29.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 24/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 77/2008

tat-28 ta’ Jannar 2008

li jiffisa l-obbligi għall-konsenja għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat taħt il-Protokoll ta' l-AKP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati ta' applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u l-irfinar tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2) jipprovdi għal regoli ddettaljati għall-iffissar ta' l-obbligi tal-konsenja bħala mingħajr dazju għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f'ekwivalenti ta' zokkor abjad, għall-importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi li huma firmatarji għall-Protokoll ta' l-AKP u l-Ftehim ma' l-Indja.

(2)

L-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3 u 7 tal-Protokoll AKP, l-Artikoli 3 u 7 tal-Ftehim ma' l-Indja u l-Artikolu 12(3) u l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wasslu lill-Kummissjoni biex tiffissa l-obbligi tal-konsenja għal kull pajjiż ta' esportazzjoni għall-perjodu ta' esportazzjoni 2007/2008 fuq il-bażi ta' l-informazzjoni kurrentement disponibbli.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2007 (3) jiffissa proviżorjament obbligi ta’ konsenja għal zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi impurtat taħt il-Protokoll AKP u l-Ftehim ma’ l-Indja għall-perjodu ta’ konsenja 2007/2008.

(4)

Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti l-obbligi għall-konsenja għall-perjodu 2007/2008 skond il-punt (b) ta' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-obbligi ta' konsenja għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll ta' l-AKP u għall-Ftehim ma' l-Indja fir-rigward ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f'ekwivalenti ta' zokkor abjad, fil-perjodu għall-konsenja 2007/2008 għal kull pajjiż ta' esportazzjoni kkonċernat, għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 119, 9.5.2007, p. 22.


ANNESS

L-obbligi għall-kunsinni ta' l-importazzjonijiet ta' zokkor preferenzjali li joriġina fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll ta' l-AKP u għall-Ftehim ma' l-Indja espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' zokkor abjad, għall-perjodu 2007/2008:

(tunnellati)

Protokoll ta' l-AKP jew għall-Ftehim ma' l-Indja. Pajjiżi firmatarji

Obbligi ta' konsenja 2007/2008

Il-Barbados

32 864,83

Il-Beliże

53 741,88

Il-Kongo

10 186,10

Il-Kosta ta' l-Avorju

10 123,12

Il-Fiġi

162 656,25

Il-Gujana

170 203,57

L-Indja

9 999,83

Il-Ġamajka

132 129,06

Il-Kenja

5 017,07

Il-Madagaskar

9 905,00

Il-Malawi

19 898,32

Il-Mawrizju

476 789,70

Il-Możambik

5 965,92

Saint Kitts u Nevis

0,00

Is-Surinam

0,00

Is-Sważiland

117 368,72

It-Tanzanija

9 672,60

It-Trinidad u t-Tobago

47 513,60

L-Uganda

0,00

Iż-Żambja

8 179,91

Iż-Żimbabwe

37 660,14

Total

1 319 875,62