5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
177 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/94/KE
tal-15 ta' Settembru 2004
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE fir-rigward ta’ Anness IX
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari s-sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4a(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Kosmetiċi u tal-Prodotti Mhux ta’ l-Ikel maħsuba għall-konsumaturi,
Billi:
(1) |
Il-kontenuti ta’ Anness IX tad-Direttiva 76/768/KEE għandhom ikunu stabbiliti bil-għan li jkunu elenkati dawk il-metodi alternattivi għall-ittestjar ta’ l-annimali li ġew ratifikati miċ-Ċentru Ewropew tar-Ratifikazzjoni tal-Metodi Alternattivi (ECVAM) taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka u li m’humiex elenkati f’Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (2). |
(2) |
Peress li l-ittestjar ta’ l-annimali jista’ ma jkunx mibdul kompletament b’metodu alternattiv, f’Anness IX għandu jingħad jekk il-metodu alternattiv jiħux post kompletament jew parzjalment l-ittestjar ta’ l-annimali. |
(3) |
Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tkun emendata skond dan. |
(4) |
Bħalissa, m’hemm l-ebda metodi alternattivi ratifikati mill-ECVAM, għajr dawk elenkati f’Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE. |
(5) |
Il-miżuri msemmija f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
It-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva huwa inkluż fl-Anness IX tad-Direttiva 76/768/KEE.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-21 ta’ Settembru 2004 l-iktar tard. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir din ir-referenza.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, nhar il-15 ta' Settembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Olli REHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (inkludi referenza ta’ l-aħħar direttiva pubblikata).
(2) ĠU L 196, tas-16.8.1967, p.1.[ivverifika l-aħħar emenda].
ANNESS
It-test li ġej huwa inkluż f’Anness IX tad-Direttiva 76/768/KEE:
“ANNESS IX
LISTA TA’ METODI ALTERNATTIVI RATIFIKATI GĦALL-ITTESTJAR TA’ L-ANNIMALI
Dan l-Anness jelenka l-metodi alternattivi ratifikati miċ-Ċentru Ewropew tar-Ratifikazzjoni tal-Metodi Alternattivi (ECVAM) taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka disponibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u li m’humiex elenkati f’Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi. Peress li l-ittestjar ta’ l-annimali jista’ ma jkunx mibdul kompletament b’metodu alternattiv, f’Anness IX għandu jingħad jekk il-metodu alternattiv jiħux post kompletament jew parzjalment l-ittestjar ta’ l-annimali.
Numru ta’ referenza |
Metodi alternattivi ratifikati |
Natura tas-sostitut sħiħ jew parzjali |
A |
B |
C” |