18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

174


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Marzu 2005

li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tfassal il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem, fir-rigward ta' l-Għarabja Sawdita

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 564)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/219/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju ta' l-1995 dwar il-kondizzjonijiet tat-tfassil, għal perjodu interim, ta' listi proviżorji ta' stabbilimenti f'pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw minn annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE tat-22 ta' April 1997 li tfassal il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem (2) telenka listi ta' pajjiżi u territorji li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem hija awtorizzata. Parti I ta' l-Anness għal dik id-Deċiżjoni telenka l-pajjiżi u t-territorji koperti bid-Deċiżjoni speċifika taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd, (3) u parti II ta' dak l-Anness telenka l-pajjiżi u t-territorji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/218/KE (4), iffissat kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Għarabja Sawdita. Dan il-pajjiż għandu għalhekk jiġi miżjud mal-lista f'parti I ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE.

(3)

Għal finijiet ta' ċarezza, il-listi in kwistjoni għandhom jiġu mibdula fl-intier tagħhom.

(4)

Id-Deċiżjoni 97/296/KE għandha għalhekk tiġi emendata b'mod xieraq.

(5)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-istess jum bħad-Deċiżjoni [2005/218/KE], dwar l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Għarabja Sawdita.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE jiġi mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-19 ta' Marzu 2005 [Daħħal id-data ta' 3 ijiem wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali].

Artikolu 3

Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fil-11 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 122, ta' l-14.5.1997, pġ. 21 Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/71/KE (ĠU L 28, ta' l-1.2.2005, p. 45).

(3)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

(4)  Arapaġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' pajjiżi u territorji li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd fi kwalunkwe forma maħsuba għall-konsum mill-bniedem hija awtorizzata

I.   Pajjiżi u territorji koperti b'deciżjoni specifika taht id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE

AE— L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

AF— L-ANTIGWA U BARBUDA

AL— L-ALBANIJA

AN— L-ANTILLI OLANDIŻI

AR— L-ARĠENTINA

AU— L-AWSTRALJA

BD— IL-BANGLADEXX

BG— IL-BULGARIJA

BR— IL-BRAŻIL

BZ— IL-BELIŻE

CA— IL-KANADA

CH— L-IŻVIZZERA

CI— IL-KOSTA TA' L-AVORJU

CL— IĊ-ĊILÌ

CN— IĊ-ĊINA

CO— IL-KOLOMBJA

CR— IL-KOSTA RIKA

CS— IS-SERBJA u L-MONTENEGRO (1)

CU— KUBA

CV— IL-KAP VERDE

EC— L-EKWADOR

EG— L-EĠITTU

FK— IL-GŻEJJER FALKLANDS

GA— IL-GABON

GH— IL-GANA

GL— GREENLAND

GM— IL-GAMBJA

GN— IL-GINEA CONAKRY

GT— IL-GWATEMALA

GY— IL-GUJANA

HK— ĦONG KONG

HN— IL-ĦONDURAS

HR— IL-KROAZJA

ID— L-INDONEŻJA

IN— L-INDJA

IR— L-IRAN

JM— IL-ĠAMAJKA

JP— IL-ĠAPPUN

KE— IL-KENJA

KR— IL-KOREA T'ISFEL

KZ— IL-KAŻAKSTAN

LK— IS-SRI LANKA

MA— IL-MAROKK

MG— IL-MADAGASKAR

MR— IL-MAWRITANJA

MU— IL-MAWRIZJU

MV— IL-MALDIVI

MX— IL-MESSIKU

MY— IL-MALAŻJA

MZ— IL-MOŻAMBIK

NA— IN-NAMIBJA

NC— KALEDONJA L-ĠDIDA

NG— IN-NIĠERJA

NI— IN-NIKARAGWA

NZ— NEW ZEALAND

OM— L-OMAN

PA— IL-PANAMA

PE— IL-PERÙ

PG— IL-PAPWA-GINEA ĠDIDA

PH— IL-FILIPPINI

PF— IL-POLINEŻJA FRANĊIŻA

PM— SAN PIERRE U MIQUELON

PK— IL-PAKISTAN

RO— IR-RUMANIJA

RU— IR-RUSSJA

SA— L-GĦARABJA SAWDITA

SC— IS-SEYCHELLES

SG— SINGAPOR

SN— IS-SENEGAL

SR— IS-SURINAM

SV— L-EL SALVADOR

TH— IT-TAJLANDJA

TN— IT-TUNIŻIJA

TR— IT-TURKIJA

TW— IT-TAJWAN

TZ— IT-TANZANIJA

UG— L-UGANDA

UY— L-URUGWAJ

VE— IL-VENEZWELA

VN— IL-VJETNAM

YE— IL-JEMEN

YT— MAYOTTE

ZA— L-AFRIKA T'ISFEL

ZW— IŻ-ŻIMBABWE

II.   Pajjiżi u territorji li jissodisfaw it-termini ta' l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE

AM— L-ARMENJA (2)

AO— L-ANGOLA

AZ— L-AŻERBAJĠAN (3)

BJ— IL-BENIN

BS— IL-BAĦAMAS

BY— IL-BELARUS

CG— IR-REPUBBLIKA TAL-KONGO (4)

CM— IL-KAMERUN

DZ— L-ALĠERIJA

ER— L-ERITREA

FJ— IL-FIĠI

GD— IL-GRENADA

IL— L-IŻRAEL

MM— IL-MJANMAR

SB— IL-GŻEJJER SOLOMON

SH— SANTA ĦELENA

TG— IT-TOGO

US— L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA


(1)  Ma jinkludix il-Kosovo kif iddefinit bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(2)  Awtorizzata biss għall-importazzjoni ta' crayfish (Astacus leptodactylus) ħajja intenzjonata għall-konsum dirett mill-bniedem.

(3)  Awtorizzat biss għall-importazzjoni tal-kavjar.

(4)  Awtorizzata biss għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd maqbuda, iffriżati u ppakkjati fil-pakketti finali tagħhom fuq il-baħar.”