32003D0170



Official Journal L 067 , 12/03/2003 P. 0027 - 0030


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/170/JHA

tas-27 ta' Frar 2003

dwar l-użu komuni ta' l-uffiċjali tal-kuntatt ippustjati barra l-pajjiż mill-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1)(a), (b) u (ċ) u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Renju tad-Danimarka [1]

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Diċembru 1998 il-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u ta' l-Affarijiet Interni adotta l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar kif inhu l-aħjar sabiex jiġu implimentati d-disposizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam f'żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja [3], li l-miżura 48 tiegħu tiddikjara illi, fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat, għandha tittieħed azzjoni sabiex tippromwovi l-koperazzjoni u l-inizjattivi konġunti fit-taħriġ l-iskambu ta' l-uffiċjali tal-kuntatt, is-sekondar, l-użu tat-tagħmir u r-riċerka forensika.

(2) Fil-laqgħa tiegħu fi Vjenna fil-11 u t-12 ta' Diċembru 1998 il-Kunsill Ewropew endorsja, fil-konklużjoni 83 tiegħu, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar kif l-aħjar li jiġu implimentati d-disposizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam f'żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u fil-konklużjoni 89 tiegħu, sejjaħ għal tisħiħ ta' l-azzjoni kontra l-kriminalità organizzata fid-dawl tal-possibiltajiet ġodda miftuħa bit-Trattat.

(3) Fil-laqgħa tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, f'koperazjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, sabiex jippromwovu l-implimentazzjoni sħiħa u fil-pront tat-Trattat ta' Amsterdam, fuq il-bażi tal-Pjan ta' Azzjoni adottat fit-3 ta' Diċembru 1998 mill-Kunsill u l-Ministri ta' l-Affaijiet Interni u endorsjat fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Vjenna fil-11 u t-12 ta' Diċembru 1998 u tal-linji gwida politiċi u l-għanijiet konkreti li jinvolvu t-tqegħid iktar fil-fond tal-koperazzjoni bejn il-pulizija bil-għan li jikkumbattu l-kriminalità li taqsam il-fruntieri li kienu miftiehma dwarhom f'Tampere.

(4) Fil-laqgħa tiegħu f'Helsinki fil-10 u l-11 ta' Diċembru 1999, il-Kunsill Ewropw ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea sabiex tintensifika l-isforzi tagħha fil-livell internazzjonali billi żżid il-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi fit-tnaqqis tad-domanda u l-provvista tad-drogi, u dwar affarijiet tal-ġustuzzja u interni. Il-Kunsill Ewropew innota wkoll illi sejjer ikun hemm ħtieġa għal sforzi magħquda mill-awtoritajiet kollha rilevanti, b'mod partikolari rwol għall-Europol.

(5) Fil-laqgħa tiegħu f'Laeken fl-14 u l-15 ta' Diċembru 2001 il-Kunsill Ewropew ikkonferma, fil-konklużjoni 37 tiegħu, il-linji gwida u l-għanijiet iddefiniti f'Tampere u nnota wkoll illi kien hmm ħieġa għal impetus ġdid u linji gwidi ġodda sabiex jagħmlu tajjeb għad-dewmien f'ċerti żoni.

(6) Fl-14 ta' Ottubru 1996 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 96/602/JHA li tipprovdi l-qafas komuni għall-inizjattivi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-uffiċjali tal-kuntatt [4].

(7) Fid-dawl ta' l-esperjenza fl-applikazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta u fid-dawl tad-disposizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità li taqsam il-fruntieri, jeħtieġ li tiġi żviluppata l-koperazzjoni fost l-Istati Membri dwar il-kompiti assenjati lill-uffiċjali tal-kuntatt u l-ippustjar tagħhom f'pajjiżi terzi u f'organizzazzjonijiet internazzjonali.

(8) Safejn u sakemm ikun rilevanti sabiex jitwettqu l-kompiti ddefiniti fil-Konvenzjoni dwar l-Europol [5], l-Europol trid tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet ta' koperazzjoni mal-pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

(9) L-Europol stabbiliet u trid tissokta tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet ta' koperazzjoni ma' firxa wiesgħa ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(10) L-Europol teħtieġ li tingħata l-appoġġ u l-mezzi meħtieġa sabiex tiffunzjona b'mod efettiv bħala l-punt fokali tal-koperazzjoni Ewropea tal-pulizija. Il-Kunsill Ewropew enfasizza illi l-Europol għandha rwol ċentrali x'taqdi fil-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri fl-investigazzjoni tal-kriminalità li taqsam il-fruntieri billi tappoġġa l-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjoni tal-kriminlità fil-livell ta' l-Unjoni.

(11) L-Europol teħtieġ li tingħata l-opportunità li tagħmel użu sa' ċertu punt mill-uffiċjali tal-kuntatt ta' l-Istati Membri f'pajjiżi terzi, sabiex issaħħaħ il-funzjoni operattiva ta' appoġġ ta' l-Europol fejn jidħlu l-awtoritajiet nazzjonali tal-pulizija.

(12) L-Istati Membri jagħrfu li diġà qiegħda ssir koperazzjoni estensiva bejn l-uffiċjali tal-kuntatt ippustjati mill-Istati Membri, bil-ħsieb tal-ħtiġiet nazzjonali tagħhom, fil-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, teżisti l-ħtieġa li jissaħħu wħud mill-aspetti tal-koperazzjoni bejn dawn l-uffiċjali tal-kuntatt, sabiex isir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi ta' l-Istati Membri.

(13) Il-koperazjoni bejn l-Istati Membri f'din iż-żona teħieġ li tissaħħaħ sabiex tiffaċilita l-iskambju tat-tagħrif bil-ħsieb li tikkumbatti l-kriminilaità gravi li taqsam il-fruntieri.

(14) L-Istati Membri jagħtu importanza partikolari lill-koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità li taqsam il-fruntieri, billi jemmnu illi t-tisħiħ tal-koperazzjoni rigward l-iskambju tat-tagħrif itejjeb il-kapabbiltajiet ta' l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jikkumbattu l-kriminalità b'mod effettiv. L-Istati Membri jemmnu illi l-Europol għandha rwol ċentrali x'taqdi f'dan.

(15) Il-mira ta' din id-Deċiżjoni hija li tirregola kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ġlieda kontra l-kriminalità gravi li taqsam il-fruntieri.

(16) Id-disposizzjonijiet fil-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża rigward l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom [6] (minn issa ‘l quddiem imsejħa "il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen") li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu komuni ta' l-uffiċjali tal-kuntatt għandhom jiġu żviluppati iktar, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità li taqsam il-fruntieri.

(17) Rigward l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 8, żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis tax-Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islnda u r-Renju tan-Norveġja li jirrigwarda l-asoċjazjoni ta' dawn ta' l-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis tax-Schengen [7], li jidħol fiż-żona riferita fl-Artikolu 1(H) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE [8] dwar ċerti arranġamenti sabiex jiġi applikat dan il-Ftehim.

(18) Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis tax-Schengen fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 li tirrigwarda t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u ta' l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu sehem f'uħud mid-disposizzjonijit ta' l-acquis tax-Shengen [9].

(19) L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis tax-Schengen fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2000 li tirrigwarda t-talba ta' l-Irlanda li tieħu sehem f'uħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis tax-Shengen [10].

(20) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/602/JHA u d-disposizzjoni ta' l-Artikolu 47(4) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen għandhom jitħassru kif jixraq,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

1. F'din id-Deċiżjoni, "uffiċjal tal-kuntatt" ifisser rappreżentant ta' wieħed mill-Istati Membri, ippustjat barra minn pajjiżu minn aġenzija ta' l-infurzar tal-liġi f'pajjiż terz jew iktar jew ma' organizzazjonijiet internazzjonali sabiex jistabbilixxi u jżomm kuntatti ma' l-awtoritajiet f'dawn il-pajjiżi jew organizzazzjonijiet bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew l-investigazzjoni ta' offiżi kriminali.

2. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-kompiti ta' l-uffiċjali tal-kuntatt ta' l-Istati Membri ġewwa l-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u skond il-liġijiet nazzjonali, il-ħtiġiet nazzjonali, u kull ftehim ieħor favorevoli konkluż ma' l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali ospitanti.

Artikolu 2

Il-kompiti ta' l-uffiċjali tal-kuntatt

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura illi l-uffiċjali tiegħu tal-kuntatt jistabbilixxu u jżommu kuntatti diretti ma' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat jew ma' l-organizzazzjoni internazzjonali ospitanti, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati u mħaffa l-ġbir u l-iskambju tat-tagħrif.

2. Kull uffiċjal tal-kuntatt ta' Stat Membru għandu jikkontribwixxi wkoll għal-ġbir u l-iskambju tat-tagħrif li jista' jiġi wżat sabiex jikkumbatti l-kriminialità li taqsam il-fruntieri, inkluż it-tagħrif li jipprovdi tagħrif iktar fil-pront tas-sistemi legali u l-metodi operattivi disponibbli fl-Istati jew fl-organizzazzjonijiet internazzjonali interessati.

3. L-uffiċjali tal-kuntatt għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom fil-kwadru tar-responsabbiltajiet tagħhom u skond id-disposizzjonijiet, inklużi dawk dwar il-protezzjoni ta' l-informazzjoni personali, stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali tagħhom u f'kull ftehim konkluż ma' l-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali ospitanti.

Artikolu 3

In-notifika u l-għoti tal-post lill-uffiċjali tal-kuntatt

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin bl-intenzjonijiet tagħhom dwar is-sekondar ta' l-uffiċjali tal-kuntatt f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (is-Segretarjat Ġenerali) kull sena tal-għoti tal-postijiet lill-uffiċjali tal-kuntatt, inklużi d-dmirijiet tagħhom u kull ftehim ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-assenjazzjoni tal-postijiet lill-uffiċjali tal-kuntatt.

2. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jfassal sommarju annwali sabiex jintbagħat lill-Istati Membri u lill-Europol li jirrigwarda l-għoti tal-postijiet lill-uffiċjali tal-kuntatt mill-Istati Membri, inklużi d-dmirijiet tagħhom u kull ftehim ta' koperazzjoni bejn l-Isatati Membri dwar il-għoti tal-postijiet lill-uffiċjali tal-kuntatt.

Artikolu 4

In-networks ta' l-uffiċjali tal-kuntatt fil-pajjiżi terzi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-uffiċjali tal-kuntatt ta' l-Istati Membri mogħtija l-post fl-istess pajjiż terz jew orgnizzazzjoni internazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari jew meta meħtieġ sabiex jiskambjaw it-tagħrif rilevanti. L-Istat Membru li f'idejh ikollu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiżgura illi l-uffiċjali tal-kuntatt tiegħu jieħdu l-inizjattiva li jżommu dawn il-laqgħat. Jekk l-Istat Membru li f'idejh ikollu l-Presidenza ma jkunx irrappreżentat fil-pajjiż terz jew fl-organizzazjoni internazzjonali interessata, allura r-rappreżentant tal-Presidenza l-ġdida jew ta' dik li jkun imiss wara din għandhom jieħdu l-inizjattiva li jżommu dawn il-laqgħat. Il-Kummissjoni u l-Europol għandhom, meta approprjat, ikunu mistiedna għal dawn il-laqgħat.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-uffiċjali tagħhom tal-kuntatt mogħtija postijiet fl-istess pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jipprovdu l-għajnuna lil xulxin fil-kuntatti ma' l-awtorità ta' l-Istat li jospitahom. Meta rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jiftiehmu illi l-uffiċjali tagħhom tal-kuntatt għandhom jaqsmu l-kompiti bejn xulxin.

3. L-Istati Membri jistgħu jiftiehmu b'mod bilaterali jew multilaterali illi l-uffiċjali tal-kuntatt li jkunu mogħtija l-post f'pajjiż terz jew ma' organizzazzjoni internazzjonali minn Stat Membru għandhom iħarsu wkoll l-interessi ta' Stat membru ieħor jew iktar.

Artikolu 5

Il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri li jirrigwardaw l-iskambju ta' l-informazzjoni permezz l-uffiċjali tal-kuntatt f'pajjiżi terzi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-uffiċjali tagħhom tal-kuntatt fil-pajjiżi terzi u fl-organizzazzjoniet internazzjonali għandhom, skond il-liġijiet nazzjonali u l-istrumenti internazzjonli rilevanti u bla ħsara għall-konformità mad-disposizzjonijiet applikabbli li jirregolaw il-protezzjoni ta' l-informazzjoni personali, jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi t-tagħrif li jkollu x'jaqsam ma' tehdid gravi tal-kriminalità lill-Istati Membri l-oħra mhux irrappreżentati mill-uffiċjali tal-kuntatt tagħhom infushom fil-pajjiż terz jew l-oganizzazzjoni internazzjonali interessati. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jistmaw, skond il-liġijiet nazzjonali u skond il-gravità tat-tehdida, jekk l-Istati Membri interessati għandhomx jiġu imgħarrfa.

2. L-uffiċjali tal-kuntatt ta' l-Istati Membri fil-pajjiżi terzi jew fl-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom, skond il-liġijiet nazzjonali u l-istrumenti internazzjonali rilevanti u bla ħsara għall-konformità mad-disposizzjonijiet applikabbli li jirregolaw il-protezzjoni ta' l-informazzjoni personali, jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi t-tagħrif li jkollu x'jaqsam ma' tehdid gravi tal-kriminalità lill-Istati Membri l-oħra mhux irrappreżentati mill-uffiċjali tal-kuntatt tagħhom infushom fil-pajjiż terz jew l-oganizzazzjoni internazzjonali interessati.

3. Skond il-liġijiet nazzjonali u l-istrumenti internazzjonali rilevanti, l-Istati Membri li ma jkollhomx uffiċjali tal-kuntatt f'pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jistgħu jagħmlu talba lil Stat Membru ieħor li jkollu uffiċjali tal-kuntatt fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali interessati bil-ħsieb ta' l-iskambju tat-tagħrif rilevanti.

4. L-Istati Membri għandhom jittrattaw kull talba kif deskritt fil-paragrafu 3 skond il-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u l-istrumenti internazzjonali rilevanti, u għandhom jiddikjaraw bil-ħeffa kemm jista' jkun jekk tistax tiġi sodisfatta din it-talba.

5. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom illi t-tagħrif jiġi skambjat b'mod dirett bejn l-uffiċjali tal-kuntatt fil-pajjiżi terzi u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri l-oħra, bla ħsara għall-konformità mad-disposizzjonijiet applikabbli li jirregolaw il-protezzjoni ta' l-informazzjoni personali.

6. It-twettiq tax-xogħol tal-kompiti deskritti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux jimpedixxi lill-uffiċjali tal-kuntatt fit-twettiq tax-xogħol tad-dmirijiet oriġinali tagħhom.

Artikolu 6

Is-seminars konġunti għall-uffiċjali tal-kuntatt

1. Sabiex itejbu l-koperazzjoni bejn l-uffiċjali tal-kuntatt f'pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jew iktar, meta jkun hemm ħtiġiet speċifiċi għall-għarfien tal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonli interessati u l-interventi fihom, l-Istati Membri jistgħu jżommu seminars konġunti dwar ix-xejriet tal-kriminalità u dwar il-metodi l-iktar effettivi sabiex tiġi kkumbattuta l-kriminalità li taqsam il-fruntieri filwaqt li jitqies l-acquis ta' l-UE. Il-Kummissjoni u l-Europol għandhom ikunu mistiedna għal dawn is-seminarji.

2. Il-parteċipazzjoni fis-seminars deskritti fil-paragrafu 1 ma għandhiex timpedixxi lill-uffiċjali tal-kunttt mit-twettiq tax-xogħol tad-dmirijiet oriġinali tagħhom.

Artikolu 7

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw punti tal-kuntatt fi ħdan l-awroritajiet kompetenti tagħhom sabiex jiffaċilitaw il-kompiti riferiti f'din id-Deċiżjoni u jiżguraw illi l-punti nazzjonali tal-kuntatt ikunu kapaċi jwettqu dmirijiethom b'mod effiċjenti u bil-ħeffa.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lis-Segretarjat Ġenerali bil-miktub dwar il-punti tal-kuntatt fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u rigward kull bdil sossegwenti skond din id-Deċiżjoni. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jippubblika t-tagħrif fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr preġudizzju d-disposizzjonijiet nazzjonali eżistenti, b'mod partikolari rigward it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet u s-servizzi varji fl-Istati Membri interessati.

Artikolu 8

L-Europol

1. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, bi qbil mal-liġijiet nazzjonali u l-Konvenzjoni ta' l-Europol, il-proċessar tat-talbiet magħmula mill-Europol sabiex tikseb it-tagħrif mill-uffiċjali tal-kuntatt ta' l-Istati Membri fil-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn l-Europol mhix irrappreżentata. It-talbiet ta' l-Europol għandhom jiġu indirizzati lill-Unitajiet Nazzjonali ta' l-Istati Membri li, skond il-liġijiet nazzjonali u l-Konvenzjoni dwar l-Europol, għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba. It-tagħrif mill-uffiċjali tal-kuntatt ta' l-Istati Membri fil-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandu jiġi trasmess lill-Europol bi qbil mal-liġijiet nazzjonali u l-Konvenzjoni dwar l-Ewropol.

2. Meta jkunu qegħdin jisabbilixxu d-dmirijiet ta' l-uffiċjali tagħhom tal-kuntatt, l-Istati Membri għandhom, meta approprjat, jagħtu attenzjoni lill-kompiti, li skond il-Konvenzjoni dwar l-Interpol, iridu jitwettqu mill-Europol.

Artikolu 9

L-applikazzjoni għal Ġibiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal Ġibiltà.

Artikolu 10

Il-valutazzjoni

Il-Kunsill għandu jivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fi żmien sentejn mill-adozzjoni tagħha.

Artikolu 11

It-tħassir

1. L-Azzjoni Konġunta 96/602/JHA hija hawnhekk imħassra.

2. Id-disposizzjoni ta' l-Artikolu 47(4) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen hija hawnhekk imħassra.

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 14-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Frar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Chrisochoïdis

[1] ĠU C 176, ta' l-24.7.2002, p. 8.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 19, tat-23.1.1999, p. 1.

[4] ĠU L 268, tad-19.10.1996, p. 2.

[5] ĠU C 316, tas-27.11.1995, p. 2.

[6] ĠU L 239, tat-22.9.2000, p. 19.

[7] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 36.

[8] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 31.

[9] ĠU L 131, ta' l-1.6.2000, p. 43.

[10] ĠU L 64, tas-7.3.2002, p. 20.

--------------------------------------------------