29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/21


REGOLAMENT TAL-KUNSILL 2008/822/PESK

tas-27 ta' Ottubru 2008

dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/705/PESK dwar l-akkoljenza temporanja mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1) ta’ ċerti Palestinjani, li tipprovdi għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju ta’ l-Istati Membri msemmija fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(2)

Abbażi ta’ evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija skond l-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’ din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 285, 31.10.2007, p. 54.

(2)  ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33.