14.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/177


Rettifika għar-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 129 tat-30 ta' April 2014 )

F'paġna 3:

minflok:

“Artikolu 1

Id-Direttiva 2003/87/KE hija b' dan emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 28a

Derogi applikabbli minn qabel tal-implimentazzjoni, sal-2020, ta' ftehiminternazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq

1.   (…)

2.   (…)

Fir-rigward tal-attività fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni mingħajr ħlas allokati lil kull operatur ta' inġenju tal-ajru sal-1 ta' Awwissu 2014.’”,

aqra:

“Artikolu 1

Id-Direttiva 2003/87/KE hija b' dan emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 28a

Derogi applikabbli minn qabel tal-implimentazzjoni, sal-2020, ta' ftehiminternazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq

1.   (…)

2.   (…)

Fir-rigward tal-attività fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni mingħajr ħlas allokati lil kull operatur ta' inġenju tal-ajru sal-1 ta' Settembru 2014.’”.