7.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1224
tas-6 ta' Lulju 2017
li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanza 2-metil-2H-isotijażol-3-on, li ngħatat l-isem ta “Metilisotijażolinon” fin-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (l-INCI) u n-numru CAS 2682-20-4, bħalissa hija awtorizzata bħala preżervattiv fil-prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu f'konċentrazzjoni ta' sa 0,01 % ta' piż skont il-piż (100 ppm) permezz tal-entrata 57 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(2) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur adotta opinjoni dwar is-sikurezza tal-metilisotijażolinon fil-15 ta' Diċembru 2015 (2). Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur wasal għall-konklużjoni li, għall-prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu, konċentrazzjoni ta' metilisotijażolinon ta' sa 0,0015 % (15 ppm) hija kkunsidrata bħala sikura għall-konsumatur mil-lat tal-induzzjoni ta' allerġija b'riżultat ta' kuntatt. |
(3) |
Fid-dawl ta' dik l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur, huwa importanti li jiġi indirizzat l-ammont ogħla ta' allerġiji kkawżati mill-metilisotijażolinon u għalhekk dik is-sustanza għandha tiġi ristretta aktar fil-prodotti li jitlaħalħu. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Jenħtieġ li l-industrija tingħata perjodu raġonevoli taż-żmien biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-formulazzjonijiet tal-prodotti minħabba t-tqegħid tagħhom fis-suq u biex tirtira l-prodotti mhux konformi mis-suq. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Mis-27 ta' Jannar 2018 il-prodotti kożmetiċi li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament biss għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
Mis-27 ta' April 2018 il-prodotti kożmetiċi li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament biss għandhom ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) Id-dokument SCCS/1557/15 (it-III sottomissjoni).
ANNESS
L-entrata 57 fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 qed tinbidel b'dan li ġej:
Referenzi ta' referenza |
Identifikazzjoni tas-sustanza |
Kundizzjonijiet |
Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet |
|||||
Isem kimiku/INN |
Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni |
Numru CAS |
Numru KE |
Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem |
Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu |
Oħrajn |
|
|
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
“57 |
2-metil-2H-isotijażol-3-on |
Metilisotijażolinon (*1) |
2682-20-4 |
220-239-6 |
Prodotti li jitlaħalħu |
0,0015 % |
|
|
(*1) Il-metilisotijażolinon huwa rregolat ukoll permezz tal-entrata 39 tal-Anness V f'taħlita mal-metilkloroisotijażolinon. Iż-żewġ entrati jeskludu lil xulxin: l-użu tat-taħlita tal-metilkloroisotijażolinon u tal-metilisotijażolinon mhuwiex kompatibbli mal-użu tas-sustanza metilisotijażolinon waħedha fl-istess prodott.”