32003D0659



Official Journal L 245 , 29/09/2003 P. 0044 - 0046


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/JHA

tat-18 ta' Ġunju 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/JHA li tistabbilixxi l-Eurojust bil-ħsieb li tirrinforza l-ġlieda kontra d-delitti serji

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-inizjattiva mill-Kummisjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkonsidraw l-Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri [3],

Billi:

(1) L-Eurojust huwa korp stabbilit taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li attwalment jirċievi sussidju addebitat lill-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. B'konsegwenza ta' dan, in-nefqa ta' l-Eurojust iffinanzjata mill-estimi finanzjarji ġenerali hija ġestita skond ir-regoli u l-proċeduri Komunitarji li japplikaw għall-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea skond l-Artikolu 41(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2) Taħt dawn il-kondizzjonijiet, ċerti disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 202/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-ħsieb li tirrinforza l-ġlieda kontra d-delitti serji [4] għandha tiġi allineata mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa ‘l quddiem riferit bħala "ir-Regolament Finanzjarju ġenerali") [5].

(3) Id-Deċiżjoni 2002/187/JHA għandha għalhekk tiġi emendata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/187/JHA hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikoli 35, 36 u 37 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"Artikolu 35

It-tfassil ta' l-estimi finanzjarji

1. Kull sena l-Kulleġġ, fuq il-bażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur Amministrattiv, għandu jipproduċi l-estimi tad-dħul u n-nefqa ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja ta' wara. Din l-istima, li għandha tinkudi abbozz tal-pjan ta' l-istabbiliment, għandha tintbagħat mill-Kulleġġ lill-Kummissjoni l-iktar tard sal-31 ta' Marzu.

2. Fuq il-bażi ta' din l-istima, il-Kummissjoni għandha tipproponi fl-abbozz preliminari ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-ammont tas-sussidju annwali kif ukoll il-postijiet ta' natura permanenti jew tempornja u tissottometti din il-proposta lill-awtorità ta' l-estimi finanzjarji skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

3. L-awtorità ta' l-estimi finanzjarji għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Eurojust u tistabbilixxi l-postijiet ta' natura permanenti jew temporanja ġewwa l-qafas tar-Regolamenti dwar il-Personal ta' l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

4. Qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, il-Kulleġġ ta' l-Eurojust għandu jadotta l-estimi finanzjarji, fuq il-bażi tas-sussidju annwali u l-postijiet awtorizzati mill-awtorità ta' l-estrimi finanzjarji skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, billi jiġu aġġustati skond il-kontribuzzjonijiet varji konċessi lill-Eurojust u l-fondi minn sorsi oħra.

Artikolu 36

L-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji u l-iskarigu

1. Id-Direttur Amminiatrattiv għandu, bħala l-uffiċjat ta' l-awtorizzazjonijiet, jimplimenta l-estimi finanzjarji ta' l-Eurojust. Għandu jirrapporta lill-Kulleġġ dwar l-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji.

2. L-iktar tard sa' l-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni ta' l-estimi ġenerali u finanzjarji għal din is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istitituzzjonijiet u tal-korpi ddeċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

3. L-iktar tard sal-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji ta' l-Eurojust lill-Qortri tal-Verifika, flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni ta' l-estimi ġenerali u finanzjarji għal din is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni ta' l-estimi finanzjarji u tal-finanzi għas-sena finanzjarja għandhom ukoll jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Verifika dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Eurojust skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Amministrattiv għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija fuq ir-responsabbiltà tiegħu nnifsu u jissottomettihom lill-Kulleġġ ta' l-Eurojust għal opinjoni.

5. Il-Kulleġġ ta' l-Eurojust għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Eurojust.

6. Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat, l-iktar tard sa' l-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Verifika, flimkien ma' l-opinoni tal-Kulleġġ ta' l-Eurojust.

7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8. Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Verifika tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha l-iktar tard sat-30 ta' Settembru. Għandhu jibgħat din it-tweġiba wkoll lill-Kulleġġ ta' l-Eurojust.

9. Id-Direttur Amministrattiv, filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kulleġġ ta' l-Eurojust u l-President tiegħu, għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan ta' l-aħħar, kull tagħrif meħtieġ sabiex tiġi applikata bla xkiel il-proċedura ta' l-iskarigu għas-sena finanzjarja fil-kwisjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill huwa u jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N +2, jagħti skarigu lid-Direttur Eżekuttiv rigward l-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji għas-sena N.

Artikolu 37

Ir-regolament finanzjarji li japplika għall-estimi finanzjarji

1. Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-estimi finanzjarji ta' l-Eurojust għandhom jiġu adottati bl-unanimità mill-Kulleġġ wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Ma jistgħux jitilqu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi riferiti fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [6] għajr jekk dan it-tluq ikun meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta' l-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem."

2. L-Artikolu 38(1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Ir-reponsabbiltà għat-tqegħid fil-post tas-sistemi interni tal-kontroll u l-proċeduri xierqa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu għandha taqa' fuq l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjonijiet."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-18 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 331 E, tal-31.12.2002, p. 67.

[2] Opinjoni mogħtija fis-27 ta' Marzu 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 285, tal-21.11.2002, p. 4.

[4] ĠU L 63, tas-6.3.2002, p. 1.

[5] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1 bil-Corrigendum fil-ĠU L 25, tat-30.1.2003, p. 43.

[6] ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72 bil-corrigendum fil-ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.

--------------------------------------------------