30.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Lulju 2009

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5619)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/578/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-eko-tikketta Komuntarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aspetti ambjentali prinċipali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-eko-tikketta, imfassla abbażi tal-kriterji abbozzati mill-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea, iridu jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji tal-eko-tikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin ma’ dawk il-kriterji, trid isseħħ fi żmien xieraq qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat.

(4)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, twettqet reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/287/KE tal-14 ta’ April 2003 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz tal-akkommodazzjoni turistika (2). Dawk il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom huma validi sat-31 ta’ Ottubru 2009.

(5)

Fid-dawl ta’ dik ir-reviżjoni, huwa xieraq li titbiddel id-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti u li jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

(6)

Hemm lok li l-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom, ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Għas-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika, hemm lok li l-kriterji ekoloġiċi jinqasmu fi kriterji obbligatorji u fakultattivi.

(8)

Fir-rigward tal-miżati li għandhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet għall-eko-tikketta u għall-użu tagħha minn mikroimpriżi, kif iddefiniti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ mikroimpriżi u impriżi żgħar u ta’ daqs medju (3), huwa xieraq li, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżorsi limitati tal-mikroimpriżi u l-importanza partikolari tagħhom fi ħdan dan il-grupp ta’ prodotti, jiġi provdut tnaqqis addizzjonali għal dak provdut mir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 u l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/728/KE tal-10 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi l-applikazzjoni u l-miżati annwali tat-tikketta Ekoloġika tal-Komunità (4), skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2000/728/KE.

(9)

Għalhekk hemm lok li d-Deċiżjoni 2003/287/KE tiġi sostitwita.

(10)

Hemm lok li l-fornituri ta’ servizz li s-servizzi tagħhom ingħataw l-eko-tikketta għas-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika abbażi tal-kriterji li jinsabu fid-Deċiżjoni 2003/287/KE, jingħataw perjodu tranżitorju biex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw is-servizzi tagħhom sabiex ikunu konformi mal-kriterji u rrekwiżiti riveduti. Hemm lok ukoll li l-fornituri ta’ servizz jitħallew iressqu applikazzjonijiet magħmulin skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/287/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, sakemm tiskadi l-validità tad-Deċiżjoni 2003/287/KE.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ akkomodazzjoni turistika” għandu jinkludi l-forniment, bi ħlas, ta’ akkomodazzjoni mkenna matul il-lejl fi kmamar imgħammra kif xieraq, li mill-inqas tinkludi sodda, offruta bħala servizz prinċipali lit-turisti, lill-vjaġġaturi u lill-kerrejja.

Il-forniment ta’ akkomodazzjoni mkenna matul il-lejl tista’ tinkludi l-forniment ta’ servizzi tal-ikel, attivitajiet għas-saħħa tal-ġisem u ta’ passatemp u/jew żoni fejn hemm il-ħdura.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, is-servizzi tal-ikel għandhom jinkludu kolazzjon; attivitajiet/faċilitajiet għas-saħħa tal-ġisem u ta’ passatemp għandhom jinkludu sawna, pixxini u kull faċilità oħra bħal dawn, li jkunu fiż-żona tal-akkomodazzjoni u ż-żoni fejn hemm il-ħdura għandhom jinkludu parks u ġonna, li jkunu miftuħa għall-klijenti.

3.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-mikroimpriżi għandhom ikunu kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Artikolu 2

1.   Sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 (minn hawn ‘il quddiem “l-eko-tikketta”), servizz ta’ akkomodazzjoni turistika għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin kollha:

(a)

għandu jaqa’ fil-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ akkomodazzjoni turistika”;

(b)

għandu jkun konformi ma’ kull wieħed mill-kriterji stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(c)

għandu jkun konformi ma’ għadd suffiċjenti ta’ kriterji stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness, sabiex jikseb l-għadd ta’ punti meħtieġ kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.

2.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, is-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika għandu jikseb għall-inqas: 20 punt għas-servizz prinċipali.

3.   L-għadd ta’ punti msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiżdied b’dawn li ġejjin kollha, jekk fornuti mill-istess maniġment jew sid tas-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika:

(a)

tliet punti għas-servizzi tal-ikel;

(b)

tliet punti għaż-żoni fejn hemm il-ħdura/fuq barra disponibbli għall-klijenti;

(c)

tliet punti għall-attivitajiet ta’ passatemp jew għas-saħħa tal-ġisem jew ħames punti jekk l-attività ta’ passatemp jew għas-saħħa tal-ġisem tkun tikkonsisti f’ċentru ta’ benessri.

Artikolu 3

1.   B’deroga mill-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 2000/728/KE, meta l-applikazzjoni tkun saret minn mikroimpriża għall-għoti tal-eko-tikketta l-miżata għall-applikazzjoni għandha titnaqqas b’75 % mingħajr possibbiltà ta’ tnaqqis ieħor.

2.   B’deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni 2000/728/KE, il-miżata minima annwali biex mikroimpriża tagħmel użu mill-eko-tikketta għandha tkun EUR 100.

3.   Il-volum annwali tal-bejgħ għas-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika kollu għandu jiġi kkalkulat billi l-prezz għall-għoti tas-servizz jiġi mmultiplikat bl-għadd ta’ ljieli fil-post ta’ akkomodazzjoni u billi r-riżultat miksub jitnaqqas b’50 %. Il-prezz għall-għoti tas-servizz għandu jiġi kkalkulat bħala l-prezz medju mħallas mill-klijent għal lejl, inklużi s-servizzi kollha li ma jinvolvux ħlas żejjed.

4.   It-tnaqqis mill-miżata minima annwali pprovdut fil-paragrafi 6 sa 10 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2000/728/KE għandu japplika.

Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ akkomodazzjoni turistika”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għall-finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ akkomodazzjoni turistika” għandu jkun “025”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2003/287/KE hija mħassra.

Artikolu 7

1.   L-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ akkomodazzjoni turistika” imressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/287/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ akkomodazzjoni turistika” imressqa mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2009 jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/287/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.

3.   Meta l-eko-tikketta tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/287/KE, dik l-eko-tikketta tista’ tintuża għal tnax-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 102, 24.4.2003, p. 82.

(3)  ĠU L 124, 20.5.2003. p. 36.

(4)  ĠU L 293, 22.11.2000, p. 18.


ANNESS

QAFAS

Għan ta’ dawn il-kriterji

Il-kriterji għandhom l-għan li jillimitaw l-impatti ambjentali prinċipali mit-tliet fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tas-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika (ix-xiri, l-għoti tas-servizz, u l-iskart). Partikolarment għandhom l-għan li:

jillimitaw il-konsum tal-enerġija,

jillimitaw il-konsum tal-ilma,

jillimitaw il-produzzjoni tal-iskart,

jiffavorixxu l-użu ta’ riżorsi li jiġġeddu u ta’ sustanzi li huma inqas perikolużi għall-ambjent,

jippromwovu l-komunikazzjoni u l-edukazzjoni ambjentali.

Rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u l-verifika huma indikati eżatt taħt kull wieħed mill-kriterji stabbiliti fit-Taqsimiet A u B. Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi u standards oħra għajr dawk indikati għal kull wieħed mill-kriterji jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-Korp Kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni. Meta l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri l-konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu, et cetera, kif xieraq.

Il-Korpi Kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post qabel ma tingħata l-liċenzja.

Meta xieraq, il-Korpi Kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti. Matul il-perjodu tal-liċenzja l-Korpi Kompetenti għandhom jissorveljaw il-konformità mal-kriterji.

Il-Korpi Kompetenti huma rakkommandati li jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti tal-ġestjoni ambjentali, bħalma huma l-EMAS jew l-ISO 14001, meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji. (Nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta’ ġestjoni.).

Rekwiżiti ġenerali

Sabiex japplika għall-eko-tikketta, l-applikant jeħtieġ li jikkonforma mar-rekwiżiti legali Komunitarji, nazzjonali u lokali. B’mod partikolari, għandu jkun garantit li:

(1)

L-istruttura fiżika tkun mibnija legalment u tirrispetta l-liġijiet jew ir-regolamenti kollha taż-żona fejn tkun mibnija, speċjalment kwalunkwe liġi jew regolament marbuta mal-konservazzjoni tal-pajżaġġ u l-bijodiversità.

(2)

L-istruttura fiżika tirrispetta l-liġijiet u r-regolamenti Komunitarji, nazzjonali u lokali li għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni tal-enerġija, l-għejun tal-ilma, it-trattament u r-rimi tal-ilma, il-ġbir u r-rimi tal-iskart, il-manutenzjoni u s-servisjar tat-tagħmir, u tad-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza u s-saħħa.

(3)

L-impriża tkun operazzjonali u reġistrata, kif rikjest mill-liġijiet nazzjonali u/jew lokali u l-persunal tagħha huwa impjegat u assigurat b’mod legali.

TAQSIMA A

KRITERJI OBBLIGATORJI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1

ENERĠIJA

1.   Elettriku minn sorsi li jiġġeddu

Mill-inqas 50 % tal-elettriku użat għall-iskopijiet kollha għandu jiġi minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, kif iddefinit fid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-akkomodazzjoni turistika li ma għandhiex aċċess għal suq li joffri l-enerġija ġġenerata minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

Restrizzjonijiet kuntrattwali vinkolanti (bħall previżjonijiet ta’ penali) ta’ mill-inqas minn sentejn, għall-bidla ta’ fornitur tal-enerġija jistgħu jitqiesu bħala “mingħajr aċċess” għal suq li joffri elettriku ġġenerat minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jforni dikjarazzjoni mingħand il-fornitur tal-elettriku (jew il-kuntratt li sar miegħu) li tindika n-natura tas-sors/i tal-enerġija li jiġġedded/jiġġeddu, il-perċentwal tal-elettriku fornut li jkun ġej minn sors li jiġġedded, id-dokumentazzjoni dwar il-bojlers (il-ġeneraturi tas-sħana) użati, jekk użati u indikazzjoni tal-perċentwal massimu li jista’ jiġi fornut. Skont id-Direttiva 2001/77/KE, is-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu għandhom ifissru s-sorsi mhux fossili tal-enerġija li jiġġeddu (mir-riħ, mix-xemx, mill-mewġa ġeotermali, mill-mewġ, millilma, mill-bijomassa, mill-gassijiet tal-miżbliet, mill-gassijiet tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u mill-bijogassijiet). F’każ li l-akkomodazzjoni turistika ma għandhiex aċċess għal suq li joffri enerġija minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu, għandha tiġi fornuta d-dokumentazzjoni li turi r-rikjesta għal enerġija li tiġġedded.

2.   Faħam u żjut tqal

Ma għandhom jiġu użati l-ebda żjut li jkun fihom kontenut tal-kubrit ogħla minn 0,1 % u l-ebda faħam bħala sors tal-enerġija. Il-faħam għall-fuklari dekorattivi huwa eskluż minn dan il-kriterju.

Dan il-kriterju japplika biss għall-akkomodazzjonijiet turistiċi li għandhom sistema indipendenti tas-sħana.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, fejn jindika n-natura tas-sorsi tal-enerġija użati.

3.   Effiċjenza u ġenerazzjoni tas-sħana

Jekk tiġi installata kapaċità ġdida għall-ġenerazzjoni tas-sħana matul il-perjodu taż-żmien tal-għoti tal-eko-tikketta, hi għandha tkun unità ta’ kogenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja (kif iddefinita bl-Artikolu 3 u bl-Anness III tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), pompa ta’ sħana jew bojler effiċjenti. F’dan l-aħħar każ, l-effiċjenza ta’ dan il-bojler għandha tkun ta’ 4 stilel (ca. 92 % f’temperatura ta’ 50 °C u 95 % f’temperatura ta’ 70 °C), imkejla skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE (3), jew skont in-normi u r-regolamenti rilevanti għall-prodott għal dawk il-bojlers mhux koperti b’din id-Direttiva.

Il-bojlers tal-misħun imqabbda bil-karburanti likwidi jew tal-gass kif iddefiniti fid-Direttiva 92/42/KEE għandhom jikkonformaw mal-istandards tal-effiċjenza ekwivalenti għal mhux anqas minn tliet stilel kif hemm stipulat fid-Direttiva. Unitajiet ta’ koġenerazzjoni eżistenti għandhom jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ effiċjenza għolja fid-Direttiva 2004/8/KE. L-effiċjenza ta’ bojlers esklużi mid-Direttiva 92/42/KEE (4) għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet tal-manufattur u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u lokali dwar l-effiċjenza, iżda għal bojlers eżistenti bħal dawn (bl-eċċezzjoni ta’ bojlers tal-bijomassa) effiċjenza inqas minn 88 % ma għandhiex tiġi aċċettata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand dawk responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-bojler li tindika l-effiċjenza tagħha.

4.   Kondizzjonament tal-arja

Kull sistema ta’ kondizzjonament tal-arja għad-dar mixtrija matul il-perjodu taż-żmien tal-għoti tal-eko-tikketta għandu jkollha mill-inqas l-effiċjenza ta’ Klassi A tal-enerġija kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE (5), jew li jkollha effiċjenza korrispondenti tal-enerġija.

Nota: Dan il-kriterju ma japplikax għall-kondizzjonaturi tal-arja li huma apparat li jista’ juża wkoll sorsi oħra ta’ enerġija, jew għall-apparat mill-arja għall-ilma u mill-ilma għall-ilma, jew għall-unitajiet li jipproduċu (qawwa tat-tberrid) iktar minn 12-il kW.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manufattur jew it-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema tal-kondizzjonament tal-arja.

5.   Effiċjenza enerġetika tal-bini

L-akkomodazzjoni turistika għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-kodiċijiet lokali tal-bini relatati mal-effiċjenza tal-enerġija u r-rendiment tal-enerġija tal-bini.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi ċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija skont id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew meta mhux disponibbli fis-sistema tal-implimentazzjoni nazzjonali, ir-riżultati ta’ verifika tal-enerġija mwettqa minn espert indipendenti dwar ir-rendiment tal-enerġija tal-bini.

6.   Iżolazzjoni tat-twieqi

It-twieqi kollha fi kmamar u f’żoni komuni msaħħna u/jew bil-kondizzjonament tal-arja għandhom ikollhom livell xieraq ta’ iżolazzjoni termika skont ir-regolamenti lokali u l-kundizzjonijiet klimatiċi u għandhom jipprovdu livell xieraq ta’ iżolazzjoni akustika.

It-twieqi kollha fi kmamar u f’żoni komuni msaħħna u/jew bil-kondizzjonament tal-arja miżjuda jew irrinnovati wara l-akkwist tal-eko-tikketta Komunitarja għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Artikoli 4, 5 u 6) u madDirettiva tal-Kunsill tal-89/106/KEE (7) u regolamenti tekniċi nazzjonali relattivi għall-implimentazzjoni tagħhom.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand tekniku professjonali li tindika l-konformità ma’ dan il-kriterju li tipprovdi l-valuri ta’ trasmittanza termiċi (valur-U). Għal twieqi konformi mad-Direttiva 2002/91/KE, l-applikant għandu jipprovdi ċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija jew meta mhux disponibbli fis-sistema tal-implimentazzjoni nazzjonali, dikjarazzjoni mill-kostruttur.

7.   Tifi tat-tisħin jew tal-kondizzjonament tal-arja

Jekk it-tisħin u/jew il-kondizzjonament tal-arja ma jintfewx awtomatikament meta jinfetħu t-twieqi, għandu jkun hemm tagħrif faċilment disponibbli li jfakkar lill-klijent sabiex jagħlaq it-tieqa/twieqi jekk is-sħana jew il-kondizzjonament tal-arja jkunu mixgħula. Sistemi individwali tat-tisħin/kondizzjonament tal-arja akkwistati wara ċ-ċertifikazzjoni mal-eko-tikketta Komunitarja għandhom jiġu mgħammra bi swiċċ li jitfi awtomatikament meta t-twieqi jkunu miftuħa.

Dan il-kriterju japplika biss għall-akkomodazzjoni turistika li għandha t-tisħin u/jew il-kondizzjonament tal-arja.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mat-test tat-tagħrif għall-klijenti (jekk applikabbli).

8.   Tifi tad-dwal

Jekk ma jkunx hemm swiċċ awtomatiku għat-tifi tad-dawl/dwal fil-kamra, għandu jkun hemm tagħrif faċilment disponibbli għall-klijenti li jitlobhom biex jitfu d-dwal meta joħorġu mill-kamra.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mal-proċeduri tat-tagħrif.

9.   Bozoz tad-dawl ta’ enerġija effiċjenti

(a)

Mill-inqas 80 % tal-bozoz tad-dawl fl-akkomodazzjoni turistika għandu jkollhom effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE (8). Dan ma għandux japplika għall-apparat tad-dawl li l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu ma jippermettux l-użu ta’ bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija.

(b)

100 % tal-apparat tad-dawl li jinstab f’post fejn x’aktarx jinxtiegħel għal iktar minn ħames sigħat kuljum għandu jkollu l-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif iddefinit bid-Direttiva 98/11/KE. Dan ma għandux japplika għall-apparat tad-dawl li l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu ma jippermettux l-użu ta’ bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità maż-żewġ partijiet ta’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni tal-klassi tal-effiċjenza tal-enerġija għall-bozoz tad-dawl differenti użati.

10.   Tagħmir ta’ tisħin għal barra

L-akkomodazzjoni turistika għandha tuża biss apparat li jieħu l-enerġija minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu biex isaħħan żoni fuq barra bħaż-żoni allokati għat-tipjip u ż-żoni tal-ikel esterni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, fejn jindika n-natura tas-sorsi tal-enerġija użati f’każ ta’ apparat li jieħu l-enerġija minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

ILMA

11.   Fluss tal-ilma minn viti u doċoċ

Il-fluss medju tal-ilma mill-viti u mill-irjus tad-doċoċ, esklużi viti użati fi kċejjen u banjijiet, u ma għandux jaqbeż id-9 litri l-minuta.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, u d-dokumentazzjoni rilevanti flimkien ma’ spjega dwar kif l-akkommondazzjoni turistika tissodisfa il-kriterju.

12.   Kontenituri għall-iskart fil-kmamar tat-tojlits

Kull waħda mill-kmamar tat-tojlits għandu jkollha kontenitur xieraq għall-iskart u l-klijent għandu jiġi mistieden li juża l-kontenitur tal-iskart minflok it-tojlit għall-iskart xieraq.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa rigward it-tagħrif lill-klijent.

13.   It-tindif tal-awrinari bil-flaxing

L-awrinari għandhom ikunu mgħammra jew b’sistemi ta’ flaxing awtomatiċi (bil-ħin) jew b’sistemi manwali biex ma jkunx hemm flaxing kontinwu.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-awrinari installati.

14.   Bdil ta’ xugamani u lożor

Il-klijenti għandhom jiġu mgħarrfa dwar il-politika ambjentali tal-akkomodazzjoni turistika mal-wasla tagħhom. Dan it-tagħrif għandu jispjega li l-lożor u x-xugamani fil-kmamar għandhom jinbidlu fuq it-talba tagħhom, jew fin-nuqqas ta’ dan bil-frekwenza stabbilita mill-politika ambjentali tal-akkomodazzjoni turistika jew kif meħtieġ bil-liġi u/jew regolamenti nazzjonali. Dan japplika biss għall-akkomodazzjoni turistika fejn is-servizz jinkludi l-provvista ta’ xugamani u/jew lożor.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti li turi kif jiġi mgħarraf il-klijent u kif l-akkomodazzjoni turistika tirrispetta t-talbiet tal-klijenti.

15.   Rimi korrett tal-ilma tal-iskart:

L-akkomodazzjoni turistika għandha tinforma lill-klijenti u lill-persunal dwar l-użu korrett tar-rimi tal-ilma tal-iskart, sabiex jiġi evitat ir-rimi ta’ sustanzi li jistgħu jżommu milli jkun hemm t-trattatment tal-ilma tal-iskart skont il-pjan muniċipali tal-ilma tal-iskart u r-regolamenti Komunitarji. Meta ma jkunx hemm pjan tal-ilma tal-iskart disponibbli mill-muniċipalità, l-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi lista ġenerali ta’ sustanzi li ma għandhomx jintremew mal-ilma tal-iskart skont id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, u d-dokumentazzjoni rilevanti (jekk applikabbli, pjan tal-ilma tal-iskart u komunikazzjoni lill-klijenti u lill-persunal).

DETERĠENTI U DIŻINFETTANTI

16.   Diżinfettanti

Id-diżinfettanti għandhom jintużaw biss fejn huma meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-ħtiġijiet iġjeniċi legali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni dwar fejn u meta jintużaw id-diżinfettanti.

SKART

17.   Separazzjoni tal-iskart mill-klijenti

Il-klijenti għandhom jiġu infurmati kif u fejn jistgħu jisseparaw l-iskart skont l-aħjar sistemi lokali u nazzjonali fiż-żoni li tappartjeni għalihom l-akkomodazzjoni turistika. Kontenituri xierqa għas-separazzjoni tal-iskart għandhom ikunu disponibbli fil-kmamar jew f’distanza li tista’ tintlaħaq faċilment.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti dwar it-tagħrif indirizzat lill-klijenti u jispjega fejn jinstabu l-kontenituri fl-akkomodazzjoni turistika.

18.   Separazzjoni tal-iskart

L-iskart għandu jiġi sseparat f’kategoriji li jistgħu jiġu ttrattati separatament mill-faċilitajiet lokali jew nazzjonali tal-ġestjoni tal-iskart, b’attenzjoni partikolari għall-iskart perikoluż,li għandu jiġi sseparat, miġbur u mormi kif elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (10), u għandu jitfittex mod xieraq kif dan jintrema. Din il-lista tinkludi t-toners, il-linka, it-tagħmir tar-refriġerazzjoni u dak elettriku, il-batteriji, il-bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija, il-farmaċewtiċi, ix-xaħmijiet/iż-żjut, u l-apparat elettriku kif speċifikat fid-Direttiva 2002/96/KE (11) u fid-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

Jekk l-amministrazzjoni lokali ma toffrix il-ġbir u/jew ir-rimi separat tal-iskart, l-akkomodazzjoni turistika għandha tiktbilha biex tesprimi r-rieda tagħha li tissepara l-iskart, u biex tesprimi t-tħassib tagħha dwar in-nuqqas tal-ġbir u/jew tar-rimi separat. Jekk l-awtorità lokali ma tipprovdix ir-rimi tal-iskart perikoluż, l-applikant għandu jipprovdi, kull sena, dikjarazzjoni mill-awtorità lokali li ma hemmx sistema ta’ rimi ta’ skart riskjuż fil-post.

It-talba lill-awtoritajiet lokali sabiex jipprovdu l-ġbir u/jew ir-rimi tal-iskart separat għandha ssir kull sena.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni dwar il-kategoriji differenti tal-iskart aċċettati mill-awtoritajiet lokali, u/jew il-kuntratti rilevanti ma’ aġenziji privati. Fejn xieraq, kull sena l-applikant għandu jipprovdi d-dikarazzjoni korrispondenti lill-awtorità lokali.

19.   Prodotti li jintremew wara l-użu

Għajr jekk meħtieġ bil-liġi, l-oġġetti tal-indafa personali li jintremew wara l-użu (li ma jintlewx mill-ġdid) bħal xampu u sapun, jew prodotti oħra (li jintużaw darba) bħal brieret tad-doċċa, xkupilji, limi tad-dwiefer, eċċ ma għandhomx jintużaw. Meta tali prodotti huma rikjesti bil-liġi l-applikant għandu joffri lill-klijenti żewġ soluzzjonijiet u jħeġġiġhom b’komunikazzjoni xierqa biex jużaw il-prodotti li ma jintremewx wara l-użu.

Sistemi għax-xorb (kikkri u tazzi), platti u pożati li jintremew wara l-użu għandhom jintużaw biss jekk ikunu magħmula minn materji primi li jiġġeddu u li jkunu bijodegradabbli u li jista’ jiġi mibdul f’kompost skont EN 13432.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni rilevanti li tispjega kif il-kriterju huwa sodisfatt (inkluż kwalunkwe leġiżlazzjoni li teħtieġ l-użu ta’ prodotti li jintremew wara l-użu), u dokumentazzjoni konsistenti rigward il-prodotti li jistgħu jimtlew mill-ġdid u/jew dwar tagħrif indirizzat lill-klijenti, dwar it-tħeġġiġ biex isir użu minn prodotti li ma jintremewx wara l-użu (jekk applikabbli).

Biex jintwera li sistemi għax-xorb (kikkri u tazzi), platti u pożati li jintremew wara l-użu jissodisfaw dan il-kriterju għandhom jiġu provduti provi ta’ konformità mal-EN 13432.

20.   Ippakkjar tal-Kolazzjon

Għajr fejn meħtieġ bil-liġi, ma għandhomx jintużaw pakketti ta’ doża waħda għall-kolazzjon jew għal servizz tal-ikel ieħor, bl-eċċezzjoni tax-xaħmijiet tal-ħalib tat-tidlik (bħall-butir, marġerina u ġobon artab), ċikkulata u butir tal-karawett tat-tidlik, u ġammijiet u priżervi tad-dieta jew għad-dijabetiċi.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju u spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni tissodisfah, flimkien ma’ lista ta’ prodotti ta’ doża waħda użati u l-leġiżlazzjoni li teħtieġ dan.

SERVIZZI OĦRAJN

21.   Projbizzjoni tat-tipjip fiż-żoni komuni

Għandha tkun disponibbli taqsima mingħajr tipjip fiż-żoni komuni kollha ġewwa l-bini.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

22.   Trasport pubbliku

Għandu jkun hemm tagħrif faċilment disponibbli għall-klijenti u l-personal dwar kif jużaw it-trasportazzjoni pubblika lejn u mill-akkomodazzjoni turistika permezz tal-mezzi prinċipali ta’ komunikazzjoni. Meta ma jeżisti l-ebda trasport pubbliku xieraq, għandu xorta waħda jiġi pprovvdut it-tagħrif dwar mezzi oħra tat-trasport preferibbilment ambjentali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ kopji tal-materjal disponibbli ta’ tagħrif.

ĠESTJONI ĠENERALI

L-applikanti ma’ Sistema tal-Ġestjoni Ambjentali rreġistrata taħt ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew iċċertifikata skont l-ISO 14001 awtomatikament jissodisfaw il-kriterji tal-ġestjoni ġenerali li ġejjin bl-eċċezzjoni tal-kriterji 27, 28 u 29 (il-ġbir ta’ dejta u tagħrif). F’każijiet bħal dawn, il-mezzi tal-verifika tal-konformità ma’ dawk il-kriterji hija r-registrazzjoni tal-EMAS jew iċ-ċertifikazzjoni tal-ISO 14001.

23.   Manutenzjoni u servisjar tal-bojlers u tas-sistemi tal-kondizzjonament tal-arja

Il-manutenzjoni u s-servisjar tal-bojlers u tas-sistemi tal-kondizzjonament tal-arja għandhom jitwettqu mill-inqas darba fis-sena, jew iktar spiss jekk hekk meħtieġ bil-liġi jew mill-ħtieġa, minn persuni professjonali kkwalifikati kif xieraq, billi jsegwu s-CEI u l-istandards nazzjonali meta dawn japplikaw, jew skont l-istruzzjonijiet tal-manufattur.

Għas-sistemi tal-kondizzjonament tal-arja l-manutenzjoni (kontroll għal tnixxija jew tiswija) għandha titwettaw skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), f’konformità mal-ammont ta’ gass F (serra flworinat) li jinsab fl-applikazzjoni, kif ġej:

Għall-inqas darba kull tnax-il xahar għal applikazzjonijiet li jkollhom 3 kg jew aktar ta’ gassijiet F (dan ma għandux japplika għal tagħmir b’sistemi ermetikament issiġġillati, li huma ttikketjati b’dak il-mod u jkollhom anqas minn 6 kg ta’ gassijiet serra flworinati)

Għall-inqas darba kull sitt xhur għal applikazzjonijiet li jkollhom 30 kg jew aktar ta’ gassijiet F

Għall-inqas darba kull tliet xhur għal applikazzjonijiet li jkollhom 300 kg jew aktar ta’ gassijiet F

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità maż-żewġ partijiet ta’ dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-bojlers u l-programm tal-manutenzjoni tagħhom, u dettalji dwar il-persuni/kumpaniji li jwettqu l-manutenzjoni, u x’jiġi kkontrollat matul il-manutenzjoni.

Għas-sistemi tal-kondizzjonament tal-arja li jkollhom 3 kg jew aktar ta’ gassijiet F l-applikant għandu jipprovdi r-reġistri dwar il-kwantità u t-tip ta’ gassijiet F installati, kull kwantità miżjuda u l-kwantità rkuprata matul il-manutenzjoni, is-servisjar u r-rimi finali kif ukoll l-identifikazzjoni tal-kumpanija jew tat-tekniku li wettaq is-servisjar jew l-manutenzjoni, kif ukoll id-dati u r-riżultati tal-kontrolli għat-tnixxija u t-tagħrif rilevanti li speċifikament jidentifika t-tagħmir stazzjonarju separat b’aktar minn 30 kg ta’ gassijiet F.

24.   Iffissar tal-politika u programm ta’ azzjoni

Il-ġestjoni għandu jkollha politika ambjentali u għandha tfassal prospett sempliċi dwar il-politika ambjentali u programm preċiż ta’ azzjoni sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-politika ambjentali.

Il-programm ta’ azzjoni għandu jidentifika l-miri dwar ir-rendiment ambjentali li għandu x’jaqsam mal-enerġija, l-ilma, il-kimiċi u l-iskart, li għandhom jiġu stipulati kull sentejn, filwaqt li jitqiesu l-kriterji fakultattivi u d-dejta miġbura meta possibli. Għandha tiġi identifikata l-persuna li taġixxi bħala l-amministratur ambjentali tal-akkomodazzjoni turistika u li tkun responsabbli li tieħu kull azzjoni meħtieġa u li tilħaq il-miri. Il-politika ambjentali għandha tkun disponibbli għall-konsultazzjoni mill-pubbliku. Il-kummenti u r-reazzjonijiet mill-klijenti miġbura permezz ta’ kwestjonarju jew lista ta’ kontroll għandhom jitqiesu.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ kopja tal-politika ambjentali jew id-dikjarazzjoni politika u l-programm ta’ azzjoni, u l-proċeduri biex jitqiesu l-kontribut mill-klijenti.

25.   Taħriġ tal-persunal

L-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi t-tagħrif u t-taħriġ lill-personal, inklużi l-proċeduri bil-miktub jew il-manwali, sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-miżuri ambjentali u tqajjem il-kuxjenza dwar imġiba ambjentalment responsabbli. Partikolament, għandhom jitqiesu l-kwistjonijiet li ġejjin:

 

Fir-rigward tal-iffrankar tal-enerġija

Il-persunal għandu jiġi mħarreġ dwar kif tiġi ffrankata l-enerġija.

 

Fir-rigward tal-iffrankar tal-ilma:

Il-persunal għandu jiġi mħarreġ li jiċċekkja kuljum għal tnixxijiet viżibbli u li jieħu l-azzjoni xierqa kif meħtieġ.

Il-fjuri u l-ġonna għandhom normalment jissaqqew qabel l-aqwa tax-xemx jew wara nżulha, meta l-kundizzjonijiet reġjonali jew klimatiċi jagħmlu dan xieraq.

Il-persunal għandu jiġi infurmat bil-politika tal-akkomodazzjoni turistika fir-rigward tal-kriterju 14 dwar il-bdil tax-xugamani u jiġi mgħarraf kif jikkonforma miegħu.

 

Fir-rigward tas-sustanzi kimiċi perikolużi:

Il-persunal għandu jiġi mħarreġ biex ma jaqbiżx l-ammont rakkommandat ta’ deterġent u diżinfettant kif indikat fuq il-pakkett.

 

Fir-rigward ta’ skart:

Il-persunal għandu jiġi mħarreġ biex jiġbor, jissepara u jarmi l-iskart b’mod xieraq f’kategoriji li jistgħu jitqandlu separatament mill-faċilitajiet lokali jew nazzjonali tal-ġestjoni tal-iskart kif iddefinit mill-kriterju 18.

Il-persunal għandu jiġi mħarreġ biex jiġbor, jissepara u jarmi b’mod xieraq l-iskart perikoluż kif imniżżel fid-Deċiżjoni 2000/532/KE u ddefinit mill-kriterju 18.

Għandu jiġi pprovvdut taħriġ adegwat lill-persunal ġdid kollu fi żmien erba’ ġimgħat mill-bidu tal-impjieg u għall-persunal kollu mill-inqas darba fis-sena.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji tal-programm ta’ taħriġ, il-kontenut tiegħu, u indikazzjoni dwar liema mill-personal irċieva t-taħriġ, liema taħriġ u meta. L-applikant għandu jipprovdi wkoll kopji ta’ proċeduri u komunikazzjoni għall-persunal dwar il-kwistjonijiet imsemmija.

26.   Tagħrif lill-klijenti

L-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi tagħrif lill-klijenti, inklużi lill-parteċipanti fil-konferenzi, dwar il-politika ambjentali tagħha, inklużi l-aspetti ta’ sikurezza u ta’ sikurezza f’każijiet ta’ nirien, u jistedinhom biex jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni tagħha. Dan it-tagħrif mogħti lill-klijenti għandu jirreferi għall-azzjonijiet meħuda f’isem il-politika ambjentali tiegħu u għandu jipprovdi tagħrif dwar l-eko-tikketta Komunitarja. Dan it-tagħrif għandu jingħata b’mod attiv lill-klijenti mal-wasla tagħhom, flimkien ma’ kwestjonarju li jkopri l-opinjonijiet tagħhom dwar l-aspetti ambjentali tal-akkomodazzjoni turistika. L-avviżi li jistiednu lill-klijenti biex jappoġġjaw l-għanijiet ambjentali għandhom ikunu viżibbli għall-klijenti, speċjalment fiż-żoni komuni u fil-kmamar.

Azzjonijiet speċifiċi għaż-żoni differenti għandhom ikunu:

 

Fir-rigward tal-enerġija:

Meta applikabbli, skont il-kriterji nru. 7 u 8, il-klijenti jiġu informati biex jitfu s-sħana jew il-kondizzjonament tal-arja u d-dwal.

 

Fir-rigward tal-ilma u l-ilma tal-iskart:

Għandu jkun hemm tagħrif adegwat fil-kmamar tal-banju lill-klijenti dwar kif jgħinu lill-akkomodazzjoni turistika tiffranka l-ilma.

Il-klijenti għandom jiġu mistiedna li jgħarrfu lill-personal dwar kull tnixxija.

Fil-kmamar tat-tojlits, is-simboli għandhom jitolbu lill-klijenti biex jarmu l-iskart fil-kontenitur tal-iskart minflok fit-tojlits.

 

Fir-rigward ta’ skart:

Il-klijent għandu jiġi mgħarraf dwar il-politika tat-tnaqqis tal-iskart tal-akkomodazzjoni turistika u dwar l-użu ta’ alternattivi ta’ prodotti ta’ kwalità għar-rimi u ta’ prodotti ta’ doża waħda, u għandu jiġi mħeġġeġ biex juża prodotti li ma jintremewx wara l-użu, f’każ fejn xi leġiżlazzjoni teħtieġ l-użu ta’ prodotti li jintremew wara l-użu.

Huma għandhom jiġu mgħarrfa kif u fejn jistgħu jisseparaw l-iskart skont is-sistemi lokali jew nazzjonali fiż-żoni li jappartjenu għall-akkomodazzjoni turistika u fejn jarmu s-sustanzi perikolużi tagħhom.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ kopji tas-sinjali ta’ tagħrif u avviżi provduti lill-klijenti, u jindika l-proċeduri tiegħu għat-tqassim u l-ġbir tat-tagħrif u l-kwestjonarju, u dwar kif ser iqis ir-reazzjonijiet.

27.   Dejta dwar il-konsum tal-enerġija u tal-ilma

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha proċeduri għall-ġbir u l-monitoraġġ tad-dejta dwar il-konsum ġenerali tal-enerġija (kWh), l-elettriku u ta’ konsum ta’ sorsi oħra tal-enerġija (kWh), u l-konsum tal-ilma (litri).

Id-dejta għandha tinġabar fejn possibli, kull xahar jew għal inqas kull sena, għall-perjodu meta l-akkomodazzjoni turistika tkun miftuħa, u għandha wkoll tiġi espressa bħala konsum jew produzzjoni għal kull waqfa matul il-lejl u għal kull m2 taż-żona ġewwa l-bini.

L-akkomodazzjoni turistika għandha tirrapporta r-riżultati ta’ kull sena lill-Korp Kompetenti li jkun ivvaluta l-applikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proċeduri. Mal-applikazzjoni, l-applikant għandu jippovdi d-dejta għall-konsum elenkat hawn fuq għal mill-inqas is-sitt xhur ta’ qabel (jekk disponibbli), u minn dak in-nhar ‘il quddiem għandu jipprovdi din id-dejta kull sena għas-sena ta’ qabel jew għal perjodu ta’ ftuħ.

28.   Ġbir ta’ dejta oħra

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha proċeduri għall-ġbir u l-monitoraġġ tad-dejta dwar il-konsum ta’ kimiċi espressi f’kg u/jew litri li jispeċifikaw jekk il-prodott kienx ikkonċentrat jew le u l-kwantità ta’ skart prodott (litri u/jew kg ta’ skart mhux magħżul).

Id-dejta għandha tinġabar meta possibli, kull xahar jew mill-inqas kull sena, u għandha wkoll tiġi espressa bħala konsum jew produzzjoni għal kull waqfa matul il-lejl u għal kull m2 taż-żona ġewwa l-bini.

L-akkomodazzjoni turistika għandha tirrapporta r-riżultati ta’ kull sena lill-Korp Kompetenti li jkun ivvaluta l-applikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proċeduri. Mal-applikazzjoni, l-applikant għandu jippovdi d-dejta għall-konsum elenkat hawn fuq għal mill-inqas is-sitt xhur ta’ qabel (jekk disponibbli), u minn dak in-nhar ‘il quddiem għandu jipprovdi din id-dejta kull sena għas-sena ta’ qabel jew għal perjodu ta’ ftuħ.L-applikant għandu jispeċifika s-servizzi offruti u jekk is-servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ jitwettaqx fuq il-post.

29.    Tagħrif li jidher fuq l-eko-tikketta

Il-kaxxa 2 tal-eko-tikketta għandu jkollha l-kliem li ġej:

“Din l-akkomodazzjoni turistika qed tieħu miżuri b’mod attiv biex tagħmel użu minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, tiffranka l-enerġija u l-ilma, tnaqqas l-iskart, u ttejjeb l-ambjent lokali.”

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kampjun ta’ kif ser isir użu mit-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

TAQSIMA B

KRITERJI FAKULTATTIVI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2, PARAGRAFI 1 U 2

Kull kriterju stabbilit f’din it-Taqsima ġiet attribwita valur espress f’punti jew fi frazzjonijiet ta’ punti Sabiex jikkwalifikaw għall-għoti tal-eko-tikketta, l-akkomodazzjoniet turistiċi għandhom iġibu minimu ta’ 20 punt.

L-għadd totali meħtieġ għandu jiġi miżjud bi 3 punti għal kull wieħed mit-tliet servizzi addizzjonali li ġejjin offruti mill-maniġment jew mis-sid tal-akkomodazzjoni turistika:

servizzi tal-ikel (li jinkludu l-kolazzjon)

attivitajiet ta’ passatemp/għas-saħħa tal-ġisem, li jinkludu sawna, pixxini u kwalunkwe faċilitajiet oħra li huma fiż-żona tal-akkomodazzjoni turistika. Jekk l-attivitajiet ta’ passatemp/għas-saħħa tal-ġisem jikkonsistu f’ċentru ta’ benessri, l-għadd rikjest għandu jiżdied b’5 punti minflok 3.

żoni fejn hemm il-ħdura/fuq barra, li jinkludu l-parkijiet u l-ġonna li huma miftuħa għall-klijenti.

ENERĠIJA

30.   Ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija li jistgħu jiġġeddu (sa 4 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha ġenerazzjoni elettrika b’sistema fotovoltajka (pannelli solari) jew sistema lokali idroelettrika, ġeotermika, ta’ bijomassa, jew mill-enerġija tar-riħ li tissupplixxi jew għad trid tissupplixxi mill-inqas 20 % tal-konsum ġenerali tal-elettriku fis-sena. (2 punti).

L-akkomodazzjoni turistika għandha tindroduċi fis-sistema ta’ distribuzzjoni għadd nett ta’ enerġija elettrika prodotta minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu (2 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ enerġija fotovoltajka, idroelettrika, ġeotermika, mill-bijomassa jew mir-riħ u dejta kemm dwar il-potenzjal kif ukoll dwar il-ħruġ attwali tagħha u d-dokumentazzjoni fir-rigward tal-flussi elettriċi mis-sistema ta’ distribuzzjoni jew għaliha bħala prova ta’ kwalunkwe kontribut nett jew elettriku minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu lis-sistema ta’ distribuzzjoni.

31.   Enerġija minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu (sa 2 punti)

Mill-inqas 70 % tal-enerġija totali użata biex issaħħan jew tberred il-kmamar jew biex issaħħan l-ilma sanitarju għandha tiġi minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu. (1.5 punti, 2 punti għall-100 % tal-enerġija tal-akkomodazzjoni turistika użata għal dak l-iskop, li ġejja minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dkjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dejta dwar l-enerġija kkonsmata għat-tisħin tal-kmamar u għall-misħun u d-dokumentazzjoni li turi li mill-inqas 70 % jew 100 % ta’ din l-enerġija ġejja minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

32.   Effiċjenza tal-enerġija tal-bojlers (1,5 punti)

L-akomodazzjoni turistika għandu jkollha bojlers ta’ erba’ stilel kif iddefinit mid-Direttiva 92/42/KE.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa.

33.   Emissjonijiet NOx tal-bojlers (1,5 punti)

Il-bojlers għandhom ikunu tal-klassi 5 tan-norma EN 297 prA3 li tirregola l-emissjonijiet tan-NOx, u għandhom jarmu inqas minn 60 mg NOx/kWh (bojlers li jikkondensaw il-gass) jew 70 mg Nox/kWh (bojlers li ma jikkondensawx il-gass bi ħruġ nominali ta’ 120 kW).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ rapport jew speċifikazzjonijiet tekniċi mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-bojler.

34.   Tisħin distrettwali (1,5 punti)

It-tisħin tal-akkomodazzjoni turistika għandu jiġi pprovduta permezz ta’ tisħin distrettwali effiċjenti, għall-finijiet tal-eko-tikketta ddefiniti kif ġej.

Il-ġenerazzjoni tas-sħana issir jew f’unitajiet ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja kif iddefinit mid-Direttiva 2004/8/KE u minn kwalunkwe strument ieħor tal-Kummissjoni adottat b’applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, jew f’bojlers tas-sħana biss b’effiċjenza ugwali jew ogħla mill-valur ta’ referenza applikabbli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (15);

u minbarra dan:

Il-pajpijiet fin-netwerk ta’ distribuzzjoni tat-tisħin distrettwali għandhom jilħqu r-rekwiżiti kif stipulat fl-istandards tas-CEN applikabbli għal tali pajpijiet.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni li turi l-konnessjoni mat-tisħin distrettwali.

35.   Sħana u enerġija magħquda – (koġenerazzjoni) (1,5 punti)

L-elettriku u s-sħana tal-akkomodazzjoni turistika għandhom jiġu pprovduti minn unità ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja skont id-Direttiva 2004/8/KE. Jekk is-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika għandu tali unità ta’ koġenerazzjoni fuq il-post il-ħruġ ta’ sħana u elettriku għandu jforni mill-inqas 70 % tal-konsum totali ta’ sħana u elettriku fuq il-post. Il-provvista għandha tiġi kkalkulata skont il-metodoloġija pprovduta mid-Direttiva 2004/8/KE.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar l-impjant tas-sħana u l-enerġija magħquda.

36.   Pompa tas-sħana (sa 2 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha pompa tas-sħana li tipprovdi s-sħana u/jew il-kondizzjonament tal-arja (1,5 punti). L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha pompa tas-sħana bl-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketta oħra ISO tat-tip I (2 punti)

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar il-pompa tas-sħana.

37.   Irkupru tas-sħana (sa 1,5 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha sistema ta’ rkupru ta’ sħana għall-1 (punt 1) jew 2 (1,5 punti) mill-kategoriji li ġejjin: is-sistemi tar-refriġerazzjoni, il-ventilaturi, il-maġni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, il-magni tal-ħasil tal-platti, il-pixxina/i, l-ilma sanitarju tal-iskart.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sistemi tal-irkupru tas-sħana.

38.   Regolazzjoni termali (1,5 punti)

It-temperatura f’kull żona komuni għandha tkun irregolata individwalment.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta’ regolazzjoni termali.

39.   Verifiki tar-rendiment tal-enerġija tal-bini (1,5 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tkun soġġetta għal verifika biannwali tar-rendiment tal-enerġija mwettqa minn espert indipendenti u timplimenta mill-anqas żewġ rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib tar-rendiment tal-enerġija tal-bini li jirriżultaw mill-verifika.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport tal-verifika tar-rendiment tal-enerġija u jipprovdi d-dokumentazzjoni ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika ssodisfat dan il-kriterju.

40.   Kondizzjonament tal-arja (sa 2 punti)

Kull sistema domestika tal-kondizzjonament tal-arja fl-akkomodazzjoni turistika li jkollha l-effiċjenza tal-enerġija 15 % ogħla mil-limitu biex tikkwalifika għall-klassi A fid-Direttiva 2002/31/KE (1,5 punti). Kull sistema domestika tal-kondizzjonament tal-arja fl-akkomodazzjoni turistika li jkollha l-effiċjenza tal-enerġija 30 % jew ogħla mil-limitu biex tikkwalifika għall-klassi A fid-Direttiva 2002/31/KE (2 punti).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-apparat li jista’ juża wkoll sorsi oħra tal-enerġija, apparat li jitwaħħal mill-arja għall-ilma jew mill-ilma għall-ilma, jew l-unitajiet bi ħruġ (qawwa tat-tkessih) ta’ iktar minn 12-il kW.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti li turi konformità ma’ dan il-kriterju.

41.   Tifi awtomatiku tal-kondizzjonament tal-arja u s-sistemi ta’ tisħin (1,5 punti)

Għandu jkun hemm sistema awtomatika li titfi l-kondizzjonament tal-arja u tat-tisħin tal-kmamar meta t-twieqi jkunu miftuħa.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema tal-kondizzjonament tal-arja.

42.   Arkitettura bijoklimatika (3 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tinbena skont il-prinċipji arkitettoniċi bijoklimatiċi.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa.

43.   Refriġeraturi ta’ enerġija effiċjenti (1 punt), fran (1 punt), magni tal-ħasil tal-platti (1 punt), magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ (1 punt) magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ/tumblers (1 punt) u tagħmir tal-uffiċċji (1 punt) – (massimu ta’ 3 punti)

(a)

(1 punt): Ir-refriġeraturi domestiċi kollha għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-Klassi A + jew A++ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE (16), u l-frigo-bars u l-mini-bars kollha għandhom ikunu ta’ effiċjenza mill-inqas tal-Klassi B.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tar-refriġeraturi u l-frigo-bars u l-mini-bars kollha.

(b)

(1 punt): Il-fran tal-elettriku domestiċi kollha għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE (17).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tal-fran tal-elettriku domestiċi kollha.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għal fran li ma jaħdmux bl-enerġija elettrika jew b’mod ieħor li mhumiex koperti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE (eż. fran industrijali).

(c)

(1 punt): Il-magni domestiċi kollha tal-ħasil tal-platti għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE (18).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti kollha.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għall-magni tal-ħasil tal-platti li mhumiex koperti bid-Direttiva 97/17/KE (eż. il-magni tal-ħasil tal-platti industrijali).

(d)

(1 punt): Il-magni kollha tal-ħasil tal-ħwejjeġ għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE (19).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ kollha.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li mhumiex koperti bid-Direttiva 95/12/KE (eż. il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali).

(e)

(1 punt): Mill-inqas 80 % tat-tagħmir tal-uffiċċju (PCs, moniters, faks, printers, skanners, magni tal-istampar) għandhom jikkwalifikaw għall-istilla tal-enerġija kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u fid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2003/168/KE (21).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-kwalifika għall-istilla tal-enerġija tat-tagħmir tal-uffiċċju.

(f)

(1 punt): Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ kollha għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1995/13/KE (22).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ kollha.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tal-elettriku li mhumiex koperti bid-Direttiva 1995/13/KE (eż. il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ industrijali).

44.   Magni tal-elettriku għat-tnixxif tal-idejn u dawk għat-tnixxif tax-xagħar b’sensuri ta’ qrubija (sa 2 punti)

Il-magni kollha tal-elettriku għat-tnixxif tal-idejn (1 punt) u dawk kollha għat-tnixxif tax-xagħar (1 punt) għandhom jiġu mgħammra b’sensuri ta’ qrubija jew ikunu ġew mogħtija l-eko-tikketta tat-Tip I tal-ISO.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju.

45.   Pożizzjonar tar-refriġeratur fil-post (1 punt)

Ir-refriġeratur(i) tal-kċina, tar-ristorant u tal-bar għandu(hom) jiġu ppożizzjonat(i) u rregolat(i) skont il-prinċipji tal-iffrankar tal-enerġija, sabiex titnaqqas il-ħela tal-enerġija.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju.

46.   Tifi awtomatiku tad-dwal fil-kmamar (1.5 punt)

Għandhom jiġu installati sistemi li jitfu d-dawl awtomatikament meta l-klijenti joħorġu mill-kmamar tagħhom fil-95 % tal-akkomodazzjoni turistika.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta’ dawn is-sistemi.

47.   Arloġġ ta’ kontroll tas-sawna (1 punt)

L-unitajiet kollha tas-sawna u tal-ħammam għandu jkollhom arloġġ ta’ kontroll jew proċedura tal-personal li tirregola meta dawn jixegħlu u jintfew.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta’ dawn is-sistemi.

48.   Tisħin tal-pixxina permezz ta’ sorsi tal-enerġija li jiġġeddu (sa 1,5 punti)

L-enerġija użata biex issaħħan l-ilma tal-pixxina għandha tiġi minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu. Mill-inqas 50 %: (1 punt), 100 %: 1.5 punti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dejta dwar l-enerġija kkonsmata għat-tisħin tal-ilma tal-pixxina u d-dokumentazzjoni li turi l-ammont tal-enerġija użat li ġej minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

49.   Tifi awtomatiku tad-dwal ta’ barra (1.5 punt)

Id-dawl ta’ barra li mhuwiex meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurtà għandu jintefa awtomatikament wara ħin definit, jew jiġi attivat permezz ta’ sensur ta’ qrubija.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta’ dawn is-sistemi.

ILMA

50.   Użu tal-ilma tax-xita (2 punti) u tal-ilma rriċiklat (2 punti)

(a)

(2 punti): L-ilma tax-xita għandu jinġabar u jintuża għal finijiet mhux sanitarji u għal dawk mhux ta’ xorb.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, u l-assigurazzjonijiet xierqa li l-provvista tal-ilma sanitarju u tal-ilma għax-xorb tinżamm separata għal kollox.

(b)

(2 punti): L-ilma rriċiklat għandu jinġabar u jintuża għal finijiet mhux sanitarji u għal dawk mhux tax-xorb.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, u l-assigurazzjonijiet xierqa li l-provvista tal-ilma sanitarju u tal-ilma għax-xorb tinżamm separata għal kollox.

51.   Sistemi ta’ tisqija awtomatiċi għaż-żoni fuq barra (1,5 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tuża sistema awtomatika li ttejjeb il-ħinijiet ta’ tisqija u l-konsum tal-ilma għall-pjanti/ħxejjex fuq barra.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

52.   Fluss tal-ilma mill-viti u mir-rjus tad-doċoċ (1,5 punti)

Il-fluss medju tal-ilma mill-viti u mir-rjus tad-doċoċ kollha esklużi l-viti tal-banju ma għandux jaqbeż it-8 litri l-minuta.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

53.   Flaxing tad-“WC” (1,5 punti)

Mill-inqas 95 % tad-“WC”s għandhom jikkonsmaw sitt litri għal kull flaxing jew inqas.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

54.   Konsum tal-ilma tal-magni tal-ħasil tal-platti (1 punt)

Il-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti (espress bħala W(imkejjel)) għandu jkun iktar baxx mil-limitu jew daqsu kif iddefinit bl-ekwazzjoni ta’ hawn taħt bl-użu tal-istess metodu tat-test EN 50242 u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE:

W(imkejjel) ≤ (0,625 × S) + 9,25

meta:

W(imkejjel)= il-konsum imkejjel tal-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti f’litri għal kull ċiklu, espress sal-ewwel ċifra deċimali,

S= in-numru applikabbli ta’ settijiet standard għall-magna tal-ħasil tal-platti.

Il-kriterju japplika biss għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand tekniċi professjonali responsabbli mill-fabbrikazzjoni, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-platti jew prova li l-magni tal-ħasil tal-platti jkunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja.

55.   Konsum tal-ilma tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ (1 punt)

Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ użati fl-akkomodazzjoni turistika mill-klijenti u l-personal jew dawk użati mill-fornitur tas-servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ tal-akkomodazzjoni turistika ma għandhomx jużaw aktar minn 12-il litru ilma għal kull ħasla ta’ kilogramm mkejla skont l-EN 60456, filwat li jużaw l-istess standard taċ-ċiklu ta’ 60 C għall-ħwejjeġ tal-qoton kif magħżul fid-Direttiva 95/12/KE.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-fabbrikazzjoni, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ jew provi li l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja. Il-maniġment tal-akomodazzjoni turistika għandu jipprovdi dokumentazzjoni teknika mingħand il-fornitur tas-servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ tiegħu li l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ tiegħu tikkonforma ma’ dan il-kriterju.

56.   Temperatura u fluss tal-ilma tal-vit (1 punt)

Mill-inqas 95 % tal-viti tal-ilma għandhom jippermettu regolazzjoni preċiża u minnufih tat-temperatura tal-ilma u tal-fluss tal-ilma.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

57.   Arloġġ ta’ kontroll fid-doċċa (1.5 punt)

Kull doċċa fil-faċilitajiet tal-peronal, fiż-żoni fuq barra u dawk komuni għandu jkollhom strument li jżomm il-ħin/ta’ qrubija, li jwaqqaf il-fluss tal-ilma wara ħin definit jew jekk ma jkunx qed jintuża.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

58.   Għata tal-pixxina (1 punt)

Matul il-lejl jew meta l-pixxina mimlija ma tkunx intużat għal aktar minn ġurnata, hi għandha titgħatta biex jiġi evitat li jibred l-ilma fil-pixxina u biex titnaqqas l-evaporazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

59.   Tneħħija tas-silġ (sa 1,5 punti)

Meta jkun hemm bżonn li jitneħħa s-silġ, għandhom jintużaw meżżi mekkaniċi jew ramel/żrar sabiex it-toroq fil-post tal-akkomodazzjoni turistika jkunu sikuri f’każ ta’ silġ/borra (1,5 punti).

Jekk is-silġ jitneħħa permezz ta’ kimika, għandhom jintużaw sustanzi li ma jkollhomx aktar minn 1 % jon tal-klorur (Cl-) (1 punt) jew preparati għat-tneħħija tas-silġ li jkunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

60.   Indikazzjonijiet dwar il-livell ta’ minerali fl-ilma (sa 2 punti)

Fil-viċinanza ta’ servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ/magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ/magni tal-ħasil tal-platti għandhom jintwerew spjegazjonijiet dwar il-livell tal-ebusija tal-ilma lokali (1 punt) biex ikun possibli l-aħjar użu ta’ deterġent mill-klijenti u l-personal jew sistema awtomatika ta’ doża (1 punt) għandha tintuża li ttejjeb l-użu ta’ deterġent skont il-livelli ta’ minerali fl-ilma.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformita’ ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti dwar kif jiġi mgħarraf il-klijent.

61.   Iffrankar tal-ilma fl-awrinari (1,5 punti)

L-awrinari kollha jużaw sistema mingħajr ilma jew għandhom sistema ta’ flaxing manwali/elettronika, li tippermetti li awrinar wieħed jiġi flaxxjat darba meta jintuża biss.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju.

62.   Speċijiet indiġeni użati għat-tħawwil fuq barra (1 punt)

Kwalunkwe tħawwil ta’ siġar u sisien tal-ħaxix fiż-żoni fuq barra għandhom ikunu magħmula minn speċijiet indiġeni ta’ veġetazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni rilevanti dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ mingħand espert.

DETERĠENTI U DIŻINFETTANTI

63.   Deterġenti (sa 3 punti)

Mill-inqas 80 % fil-piż tad-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn u/jew id-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti u/jew id-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ u/jew id-deterġenti sanitarji u/jew sapun u xampu użat mill-akkomodazzjoni turistika għandom ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO (1 punt għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta’ deterġenti sa massimu ta’ 3 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi l-fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta’ tali prodotti użati u l-kwantitajiet li għandhom l-eko-tikketta.

64.   Żebgħa u verniċi ta’ ġewwa u ta’ barra (sa 2 punti)

Mill-inqas 50 % taż-żebgħa ta’ ġewwa u/jew ta’ barra tal-akkomodazzjoni turistika għandha tkun saret b’żebgħa u verniċi ta’ ġewwa u/jew ta’ barra mogħtija l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO. (1 punt għaż-żebgħa u verniċi ta’ ġewwa, u 1 għal dawk ta’ barra)

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi l-fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta’ tali prodotti użati u l-kwantitajiet li għandhom l-eko-tikketta.

65.   Appoġġ għal alternattivi ta’ modi artifiċjali kif jinxtegħel il-barbikju (1 punt)

Esklużi l-barbikju artifiċjali jew il-prodotti biex jinxtegħel il-fuklar, fl-akkomodazzjoni turistika għandhom jinbiegħu jew jiġu offruti prodotti miż-żejt tal-kolza jew mill-qanneb.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

66.   Pixxini: Doża ta’ diżinfettanti (1 punt) jew pixxini naturali/ekoloġiċi (1 punt)

Il-pixxina għandu jkollha sistema awtomatika tad-dożaġġ li tuża l-ammont minimu ta’ diżinfettant għar-riżultat iġjeniku xieraq (1 punt).

Jew

Il-pixxina għandha tkun ta’ tip ekoloġiku/naturali b’elementi naturali biss li jiggarantixxu għall-iġjene u s-sikurezza tal-għawwiema (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni tekniċi li jikkonċernaw is-sistema tad-doża awtomatika jew it-tip ta’ pixxina ekoloġika/naturali u l-manutenzjoni tagħha.

67.   Tindif mekkaniku (1 punt)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha proċeduri preċiżi sabiex twettaq tindif ħieles mill-kimiċi, bħalma huma l-użu tal-prodotti tal-mikro-fibra jew materjali oħra tad-tindif mhux kimiċi jew attivitajiet b’effett simili.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, jekk rilevanti.

68.   Ġardinaġġ organiku (2 punti)

Iż-żoni fuq barra għandhom jiġu ġestiti jew mingħajr l-ebda użu ta’ perstiċidi jew skont il-prinċipji tal-biedja organika, kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 834/2007 (23), jew kif stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali jew fi skemi organiċi nazzjonali rikonoxxuti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, jekk rilevanti.

69.   Insettiċidi u sustanzi li jkeċċu l-pesti (sa 2 punti)

L-ippjanar arkitettoniku tal-akkomodazzjoni u l-prassi tal-iġjeniċi (bħall-bini fuq kolonni biex jevitaw li jidħlu l-firien fil-post, l-użu ta’ xbieki u kojls tan-nemus) għandhom jiżguraw li l-użu ta’ insettiċidi u sustanzi li jkeċċu l-pesti fl-akkomodazzjoni turistika jinżamm strettament fil-minimu (1 punt).

Jekk jintużaw insettiċidi u sustanzi li jkeċċu l-pesti, għandhom jintużaw biss sustanzi li huma permessi għall-biedja organika (kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007) jew li jkunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, jekk rilevanti.

SKART

70.   Ikkompostar (sa 2 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tissepara l-iskart organiku rilevanti (l-iskart tal-ġnien 1 punt; l-iskart tal-kċina 1 punt) u għandha tiżgura li jiġi magħmul kompost skont il-linji gwida tal-awtorità lokali (eż. mill-amministrazzjoni lokali, interna jew minn aġenzija privata).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, jekk rilevanti.

71.   Il-kontenituri tax-xorb li jintremew wara l-użu (2 punti)

Ma għandhomx jiġu offruti kontenituri tax-xorb li jintremew wara l-użu fiż-żoni li jkunu proprjetà jew taħt il-maniġment dirett tal-akkomodazzjoni turistika.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni li fihom jintużaw tali prodotti li jistgħu jintremew wara l-użu, jekk ikun hemm minnhom, u l-leġislazzjoni li teħtieġ dan.

72.   Rimi ta’ xaħmijiet/żjut (sa 2 punti)

Għandhom jiġu installati separaturi tax-xaħmijiet u għandhom jinġabru u jintrememew b’mod xieraq ix-xaħmijiet u ż-żjut tal-qali bil-għads (1 punt).

Lill-klijenti għandu jiġi offrut rimi xieraq tax-xaħam/żejt użat minnhom meta xieraq (eż. appartamenti) (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

73.   Tessili, għamara u prodotti oħra użati (sa 2 punti)

Għamara, tessili u prodotti oħra użati bħal tagħmir elettroniku, għandhom jingħataw għall-karità skont il-politika tal-akkomodazzjoni turistika (2 punti) jew jinbiegħu (1 punt) lill-assoċjazzjonijiet oħra li jiġbru jew iqassmu mill-ġdid tali oġġetti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ mingħand l-assoċjazzjonijiet.

SERVIZZI OĦRAJN

74.   Tisbiħ tas-saqaf (2 punti).

Mill-inqas 50 % tal-bini tal-akkomodazzjoni turistiku li għandu soqfa xierqa (soqfa ċatti jew soqfa b’angolu ta’ inklinazzjoni żgħir) u mhumiex użati għal finijiet oħra, għandhom jinksew bil-ħaxix jew pjanti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

75.   Komunikazzjoni u l-edukazzjoni ambjentali (3 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi lill-klijenti avviżi ta’ komunikazzjoni u ta’ edukazzjoni ambjentali dwar il-miżuri ta’ bijodiversità, il-pajżaġġ u l-konservazzjoni tan-natura (1,5 punti). Id-divertiment tal-klijent jinkludi elementi tal-edukazzjoni ambjentali (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

76.   Projbizzjoni tat-tipjip fiż-żoni komuni u fil-kmamar (sa 1,5 punti)

It-tipjip ma għandux ikun permess f’100 % taż-żoni komuni fuq ġewwa u mill-inqas 70 % tal-kmamar(1 punt) jew mill-inqas 95 % (1,5 punti) tal-kmamar.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jindika l-għadd u n-natura taż-żoni u għandu jindika f’liema minn dawn ma għandux isir tipjip.

77.   Roti (1,5 punti)

Għandhom ikunu disponibbli roti għall-klijenti. (Mill-inqas 3 roti għal kull 50 kamra)

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju.

78.   Servizz ta’ trasport (1 punt)

L-akkomodazzjoni turistika għandha toffri lill-klijenti li jużaw it-trasport pubbliku servizz ta’ trasport mal-wasla tagħhom b’mezz ta’ trasport li ma jagħmilx ħsara għall-ambjent bħall-karozzi elettroniċi jew slitti miġbudin minn żwiemel.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju u eżempju ta’ kif se tiġi kkomunikata lill-klijenti.

79.   Fliexken li jistgħu jiġu ritornati jew jimtlew mill-ġdid (sa 3 punti)

L-akkomodazzjoni turitika għandha toffri xorb fi flixkien li jistgħu jiġu rritornati/jimtlew mill-ġdid. luminati (1 punt), il-birra (1 punt), l-ilma (1 punt)

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ mingħand il-fornituri tal-fliexken.

80.   L-użu ta’ prodotti li jistgħu jiġu ċċarġjati (sa 2 punti)

l-akkomodazzjoni turistika għandha tuża batteriji li jistgħu jiġu ċċarġjati biss għall-kontroll mill-bogħod tat-TV (1 punt), u/jew kontenituri li jistgħu jiġu ċċarġjati tat-towner għal stampaturi u fotokopjatriċi (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ mingħand il-fornituri tal-batteriji u/jew il-kontenitur li jimla mill-ġdid il-kontenituri tat-toner.

81.   Prodotti tal-karta (sa 3 punti)

Mill-inqas 80 % tal-karti tat-tojlit/sarr u/jew il-karti tal-uffiċċju u/jew karta tal-istampar għandhom ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja u/jew eko-tikketti nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO (1 punt għal kull waħda minn dawn it-tliet kategoriji ta’ prodotti tal-karta)

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi l-fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta’ tali prodotti użati u l-kwantitajiet li għandhom l-eko-tikketta.

82.   Oġġetti reżistenti (sa 3 punti)

Mill-inqas 30 % ta’ kull kategorija ta’ oġġetti reżistenti (bħalma huma l-lożor tas-sodda, ix-xugamani, id-dvalji tal-mejda, il-PCs, laptops it-televiżjonijiet, is-saqqijiet, l-għamara, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, il-magni tal-ħasil tal-platti, ir-refriġeraturi, vacuum cleaners, l-għatjiet tal-art, il-bozoz tad-dawl) preżenti fl-akkomodazzjoni turistika, inkluża l-akkomodazzjoni tal-kiri għandhom ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO (1 punt għal kull waħda, sa tliet kategoriji, tal-oġġetti reżistenti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni li jindikaw il-kwantitajiet ta’ tali prodotti fil-pussess u l-kwantitajiet li għandhom eko-tikketta.

83.   Prodotti lokali tal-ikel (sa 3 punti)

Għal kull ikla inkluż il-kolazzjoni għandhom jiġu offruti mill-inqas żewġ prodotti tal-ikel li ġejjin mil-lokal u li mhumiex barra mill-istaġun tagħhom (1,5 punti).

Meta applikabbli, il-konsum ta’ speċijiet lokali bħal ħut speċifiku u speċijiet ta’ krustaċji u “laħam tal-annimali selvaġġi” u gambli minn foresti tal-mangrovja li huwa ta’ perikolu għall-kultivazzjoni għandu jiġi pprojbit (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

84.   Ikel organiku (sa 2 punti)

L-ingredjenti prinċipali ta’ mill-inqas żewġ platti tal-ikel (1 punt) jew il-menu kollu inkluż il-kolazzjoni (2 punti) għandhom ikunu prodotti minn metodi organiċi tal-biedja, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew prodotti skont eko-tikketti tat-Tip I tal-ISO.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

85.   Kwalità tal-arja ta’ ġewwa (sa 4 punti)

l-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi l-aħjar kwalità tal-arja ta’ ġewwa permezz ta’ waħda jew iż-żewġ miżuri li ġejjin:

Il-kmamar u ż-żoni komuni għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE u għandu jkollhom biss żebgħa, dekorazzjoni, għamara u materjali oħra ċċertifikati bl-eko-tikketta Komunitarja jew tikketta oħra ekwivalenti ta’ emissjoni baxxa tat-Tip I tal-ISO (2 punti).

Il-kmamar u ż-żoni komuni għandhom ikunu mingħajr fwieħa, il-lożor, ix-xugamani u t-tessili għandhom jinħaslu b’deterġenti mingħajr fwieħa (1 punt) u t-tindif għandu jitwettaq b’mezzi mingħajr fwieħa. (1 punti)

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ. Fir-rigward tal-ħtieġa ta’ mingħajr fwieħa, il-lista ta’ komponenti/ingredjenti ta’ ħasil u tindif mingħajr fwieħa għandha titqies bħala suffiċjenti

ĠESTJONI ĠENERALI

86.   Reġistrazzjoni tal-EMAS (3 punti), ċertifikazzjoni tal-ISO (2 punti) tal-akkomodazzjoni turistika

L-akkomodazzjoni turistika għandha tkun irreġistrata taħt l-ekoġestjoni Komunitarja u l-iskema tal-verifika (EMAS) (3 punti) jew iċċertifikata skont l-ISO 14001 (2 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi provi xierqa tar-reġistrazzjoni fl-EMAS jew taċ-ċertifikazzjoni tal-ISO 14001.

87.   Reġistrazzjoni tal-EMAS (1,5 punti) jew ċertifikazzjoni tal-ISO (punt 1) tal-fornituri

Mill-inqas wieħed mill-fornituri prinċipali jew mill-fornituri tas-servizzi tal-akkomodazzjoni turistika għandu jkun irreġistrat mal-EMAS (1,5 punti) jew iċċertifikat skont l-ISO 14001 (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi provi xierqa tar-reġistrazzjoni fl-EMAS jew iċ-ċertrifikazzjoni tal-OSI 14001 mingħand mill-inqas wieħed mill-fornituri prinċipali tiegħu.

88.   Konformità tas-sottokuntratturi mal-kriterji obbligatorji (sa 4 punti)

Meta s-servizzi addizjonali ta’ ikel jew l-attivitajiet ta’ passatemp/għas-saħħa tal-ġisem huma mgħoddija b’kuntratt, dawk is-servizzi għandhom jikkonformaw mal-kriterji obbligatorji ta’ dan l-Anness, li japplikaw lil dawk is-servizzi speċifiċi(2 punti għal kull servizz tal-ikel u tax-xorb u/jew faċilitajiet ta’ passatemp/għas-saħħa tal-ġisem li hemm preżenti fl-akkomodazzjoni turistika).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa tal-ftehim kontrattwali mas-sottokuntratturi tiegħu dwar il-konformità tagħhom mal-kriterji obbligatorji.

89.   Arloġġi tal-enerġija u tal-ilma (1 punt)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha arloġġi addizzjonali tal-enerġija u tal-ilma installati sabiex jippermettu l-ġbir tad-dejta dwar il-konsum ta’ attivitajiet differenti u/jew magni, bħal kmamar, servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ u servizz ta’ kċina u/jew magni speċifiċi bħal refriġeraturi, magni tal-ħasil tal-ħwejeġ, eċċ.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ analiżi tad-dejta miġbura (jekk diġà disponibbli).

90.   Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (massimu ta’ 3 punti)

Jew:

(a)

Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (sa 1.5 punti kull waħda, sa massimu ta’ 3 punti): Il-maniġment tal-akkomodazzjoni turistika għandu jieħu azzjonijiet, b’żieda ma’ dawk previsti permezz tal-kriterji f’din it-Taqsima jew fit-Taqsima A, biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-akkomodazzjoni turistika. Il-Korp Kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni għandu jattribwixxi punti lil dawk l-azzjonijiet li ma jaqbżux il-1.5 għal kull azzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma deskrizzjoni sħiħa ta’ kull azzjoni addizzjonali li l-applikant jixtieq li titqies;

Jew:

(b)

L-għoti tal-eko-tikketta (3 punti): L-akkomodazzjoni turistika għandha tingħata eko-tikketta nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi provi xierqa li jkun ingħata eko-tikketta.


(1)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

(2)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

(3)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17.

(4)  L-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/42/KEE jeskludi l-bojlers li ġejjin: kaldaruni tal-misħun li jistgħu jitħaddmu minn karburanti differenti, inklużi karburanti solidi; apparat għat-tħejjija instantanja ta’ misħun; kaldaruni maħsuba li jitħaddmu b’karburanti li l-proprjetajiet tagħhom ivarjaw b’mod sostanzjali mill-proprjetajiet tal-karburanti likwidi u gassużi li komunament jinsabu fis-suq (gass minn skart industrijali, biogass, eċċ); kukers u apparat disinjati prinċipalment sabiex isaħħnu l-post fejn ikunu installati u li, bħala funzjoni sussidjarja, jissupplixxu misħun għas-sistema tas-sħana ċentrali u misħun sanitarju.

(5)  ĠU L 86, 3.4.2002, p. 26.

(6)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

(7)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(8)  ĠU L 71, 10.3.1998, p. 1.

(9)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.

(10)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(11)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(12)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(13)  ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.

(14)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(15)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.

(16)  ĠU L 45, 17.2.1994, p. 1.

(17)  ĠU L 128, 15.5.2002, p. 45.

(18)  ĠU L 118, 7.5.1997, p. 1.

(19)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 1.

(20)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.

(21)  ĠU L 67, 12.3.2003, p. 22.

(22)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 28.

(23)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.