

Parti A: Irreġistra t-temi fid-dettall u identifikatur uniku

1.

L-unitajiet elenkati fir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u fir-Reġistru EuroGroups kif imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għandhom jingħarfu bin-numru tal-identità u bit-temi fid-dettall speċifikati fil-Parti C.

2.

L-unitajiet elenkati fir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u fir-Reġistru EuroGroups għandhom jingħarfu b’mod uniku bin-numru tal-identità biex jiffaċilita r-rwol tal-infrastruttura tal-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju. Dawk in-numri tal-identità ser jiġu pprovduti mill-NSAs. In-numri tal-identità tal-unitajiet legali u tal-gruppi multinazzjonali ta’ intrapriżi rilevanti għar-Reġistru EuroGroups ser jiġu pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat). Għall-finijiet nazzjonali, l-NSAs jistgħu jżommu numru tal-identità addizzjonali fir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju.

Parti B: Referenza taż-żmien u l-perjodiċità

3.

Ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru EuroGroups għandhom ikunu aġġornati permezz ta’ żidiet u tneħħijiet mill-inqas kull sena.

4.

Il-frekwenza tal-aġġornamenti għandha tiddependi fuq it-tip ta’ unità, il-varjabbli kkunsidrat, id-daqs tal-unità u s-sors li ġeneralment jintuża għall-aġġornament.

5.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kopja kull sena li tkun tirrifletti l-istat tar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju fi tmiem is-sena, u jerfgħu dik il-kopja għal mill-anqas 30 sena għall-finijiet ta’ analiżi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħmel kopja kull sena li tkun tirrifletti l-istat tar-Reġistru EuroGroups fi tmiem is-sena, u terfa’ dik il-kopja għal mill-anqas 30 sena għall-finijiet ta’ analiżi.

Parti C: Temi fid-dettall għar-reġistri tan-negozju

Għall-unitajiet rispettivi ddefiniti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, ir-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u r-Reġistru EuroGroups għandu jkun fihom dawn it-temi fid-dettall għal kull unità.

UNITAJIET

TEMI FID-DETTALL

1. UNITAJIET LEGALI

Identifikazzjoni

Avvenimenti demografiċi

Parametri ta’ stratifikazzjoni

Rabtiet mal-intrapriżi

Rabtiet ma’ reġistri oħra

Rabta mal-grupp ta’ intrapriżi

Kontroll tal-unitajiet

Sjieda tal-unitajiet

2. GRUPPI TA' INTRAPRIŻI

Identifikazzjoni

Avvenimenti demografiċi

Parametri ta’ stratifikazzjoni u varjabbli ekonomiċi

3. INTRAPRIŻA

Identifikazzjoni

Rabta ma’ unitajiet oħra

Avvenimenti demografiċi

Parametri ta’ stratifikazzjoni u varjabbli ekonomiċi

4. UNITÀ LOKALI

Identifikazzjoni

Avvenimenti demografiċi

Parametri ta’ stratifikazzjoni u varjabbli ekonomiċi

Rabtiet ma’ unitajiet u reġistri oħra

5. TIP TA' UNITÀ TAL-ATTIVITÀ

jekk koperti bħala unità statistika f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 2(3)

Identifikazzjoni

Avvenimenti demografiċi

Parametri ta’ stratifikazzjoni u varjabbli ekonomiċi

Rabtiet ma’ unitajiet u reġistri oħra


ANNESS IV

TEMI FID-DETTALL U VARJABBLI GĦALL-ISKAMBJU TA' DATA KUNFIDENZJALI GĦALL-FINIJIET TAL-QAFAS EWROPEW GĦAR-REĠISTRI TAL-ISTATISTIKA TAN-NEGOZJU

Il-punti mmarkati “kondizzjonali” huma obbligatorji jekk disponibbli fl-Istati Membri u l-punti mmarkati “fakultattiv” huma rrakkomandati.

1.   

Data li għandha tiġi trasmessa mill-NSAs kompetenti lill-Kummissjoni (Eurostat) u li tista’ tiġi skambjata bejn l-NSAs kompetenti (l-Artikolu 10(1) u (2))

Unitajiet

Temi fid-Dettall

Varjabbli

Unità Legali

Identifikazzjoni

Varjabbli ta’ identifikazzjoni

 

Avvenimenti demografiċi

Id-data ta’ inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżiċi

Data li fiha l-unità legali waqfet

 

Parametri ta’ stratifikazzjoni

Forma ġuridika

Status ta’ attività ġuridika

Sinjal għall-fergħat fis-sens tal-punt 18.12 tal-Kapitolu 18 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 (kondizzjonali)

Sinjal għall-entitajiet bi skop speċjali fis-sens tal-punti 2.17 sa 2.20 tal-Kapitolu 2 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 (fakultattiv)

 

Kontroll tal-unitajiet

Varjabbli ta’ identifikazzjoni tal-unità legali li hija kkontrollata jew li tikkontrolla

 

Sjieda tal-unitajiet

Varjabbli ta’ identifikazzjoni tal-unità li hija l-proprjetà jew li għandha s-sjieda

Ishma (%) ta’ unità jew unitajiet legali residenti li huma proprjetà tal-unità legali (kondizzjonali)

Ishma (%) ta’ unità jew unitajiet legali residenti, li għandhom is-sjieda tal-unità legali (kondizzjonali)

Ishma (%) ta’ unità jew unitajiet legali mhux residenti li huma proprjetà tal-unità legali (kondizzjonali)

Ishma (%) ta’ unità jew unitajiet legali mhux residenti, li għandhom is-sjieda tal-unità legali (kondizzjonali)

Data tal-bidu u l-għeluq tal-ishma (kondizzjonali)

Grupp ta’ intrapriżi

Identifikazzjoni

Varjabbli ta’ identifikazzjoni

 

Parametri ta’ stratifikazzjoni u varjabbli ekonomiċi

Kodiċi tal-attività ewlenija tal-grupp ta’ intrapriżi f’livell ta’ żewġ numri tan-NACE

Attivitajiet sekondarji tal-grupp ta’ intrapriżi f’livell ta’ żewġ numri tan-NACE (fakultattiv)

Numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom (kondizzjonali)

Fatturat nett (kondizzjonali)

Total tal-assi tal-gruppi ta’ intrapriżi (kondizzjonali)

Pajjiżi fejn jinsabu intrapriżi jew unitajiet lokali mhux residenti (fakultattiv)

Intrapriża

Identifikazzjoni

Varjabbli ta’ identifikazzjoni

 

Rabta ma’ unitajiet oħra

Numru(i) tal-identità tal-unità jew unitajiet legali li hija magħmula minnha/hom l-intrapriża

Numru tal-identità tal-grupp ta’ intrapriżi li tappartjeni għalih l-intrapriża

 

Avvenimenti demografiċi

Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

Id-data tat-tmiem finali tal-attivitajiet

 

Parametri ta’ stratifikazzjoni u varjabbli ekonomiċi

Kodiċi tal-attività ewlenija tal-intrapriża f’livell ta’ żewġ numri tan-NACE

Numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom (kondizzjonali)

Numru ta’ impjegati

Fatturat nett

Settur istituzzjonali u sottosettur fis-sens tar-Regolament (UE) No 549/2013

2.   

Data li għandha tiġi trasmessa mill-Kummissjoni (Eurostat) lill-NSAs kompetenti u li tista’ tiġi skambjata bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-banek ċentrali kompetenti f’każ ta’ awtorizzazzjoni (l-Artikolu 10(2) u (4))

Unitajiet

Temi fid-dettall

Varjabbli

Unitajiet Legali

Identifikazzjoni

Varjabbli ta’ identifikazzjoni

 

Avvenimenti demografiċi

Id-data ta’ inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżiċi

Data li fiha l-unità legali waqfet

 

Parametri ta’ stratifikazzjoni

Forma ġuridika

Status ta’ attività ġuridika

Sinjal għall-fergħat fis-sens tal-punt 18.12 tal-Kapitolu 18 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 (kondizzjonali)

Sinjal għall-entitajiet bi skop speċjali fis-sens tal-punti 2.17 sa 2.20 tal-Kapitolu 2 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 (fakultattiv)

 

Rabtiet mal-intrapriżi

Varjabbli ta’ identifikazzjoni tal-intrapriża/i li għaliha tappartjeni l-unità

Data tal-assoċjazzjoni mal-intrapriża/i (kondizzjonali)

Data tas-separazzjoni mill-intrapriża/i (kondizzjonali)

 

Rabtiet ma’ reġistri oħra

Rabtiet ma’ reġistri oħra

 

Rabta mal-grupp ta’ intrapriżi

Varjabbli ta’ identifikazzjoni tal-grupp ta’ intrapriżi li tappartjeni għalih l-unità

Data tal-assoċjazzjoni mal-grupp ta’ intrapriżi

Data tas-separazzjoni mill-grupp ta’ intrapriżi

 

Kontroll tal-unitajiet

Varjabbli ta’ identifikazzjoni tal-unità legali li hija kkontrollata jew li tikkontrolla

 

Sjieda tal-unitajiet

Varjabbli ta’ identifikazzjoni tal-unità li hija l-proprjetà jew li għandha s-sjieda

Ishma (%) ta’ unità jew unitajiet legali residenti li huma proprjetà tal-unità legali (kondizzjonali)

Ishma (%) ta’ unità jew unitajiet legali residenti, li għandhom is-sjieda tal-unità legali (kondizzjonali)

Ishma (%) ta’ unità jew unitajiet legali mhux residenti li huma proprjetà tal-unità legali (kondizzjonali)

Ishma (%) ta’ unità jew unitajiet legali mhux residenti, li għandhom is-sjieda tal-unità legali (kondizzjonali)

Data tal-bidu u l-għeluq tal-ishma (kondizzjonali)

Grupp ta’ intrapriżi

Identifikazzjoni

Varjabbli ta’ identifikazzjoni

 

Avvenimenti demografiċi

Data tal-bidu tal-grupp ta’ intrapriżi

Data tat-waqfien tal-grupp ta’ intrapriżi

 

Parametri ta’ stratifikazzjoni u varjabbli ekonomiċi

Kodiċi tal-attività ewlenija tal-grupp ta’ intrapriżi f’livell ta’ żewġ numri tan-NACE

Attivitajiet sekondarji tal-grupp ta’ intrapriżi f’livell ta’ żewġ numri tan-NACE (fakultattiv)

Numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom (kondizzjonali)

Fatturat nett (kondizzjonali)

Total tal-assi tal-gruppi ta’ intrapriżi (kondizzjonali)

Pajjiżi fejn jinsabu intrapriżi jew unitajiet lokali mhux residenti (fakultattiv)

Intrapriża

Identifikazzjoni

Varjabbli ta’ identifikazzjoni

 

Rabta ma’ unitajiet oħra

Numru(i) tal-identità tal-unità jew unitajiet legali li hija magħmula minnha/hom l-intrapriża

Numru tal-identità tal-grupp tal-intrapriżi multinazzjonali jew nazzjonali, li tappartjeni għalih l-intrapriża

 

Avvenimenti demografiċi

Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

Id-data tat-tmiem finali tal-attivitajiet

 

Parametri ta’ stratifikazzjoni u varjabbli ekonomiċi

Kodiċi tal-attività ewlenija tal-grupp ta’ intrapriżi f’livell ta’ erba’ numri tan-NACE

Attivitajiet sekondarji tal-grupp ta’ intrapriżi f’livell ta’ erba’ numri tan-NACE (kondizzjonali)

Numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom

Numru ta’ impjegati

Numru ta’ impjegati f’ekwivalenti ta’ full time (fakultattiv)

Fatturat nett

Settur istituzzjonali u sottosettur fis-sens tar-Regolament (UE) No 549/2013

3.   

Skambji ta’ data dwar unitajiet legali inkorporati għal finijiet ta’ identifikazzjoni (l-Artikolu 10(3))

3.1.

Data għandha tiġi trasmessa mill-NSAs kompetenti lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar unitajiet legali inkorporati residenti

Unitajiet

Temi fid-dettall

Varjabbli

Unità Legali

Identifikazzjoni

Varjabbli ta’ identifikazzjoni

 

Avvenimenti demografiċi

Id-data ta’ inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżiċi

Id-daata li fiha l-unità legali waqfet

 

Parametri ta’ stratifikazzjoni

Forma ġuridika

Status ta’ attività ġuridika

Sinjal għall-fergħat fis-sens tal-punt 18,12 tal-Kapitolu 18 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 (kondizzjonali)

3.2.

Data li għandha tiġi trasmessa mill-NSAs kompetenti lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar unitajiet legali inkorporati residenti

Unitajiet

Temi fid-dettall

Varjabbli

Unità Legali

Identifikazzjoni

Varjabbli ta’ identifikazzjoni

 

Avvenimenti demografiċi

Id-data ta’ inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżiċi

Data li fiha l-unità legali waqfet

 

Parametri ta’ stratifikazzjoni

Forma ġuridika (fakultattiv)

Status ta’ attività ġuridika

Sinjal għall-fergħat fis-sens tal-punt 18.12 tal-Kapitolu 18 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 (kondizzjonali)

3.3.

Data li għandha tiġi trasmessa mill-Kummissjoni (Eurostat) lill-NSAs kompetenti dwar unitajiet legali inkorporati

Unitajiet

Temi fid-dettall

Varjabbli

Unitajiet Legali

Identifikazzjoni

Varjabbli ta’ identifikazzjoni

 

Avvenimenti demografiċi

Id-data ta’ inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżiċi

Id-data li fiha l-unità legali waqfet

 

Parametri ta’ stratifikazzjoni

Forma ġuridika

Status ta’ attività ġuridika

Sinjal għall-fergħat fis-sens tal-punt 18.12 tal-Kapitolu 18 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 (kondizzjonali)


ANNESS V

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa responsabbli f’kull Stat Membru lill-NSA kif imsemmi fl-Artikolu 5(2)

(a)

informazzjoni minn denunzji tal-VAT fuq persuni taxxabbli jew persuni ġuridiċi mhux taxxabbli li ddikjaraw, għall-perjodu inkwistjoni, provvisti intra-Unjoni ta’ oġġetti skont il-punt (a) tal-Artikolu 251 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE jew akkwist intra-Unjoni ta’ oġġetti skont il-punt (c) tal-Artikolu 251 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

informazzjoni minn dikjarazzjonijiet ta’ rikapitolazzjoni dwar provvisti intra-Unjoni miġbura mid-dikjarazzjonijiet ta’ rikapitolazzjoni tal-VAT skont l-Artikoli 264 u 265 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(c)

informazzjoni dwar akkwisti intra-Unjoni kkomunikati mill-Istati Membri l-oħra kollha skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (1).


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).


ANNESS VI

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa responsabbli f’kull Stat Membru lill-NSA kif imsemmi fl-Artikolu 5(3)

(a)

informazzjoni li tidentifika l-persuna li twettaq esportazzjoni intra-Unjoni u importazzjoni intra-Unjoni ta’ oġġetti koperti mill-proċeduri doganali ta’ proċessar attiv;

(b)

id-data tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi prevista fid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni disponibbli fis-sistema elettronika fir-rigward tan-numru EORI kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (1),

(c)

ir-rekords dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni minn dikjarazzjonijiet doganali li ġew aċċettati jew li kienu soġġetti għal deċiżjonijiet mill-awtoritajiet doganali nazzjonali u:

(i)

li ġew irreġistrati għandhom; jew

(ii)

li d-dikjarazzjoni supplimentari għalihom hija, f’konformità mal-Artikolu 225 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, disponibbli għalihom permezz ta’ aċċess elettroniku dirett fis-sistema tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).