32002D1513



Official Journal L 232 , 29/08/2002 P. 0001 - 0033


Id-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill

tas-27 ta' Ġunju 2002

li tikkonċerna s-sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta' riċerka, l-iżvilupp tekonoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (mill-2002 sa l-2006)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea u b'mod partikolari Artikolu 166(1) tiegħu,

Wara illi kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara illi kkunsidraw il-proposta tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara illi kkunsidraw il-proposta tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li jaġixxi skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Għall-kisba tal-kompiti stabbiliti f'Artikolu 2 tat-Trattat, Artikolu 163 tat-Trattat jipprovdi illi l-Komunità għandha jkollha l-objettiv illi ssaħħaħ il-pedamenti xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Komunità u tħeġġiġha sabiex issir aktar kompetittiva fuq il-livell internazzjonali, filwaqt illi tippromwovi l-attivitajiet ta' riċerka permezz ta' politika tal-Komunità oħra.

(2) Artikolu 164 tat-Trattat enumera l-attivitajiet li l-Kommunità għandha twettaq għal dawn l-objettivi, li jikkomplimentaw l-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri

(3) It-Trattat jipprovdi għall-ħolqien ta' programm kwadru multinannwali illi jfassal l-attivitajiet kollha ta' riċerka, żvilupp tekonoġiku u dimostrazzjoni tal-Komunità (RTD). Dan il-programm kwadru jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit f'Artikolu 5 tat-Trattat.

(4) Skond Artikolu 165 tat-Trattat, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta' riċerka u ta' żvilupp tekonolġiku sabiex jiżguraw li l-politika nazzjonali u l-politika tal-Komunità jkunu konsistenti ma' xulxin.

(5) Fis-sena 2000 il-Kummissjoni ssottomettiet żewġ komunikazzjonijiet, rispettivament dwar il-prospetti sabiex tinħoloq Żona Ewropea tar-Riċerka, u sabiex iż-Żona Ewropea tar-Riċerka ssir realtà u l-linji gwida għall-attivitajiet ta' riċerka fl-Unjoni Ewropea fil-perijodu mill-2002 sa l-2006. Fis-sena 2000 il-Kummissjoni ssottomettiet ukoll komunikazzjoni dwar l-innovazzjoni f'ekonomija bażata fuq l-għarfien.

(6) Il-Kunsilli Ewropej f'Lisbona f'Marzu 2000, f'Santa Maria de Feira f'Ġunju 2000 u fi Stokkolma f' Marzu 2001 adottaw konklużjonijiet intiżi għall-istabbiliment rapidu ta' Żona Ewropea tar-riċerka u inovazzjoni bil-ħsieb li jkun hemm tkabbir ekonomiku sostenibbli, aktar xogħol u koeżjoni soċjali bl-għan aħħari illi jippermetti l-Unjoni illi sal-2010, issir l-aktar ekonomija mibnija fuq il-konoxxenza dinamika u kompetittiva tad-dinja.

Skond l-obbligazzjonijiet ta' Artikolu 6 tat-Trattat, il-Kunsill Ewropew ta' Goteborg ta' Ġunju 2001 qabel fuq strateġija ta' żvilupp sostenibbli u żied it-tielet dimensjoni ambjentali għall-istrateġija ta' Lisbona.

B'mod partikolari, il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona saħaq fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni ta' l-e-Europe, li timmira għal soċjetà ta' l-informazzjoni għal kulħadd, waqt li l-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma saħaq ukoll dwar il-bżonn illi jsiru sforzi partikolari fit-teknolġiji ġodda, speċjalment il-bijoteknoloġija.

(7) Il-Parlament Ewropew [5], [6], il-Kunsill [7], [8] il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [9] u l-Kumitat Tar-Reġjuni [10] appoġġaw ukoll il--ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(8) Fid-19 ta' Ottubru 2000 il-Kummissjoni ssottomettiet il-konklużjonijiet tagħha dwar l-eżami estern ta' l-implimentazzjoni u tar-riżultati ta' l-attivitajiet tal-Komunità li twettqu fil-ħames snin ta' qabel dan l-eżami, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha.

(9) Is-sitt programm kwadru għandu jkollu effett strutturali fuq l-iżvilupp tar-riċerka u t-tekonoliġiku fl-Ewropa, li jinkludi l-Istati Membri, pajjiżi kandidati assoċjati u pajjiżi assoċjati oħra li jagħtu kontribuzzjoni sinjifikanti għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni.

(10) Skond Artikolu 166(1) tat-Trattat, huwa neċessarju illi jiġu stabbiliti l-objettivi xjentifiċi u tekonoloġiċi u li jiġu ffissati l-prijoritajiet relevanti għall-attivitajiet previsti, l-ammont massimu globali, ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità fis-sitt programm kwadru, kif ukoll l-ishma rispettivi għal kull attività prevista, u sabiex jiġu indikati l-linji wiesa' ta' l-attvitajiet in kwistjoni, li ser jiġu implimentati bil-mira li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità. Huwa importanti illi jkun hemm amministrazzjoni finanzjarja soda tas-sitt programm kwadru.

(11) Huwa xieraq li ssir enfasi speċjali fuq il-bżonnijiet ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), skond il-Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar maqbul mill-Kunsill Ewropew ta' Feira, li l-prinċipji tagħha u tmien linja ta' azzjoni jimmiraw biex isaħħu il-kapaċità teknoloġika ta' l-intrapriżi ż-żgħar, u sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-aħjar riċerka u tekonoloġija.

(12) Is-sitt programm kwadru għandu jipprovdi kontribuzzjoni importanti, li tkopri l-ispettru kollu mir-riċerka bażika għal dik applikata, għall-iżvilupp xjentifiku u tekniku ta' eċċelenza u l-koordinazzjoni tar-riċerka Ewropea. Il-programm kwadru għandu jisħaq fuq l-importanza li jiġu involvuti pajjiżi kandidati assoċjati fil-politika ta' riċerka tal-Komunità u fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(13) Il-proġetti speċifiċi u l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni jistgħu jintużaw bħala "skala ta' l-eċċellenza" sabiex jiġI faċilitat l-aċċess għall-entitajiet ta' riċerka iżgħar ta'eċċelenza xjentifika li jinkludu l-SMEs, kif ukoll entitajiet ta' riċerka minn pajjiżi kandidati assoċjati għall-attivitajiet ta' dan il-programm kwadru.

(14) Il-parteċipazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbegħda għall-azzjonijiet ta' RTD permezz ta' mekkaniżmi adattati għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom għandha tkun faċilitata.

(15) Id-dimensjoni internazzjonali u globali ta' l-attivtajiet ta' riċerka Ewropej huma importanti sabiex jinkisbu benefiċċji miż-żewġ naħat. Is-sitt programm kwadru huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li kkonkludew il-ftehim neċessarji għal dan il-għan, u huwa wkoll miftuħ fuq livell ta' proġetti, u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, il-parteċipazzjoni ta' l-entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizazzjonijiet internazzjonali għall-kooperazzjoni xjentifika. Se jitwettqu attivitajiet speċifiċi b'appoġġ għall-parteċipazzjoni ta' xjenzati u istituzzjonijiet minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, il-pajjiżi tal-Mediterran li jinkludu l-Balkani tal-Punent kif ukoll ir-Russja u l-Istati indipendenti ġodda (NIS).

(16) Iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-programm kwadru, fejn dan jista' jipprovdi appoġġ indipendenti li tgħin lill-konsumatur fil-fomulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità li jinkludu l-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta' din il-politika, fl-oqsma ta' kompetenza speċifika tagħha.

(17) L-attivitajiet ta' riċerka li jsiru fi ħdan is-sitt programm kwadru għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, li jinkludu dawk riflessi f'Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(18) Wara l-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strateġija tal-mobilità fi ħdan iż-Żona Ewropea tar-Riċerka Ewropea", il-mobilità tar-riċerkaturi se tiġi promossa, bil-ħsieb li tinħoloq b' suċċess iż-Żona Ewropea ta' Riċerka.

(19) Wara l-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni "In-Nisa u x-Xjenza" u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1999 [11] u tas-26 ta' Ġunju [12] u r-Riżoluzzjoni of tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2000 [13] dwar din it-tema qed jiġi implimentat pjan ta' azzjoni sabiex jirrinforza u jkattar il-post u r-rwol tan-nisa fix-xjenza u r-riċerka , u aktar azzjoni hija meħtieġa

(20) Il-Kummissjoni għandha tissotmetti rapporti ta' progress regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tas-sitt programm kwadru. Huwa wkoll xieraq li l-Kummissjoni, f'ħin opportun u qabel ma ssir is-sottomissjoni tas-seba' programm kwadru, għandha tordna evalwazzjoni indipendenti ta' l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet li jkunu saru, waqt li tittieħed in konsiderazzjoni l-kontribuzzjoni tas-sitt programm kwadru u l-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, li għandha titwettaq fi spirtu miftuħ fir-rigward ta' l-entitajiet kollha rilevanti.

(21) L-implimentazzjoni tas-sitt programm kwadru tista' twassal għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mwettqa minn diversi Stati Membri jew għall-istabbiliment ta' konġunti jew arranġamenti oħra fit-tifsira ta' Artikoli 169 sa 171 tat-Trattat.

(22) Il-Kumitat Xjentifiku u tar-Riċerka Teknika (CREST) ġie konsultat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Programm kwadru multiannwali għall-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni tal-Komunità, li minn hawn ’l quddiem qed jiġi msejjaħ "is-sitt programm kwadru", huwa b'dan adottat permezz għall-perjodu 2002 sa 2006.

2. Is-sitt programm kwadru għandu jinkludi wkoll l-attivitajiet kollha tal-Komunità previsti skond l- Artikolu 164 tat-Trattat.

3. Is-sitt programm kwadru għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-innovazzjoni.

4. L-Anness I jistabbilixxi l-objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi u l-prioritajiet relatati u jindika l-linji wiesa' ta' l-attivitajiet previsti.

Artikolu 2

1. L-ammont massimu globali tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità fis-sitt programm kwadru kollu kemm hu għandu jkun ta' EUR 16270 million. Il-proporzjon assenjata għal kull attività hija fissata f'Anness 11.

2. Ir-regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità għandhom ikunu regolati mir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Budget Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, supplimenatati minn Anness III.

Artikolu 3

L-attivitajiet ta' riċerka kollha li jsiru skond is-sitt programm kwadru għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi fondamentali.

Artikolu 4

Fil-kuntest tar-rapport annwali li għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni skond Artikolu 173 tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tirraporta fid-dettal il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tas-sitt programm kwadru u b'mod partikolari l-progress lejn l-objettivi tiegħu u l-kisba tal-prijoritajiet imniżżla taħt kull intestatura ta' Anness I; informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji u l-użu ta' l-istrumenti għandhom ikunu nklużi wkoll.

Artikolu 5

Is-sitt programm kwadru għandu jkun implimentat permezz ta' programmi speċifiċi,. Dawn il-programmi għandhom jistabilixxu objettivi preċiżi u regoli dettaljati għall-implinetazzjoni.

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kontinwament u b'mod sistematiku, bl-għajnuna ta' esperti kwalifikati indipendenti l-implimentazzjoni tas-sitt programm kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu.

2. Qabel ma tissottometti l-proposta tagħha għall-programm kwadru li jmiss, il-Kummissjoni għandha tordna evalwazzjoni esterna minn esperti kwalifikati ħafna ta' l-implimentazjoni u l-kisbiet ta' l-attivitajiet tal-Komunità matul il-ħames snin ta' qabel dik ta' l-evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-kumitat Ekonomiku u Soċjal u l-Kumitat Tar-Reġjuni.

Magħmula fil-Lussemburgu, is-27 ta' Ġunju 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsilll

il-President

M. Arias Cañete

[1] ĠU Ċ 180 E, 26.6.2001, p. 156 u ĠU Ċ 75 E, 26.3.2002, p. 132.

[2] ĠU Ċ 260. 17.9.2001, p. 3.

[3] ĠU Ċ 107. 3.5.2002, p.111.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2001 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ), Posizzjoni Komuni tat- 28 ta' Jannar 2002 (ĠU Ċ 113 E, 14.5.2002, p. 54) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Mejju 2002 (għadha mhix pubblikata fi-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta'Ġunju 2002.

[5] Riżoluzzjoni tat-18 ta' Mejju 2000 (ĠU Ċ 59, 23.2.2001, p. 250).

[6] Riżoluzzjoni tat-15 ta' Frar 2001 (ĠU Ċ 276, 1.10.2002, p. 271).

[7] Riżoluzzjoni tal-15 ta' Ġunju 2000 (ĠU Ċ 205, 19.7.2000, p. 1).

[8] Riżoluzzjoni tas-16 ta' Novembru 2000 (ĠUĊ 374, 28.12.2000, p. 1).

[9] Opinjoni tal-24 ta' Mejju 2000 (ĠU Ċ 204, 18.7.2000, p. 70).

[10] Opinjoni tat-12 ta' April 2000 (ĠU Ċ 226, 8.8.2000, p. 18).

[11] ĠU Ċ 201, 16.7.1999, p. 1.

[12] ĠU Ċ 199, 14.7.2001, p. 1.

[13] ĠU Ċ 309, 27.10.2000, p. 57.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

OBJETTIVI XJENTIFIĊI U TEKONOĠIĊI, LINJ I ĠENERALI TA' L-ATTIVITAJIET U L-PRIJORITAJIET

INTRODUZZJONI U DESKRIZZJONI ĠENERALI

Is-sitt programm kwadru ("dan il-programm") għandu jsir sabiex ikompli jitwettaq l-għan stabbilit f'Artikolu 163(1) tat-Trattat, "li jissaħħu l-bażijiet teknoloġiċi u xjentifiċi ta' l-indistrija tal-Komunità u li jinkoraġixxu aktar kompettività fuq skala internazzjonali, filwaqt li jippromwovu l-attivitajiet ta' riċerka kollha kif meħtieġa skond il-Kapitoli l-oħra ta' dan it-Trattat".

Sabiex jinkisbu bl-aktar mod effettiv, u sabiex jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-innovazzjoni, dan il-programm għandu jkun struttural skond it-tliet titoli li ġejjin, u li taħthom jsiru l-erba' attivitajiet stabbiliti f'Artikolu 164 tat- Trattat:

- il-konċentrazzjoni u l-integrazzjoni tar-riċerka tal-Komunità,

- l-istrutturar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka,

- It-tisħiħ tal-pedamenti taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

L-attaivitajiet taħt dawn it-tliet titoli jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta' l-isforzi u l-attivitajiet ta' riċerka fuq skala Ewropea kif ukoll jikkontribwixxu għall-istrutturar tad-dimensjonijiet varji taż-Żona Ewropea tar-riċerka. Il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet li jsiru skond dawn it-titoli se tiġi żgurata.

Sabiex jiġi megħjun l-iżvilupp tal-SMEs f' s-soċjeta mibnija fuq il-konoxxenza l-użu tal-potenzjal ekonomiku tal-SMEs f'Unjoni Ewropea akbar u aktar integrata, l-SMEs, inklużi l-intrapriżi żgħar u dawk żgħar ħafna kif ukoll l-intrapriżi tas-snajja, se jkunu mħeġġa sabiex jipparteċipaw fl-oqsma kollha u l-istrumenti kollha kif stabbilit f'Anness III mas-sitt programm kwadru, b'mod partikolari fil-kuntest ta' l-attivitajiet li jsiru fl-oqsma tematiċi ta' prijorità fl-ispirtu ta' l-"iskala ta' eċċellenza". Se tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel mill-modalitajiet użati fil-ħames programm kwadru għal dawk użati fis-sitt programm kwadru.

Il-parteċipazzjoni internazzjonali f'dawn l-attivitajiet se tkun assigurata. Il-parteċipazzjoni se tkun miftħa għal dawk il-pajjiżi kollha li kkonkludew ftehim ta' assoċazzjoni mal-Komunità f'dan ir-rigward. Pajjiżi terzi oħra jistgħu jipparteċipaw f'dan il-programm permezz ta' ftehim ta' koperazzjoni bilaterali.

Ir-riċerkaturi u l-organizazzjonijiet minn pajjiżi terzi jistgħu jipparteċeipaw fil-proġetti individwali skond il-każ. Il-kondizzjonijiet dettaljati li taħthom entitajiet minn pajjiżi terzi u organizazzjonijiet internazzjoanli involuti fl-attiviatjiet ta' riċerka jkunu jistgħu jipparteċipaw f'dan il-programm, inklużi l-arranġamenti finanzjarji, huma speċifikati fid-deċiżjoni li għandha se tkun adottata skond Artikolu 167 tat-Trattat.

Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' dan il-programm għandha tkunu mħeġġa permezz tal-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni neċessarja dwar il-kontenut, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri, li għandhom ikunu disponibbli fil-ħin għall-parteċipanti potenzjali inklużi dawk il-parteċipanti minn pajjiżi kandidati assoċjati u pajjiżi assoċjati oħra.

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u fl-attivitajiet ta' riċerka li joħorġu minnu, il-prinċipji etiċi fondamentali li jinkludu l-ħtiġijiet tal-ħarsien ta' l-annimali, għandhom jiġu rispettati. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, il-prinċipji riflessi fil-Karta tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, il-protezzjoni ta' l-informazzjoni personali u l-privatezza kif ukoll ta' l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u, fejn ikun rilevanti, il-konvenzjonijiet internazzjonali, bħalma huma d-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Biomediċina iffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997 u l-Protokoll Addizzjonali dwar il-Projbizzjoni tal-Cloning tal-Bnedmin iffirmata f'Pariġi fit-12 ta'Jannar 1998, il-Konvenzjoni tal-ĠM dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Ġenoma tal-Bniedem adottata mill-UNESCO, ir-riżoluzzjonijiet rilevanti ta' l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-Protokoll ta' Amsterdam dwar il-protezzjoni u l-ħarsien ta' l-annimali; il-leġislazzjoni kurrenti, ir-regolamenti u l-linji gwida etiċi fil-pajjiżi fejn issir ir-riċerka.

1. KONĊENTRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI TAR-RIĊERKA TAL-KOMUNITÀ

L-attivitajiet mwettqa taħt dan it-titolu, li għandhom jirrapreżentaw il-parti ewlenija ta' l-isforzi li jkunu saru taħt dan il-programm, huma maġsuba sabiex jintegraw l-isforzi ta' riċerka u l-attivitajiet fuq skala Ewropea. Dawn sa jkunu kkonċentrati primarjament fuq seba' oqsma tematiċi ta' prijorita' mfissra b'mod ċar, filwaqt li se jittieħdu miżuri speċifiċi oħra fuq medda ta' riċerka xjentifika u teknolġika aktar wiesgħa.

Iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt (JRC) se jipprovdi appoġġ indipendenti fl-interess tal-konsumatur għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità, inkluż il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' din il-politika, fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza speċifiċu tiegħu.

1.1. Prioritajiet tematiċi

Seba' oqsma ta' prijoritajiet tematiċi ġew identifikati, jiġifieri:

1. ix-xjenzi tal-ħajja, il-ġenomika u l-bioteknoloġija għas-saħħa;

2. it-teknoloġiji tas-soċjeta' ta' l-informazzjoni;

3. in-nanoteknoloġiji u n-nanoxjenzi, materjali multifunzjoanli bbażati fuq l-għarfien, u l-proċessi u l-apparat ta' produzzjoni ġodda;

4. l-ajronawtika u l-ispazju;

5. Il-kwalità u sigurtà ta' l-ikel;

6. L-iżvilupp sostenibbli, il-bidla globali u l-ekosistemi;

7. Iċ-ċittadini u l-gvern f'soċjetà mibnija fuq il-konoxxenza.

1.2. Attivitajiet speċifiċi li jkopru medda ta' riċerka aktar wiesgħa

1.2.1. Il-politika ta' appoġġ u l-antiċipazzjoni tal-bżonnijiet xjentifiċi u teknolġiċi.

L-attivitajiet ta' appoġġ għall-politika tal-Komunità u r-riċerka li tirrispondi għall-bżonnijiet speċifiċi u teknoloġiċi ġodda u emerġenti

1.2.2. L-attivitajiet ta' riċerka orizzontali li jinvolvu SMEs

Dawn l-attivitajiet speċifiċi huma intiżi sabiex jgħinu lill-SMEs Ewropej fl-oqsma ġodda kif ukoll dawk tradizzjonali sabiex itejjbu l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom u jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom li joperaw fuq skala Ewropea u internazzjonali.

1.2.3. Il-miżuri speċifiċi b'appoġġ għall- kooperazzjoni internazzjonali

B'appoġġ għar-relazzjonijiet esterni u l-politika ta' żvilupp tal-Komunità, se jittieħdu miżuri speċifiċi intiżi sabiex jtejbu il-koperazzjoni fir-riċerka internazzjonali. Prinċipalment, se jkunu nvoluti t-tliet gruppi ta' pajjiżi terzi li ġejjin:

(a) il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

(b) Il-pajjiżi Mediterranji, li jinkludu l-Balkani tal-Punent;

(ċ) Ir-Russja u l-Istati Indipendenti l-ġodda (NIS).

1.3. L-Attivitajiet mhux nuklejari taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt -

Żewġ oqsma ta' riċerka speċifiċi ntgħażlu mill-attiviatjiet tal-JRC, jiġifieri:

(a) l-ikel, il-prodotti kimiċi u s-saħħa;

(b) l-ambjent u sostenibbilità.

2. L-ISTRUTTURAR TAŻ-ŻONA EWROPEA TAR-RIĊERKA

L-Attivittajiet f'din Iż-żona jkopru dan li ġej:

2.1. Ir-riċerka u l-innovazzjoni

L-attivitajiet li jistimolaw l-innovazzjoni teknoloġika, l-użu tar-riżultati ta' riċerka, it-trasferiment tat-tagħrif u t-teknoloġiji u l-ħolqien ta' intrapriżi u teknoloġiji fil-Komunità u r-reġjuni kollha tagħha jsiru skond dan it-titolu sabiex jikkumplimentaw l-attivitajiet dwar l-innovazzjoni skond it-titolu "il-konċentrazzjoni u l-inegrazzjoni tar-riċerka tal-Komunità".

2.2. Ir-riżorsi Umani u l-mobilita'

L-attivitajiet ta' għajnuna fl-iżilupp ta' riżorsi umani ta' klassi mondjali fir-reġjuni kollha tal-Komunità permezz ta' l-inċentivi għall-mobilità transnazzjonali għal skopijiet ta' taħriġ, l-iżvilupp ta' nies kompetenti u t-trasferiment tal-konoxxenza bejn setturi differenti, li jgħinu l-iżvilupp ta' l-eċċellenza u jgħinu sabiex jagħmlu l-Ewropa aktar attrajenti għall-aħjar riċerkaturi li ġejjin minn pajjiżi terzi. Il-potenzjal offrut mis-setturi kollha tal-populazzjoni, speċjalment min-nisa, għandu jiġi żviluppat permezz ta' miżuri ta' appoġġ adattati.

2.3. L-infrastrutturi ta' Riċerka

L-attivitajiet li jippromwovu l-aħjar użu, li jinkludi l-aċċess, ta' l-infrastrutturi ta' riċerka u għall-appoġġ ta' l-identifikazzjoni, l-ippjanar u, f'każijiet ġustifikati kif suppost, it-twaqqif ta' faċilitajiet ta' riċerka avvanzati ta' interess Ewropew.

2.4. Ix-xjenza u s-soċjetà

L-attivitajiet li jinkoraġixxu relazzjonijiet armonjużi bejn ix-xjenza u s-soċjetà u l-għarfien tas-soċjatà fir-rigward ta' l-innovazzjoni, bħala riżultat tar-relazzjonijiet ġodda u djalogu informat bejn ir-riċerkaturi, l-industrijalisti u dawk il-politiċi li jieħdu deċiżjonijiet u ċ-ċittadini.

3. IT-TISĦIĦ TAL-PEDAMENTI TAŻ-ŻONA EWROPEA TAR-RIĊERKA

L-attivitajiet maħsuba sabiex tinħoloq il-koordinazzjoni u l-appoġġ ta' l-żvilupp tal-politika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa. Dawn jipprovdu għajnuna finanzjarja għal miżuri bħalma huma l-ftuħ ta' programmi nazzjonali.

Hawn taħt tinsab deskrizzjoni aktar dettaljata ta' l-attivitajiet li jsiru skond dawn it-tliet intestaturi.

I. IL-KONĊENTRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI TAR-RIĊERKA KOMUNITARJA

L-attivitajiet li saru skond din l-intestatura ser jirrapreżentaw il-parti prinċipali ta' l-isforzi ta' riċerka skond dan il-programm, intiżi sabiex jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali ta' dan it-Trattat li jisaħħu il-bażijiet xjentifiċi u tekniċi ta' l-industrija tal-Komunità u sabiex iħeġġuha sabiex tkun aktar kompetittiva fuq il-livell internazzjonali, filwaqt illi jippromwovu l-attivitajiet kollha ta' riċerka neċessarji minn Kapitoli oħra tat-Trattat. Sabiex ikattru l-valur miżjud Ewropew billi jiġbru massa kritika ta' riżorsi, dan il-programm se jikkonċentra fuq seba', oqsma ta' prijorita' tematika mfissra b'mod ċar fejn l-isforzi ta' riċerka tal-Komunità jkunu integrati billi jinġibdu aktar qrib xulxin u jsiru aktar koerenti, fuq skala Ewropea.

Matul l-attivitajiet kollha taħt din l-intestatura, attenzjoni speċjali se tingħata lill-innovazzjoni teknoloġika, u lill-iżvilupp inizjali ta' intrapriżi innovattivi f'żoni ta' interess vitali għall-kompettività Ewropea. Se ssir riċerka esplorattiva fl-ogħla livelli ta' għarfien fuq suġġetti li huma relatati mill-qrib ma' wieħed jew aktar suġġetti mill-prioritajiet tematiċi. Il-miżurazzjoni u l-kontrolli jirċievu wkoll l-enfasi neċessarja. Il-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll aspetti aktar wiesgħa etiċi u kulturali ta' l-attiviatjiet ippjanati, u l-ugwaljanza bejn is-sessi, se jittieħdu in konsiderazzjoni kif suppost, fejn jkunu rilevanti għall-attività konċernata.

Sabiex ikunu kkumplimentati l-isforzi fil-prioritajiet tematiċi, l-attivtajiet ta' riċerka orizzontali speċifiċi ser jkunu indirizzati lejn l-SMEs, l-innovazzjoni u l-koperazzjoni internazzjonali kif ukoll jirrispondu għall-objettivi tal-politika tal-Komunità u l-bżonnijiet ta' riċerka tal-ġejjieni u dawk emerġenti.

1.1. Il-prioritajiet tematiċi.

1.1.1. Ix-xjenzi naturali, il-ġenomika u l-bioteknoloġija għas-saħħa [1]

Objettiv.

L-attivitajiet mwettqa f'din Iż-żona huma intiżi sabiex jgħinu l-Ewropa tieħu vantaġġ , permezz ta' sforz ta' riċerka integrat, minn avvanzi miksuba fid-dekodifikazzjoni tal-ġenomi ta' organiżmi ħajjin, b'mod partikolari għall-benefiċċju tas-saħħa pubblika u taċ-ċittadini u sabiex tiżdied il-kompettività ta' l-industrija bioteknoloġika Ewropea. Fil-qasam ta' l-applikazzjonijiet, l-enfasi se jkun fuq ir-riċerka mmirata sabiex sabiex twassal it-tagħrif bażiku fil-fażi ta' l-applikazzjoni (il-metodu ta' "traslazzjoni") sabiex ikun possibli progress veru, konsistenti u kordinat fuq livell Ewropew fil-mediċina u sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja.

Ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

Ir-riċerka "Post-genomika" bbażata fuq l-analiżi tal-ġenoma tal-bniedem u l-ġenomi ta' organiżmi oħra, jissarfu f-diversi applikazzjonijiet f'diversi setturi relatata mas-saħħa, u partikolarment fl-iżvilupp ta' għodda djanjostiċi ġodda u trattamenti ġodda li jkunu kappaċi jgġinu fil-ġlieda kontra l-mard li bħalissa mhumiex kontrollati u li joffru opportunitajiet ta' swieq kbar ġodda. Din ir-riċerka jista' jkollha implikazzjonijiet ukoll fir-riċerka f'oqsma bħall-ambjent u l-agrikoltura.

Fil-qasam mediku, l-objettiv huwa li jsir żvilupp li jtejjeb l-istrateġiji li huma intiżi għall-pazjenti għall-prevenzjoniji u l-ġestjoni tal-mard u sabiex jtejbu l-kwalità tal-ħajja kif ukoll ta' xjuħija b'saħħitha. Barra minn hekk, f'dan il-kuntest, ser ikun hemm aktar attenzjoni għall-mard fit-tfal u t-trattamenti relatati fejn ikun xieraq. Flimkien ma' dan, teżisti prijorità partikolari għall-Ewropa li tibbaża l-isfrozi tagħha fil-kordinament tal-ġlieda kontra l-kanċer u l-ġlieda kontra l-mard infettiv ewlieni li għandu x'jaqsam mal-faqar. Għaldaqstant din ir-riċerka għandha għalhekk tikkoċentra fuq it-traduzzjoni takonoxxenza ġdida li jinkiseb, li mhux limitata biss għall-ġenomika u oqsma oħra ta' riċerka bażika, f'applikazzjonijet li jtejjbu il-prattika klinika u s-saħħa pubblika.

Sabiex l-Unjoni tkun tista' ttejjeb il-posizzjoni tagħha f'din i/-/ona u tibbenefika mir-riżultati ekonomiċi u soċjali ta' l-iżviluppi mistennija, kif ukoll tikkontribwixxi għad-ditbattitu internazzjonali, hemm bżonn kemm ta' żieda sinjifkanti fl-investiment kif ukoll ta' integrazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka li jsiru fl-Ewropea fi sforz koerenti.

L-azzjonijiet ppjanati

L-attivitajiet tal-Komunità; li jsiru għal dan il-għan se jindirizzaw l-aspetti li ġejjin.

A. Il-Ġenomika avvanzata u l-applikazzjoni tagħha għas-saħħa

(a) Tagħrif fondamentali u l-għodda bażika għall-ġenomika funzjonali fl-organiżmi kollha:

(i) l-espressjoni tal-ġeni u l-proteomika;

(ii) il-ġenomika strutturali;

(iii) il-ġenomika komprattiva u l-ġenetika tal-popolazzjoni;

(iv) il-bioinformatika;

(v) il-ġenomika funzjonali multidixxiplinarji tqarreb lejn il-proċessi bioloġiċi bażiċi.

(b) L-applikazzjoni tal-konoxxenza u t-teknoloġiji fil-qasam tal-ġenomika u tal-bioteknoloġija għas-saħħa:

(i) il-bażijiet teknoloġiċi għall-iżvilpuppi fl-oqsma tad-djanjostika ġdida, il-prevenzjoni u l-għodda terapewtiċi (li jinkludu l-metodi farmakoġenomiċi, ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali u fuq metodi alternattivi ta' kif isiru t-testijiet fuq l-annimali).

B. Il-ġlieda kontra l-mard prinċipali

(a) Metodu orjentat lejn l-applikazzjoni tal-konoxxenza fil-ġenomka medika u t-tekoloġijiinkluż l-użu tal-ġenomika ta' l-annimali u tal-pjanti fejn ikun rilevanti, l-aktar fl-oqsma li ġejjin: [2]

(i) il-ġlieda kontra d-dijabete, il-mard fis-sistema nervuża (bħalma huma l-marda ta' Alzheimer, il-marda ta' Parkinson's

jew il-varjanti il-ġdida il-marda ta' Creutzfeldt-Jakob u fejn ikun rilevanti, il-mard mentali, il-mard kardjovaskolari u l-mard rari);

(ii) il-ġlieda kontra r-resistenza kontra l-antibijotiċi u mediċini oħra;

(iii) l-istudju ta' l-iżvilupp uman, tal-moħħ u tal-proċess tax-xjuħija.

(b) Metodu aktar ġenerali, li ma jkunx limitat għall-ġenomika u l-oqsma l-oħra tar-riċerka bażika, jintuża fir-rigward ta':

(i) l-kanċer, b'attenzjoni speċjali fuq strateġiji orjentati lejn il-pazjent mill-prevenzjoni għad-dijanjosi u t-trattament, li jinkludi tliet komponenti li għandhom x'jaqsma ma' xulxin:

- l-iżvilupp tan-networks neċessarji u l-inizjattivili sabiex jiġu kkoordinati l-attivitajiet ta' riċerka nazzjonali,

- ir-riċerka klinka ta' appoġġ mmirata sabiex tikkonvalida l-interventi ġodda u imtejjba

- l-appoġġ għar-riċerka "translattiva";

(ii) il-ġlieda kontra it-tliet mardiet infettiv li għandhom x'jaqsam mal-faqar (l-AIDS, il-malarja u d-deni rqiq) li għandhom prijorità fir-rigward tal-kontroll tal-mard fuq livell ta' l-Unjoni u dak internazzjonali.

1.1.2. It-teknoloġijiet tas-soċjetà ta' l-informazzjoni (IST)

Objettiv

L-attivtiajiet li jsiru f'din iż-żona, skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Lisbona u l-objettivi ta' l-inizjattiva ta' l-e-Europe, huma intiżi sabiex jistimolaw l-iżvilupp fl-Ewropa kemm tat-teknoloġiji tal-hardware kif ukoll tas-software u applikazzjonijiet fil-qalb tal-ħolqien tas-soċjetà ta' l-informazzjoni sabiex tiċdied il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u sabiex iċ-ċittadini Ewropej fir-reġjuni Ewropej kollha jkollhom il-possibilità li jibbenefikaw mill-iżvilupp tas-soċjetà mibnija fuq il-konoxxenza. Il-konċentrazzjoni fuq il-ġenerazzjoni futura ta' IST ser ġġib aplikazzjonijiet u servizzi ta' l-IST lill kulħadd u tippermetti l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni ta' teknoloġiji li jmiss jkunu aktar maħsuba għal min jużahom.

Ġustifikjazzjoni ta' l-azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

Fil-bidu tas-seklu 21, it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-kommunikazzjoni qed jirrevoluzzjonaw il-funzjonament ta' l-ekonmija u tas-soċjetà, qegħdin jiġġeneraw metodi ġodda ta' produzzjoni, kummerċ u kommunikazzjoni.(1)

Dan sar it-tieni l-aktar settur importanti fl-ekonomija ta' l-Unjoni, b'suq annwali ta' EUR 2000 biljuni u li jimpjega aktar minn 2 miljun persona fl-Ewropa, numru li qiegħed dejjem jiżdied.

L-Ewropa hija posizzjonata tajjeb sabiex tfassal l-iżvilupp futur mhux biss tat-teknoloġiji iżda wkoll ta' l-impatt tagħhom fuq il-ħajja ta' fuq ix-xogħol. Il-kompettività futura ta' l-industrija Ewropea kollha u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini ta' l-Ewropa li jiddependu l-aktar fuq l-isforzi futuri tar-riċerka ta' l-IST sabiex jippreparaw għall-ġenerazzjoni li ġejja ta' prodotti, proċessi u servizzi.

Suċċess kummerċjali u industrijali kif intlaħaq mill-Ewropa fil-kommunikazzjoniiet ċellulari bħala riżultat tas-sistema globali għall-kommunikazzjoni ċellulari (GSM) ma jkunx jista' jiġi ripetut sakemm ma jsirx sforz kollettiv fl-investiment ta' massa kritika ta' riżorsi ta' riċerka f'din iż-żona, permezz ta' l-integrazzjoni ta' l-isforzi tas-settur pubbliku u privat fuq skala Ewropea.

Bil-ħsieb li jkun hemm l-akbar impatt f'termini ekonomiċi u soċjali, l-isforz għandu jiffoka fuq il-ġenerazzjonjiet futuri ta' dawk it-teknoloġiji fejn il-computers, l-interfaces u n-networks ikunu aktar integrati fl-ambjent ta' kuljum u li jippermettu li jkunu aċessibbli permezz ta' interazzjonijiet faċli u "naturali"', numru kbir ta' servizzi u applikazzjonijiet. Din il-viżjoni ta' "ambjent intelliġenti" (abjent intelliġenti interattiv) jisħaq sabiex ipoġġi lil min jużah, il-bniedem, fiċ-ċentru ta' l-iżvilupp futur tas-soċjeta mibnija fuq il-konoxxenza.

L-azzjonijiet komunitarji se jikkonċentraw fuq il-projoritajiet teknoloġiċi li jagħmluhom possibbli illi jwettqu din il-viżjoni. Jkollhom l-għan illi jimmobillizaw il-komunità ta' riċerkaturi madwar inizjattivi mixtieqa, bħall l-iżvilupp tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin ta' sistemi ta' kommunikazzjoni ċellulari, sabiex jilħqu objettivi li huma fil-ħsieb medju jew fit-tul filwaqt li jkunu kapaċi illi jlaħħqu mal-bżonnijiet ġodda tas-swieq kif ukoll dawk tal-politika publika u taċ-ċittadini.

L-azzjonjiet previsti

L-azzjonijiet li jittieħdu se jindirizzaw il-prijoritajiet teknoloġiċi li ġejjin:

L-integrazzjoni tar-riċerka f-żoni tekonoliġiċi ta' interess prijoritarju għaċ-ċittadini u n-negozji

Jikkompletaw u jibnu fuq il-progress mistenni fl-iżvilupp tat-teknoloġiji bażiċi, ir-riċerka intiża sabiex ssib soluzzjonijiet għall-isfidi soċjali u ekonomiċi ewlenin, quddiem soċjeta mibnija fuq il-konoxxenza emerġenti inklużi l-konsegwenzi fuq ix- xogħol u l-ambjent tax-xogħol, u skond hekk, jiffokaw fuq:

(a) ir-riċerka fuq it-teknoloġiji indirizzati għall-isfidi ta' sigurta' ewlenin li joħorġu mid-dinja "diġitali" u l-bżonn li jitħarsu d-drittijiet ta' privatezza taċ-ċittadini;

(b) is-sistemi ta' "ambjent intelliġenti" li joffru aċċess għas-soċjetà ta' l-informazzjoni għal kulħadd, minkejja l-età u s-sitwazzjoni (bħalma huma d-diżabilità jew ċirkostanzi individwali oħra), kif ukoll is-sistemi interattivi u intelliġenti għas-saħħa, il-mobilità, is-sigurtà, id-divertiment, it-turżmu, l-aċċess għall-wirt cultural u l-preservazzjoni tiegħui, u l-ambjent;

(ċ) il-kummerċ elettroniku u ċellulari, kif ukoll it-teknoloġiji li jiżguraw is-sigurtà tat-transazzjonijiet u l-infrastrutturi, l-għodda u l-metodi ġodda ta' xogħol, it-teknoloġiji ta' tagħlim (bħalma huwa l-e-learning) u s-sistemi għall-ġestjoni tal-konoxxenza ta' l-impriżi, għall-ġestjoni integrata ta' l-impriżi u għall-e-government wara li jittieħed kont tal-bżonnijiet ta' min jużahom;

(d) is-sistemi ta' distribwiti u l-pjattaformi ta' daqs kbir, li jinkludu s-sistemi bbażati fuq databażi ta' informazzjoni minn riżorsi globali (GRID) li jipprovdu soluzzjonijiet effettivi għal problemi komplessi f'oqsma bħalma huma l-ambjent, l-enerġija, is-saħħa, it-transport, u d-disinn industrijali.

Il-kommunikazzjoni u l-infrastruturi ta' l-informatika

L-infrastrutturi ta' komunikazzjoni ċellulari, wireless, bil-fibra ottika u broadband u t-teknoloġiji informatiċi u tas-software li jistgħu jkunu fdati, ta' applikazzjoni wiegħsa u li jkunu jistghu jiġu adattati sabiex jilħqu l-bżonnijiet ta' l-applikazzjoni u s-servizzji li dejjem jikbru. Ix-xogħol se jiffoka fuq:

(a) il-ġenerazzjonijiet ġodda u s-sistemi ta' kommunikazzjoni ċelluluari u n-networks tas-satteliti; is-sistemi ta' kommunikazzjoni tas-satelliti; it-teknoloġiji ottiċi kollha; l-integrazzjoni u l-immaniġjar ta' networks ta' kommunikazzjoni, li jikludu s-soluzzjonijiet ta' networks li jistgħu jitħaddmu bejn xulxin; it-teknoloġiji li jtejbu l-kapaċità neċessarji għall-iżvilupp ta' sistemi, infrastrutturi u servizzi, b'mod partikolari għall-applikazzjoniiet awdjoviżivi. Ix-xogħol se jwassal ukoll għall-iżvilupp tal-ġenerazzjoni ta' l-Internet tal-ġejjieni;

(b) L-arkitetturi ta' tekonoloġiji ta'software, is-sistemi distribwiti u inkorporati ta' sostenn għall-iżvilupp ta' servizzi komplessi u multifunzjonali u li jinvolvu diversi atturi; l-inġinerija u l-kontroll ta' sistemi' komplessi u fuq skala kbira li jiżguraw l-affidabilità u s-saħħa.

Il-komponenti u l-mikrosistemi

Komponenti minjaturizzati u bi prezz baxx ibbażati fuq materjali ġodda u li jintegraw funzjonalitajiet etsiżi, bl-isforz jikkonċentra fuq:

(a) id-disinn u l-produzzjoni ta' komponenti nano, mikro, optoelettroniċi u fotoniċi, inklużi dawk użati għall-ħażna ta' l-informazzjoni, li jippruvaw iċekknu kemm jista' jkunl u jnaqqsu l-ispejjeż u l-konsum ta' l-elettriku tal-komponenti mikro-elettroniċi jew il-mikrosistemi, wara li jittieħed kont ta' l-impatt ambjentali u s-sistemi tal- IST;

(b) in-nanoelettronika, il-mikroteknoloġiji, id-displays u l-mikrosistemi, u riċerka multidixxiplinari f' materjali ġodda u l-apparat quantum, il-mudelli u kunċetti informatiċi ġodda. Il-ġestjoni ta' l-informazzjoni u l-interfaces

Il-ġestjoni ta' l-informazzjoni u l-interfaces

Ir-riċerka fuq l-għodda tal-ġestjoni ta' l-informazzjoni u l-interfaces, bil-ħsieb li jkun hemm interazzjoni iktar faċli kullumkien u fil-ħinijiet kollha mas-servizzji u l-applikazzjonjiet bbażati fuq il-konoxxenza, li jindirizzaw:

(a) ir-rappreżentazzjoni ta' l-għerf u sistemi ta' ġestjoni bbażati fuq il-kuntest u semantika, li jinkludu s-sistemi konjittivi, kif ukoll l-għodod li joħolqu, jorganizzaw, jinnavigaw, jiġbru, jaqsmu, jippreservaw u jqassmu l-kontenut diġitali;

(b) L-interfaces multisensorial li jkunu kapaċi jifhmu u jinterpretaw l-espressjoni naturali tal-bniedem permezz tal-kliem, mossi u s-sensi, l-ambjenti virtwali, kif ukoll is-sistemi multilingwistiċi u mutlikulturali indispensabbli għall-ħolqien ta' soċjeta mibnija fuq il-konoxxenza fuq skala Ewropea.

1.1.3. In-nanoteknoloġiji u n-nanoxjenzi, il-materjali multifunzjonali bbażati fuq il-konoxxenza u l-proċessi u l-apparat ta' produzzjoni ġodda

L-objettiv

L-attivitajiet li jsiru f'din iż-żona huma intiżi sabiex jgħinu l-Ewropa tilħaq il-massa kritika ta' kapaċitajiet meħtieġa sabiex jiġu żviluppati u jittieħed vantaġġ, speċjalment għall-ekoeffiċjenza akbar u tnaqqis tas-sustanzi perikolużi fl-ambjent, mill-aħjar proċessi u servizzi ta' manifattura bbażati fuq l-għerf tas-snin li ġejjin.

Ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

L-industrija tal-manifattura Ewropea fil-preżent tipproduċi prodotti u servizzji li jiswew madwar EUR 4000 biljun fis-sena. F'dinja tas-suq dejjem aktar kompettitiva għandha żżomm u żżid il-kompetitività tagħha filwaqt li tilħaq il-ħtiġeijiet ta' żvilupp sostenibbli. Sabiex jsir dana kollu, huwa neċessarju illi jkun hemm sforz sostanzjali lejn id-disinn, l-iżvilupp u disseminazzjoni ta' teknoloġiji avvanzati: in-nanotekonoloġiji, il-materjali multifinzjonali bbażati fuq l-għerf u l-proċessi ta' produzzjoni ġodda.

Issa li qegħdin resqin lejn l-inġinerija tal-quantum, it-teknoloġija tal-materjali u l-bjoloġija molekolari, u wieħed miċ-ċentri potenzjali tar-rivoluzzjoni industrijali li jmiss, hemm bżonn ta' investiment qawwi fin-nanoteknologiji.

L-Ewropa għandha esperjenza vasta f'ċerti setturi bħalma huma in-nanomanifattura u n-nanokimika, u għandha bżonn iżżid u tikkordina l-isforzi tagħha f'dan il-qasam.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-materjali l-għan huwa li jiġu żviluppati materjali intelliġenti li huma mistennija li jkattru il-valur f'termini ta' applikazzjoniji f' setturi bħat-trasport, l-enerġija, l-elettronika u l-biomediċina fejn hemm suq potenzjali ta' biljuni kbar ta' euro.

L-iżvilupp ta' sistemi ta' produzzjoni integarti, flessiblli u ġodda ser jeħtieġu ukoll sforz ta' riċerka sostenibbli dwar l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda fil-manifattura u l-ġestjoni.

L-azzjonijiet previsti

In-nanotekonoloġiji u n-nanoxjenzi:

(a) Ir-riċerka interdixxiplinarja għall-fehma tal-fenomeni, il-ġestjoni tal-proċessi l-iżvilupp ta' l-għodda tar-riċerka:

(b) L-arkitetturi supramolekulari u macromolekuli;

(ċ) in-nanobiotekonoloġiji;

(d) It-tekniċi ta' inġinerija ta' skala nanometrika sabiex jinħolqu materjali u komponenti;

(e) l-iżvilupp ta' strumenti ta' kontroll u ġestjoni;

(f) l-applikazzjoni f'oqsma bħalma huma s-saħħa, l-kimika, l-enerġija, u l-ambjent.

Il-materjali multifunzjonali bba/at fuq il-konoxxenza:

(a) l-iżvilupp tat-tagħrif fondamentali;

(b) it-teknoloġiji assoċjati mal-produzzjoni u trasformazzjoni li jinkludu proċessi ta' materjali multifunzjonali bbażati fuq il-konoxxenza u l-biomaterjali;

(ċ) l-inġinerija ta' appoġġ.

Il-proċessi ta' produzzjoni u tagħmir ġodda:

(a) L-iżvilupp ta' proċessi ġodda u flessibli u sistemi ta' manifattura intelliġenti li jinkorpraw avvanzi fit-teknoloġiji tal- manifattura virtwali, li jinkludu s-simulazzjonijiet, is-sistemi interattivi ta' għajnuna fit-teħid ta' deċiżjonijiet, l-inġinerija ta' preċiżjoni għolja u r-robotika innovattiva;

(b) ir-riċerka tas-sistemi meħtieġa għall-immaniġjar ta' l-iskart sostenibbli u l-kontoll tal-perikli u fil-produzzjoni u l-manifattura, li jinkludi l-bioproċessi, li jwasslu għal tnaqqis fil-konsum tar-riżorsi primarji u inqas tniġġis;

(ċ) l-iżvilupp ta' konċetti ġodda li jgħinu ċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistemi industrijali, il-prodotti u s-servizzi.

1.1.4. L-ajronawtika u l-ispazju

L-Objettiv

L-għanijiet ta' l-attiviatjiet li jsiru f'din iż-żona huma tnejn: li jissaħħu l-pedamenti xjentifiċi u teknoloġiċi ta' l-aeronawtika Ewropea u ta' l-industrija spazjali, permezz ta' integrazzjoni ta' l-isfrozi ta' riċerka tagħha, u billi tkun imħeġġa tkun aktar kompettitiva fuq il-livell internazzjonali; u sabiex tgħina tieħu vantaġġ mil-potenzjal tar-riċerka Ewropea f'dan is-settur bil-ħsieb li tittejjeb is-sigurtà; u l-ħarsien ta' l-ambjent.

Ġustifikazzjoni ta' l-isforzi ta' valur miżjud Ewropew

L-industrija aerospazjali tikkonsisti minn żewġ setturi separati teknoloġikament u ekonomikament iżda li huma assoċjati mill-qrib minħabba l-implikazzjonijiet industrijali u politiċi tagħhom u l-partijiet kollha involuti u huma ta' eżempji ta' fejn l-Ewropa għandha tradizzjoni ta' suċċess u potenzjal ekonomiku u kommerċjali.

Iżda, l-investiment mill-Istati Uniti fl-aerospazju huwa minn tlieta sa sitt darbiet għola, skond is-settur.

F'ambjent dejjem aktra kompettitiv, il-ħtiġijiet ta' l-avjazzjoni li jistgħu jkun hemm mad-dinja jikkorrispondu ma' xi 14000 ajruplan ġdid fil-15 –il sena li ġejjin, li jirrapreżentaw suq li jiswa madwar EUR1000 biljun. L-isforzi magħmula sabiex ikunu integrati il-kapaċitajiet industrijali u l-attivitajiet ta' żvilupp li ġabu s-suċċessi f'dan il-qasam, issa għandhom jitqabblu ma' sforzi simili sabiex ir-riċerka tkun integrata f'temi u suġġetti ta' prijortà.

Għal dan il-għan, l-isforzi ta' riċerka Ewropej u nazzjonali fis-settur privat għandhom ikunu ottimizzati madwar viżjoni komuni u aġenda ta' riċerka strateġika.

Fuq l-ispazju, wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, "L-Ewropa u l-ispazju: bidu ta' kapitolu ġdid",

il-Komunità ser tgħin ir-riċerka maħsuba sabiex tagħmel użu mill-ispazju għall-benefiċċju tas-swieq u tas-soċjetà.

L-azzjonijiet previsti

L-aeronawtikaL-attiviatjiet ta' riċerka tal-Komunità fir-rgward tal-aeronawtika li jinkludu sistemi ta' transport bl-ajru se jindirizzaw ir-riċerka u l-attiviatjiet ta' żvilupp teknoloġiku neċessarja sabiex:

(a) tiżdied il-kompetitività ta' l-industija Ewropea fir-rigward ta' ajruplani ċivili, il-magni u t-tagħmir;

(b) jitnaqqas l-impatt ambjentali ta' l-avjazzjoni, billi tnaqqas il-konsum tal-karburanti, is-COz, l-NOX u kimiċi oħra li jniġġsu kif ukoll it-tniġġis tal-ħoss;

(ċ) tiżdied is-sigurtà ta' l-ajruplani fil-kuntest taż-żieda sostanzjali tat-traffiku ta' l-ajru;

(d) tiżdied il-kapaċità u s-sigurtà tas-sistema tat-tarsport bl-ajru, b'appoġġ ta'- "Sema Ewropea Waħda" (is-sistemi ta' kontroll u ġestjoni tat-tarffiku ta' l-ajru).

L-ispazju

L-attiviatjiet ta' l-ispazju tal-Komunità li jsiru b'kordinazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija ta' l-Ispazju Ewropea (ESA), u l-aġenziji ta' l-ispazju l-oħra, ċentri ta' riċerka u l-industrija, sabiex tissaħħaħ il-koerenza ta' l-investiment ewlieni involut, jindirizza:

(a) ir-riċerka fuq is-sistemi ta' informazzjoni bis-sattelita u s-servizzi rilevanti għall-proġett ta' navigazzjoni Galileo;

(b) ir-riċerka fuq is-sistemi bis-satellita rilevanti għall-monitoraġġ globali għall-bażi ta' l-ambjent u s-sigurtà (GMES) wara li jittieħed kont tal-bżonnijiet ta' min jużahom;

(ċ) Ir-riċerka avvanzata meħtieġa sabiex tintegra is-segment ta' l-ispazju mas-segment tad-Dinja fil-qasam tal-komunkazzjoni.

1.1.5. Il-kwalità ta' l-ikel u s-sigurtà

Objettiv

L-attivitajiet li jsiru f'din Iż-żona huma intiżi sabiex jintegraw il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi li huma meħtieġa għal katina ta' produzzjoni u distribuzzjoni li tħares l-ambjent u aktar ħielsa mill-perikli, ikel varjat u tajjeb għas-saħħa, inkluż il-ħut u sabiex jiġu kkontrollati l-problemi relatati mar-riskji fl-ikel, bbażati fuq l-għodod bioteknoloġiċi wara li jittieħed kont tar-riċerka post-ġenomika, kif ukoll ir-riskji tas-saħħa assoċjati mat-tibdiliet ta' l-ambjent.

Ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

Il-kriżi ta' l-ikel riċenti, u b'mod partikolrai l-enċefalopatija sponġiformi ta' l-ifrat (il-BSE), tefgħet dawl kemm fuq il-komplessità tal-kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-ikel u l-fatt li fil-maġġoranza tal-każijiet għandhom implikazzjonijiet internazzjonali u bejn iktar minn pajjiż wieħed.

L-integrazzjoni tas-suq intern Ewropew fir-rigward ta' l-agrikoltura u l-ikel toħloq il-bżonn li jiġu ndirizzati l-problemi li joħorġu minn din iż-żona, u għaldaqstant li ssir riċerka f'dan ir-rigward, fuq skala Ewropea. Huwa f'dan l-isfond li l-Awtorità tas-Sigurtà ta' l-ikel Ewropea giet imwaqqfa. [3]

Iċ-ċittadini u l-konsumaturi jistennew li r-riċerka tgħin sabiex tiżgura li l-ikel u l-prodotti mibjugħa jkunu ta' kwalità għolja u jistgħu jkunu kkonsmati mingħajr periklu. Għal dan il-għan, għandu jsir enfasi fuq il-katina tal-produzzjoni ta' l-ikel kollha, "mir-razzett sal-furketta", li jinkludi, fejn ikun xieraq, l-applikazzjoni tax-xjenzi ta' l-annimali u tal-pjanti u tal-bioteknoloġija f'dan il-qasam. Il-Ħtiġijiet tal-ħarsien ta' l-annimali u tas-saħħa għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni.

Dan jeħtieġ l-aktar informazzjoni xjentifika kompleta, preċiża u aġġornata. Minbarra l-aspett tas-saħħa pubblika, il-prosperità ta' settur li jirrapreżenta aktar minn EUR 600 biljun fi dħul fis-sena u 2,6 miljun post tax-xogħol huma fil-periklu.

Iżda li l-intrapriżi ż-żagħar jikkonstitwixxu l-parti l-kbira tas-settur ta' l-ikel, is-suċċess ta' l-attivitajiet previsti ser jiddependi fuq l-adattament ta' l-għerf u tal-proċessi għall-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn l-intrapriżi.

L-Ewropa teħtieġ ukoll illi tkun tista' tagħmel kontribuzzjoni sostanzjali lejn l-isforzi ta' riċerka fuq dawn il-materji, li issa huma fuq livell dinji, kif ukoll kontribuzzjoni koerenti għad-dibattitu internazzjonali dwarhom, bażata fuq l-aktar konoxxenza preċiża u kompleta.

L-istess rimarki japplikaw għal aspetti varji tal-problemi assoċjati ma' l-impatt tas-saħħa tal-fatturi ambjentali (p.e. is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, is-sustanzi kanċeroġeni) li jikkonċernaw dejjem iktar iċ-ċittadini Ewopej, u li bosta drabi huma riflessi fuq skala internazzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet, u iktar minn hekk sabiex jinkiseb il-benefiċċju ta' taħlita ta' l-aqwa sorsi ta' kompetenza fl-oqsma komplessi, ir-riċerka in kwistjoni għandha ssir fuq livell Ewropew b'tali manjiera li tiżgura koordinazzjoni ġenwina ta' l-attivitajiet nazzjonali.

L-azzjonijiet previsti

L-attivitajiet Komunitarji se jkopru r-riċerka, li tinkludi fejn meħtieġ, ir-riċerka postġenomika, dwar aspetti varji tal-kontroll tar-riskji tas-saħħa u l-konnessjonijiet bejn is-saħħa u l-ikel:

(a) il-metodi ta' proċessar u produzzjoni aktar favur l-ambjent, għal ikel u għalf ta' l-annimali iktar tajjeb għas-saħħa, nutrittiv, funzjonali u varjat, ibbażati fuq sistemi bħall-produzzjoni integrata, is-sistemi agrikoli b'inqas fertilizzanti li jinkludi l-agrikoltura organika kif ukoll l-użu ta' xjenzi u bioteknoloġiji ta' l-annimali u tal-pjanti;

(b) l-epidemioloġija tal-mard li għandu x'jaqsam ma' l-ikel u l-allerġiji, li jinkludi l-impatt tad-dieta fuq is -saħħa tat-tfal kif ukoll il-metodi ta' analiżi ta' l-allerġiji li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel;

(ċ) impatt ta' l-ikel, bħal per eżempju prodotti ġodda, prodotti li jirriżultaw minn tkabbir organiku, ikel funzjonali, prodotti li fihom ikel li huwa ġenetikament modifikat li ġejjin miż-żviluppi riċenti tal-bioteknoloġija fil-qasam tas-saħħa;

(d) il-proċeduri ta' "rintraċċabilità" matul il-katina ta' produzzjoni, bħal per eżempju dawk relatati ma' l-organiżmi ġentikament modifikati li jinkludu dawk ibbażati fuq l-iżviluppi bioteknoloġiċi ġodda;

(e) il-metodi ta' analiżi, l-individwazzjoni u kontroll tal-kontaminanti kimiċi kif ukoll il-mikrorganiżmi patgġeniċi eżistenti jew emerġenti (bħalma huma l-viruses, il-batterji, il-ħmira, il-fungi, il-parassiti u l-aġenti ġodda tat-tip prion li jinkludu l-iżvilupp tat-testijiet djanjostiċi ante-mortem għall-BSE u l-iscrapie);

(f) l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem , ta' l-ikel ta' l-annimali, li jinkludi l-prodotti li jkun fihom organiżmi ġenetikament modifikati u l-użu ta' subprodotti ta' oriġini differenti minn dak l-għalf.;

(ġ) ir-riskji ambjentali li għandhom x'jaqsmu mal-katina ta' l-ikel (kimiċi, bioloġiċi u fiżiċi), u l-esposizzjonijiet kombinati tas-sustanzi awtorizzati, li jinkludu l-impatt tad-diżastri ambjentali lokali u t-tniġġis fuq is-sigurtà ta' l-ikel, b'enfasi ssir fuq ir-riskji kumulattivi, ir-rotot ta' trasmissjoni għall-bniedem, effatti fit-tul u tixrid ta' dożi żagĦar, kif ukoll l-impatt ta' gruppi partikolarment sensittivi, speċjalment fuq it-tfal.

1.1.6. L-iżvilupp sostenibbli, il-bidla globali u l-ekosistemi

Objettiv

L-attiviatjiet li jsiru f'din iż-żona huma ntiżi sabiex isaħħu il-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi li li hemm bżonn sabiex l-Ewropa tkun tista' timplimenta l-iżvilupp sostenibbli, enfasizzat mill-Kunsill Ewropew ta' Goteborg , u l-integrazzjoni ta' l-objettivi ambjentali, ekonomiċi u soċjali tagħha b'mod partikolari fir-rigward ta' l-enerġija, it-transport, u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta' fuq l-art u tal-baħar Ewropej. Dawn l-attiviatjiet għandhom jippermetu lill-Istati Membri, il-kandidati assoċjati kif ukoll lill-pajjiżi assoċjati illi jagħtu kontribuzzjoni sinjifikanti lill-isforzi internazzjonali sabiex tinftiehem u tkun kontrollata l-bidla globali u jkun priservat il-bilanċ ta' l-ekosistemi.

Ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni u l-Valur Miżjud Ewropew

L-implementazzjoni fuq skala globali ta' żvilupp sostenibbli jeħtieġ b'mod partikolari:

(a) id-disinn, l-iżvilupp u d-disseminazzjoni ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet, bħal ma huma l-promozzjoni tal-bidliet ta' l-imġieba fil-konsum ta' l-enerġija (li jwassal għal Ewropa li tkun inteliġenti fl-użu ta' l-enerġija) u metodi ġodda dwar il-mobilità, li jagħmluha possibbli li jiżguraw il-konservazzjoni u l-użu ta' riżorsi natruali b'mod aktar razzjonali, effiċjenti u sostenibbli, b'inqas skart u emissjonijiet u tnaqqis fuq l-impatt fuq l-ambjent ta' l-attività ekonomika. Is-setturi ta' importanza strateġika f'dan il-kuntest jinkludu l-enerġija u t-trasport, speċjalment fl-aspetti ta' l-iżvilupp urban u reġjonali ta' dawn is-setturi;

(b) għarfien aħjar ta' l-ekosistemi u l-mekkaniżmi ta' l-impatti tal-bidla globali (per eżempju l-bidla fil-klima), li jinkludu l-effett ta' dawn il-mekkaniżmi fuq ir-riżorsi ta' l-art u tal-baħar: kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' tbassir relatati.

Fejn għandha x'taqsam it-teknoloġija, kif jidher fil-Green Paper tal-Kummissjoni "Lejn strateġija Ewropea għas-sigurtà ta' l-enerġija elettrika" u fil-White Paper tal-Kummissjoni "Politika tat-Trasport Ewropew fl-2010": wasal iż-żmien li ssir għażla, żewġ oqsma ta' priorità huma l-enerġija u t-trasport, li huma responsabbli għal aktar minn 80 % ta' l-emissjonijiet totali tal-gassijiet li jikkawżaw il-greenhouse effect u aktar minn 90 % ta' l-emissjonjiet ta' C02.

Skond il-Protokoll ta' Kyoto ta' l-1997 mall-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda ta' l-1992 dwar il-bidla fil-klima, l-Unjoni Ewropea hija mitluba li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw il-greenhouse effect tagħha bi 8 % meta mqabbla mall-livelli ta' l-1990 fil-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012. Dan jeħtieġ l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' enerġija u transport innovattivi sostenibbli. Obbligi importanti oħra li daħlet għalihom l-Ewropa jinsabu fi strumenti internazzjonali bħalma huma l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda ta' l-1992 dwar id-diversità bijoloġika, il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda ta' l-1994 li tiġġieled kontra d-desertifkazzjoni fil-pajjiżi li għandhom problemi serji ta' nuqqas ta' ilma u/jew desretifikazzjoni, partikolarment fl-Afrika, u l-Protokoll ta' Montreal dwar is-sustanzi li jeqirdu s-saff ta' l-ożonu kif ukoll l-istrateġija ta' l-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli, li jinkludi s-sitt programm ta' azzjoni dwar l-ambjent.

Sabiex jintlaħaq l-objettiv msemmi hawn fuq fi żmien qasir jeħtieġ sforz kbir sabiex jintużaw teknoloġiji li fil-preżent qegħdin jiġu żviluppati. L-azzjoni tal-komunità hija meħtieġa sabiex tiżgura l-koordinazzjoni tal-kontribuzzjoni ta' l-Ewropa għall-isforzi dinjija.

Barra minn dan l-objettiv, l-implimentazzjoni fit-tul ta' żvilupp sostenibbli fis-snin li ġejjin joħloq il-bżonn li jkun hemm assigurazzjoni tad-dispobibbiltà, taħt kondizzjonijiet ekonomiċi, ta' għejun enerġetiċi u l-ġarriera l-aktar adattati f'dan ir-rigward. Dana kollu jeħtieġ sforz ta' riċerka fit-tul.

Se jkunu hemm bżonn ukoll ta' sforsi ta' riċerka fuq żmien medji u fit-tul sabiex jiġu żvillupati sistemi ta' tarsport Ewropew sostenibbli u sabiex isir progress fil-kuntest tal-bidla globali u l-protezzjoni tal-biodiversità u l-preservazzjoni ta' l-ekosistemi li jikkontribwixxu wkoll għall-użu sostenibbli ta' l-art u r-riżorsi tal-baħar. Fil-kuntest tal-bidla globali, l-istrateġiji għal użu integrat u sostenibbli ta' l-ekosistemi tal-foresti u dawk agrikoli huma ta' imporanza kbira għall-preservazzjoni ta' dawn l-ekosistemi u għandhom jikkontribwixxu sostanzjalment għal żvilupp sostenibbli fl-Ewropa.

L-azzjonijiet previsti

L-isforzi ta' RTD tal-Komunità ser jikkonċentraw fuq l-attiviatjiet fiż-żoni li ġejjin:

1. Is-sisitemi ta' enerġija sostenibbli [4]

(a) fiż-żmien qasir jew medju, speċjalment fl-ambjent urban:

(i) l-enerġija nadifa, b'mod partikolari l-għejun ta' enerġija li tiġġedded u l-integrazzjoni tagħhom fis-sietema ta' l-enerġija, li jinkludi l-ħażna, d-distribuzzjoni u l-użu;

(ii) it-tfaddil ta' l-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, partikolarment l-użu ta' materja prima li tiġġedded;

(iii) il-karburanti alternattivi;

(b) fi żmien medju jew qasir:

(i) Iċ-ċelloli tal-fuel inkluż l-applikazzjonijiet tagħhom;

(ii) it-teknoloġiji ġodda għall-ġarr ta' l-enerġija, it-transport u l-ħażna fuq skala Ewropea, b'mod partikolari t-tekonoloġija tal-idroġenu;

(iii) kunċetti ġodda u avvanzati fit-teknoloġiji ta' l-enerġija li tiġġedded b'potenzjal ta' enerġija sinjifikanti fil-futur u li jeħtieġu sforzi ta' riċerka fit-tul;

(iv) ir-rimi ta' CO2, assoċjat ma' impjanti tal-karburanti fossili aktar nodfa.

II. It-trasport sostenibbli fuq l-art [5]

(a) L-iżvilupp ta' sistemi ta' transport aktar tajbin għall-ambjent, mingħajr perikli u kompettitivi u mezzi ta' transport għall-passiġġieri u l-merkanzija u trasport urban nadif b'użu razzjonali tal-karozza fl-ibliet:

(i) It-teknoloġiji u l- kunċetti ġodda tat-trasport fuq l-art, li jinkludu s-sistemi ta' propulsjoni ġodda u l-integrazzjoni taċ-ċelloli tal-karburanti fit-trasport;

(ii) it-tekniċi ta' disinn u produzzjoni ta' trasport avvanzatili li jwasslu għal iktar kwalità, sigurtà u riċiklabbiltà, kumdità b'inqas prezz;

(b) li t-trasport bil-baħar u bit-tren isir iktar effettiv u kompettitiv, li tiġi indirizza l-interoperabbiltà tal-modi ta' transport, u li jiġi żgurat transport iktar intelliġenti u mingħajr perikli tal-passiġġieri u tal-merkanzija:

(i) il-bilanċament mill-ġdid u l-integrazzjoni tal-modi differenti, b'mod partikoalri fil-kuntest urban u reġjonali, li jinkludi l-ġestjoni ġdida tal-mobilità u tas-sistemi loġistiċi ta' transport li jagħmlu t-transport bil-baħar aktar effettiv (per eżempju, pemerzz tal-promozzjoni ta' l-intermodalità u ta' l-interoperabbiltà);

(ii) Iż-żidea fis-sigurtà, u li jiġu evitati il-konġestjonijiet tat-traffiku (b'mod partikolari fiż-żoni urbani), permezz ta' l-integrazzjoni ta' elettronika u soluzzjonijiet ta' software innovattivi kif ukoll permezz ta' l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-sattelita avvanzati u s-soluzzjonijiet telematiċi.

III. Il-bidla globali u ekosistemi

L-attivitajiet tal-Komunità se jindirizzaw l-aspetti li ġejjin bħala priorità:

(a) l-impatt u l-mekkaniżmi ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet li jikkawżaw il-greenhouse effect u s-sustanzi li jniġġsu l-atmosfera ġejjin minn fejn ġejjin, inklużi dawk li jirriżultaw mill-provvisti ta' enerġija, it-trasport u l-agrikoltura fuq il-klima, il-qerda tas-saff ta' l-ożonu u l-"bjar" tal-karbonju (l-oċeani, il-foresti u l-ħamrija) b'mod partikolari sabiex jitjieb it-tbassir u l-evalwazzjoni ta' l-opzjonjiet rigward il-mitigazzjoni;

(b) Iċ-ċiklu ta' l-ilma, li jinkludi l-aspetti relatati mal-ħamrija;

(ċ) il-fehma tal-biodiversità tal-baħar u ta' l-art, il-funzjonijiet ta' l-ekosistemi marini, il-protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi, il-ġestjoni sostenibbli ta' l-ekosistemi tal-baħar u ta' l-art u l-interazzjonijiet bejn l-attiviatjiet tal-bniedem ma dawn ta' l-aħħar;

(d) il-mekkaniżmi ta' desertifikazzjoni u d-diżastri naturali;

(e) l-istrateġiji tal-ġestjoni ta' l-art sostenibbli, inkluża l-ġestjoni integrata taż-zoni kostali (ICZM), u inklużi l-kunċetti integrati għall-utilizazzazjoni għal aktar minn skop wieħed tar-riżorsi agrikoli u tal-foresti u l-katina integrata tal-foresti u l-injam;

(f) It-tbassir u l-immudellar ta' l-operazzjonijiet, inklużi s-sistemi ta' osservazzjoni tal-bidla fil-klima globali.

Ir-riċerka li ssir skond din il-prijorità ser tkun komplimentata permezz ta' metodi avvanzati ta' l-analiżi tar-riskji u metodi għall-evalwazzjoni tal-kwalità ambjentali, inkluża r-riċerka prenormativa rilevanti fuq il-kejl u l-kontrolli għal dawn l-għanijiet.

1.1.7. Ċittadini u l-iggvernar tas-soċjetà tal-konoxxenza

Objettiv

L-attiviatjiet mwettqa f'din iż-żona huma intiżi sabiex jimmobilizzaw fi sforz koerenti, fid-diversità u l-ġid kollu tagħhom, il-kapaċitajiet ta' riċerka ta' l-Ewropa fl-oqsma ta' l-arti, l-ekonomija, ix-xjenzi soċjali u umani li huma neċessarji sabiex tinħoloq komprensjoni, u jiġu ndirizzati l-materji relatati mas-soċjeta emerġenti tal-konoxxenza u forom ġodda ta' relazzjonijiet bejn iċ-ċittadini, fuq naħa waħda u bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet fuq in-naħa l-oħra.

Ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

Fil-Kunsill Ewropew ta' Lisbona ta' Marzu 2000, l-Unjoni Ewropea ħolqot objettiv ambizzjuz li ssir "l-aktar eknomija bbażata fuq il-konoxxenza kompettitiva u dinamika fid-dinja, kapaċi li tkabbar l-ekonomija tagħha u li tipporvdi iktar, u aħjar, postijiet tax-xogħol u koeżjoni soċjali ikbar".

F'din il-perspettiva, il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona irrimarka illi "r-riżorsi umani huma s-saħħa ewlenija ta' l-Ewropa", u saħaq fuq il-punt li s-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ Ewropej ikunu adattati kemm għall-bżonnijiet ta' soċjetà mibnija fuq il-konoxxenza kif ukoll għall-bżonn li jogħla l-livell ta' l-impjiegi u li titjieb il-kwalità.

It-transizzjoni Ewropea lejn ekonomija u soċjetà mibnija fuq il-konoxxenza, u l-iżvilupp sotenibbli tagħha fl-interessi tal-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini kollha jkun aktar faċli jekk issir b'manjiera li tkun mifhuma u ġestita kif suppost. Dan kollu jeħtieġ sforz ta' riċerka li jikkonċerna kwistjonijiet li jirrigwardaw il-progress ekonomiku u soċjali u sostenibbli u integrat ibbażat fuq valuri fondamentali tal-ġustizzja u s-solidarjetà kif ukoll id-diversità kulturali li tikkaratterizza l-mudell ta' soċjetà Ewropea, kif ukoll riċerka dwar metarji relatati ma'l-intraprenditorija u t-twaqqif, it-tkabbir u l-iżvilupp ta' l-intrapriżi żagħar.

F'dan ir-rispett, ir-riċerka ekonomika, politika, soċjali u fix-xjenzi umani għandha tgħin b'mod partikolari sabiex tgħin il-kontroll u l-isfruttar ta' kwantità li qed tikber b'mod esponenzjali ta' informazzjoni u konoxxenza kif ukoll il-fehma tal-proċessi f'dan il-qasam.

Fl-Ewropa, din il-kwistjoni tqum b'mod partikolari madwar it-tkabbir futur, il-funzjonament tad-demokrazija u l-forom ġodda ta' gvern, u fil-kuntest ġenerali ta' dan. Ir-relazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tinsab fil-periklu f'ambjent politiku u ta' teħid ta' deċiżjonijiet kompless karatterizzat mill-koeżistenza ta' livelli ta' teħid ta' deċiżjonijiet nazzjonali, reġjonali, u Ewropew u r-rwol dejjem jikber tas-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tagħha fid-dibattitu politiku.

Kwistjonijiet bħal dawn għandhom dimensjoni Ewropea ċara u intrinsika, u hemm ħafna x'wieħed jiggwadanja jekk jeżaminhom mill-perspettiva globali, billi jieħu kont tad-dimensjoni storika kif ukoll tal-wirt kulturali.

Din id-dimensjoni Ewropea bdiet tiġi meqjusa reċentement fir-riċerka li ssir fuq livell nazzjonali, u għada mhix tikseb l-attenzjoni kollha li għandha bżonn.

Jidher mill-aktar xieraq li jkunu indirizzati dawn l-aspetti fl-iskala Ewropea. Barra minn hekk, l-azzjoni li tittieħed fuq livell ta' l-Unjoni tagħmilha possibbli li jkun żgurat il-grad meħtieġ ta' koerenza metodoloġika u l-garanzija li l-benefiċċji kollha jitgawdew mill-varjetà kbira ta' metodi eżistenti fl-Ewropa u d-diversità Ewropea.

L-azzjonijiet previsti

L-azzjoni tal-Komunità ser tiffoka fuq it-temi li ġejjin:

Is-soċjetà mibnija fuq il-konoxxenza u l-koeżjoni soċjali:

(a) ir-riċerka b'riferenza għall-objettivi stabbiliti mill-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Lisbona u l-Kunsilli ta' wara, b'mod partikolari l-analiżi sistematika u partikolari ta' l-aħjar metodi ta' titjib tal-produzzjoni, it-trasmissjoni u l-utilizazzjoni ta' l-għerf fl-Ewropa;

(b) L-opzjonijiet u l-għażliet għall-iżvilupp ta' soċjetà mibnija fuq il-konoxxenza li sservi l-objettivi ta' l-Unjoni emfasizzati fil-Kunsilli Ewropej ta' Lisbona, Nizza, u Stokkolma, b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib tal-kwalità tal-ħajja, il-politika soċjali, u ta' l-okkupazzjoni u tas-suq tax-xogħol, it-tagħlim matul il-ħajja kollha, u l-infurzar tal-koeżjoni soċjali u l-iżvillupp sostenibbli b'konsiderazzjoni għall-mudelli soċjali differenti fl-Ewropa u li jitieħed kont ta' l-aspetti relatati max-xjuħija tal-populazzjoni;

(ċ) varjetà ta' dinamiċi ta' transizzjoni u t-toroq lejn soċjetà mibnija fuq il-konoxxenza fuq il-livell lokali, nazzjonali u reġjonali:

Iċ-ċittadinanza, id-demokrazija u forom ġodda ta' gvern, b'mod partikolari fil-kuntest ta' iktar integrazzjoni u globalizazzjoni u mill-perspettivi ta' l-istorja u tal-wirt kulturali:

- il-konsegwenzi ta' l-integrazzjoni u t-tkabbir ta' l-Unjoni għad-demokrazija, il-kunċett tal-leġittimità, u l-funzjonament ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni permezz ta' fehma aħjar ta' l-istituzzjonijiet politiċi u soċjali fl-Ewropa, u l-evoluzzjoni storika tagħhom,

- ir-riċerka u d-definizzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni bejn iż-żoni ta' kompetenza u responsabbiltà u forom ġodda ta' governanza,

- il-kwistjonijiet li għandom x'jaqsmu mar-risoluzzjoni tal-kunflitti u r-restawr tal-paċi u l-ġustizzja inkluż it-tħaris u s-salvagwardja tad-drittijiet fondamentali,

- it-twelid ta' forom ġodda ta' ċittadinanza u identitajiet kulturali, il-forom u l-impatt ta' l-integrazzjoni u d-diversità kulturali fl-Ewropa; id-djalogu soċjali u kulturali li jinvolvi l-Ewropa kif ukoll il-kumplament tad-dinja.

F'termini operattivi, l-attiviatjiet tal-Komunità se jiffokaw għall-appoġġ ta':

(a) r-riċerka transnazzjonali u l-istudji komparattivi u l-iżvilupp koorinat ta' l-istatistika u ta' l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi;

(b) ir-riċerka interdixxiplinarja b'appoġġ għall-politika pubblika;

(ċ) il-ħolqien u l-isfruttar fuq skala Ewropea ta' l-insfrastrutturi ta' riċerka u l-bażijiet ta' l-informazzjoni u l-konoxxenza.

1.2. L-attivitajiet speċifiċi li jkopru medda aktar wiegħsa ta' riċerka

1.2.1. L-appoġġ politiku u l-antiċipazzjoni tal-bżonnijiet xjentifiċi u teknoloġiċi

Dawn l-attivitatjiet ser jiżguraw riċerka aktar effiċjenti u flessibbli essenzjali għall-objettivi fondamentali tal-Komunità, billi jsostnu l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità u billi jespolraw problemi u opportunitajiet xjentifiċi ġodda u emerġenti, fejn dawn il-ħtiġijiet ma jkunux jistgħu jiġu sodisfatti skond il-prijoritajiet tematiċi.

Aspett komuni ta' dawn l-attivitajiet huwa illi ser ikunu implimentati b'viżjoni fuq medda ta' snin li tieħu kont dirett tal-bżonnijiet u l-opinjonijiet ta' l-operaturi assoċjati ewlenin (kif ikun xieraq: il-politiċi responsabbli, il-gruppi ta' utenti industrijali, il-komunitajiet ta' riċerka avvanzata eċċ.). Skond il-prinċipju, dawn għandhom ikunu mplimentati flimkien ma' mekkaniżmu ta' programmazzjoni annwali, li bih il-prijoritajiet speċifiċi, li jaqblu mal-bżonnijiet identifikati u li jaqgħu fl-objettivi indikati hawn fuq, ikunu determinati.

A. Ir-Riċerka orjentata lejn il-politika.

L-attivitajiet ta' riċerka skond dan it-titlu huma previsti sabiex jikkorrispondu għall-bżonnijiet teknoloġiċi u xjentifiċi tal-politika tal-Komunità, li jsostnu l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità, wara li jitqiesu l-interessi tal-membri futuri tal-Komunità u tal-pajjiżi assoċjati. Jistgħu jinkludu r-riċerka prenormativa, il-kejl u l-ittestjar fejn nneċessarju għall-bżonnijiet tal-politika tal-Komunità.

Dawn l-attivitajiet jeħtieġu tifsira flessibbli u orjentata lejn il-politika u azzjonjiet u metodi ta' intervenzjoni speċifiċi sabiex jikkumplemetaw il-prioritajiet tematiċi u jkunu koordinati fi ħdan il-kuntest globali ta' dan il-programm.

Dawn għalhekk se jinkludu temi li għandhom x'jaqsmu mal-prioritajiet tematiċi, iżda li mhumiex adattati għall-metodu xjentifiku sabiex ikunu identifikati l-materji individwali rilevanti. Se jkun żgurat it-tqassim appropjat tad-dmirijiet u s-sinerġija bejn dawn l-attiviatjiet u l-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt orjentati lejn il-bżonnijiet tal-politika tal-Komunità.

Iż-żoni konċernati li se jkunu appoġġati huma dawn li ġejjin:

(a) Il-politika agrikola komuni (CAP) u l-politika tas-sajd komuni (CFP);

(b) L-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari l-objettivi tal-politika tal-Komunità relatati ma' l-ambjent (li jinkludu dawk tas-sitt programm ta' azzjoni fuq l-ambjent), it-trasport u l-enerġija,

(ċ) Politika oħra tal-Komunità, jiġifieri s-saħħa (b'mod partikolari s-saħħa pubblika), l-iżvilupp reġjonali, il-kummerċ, l-għajnuna għall-iżvilupp, is-suq intern u kompetittività, politika soċjali u l-impiegi, l-edujkazzjoni u t-taħriġ, il-kultura, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ħarsien tal-konsumatur, il-ħolqien ta' żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja, u r-relazzjonijiet esterni, inkluża l- politika favur it-tkabbir, u inklużi l-metodi u l-għodda statistiċi meħtieġa;

(d) L-objettivi tal-politika tal-Komunità li joħorġu mill-orjentazzjonijiet mogħtija mill-Kunsill ta' l-Ewropa fir-rigward ta', per eżempju, l-politika ekonomika, is-soċjetà ta' l-informazzjoni kif ukoll l-e-Europe u l-intrapriżi.

F'dawn iż-żoni, il-prioritajiet ta' riċerka, li jikkorrispondu mal-bżonnijiet politiċi identifikati fil-bidu, li se jkunu supplementati matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, huma kif ġej:

1. Il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali ta' l-Ewropa

Ir-riċerka taħt din l-intestatura se tikkonċentra b'mod partikulari fuq:

(a) l-immodernizzar u s-sostenibbiltà ta' l-agrikoltura u tal-forsti, inkluż ir-rwol multifunzjonali tagħhom sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni taż-żoni rurali;

(b) l-għodda u l-metodi ta' stima ta' l-agrikoltura sostenibbli u l-ġestjoni tal-forestija;

(ċ) L-immodernizzar u s-sostenibbilità tas-sajd, inklużi s-sistemi' ta' produzzjoni bbażati fuq l-akwakultura;

(d) Metodi ta' produzzjoni ġodda u aktar favur l-ambjent għat-titjib tas-saħħa u l-ħajja ta' l-annimali;

(e) l-istima ambjentali (il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-ħoss, inklużi l-effetti tas-sustanzi kimiċi);

(f) L-istima tat-teknoloġiji ambjentali bħala appoġġ għad-deċiżjonijiet politiċi, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw teknoloġiji effettiva iżda irħas fil-kuntest ta' leġislazzjoni ambjentali siewja.

2. Litipprovdi saħħa, sigurtà u opportnitajiet lin-nies ta' l-Ewropa

Ir-riċerka taħt din l-intestatura ser tikkonċentra b'mod partikulari fuq:

(a) Il-fatturi determinanti tas-saħħa u s-servizzi tas-saħħa ta' kwalità għolja u sostenibbli u sistema ta' pensjonijiet (b'mod partikolari fil-kuntest tax-xjuħija u l-bidla demografika):

(b) Il-kwistjonjiet ta' saħħa pubblika, inkluża l-epidemjoloġija li tikkontrbwixxu għall-prevenezjoni tal-mard u rimedji kontra l-mard ġdid rari u li jittieħed, l-allerġiji, il-proċeduri li jiżguraw donazzjonijiet ta' organi u demm mingħajr periklu, il-metodi ta' kif isir t-testijiet mingħajr l-użu ta' annimali;

(ċ) l-impatt tal-kwistjonijiet ambjentali fuq is-saħħa (inklużi l-metodi għall-istima tar-riskji u l-mitigazzjoni tar-riskji ta' diżastri naturali għan-nies);

(d) il-kwistjonijiet relatati mal-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabilità (inklużi l-faċilitajiet aċċessibbli);

(e) konoxxenza ta' l-emigrazzjoni u l-moviment tar-refuġjati;

f) Konoxxenza tat-tendenzi kriminali fil-kuntest tas-sigurtà pubblika;

(ġ) kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni ċivili (inklużi l-biosigurtà u l-protezzjoni kontra r-riskju ta' attakki terroristiċi) u l-ġestjoni tal-krisi.

3. It-tisħiħ tal-potenzjal ekonomiku u l-koeżjoni ta' Unjoni Ewropea akbar u aktar integrata

Ir-riċerka taħt din l-intestatura ser tikkonċentra b'mod partikolari fuq:

(a) l-importanza ta' l-integrazzjoni Ewropea, l-iżvilupp sostenibbli, il-kompetittività u l-politika kummerċjali (inklużi l-mezzi mtejba ta' l-istima ta' l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni),

(b) l-iżvilupp ta' l-għodda, l-indikaturi u l-parametri ta' operazzjoni għal stima tal-kapaċità tas-sistemi ta' trasport u ta' l-enerġija sostenibbli (ekonomiċi, ambjentali u soċjali);

(ċ) l-analiżi tas-sigurtà globali u s-sistemi ta' validazzjoni għat-trasport u r-riċerka dwar ir-riskji ta' inċidenti u s-sigurtà fis-sistemi ta' mobilità;

(d) it-tbassir u l-iżvilupp ta' politika innovattiva għas-sostenibbiltà fiż-żmien medju u fit-tul;

(e) il-kwistjonjiet relatati mas-soċjetà ta' l-informazzjoni (bħalma huma l-ġestjoni u l-protezzjoni ta' l-assi diġitali, u u l-aċċess inklużiv għas-soċjetà ta' l-informazzjoni);

(f) il-protezzjoni tal-wirt kulturali u l-istartaġiji għall-konservazzjoni tiegħu;

(ġ) il-kwalità imtejba, l-aċċessibbiltà u d-disseminazzjoni ta' l-statistika Ewropea.

B. Riċerka li tesplora l-problemi u opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u emerġenti

L-attiviatjiet ta' riċerka li jsiru skond din l-intestatura huma intiżi sabiex jirrispondu b'mod flessibli u malajr għal żviluppi kbar mhux mistennija, problemi u opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi emerġenti, kif ukoll il-bżonnijiet li jistgħu jinqalgħu fil-fruntieri tal-konoxxenza, b'mod aktar specifiku fis-setturi multitematiċi u interdixxiplinarji

F'dan il-kuntest, se jsiru l-attivitajiet li ġejjin:

(a) riċerka fl-oqsma emerġenti tal-konoxxenza u fit-teknoloġiji futuri, li jkunu barra jew li jaqsmu l-oqsma ta' prijorità tematika, b'mod partikolari fl-oqsma interdixxiplnari, li tkun inovvativa ħafna u li tinvolvi riskji (tekniċi) għoljin. Se tkun miftuħa għal prożetti xjentifiċi ġodda fil-fruntieri tal-konoxxenza u tan-know-how teknoloġika li jkollhom potenzjal sinjifikanti għal impatt industrijali u/jew soċjali kbir, jew għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' riċerka ta' l-Ewropa fit-tul;

(b) riċerka li tanalizza malajr l-iskoperti ġodda, jew il-fenomeni ġodda osservati, li jistgħu jindikaw riskji jew problemi emerġenti ta' importanza kbira għas-soċjetà Ewropea u jidentifikaw ir-rimedji adattati għalihom.

Fl-identifikazzjoni tat-temi ta' riċerka possibli taħt din l-intestatura, attenzjoni speċjali se tingħata għall-opinjonijiet tal-komunità ta' riċerka u għall-oqsma fejn tkun possibli azzjoni Ewropea in vista tal-potenzjal li jiġu żviluppati pożizzjonijiet strateġiċi fil-konoxxenza l-aktar avvanzata u fis-swieq il-ġodda, jew sabiex jiġu antiċipati l-kwistjonjiet kbar li tiffaċċja s-soċjetà Ewropea.

1.2.2. Attivitajiet ta' riċerka orizzontali li jtinvolvu l-SMEs

Li jsiru b'appoġġ għall-kompettività' u l-intrapriża Ewropea u l-politika ta' innovazzjoni, dawn l-attaivitajiet speċifiċi huma previsti sabiex jgħinu l-SMEs Ewropej fl-oqsma tradizzjonali jew ġodda sabiex jagħtu spinta għall-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom u jiżviluppaw l-abilità li joperaw fuq skala Ewropea u internazzjonali.

L-informazzjoni u l-konsulenza dwar il-possibilitajiet ta' l-involviment ta' l-SMEs se tkun żgurata permezz ta' punti ta' dħul mwaqqfa mill-Kummissjoni, u permezz ta' l-użu ta' l-iskema ta' punti ta' kuntatt nazzjonali.

Flimkien ma' dawn l-attivitajiet ta' riċerka speċifiċi għall-SMEs, l-SMEs se jkunu mħeġġa jipparteċipaw fl-oqsma kollha ta' dan il-programm, b'mod partikolari fil-kuntest ta' l-attivitajiet li jsiru fl-oqsma ta' prijorità tematika.

L-azzjonijiet li jistgħu jsiru fil-qasam kollu tax-xjenza u t-teknoloġija koperti mill-politika ta' riċerka tal-Komunità, se jieħdu l-forma ta':

(a) Attivitajiet ta' riċerka kooperattiva

L-attivitajiet ta' riċerka li jsiru minn dawk li jagħmlu l-RTD għal numru ta' SMEs fuq temi ta' interess komuni. Dawn l-attivitjiet jistgħu jsiru wkoll minn SMEs inovvattivi b'kooperazzjoni ma ċentri ta' riċerka u universitajiet;

(b) Attivitajiet ta' riċerka kolettivi

L-attivitajiet ta' riċerka li jsiru minn dawk li jagħmlu l-RTD għal assoċazzjonijiet industrijali jew raggruppamenti ta' industriji fis-setturi sħaħ ta' l-industrija fejn l-SMEs huma prominenti fil-livell Ewropew, inkluża d-disseminazzjoni tar-riżultati.

1.2.3. Miżuri speċifiċi ta' appożż tal-kooperazzjoni internazzjonali

Bħala appoġġ għar-relazzjonijiet esterni, inkluż l-iżvilupp tal-politika tal-Komunità, se jittieħdu miżuri speċifiċi intiżi sabiex jinkoraġġixxu l-koperazzjoni fir-riċerka internazzjonali. Minbarra dawn il-miżuri speċifiċi, il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi se tkun possibli fl-ambitu tal-pripjoritajiet tematiċi. Il-gruppi ta' pajjiżi terzi li ġej se jkunu involuti:

(a) pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

(b) pajjiżi mediterranji, inklużi l-Balkani tal-Punent:

(ċ) Ir-Russja u l-Istati Independenti Ġodda (NIS) inklużi, b'mod partikolari, attiviatjiet li jsiru mill-Assoċazzjoni Ineternazzjonali għall-Promozzjoni tal-Kooperazzjoni max-Xjenzjati tan-NIS (INTAS).

Il-prijoritajiet ta' riċerka f'din il-kategorija ta' attivitajiet huma mfissra skond l-objettivi u l-interessi tas-sħubija bejn il-Komunità u l-gruppi ta' pajjiżi konċernati, kif ukoll il-bżonnijiet speċifiċi ekonomiċi u soċjali tagħhom.

Sabiex ikun faċilitat l-involviment ta' dawn il-pajjiżi se jinħoloq punt ta' dħul wieħed fil-Kummissjoni għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet li jsiru fl-oqsma tal-kooperazzjoni internazzjonali.

Dawn l-attivitajiet jikkumplimentaw l-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka li ssir skond l-oqsma tematiċi prijoritarji.'

1.3. Attivitajiet mhux nukleari taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt (JRC) '

Skond il-missjoni tiegħu li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politika tal-Komunità f'dan ir-rigward, il-JRC se jipprovdi appoġġ independenti u indirizzat lejn il-klijent għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità, inkluż il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' dik il-politika, fl-ambitu tal-kompetenza speċifika tiegħu.

Il-JRC se jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'kooperazzjoni mill-qrib u permezz ta' networking mal-gruppi xjentifiċi, l-organizazzjonijiet ta' riċerka nazzjonali, l-universitajiet u n-negozji fl-Ewropa. Huwa ntitolat li jipparteċipa fl-attivitajiet ta' riċerka kollha ta' dan il-programm fuq l-istess bażi ta' l-entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri. Attenzjoni speċjali ser tingħata lill-kooperazzjoni mal-pajjiżi kandidati.

Id-denominatur komuni essenzjali ta' l-attivitajiet tal-JRC għandu jkun is-sigurtà taċ-ċittadini f'aspetti differenti, p.e. is-saħħa, l-ambjent u l-ġlieda kontra l-frodi.

Taħt din l-intestatura, il-JRC se jwettaq l-attivitajiet li ġejjin:

1. Attivitajiet li għandhom isiru skond il-missjoni tal-JRC. Dawn l-attivitajiet se jkunu immirati b'mod ċar lejn il-bżonnijiet tal-konsumatur. F'dan il-kuntest, se jkun hemm grad ta' flessibilità għall-bżonnijiet ta' riċerka mhux mistennija.

Ir-riċerka se tkun konċentrata fuq żewġ żoni ewlenin li huma relatati ma' tnejn miż-żoni tematiċi prijoritarji:

(a) l-ikel, il-prodotti kimiċi u s-saħħa, b'attenzjoni partikulari lejn:

is-sigurtà u l-kwalita' ta' l-ikel, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-BSE; l-organiżmi ġenetikament modifikati; il-prodotti kimiċi, inkluż il-validazzjoni ta' proċeduri ta' ittestjar alternattivi li ma' jinvolvux annimali; l-applikazzjonijiet biomediċi (b'mod partikulari it-twaqqif ta' referenzi f'dan is-settur);

(b) l-ambjent u sostenibbilità, b'attenzjoni partikolari għall-:

Bidla fil-klima (Iċ-ċiklu tal-karbonju, l-immudellar, l-impatti) u t-teknoloġiji għal żvilupp sostenibbli (l-għejun ta' enerġija li jiġġeddu, l-għodda għall-integrazzjoni tal-poltika); it-titjib fil-kwalità ta' l-arja, il-protezzjoni ta' l-ambjent Ewropew; l-iżvilupp ta' kejl ta' referenza u networks; l-appoġġ tekniku għall-Objettivi tal-GMES.

2. L-attivitajiet orizzontali fis-setturi li fihom il-JRC għandu kompetenza speċifika:

(a) il-prospetti teknoloġiċi: ix-xogħol relatat mal-prospetti teknoloġiċi u ekonomiċi bażat fuq l-attivitajiet tan-networks Ewropej;

(b) il-materjali ta' referenza u ta' kejl: l-Uffiċju ta' riferenza tal-Komunità (BCR) u l-materjali ta' referenza ċertifikati; il-validazzjoni u l-kwalifikazzjoni tal-metodi ta' kejl kimiku u fiżiku;

(ċ) is-sigurtà taċ-ċittadini u kontra l-frodi: it-tfittxija għal mini ta' kontra l-persuna, il-prevenzjoni tal-perikli naturali u teknoloġiċi; in-networks ta' appoġġ għas-sigurtà informatika; it-teknoloġiji ta' kontroll tal-frodi.

II. L-ISTRUTTURAR TAŻ-ŻONA EWROPEA TAR-RIĊERKA

2.1. Riċerka u innovazzjoni

Objettiv

Dawn l-attivitajiet huma intiżi sabiex jistimulaw l-innovazzjoni teknoloġika, l-użu tar-riżultati tar-riċerka, it-trasferiment tal-konoxxenza u teknoloġiji u t-twaqqif ta' negozji teknoloġiċi fil-Komunità u fir-reġjuni kollha tagħha, mhux inqas fiż-żoni l'anqas żviluppati. L-innovazzjoni hija wkoll waħda mill-aktar elementi imporatanti f'dan il-programm.

Ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

L-kapaċità pjuttost fqira tal-Komunità li tbiddel ir-riżultati tar-riċerka u s-sejbiet teknoloġiċi u xjentifiċi f' suċċessi industrijali, ekonomiċi u kummerċjali, huwa bla dubju wieħed mill-punti l-aktar dgħajfa tagħha. L-azzjonijiet previsti sabiex jistimolaw l-innovazzjoni fil-kummerċ fuq livell Ewropew jistgħu jgħinu sabiex jitkattar il-livell globali tar-riżultati ta' l-Ewropa u jitkabbru il-kapaċitajiet ta' l-Ewropa f'dan il-qasam, permezz ta' għajnuna għan-negozji u l-innovaturi fl-isforzi tagħhom biex joperaw fuq skala Ewropea u fis-swieq internazzjonali, u billi l-operaturi fir-reġjuni kollha ta' l-Unjoni ikollhom aċċess għall-benefiċċju ta' l-esperjenza u l-konnoxenza miksuba f'reġjuni oħra permezz ta' inizjattivi meħuda f'dan il-livell.

L-azzjonijiet previsti

Se jsiru attivitajiet taħt din l-intestatura li jikkomplimentaw l-attivitajiet relatati ma' l-innovazzjoni inklużi f'dawk li jsiru taħt l-intestatura I.

Dawn l-attivitajiet ser jipprovdu appoġġ ġenerali għall-innovazzjoni, u għandhom jikkumplementaw l-attivitajiet nazzjonali u reġjonali, bil-żsieb li tiżdied il-koerenza ta' l-isforzi f'dan l-ambitu. Dawn jieħdu l-forma ta' appoġġ għal:

(a) networking ta' l-operaturi u l-utenti fis-sitema ta' innovazzjoni Ewropea u t-twettieq ta' analiżi u studji sabiex jitħeġġeġ l-iskambju ta' esperjenzi u tal-prattika tajba u li l-utenti jkunu nvoluti iktar fil-propċess ta' innovazzjoni;

(b) l-azzjonijiet li jinċentivaw il-kopereazzjoni transreġjonali fl-innovazzjoni u l-appoġġ għall-ħolqien ta' negozji teknoloġiċi, kif ukoll għall-preparazzjoni ta' strateġiji reġjonali u transreġjonali f'dan il-qasam, bil-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati;

(ċ) L-attivitajiet ta' sperimentazzjoni bl-għodda u metodi ġodda fl-innovazzjoni teknoloġika fir-rigward, b'mod partikolari, tal-punti kritiċi fil-proċess ta' innovazzjoni;

(d) L-avvjament u l-konsolidazzjoni tas-servizzi ta' informazzjoni u b'mod partikolari s-servizzji elettroniċi, bħall-CORDIS, u servizzi ta' assistenza relatati ma' l-innovazzjoni (it-trasferiment ta' teknoloġiji, il-protezzjoni tal-propjetà intellettwali, l-aċċess għall-kapital ta' riskju); li jinkludi l-attivitajiet tar-relay centers ta' innovazzjoni;

(e) Attivitajiet relatati ma' l-intelliġenza ekonomika u teknoloġika (analiżi ta' l-iżviluppi teknoloġiċi, l-applikazzjonijiet u s-swieq u l-ipproċessar u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni li tista' tgħin lir-riċerkaturi, l-imprendituri u b'mod partikolari l-SMEs, u l-investituri fid-deċiżjonijiet tagħhom);

(f) analiżi u evalwazzjoni ta' l-attivitajiet innovattivi li jsiru fil-qafas tal-proġetti ta' riċerka tal-Komunità u l-użu tat-tagħlim miksub mill-politika ta' innivazzjoni.

Uħud minn dawn l-attivitajiet se jsiru b'konnessjoni ma' dawk tal-Bank ta' Investiment Ewropew (EIB) (b'mod partikolari permezz tal-Fond ta' Investiment Ewropew (EIF)) skond 'l-inizzjattiva teigħu "Inizzjattiva ta' Innovazzjoni 2000" kif ukoll b'koordinazzjoni ma' miżuri adottati permezz tal-Fondi Strutturali.

2.2. Riżorsi Umani u Mobilità

Objettiv

L-attivitajiet li jsiru taħt din l-intestatura huma intiżi bħala appoġġ għall-iżvilupp ta' riżorsi umani abbundanti u ta' livell għoli fir-reġjuni kollha tal-Komunità permezz tal-promozzjoni tal-mobilità transnazzjonali għal finijiet ta' taħriġ, l-iżvilupp ta' esperjenza u t-trasferiment tal-konoxxenza, b'mod partikolari bejn setturi differenti; sabiex isostnu l-iżvilupp ta' l-eċċelenza; u jgħinu sabiex l-Ewropa tkun aktar attraenti għar-riċerkaturi minn pajjiżi terzi. Dan kollu għandu jsir bil-għan illi jsir l-aħjar użu mill-potenzjal offrut fis-setturi kollha tal-populazzjoni, speċjalment minn riċerkaturi nisa u żagħżagħ, billi jiettieħdu l-miżuri xierqa għal dan il-għan, inklużi dawk adottati sabiex jinħolqu sinerġiji fil-qasam ta' l-edukazzjoni għolja fl-Ewropa.

Ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

Il-promozzjoni tal-mobilità transnazzjonli hija mezz sempliċi, partikolarment effettiva u qawwi ta' kif tingħata spinta lill-eċċelenza Ewropea b'mod ġenerali, kif ukoll id-distribuzzjoni tagħha fir-reġjuni differenti ta' l-Unjoni. Din toħloq opportunitajiet sabiex tittejjeb b'mod sinjifikanti l-kwalità tat-taħriġ tar-riċerkarturi, tippromwovi ċ-ċirkolazzjoni u l-esplojtazzjoni tal-konnoxenza, u tgħin sabiex jiġu stabbiliti ċentri ta' eċċellenza ta' klassi mondjali li jkunu attraenti madwar l-Ewropa kollha. Azzjoni fuq livell ta' l-Unjoni f'dan il-qasam (bħal dik fir-riżorsi umani b'mod ġenerali) li twassal għall-kisba ta' massa kritika inevitabbilment ikollha impatt kbir.

Sa tingħata attenzjoni għall-parteċipazzjoni tan-nisa fl-azzjonijiet kollha, u l-miżuri adattati sabiex jippromwovu bilanċ aktar ekwu bejn l-irġiel u n-nisa fir-riċerka; iċ-ċirkostanzi personali marbuta mal-mobilità, partikolarment fir-rigward tal-familja, l-iżvilupp tal- karriera u l-lingwi; l-iżvilupp ta' attivitajiet ta' riċerka fir-reġjuni inqas favoriti u l-pajjiżi assoċjati, u l-bżonn li jkun hemm aktar kooperazzjoni aktar affettiva bejn id-dixxiplini ta' riċerka u bejn id-dinja akkademika u l-industrija, inklużi l- SMEs.

B'kooperazzjoni ma' l-aktar azzjonijiet nazzjonali u Komunitarji adattati, se tingħata attenzjoni għall-assitenza prattika mogħtija lir-riċerkaturi barranin fil-problemi (legali, amministrativi, familjari jew kulturali) relatati mal-mobilità tagħhom.

Azzjonijet previsti

Dawn l-attivitajiet, li se jsiru fl-oqsma kollu tax-xjenza u t-teknoloġija, se jieħdu b'mod partikolari l-forom li ġejjin:

(a) miżuri ta' appoġġ lil universitajiet, ċentri ta' riċerka, u negozji inkluż b'mod partiklolari l-SMEs u n-networks, sabiex jiġu ospitati riċerkaturi mill-Ewropa u pajjizi terzi, li jinkludi t-taħrig għal riċerkaturi li għadhom ma' ġabux id-dottorat. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu il-formazzjoni ta' networks ta' taħriġ fit-tul u l-inkoraġġiment tal-mobilità bejn is-setturi differenti;

(b) miżuri ta' appoġġ individwali għar-riċerkaturi Ewropej sabiex ikunu jistgħu jiċċaqalqu għal pajjiż Ewropew ieħor jew pajjiż terz, u għall-aqwa riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jixteiqu jiġu fl-Ewropa. Dan l-appoġġ jipprovdi perjodu ta' taħriġ twil biżżejjed u mmirati għar-riċerkaturi ta' mill-anqas erba' snin esperjenza fir-riċerka, filwaqt li jindirrizaw ukoll il-bżonnijet ta' taħriġ fil-ġestjoni tar-riċerka;

(ċ) kontribuzzjoni finanzjarja għal programmi nazzjonali jew reġjonali għal programmi li jinkoraġġixxu l-mobilità tar- riċerkatrui miftuħa għar-riċerkaturi minn pajjiżi Ewropej oħrajn;

(d) għajnuna għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' gruppi ta' riċerkaturi Ewropej li jkunu kkunsidrati bħala il-potenzjal li jilħqu livell għoli ta' eċċellenza, l-aktar fl-attivitajiet l-aktar avvanzata jew interdixxiplinari. fejn din l-għajnuna tista' tkattar il-valur tal- miżuri nazzjonali;

(e) premijiet xjentifiki għal xogħol ta' eċċelenza li jsir minn riċerkaturi li jkunu rċevew għajnuna finanzjarja mill-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jiċċaqalqu.

Ser jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jiffaċilitaw ir-ritorn ta' riċerktauri lejn il-pajjiżi jew reġjuni ta' l-oriġini tagħhom, u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fil-professjoni.

Fl-azzjonijiet previsti se jsir sforz intiżi sabiex ikun hemm rappreżentazzjoni tas-sessi indaqs.

2.3. L-infrastrutturi ta' riċerka

L-objettiv

L-attivitajiet taħt din l-intestatura huma intiżi sabex jgħinu fit-twaqqif ta' infrassturttura ta' riċerka ta l-għola livell fl-Ewropa u sabiex jippromwovu l-aħjar użu tagħhom fuq skala Ewropea.

Ġustifikazzjoni ta' azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

L-iżvilupp ta' metodu Ewropew fir-rigward ta' l-inrfasturtturi ta' riċerka, u t-twettieq ta' attivitajiet f'dan il-qasam fuq livell ta' l-Unjoni, jista' jagħti kontribuzzjoni sinjifikanti sabiex tingħata spinta lir-riċerka Ewropea u l-isfruttament tagħha: billi jkun hemm aċċess aktar wiegħsa għall-infrastrutturi li jeżistu fl-Istati Membri differenti u tiżdied il-komplimentarità tal-faċilitajiet eżistenti; bil promozzjoni ta' l- iżvilupp jew il-ħolqien ta' infrastrutturi li jiżguraw servizz fuq skala Ewropea, kif ukoll il-ħolqien ta'għażliet ta' kostruzzjoni f'termini Ewropej u f'termini ta' żvilupp teknoloġiku reġjonali u transreġjonali.

Dawn l-attivitajiet se jsiru fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija, inklużi l-oqsma ta' prijorità tematika.

Azzjonijiet previsti:

(a) L-aċċess transnazzjonali għall-infrastrutturi ta' riċerka;

(b) l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet integrati, permezz ta' infrassturtturi fuq skala Ewropea u konsorzji ta' infrastturtturi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jġu provduti servizzi fuq skala Ewropea li possibilment ikopru, flimkien ma' l-aċċess trans-nazzjonali, il-ħolqien u t-tħaddim ta' networks ta' kooperazzjoni, u l-eżekuzzjoni ta' proġetti ta' riċerka konġunti; biex b'hekk jpgħla l-livell tar-riżultati ta' l-infrasturtturi konċernati;

(ċ) Infrasstrutturi ta' kommunikazzjoni Ewropea ta' kapaċità u veloċità għolja (possibilmnet bażati fuq arkitettura tat-tip GRID), li jibnu fuq il-kisbiet tal-proġett Géant fik ukoll is-servizzji ta' pubblikazzjoni elettroniċi;

(d) it-twettieq ta' studji tal-vijabilità u x-xogħol preparatorju għall-ħolqien ta' infrastruuturi ġodda fuq skala Ewropea li jieħdu kont tal-bżonnijiet tal-utenti potenzjali kollha u li jesploraw sistematikament il-possibilità ta' kontribuzzjonijiet min p.e. l-EIB jew il-Fondi Strutturali għall-finanzjament ta' dawn l-infrastrutturi;

(e) ottimizzazzjoni ta' l-infrastrutturi Ewropej billi tiġi provduta għajnuna limitata għall-iżvilupp ta' numru ristrett ta' proġetti għal-infrastrutturi ġodda f'każijiet li huma ġustifikati kif suppost fejn din l-għajnuna tista' tkun katalizzant f'termini ta' valur miżjud Ewropew. Din l-għajnuna, meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-opinjoni ta' l-Istati Membri, tista' tissuplimenta l-għajnuna mill- EIB jew il-Fondi Struuturali għal finanzjament ta' dawn l-infrastrutturi.

2.4. Ix-xjenza u s-soċjetà

Objettiv

L-Attivitajiet li jsiru skond dan it-titolu huma intiżi sabiex jinkoraġixxu l-iżvilupp ta' relazzjonijiet armonjużi bejn ix-xjenza u s-soċjetà u l-ftuħ lejn l-innovazzjoni fl-Ewropa, kif ukoll jikkontribwixxu għall-ħsieb kritiku tax-xjenzati u l-mod kif jirrispondu għall-problemi tas-soċjetà, bħala riżultat tal-ħolqien ta' relazzjonijiet ġodda u djalogu informat bejn ir-riċerkaturi, l-industrijalisti, il-politiċi u ċ-cittadini. L-attivitajiet taħt din l-intestatura huma inizzjattivi xjentifiċI u soċjail li għandhom x'jaqsmu mal-politika, filwaqt li r-riċerka li taqa' taħt il-prijoritajiet tematiċi u b'mod partikolari prijorità tematika 7 jkopru b'mod aktar wiegħsa r-riċerka relatata maċ-ċittadini u l-governanza.

Ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

Il-kwistjonijiet relatati max-xjenza u mas-soċjetà għandhom ikunu trattati b'mod estensiv fuq livell Ewropew minħabba d-dimensjoni Ewropea tagħhom. Dan hu marbut mal-fatt li ħafna drabi dawn iqumu fuq livell Ewropew (kif juru l-problemi tas-sigurtà ta' l-ikel), bl-importanza li jkun possibli li wieħed jibbenefika mill-esperjenza u l-konoxxenza li spiss tkun komplimentari rikjesta f'diversi pajjiżi u l-bżonn li jitqiesu l-veduti differenti f'dawn il-kwistjonijiet; dan jirifletti d-diversità kulturali Ewropea.

L-azzjonijiet previsti

L-attivitajiet li jsiru fdan l-ambitu fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija ser jindirizzaw b'mod partikulari it-temi li ġejjin:

(a) riċerka aktar qrib tas-soċjetà: ix-xjenza u l-governanza; il-parir xjentifiku; l-involviment tas-soċjetà fir-riċerka; l-analiżi ta' previżjoni;

(b) l-użu responsabbli tal-progress xjentifiku u teknoloġiku, f'armonija mal-valuri etiċi fondamentali:

l-istima, il-ġestjoni u l-kommunikazzjoni tal-inċertezza u tar-riskju; il-kompetenza; l-analiżi u l-appoġġ ta' l-aħjar prattika fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-prekawzjoni f'oqsam differenti tal-poltika; sistema ta' riferenza Ewropea, ir-riċerka fl-etika fix-xjenza, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-applikazzjonijiet tagħhom;

(ċ) iktar djalogu fuq ix-xjenza u s-soċjetà: forom ġodda ta' djalogu bil-parteċipazzjoni ta' dawk kollha involuti; il-tagħrif xjentifiku taċ-ċittadini; l-istimulazzjoni ta' l-għarfien; it-tħeġġiġ ta' l-interess fost iż-żagħżagħ fil-karrieri xjentifiċi; inizjattivi mmirati sabiex jippromwovu r-rwol tal-mara fil-livelli kollha tar-riċerka xjentifika.

Dawn se jieħdu l-form ta' attivitajiet ta' appoġġ għal:

(a) networking u ħolqien ta' kollegamenti strutturali bejn l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet konċernati fuq il-livell nazzjonali, reġjonali, u Ewropew, b'mod partikolari bl-użu tat-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni;

(b) l-iskambju ta' l-esperjenza u l-prattika tajba;

(ċ) twettiq ta' riċerka speċifika

(d) inizjattivi ta' ċerta mportanza previsti sabiex iqajjmu nteress bħal ma' huma l-premjijiet u l-kompetizzjonijiet;

(e) il-ħolqien ta' bażijiet ta' data u ta' informazzjoni u t-twettieq ta' studji, b'mod partikolari l-studji statistiċi u metodoloġiċi, fuq temi differenti.

111. IT-TISĦIĦ TAL-PEDAMENTI TAŻ-ŻONA EWROPEA TAR-RIĊERKA

Objettiv

L-attivitajiet li jsiru skond din l-intestatura huma intiżi sabiex iżidu l-koordinazzjoni u sabiex isostnu fl-iżvilupp koerenti tar-riċerka u ta' politika u l-attivitajiet li jistimulaw l-inovazzjoni fl-Ewropa.

Ġustifikazzjoni ta' l-azzjoni u l-valur miżjud Ewropew

Il-Ħolqien taż- Żona Ewropea tar-Riċerka jiddependi l-ewwel nett fuq it-titjib tal-koerenza u l-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka u ta' l-innovazzjoni u l-politika li ssir fuq livell nazzjonali, reġjonali u Ewropew. Azzjoni mill-Komunità tista' tgħin sabiex tistimola l-attivitajiet għal dan il-għan, kif ukoll biex tpoġġi l-pedamenti għall-infomazzjoni, il-konoxxenza u l-analiżi li huma essenzjali għat-tlestija ta' dan il-proċett.

L-azzjonijiet previsti

A. L-attivitjiet ta' koordinazzjoni, bl-użu ta' metodu minn isfel għal fuq, se jsiru fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija f'setturi bħal dawn:

(a) is-saħħa: is-saħħa ta' gruppi mportanti tal-popolazzjoni; il-mard u l-kondizzjonijiet ewlenini (eż. il-kanċer, id-dijabete u l-mard relatat mad-dijabete, il-mard deġenerativ tas-sistema nervuża, il-mard psikjatriku, il-mard tal-qalb, il-ħepatitis, l-allerġiji , u l-problemi tal-vista), il-mard rari, il-mediċina alternattiva jew mhux konvenzjonali u l-mard ewlieni relatat mal-faqar fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; l-attivitajiet involuti se jkunu mplimentati, per eżempju, permezz tal-koordinazzjoni tar-riċerka u l-istudji komparattivi, l-iżviluopp ta' databases u networks interdixxiplnarji Ewropej, l-iskambju tal-prattika klinika u l-koordinazzjoni ta' l-esperimentazzjoni klinika;

(b) il-biotekonoloġija: applikazzjonijiet mhux relatati ma' l-ikel u mas-saħħa;

(ċ) l-ambjent: l-ambjent urban (inkluż l-żvilupp urban sostenibbli u l-wirt kulturali); l-ambjent marittimu u l-ġestjoni ta' l-art jew ħamrija; ir-riskji siżmiċi;

(d) l-enerġija: il-ġenerazzjoni ġdida ta' impjanti ta' l-enerġija ("bi ftit li xejn emissjonijiet"), il-ħażna, trasport u distribuzzjoni ta' l-enerġija.

Dawn l-attivitajiet se huma mmirati sabiex isaħħu l-koordinazzjoni ta' l-Attivitajiet ta' riċerka fl-Ewropa, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq dak Ewropew b' għajnuna finanzjarja għal:

(a) l-apertura reċiproka tal-programmi nazzjonali u reġjonali;

(b) networking ta' l-attivitajiet ta' riċerka li ssir fuq livell nazzjonali u reġjonali;

(ċ) l-amministrazzjoni u l-kordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' koperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknoloġika (COST);

(d) l-attivitajiet ta' koordinazzjoni xjentifika u teknoloġika mwettqa f'oqsma ta' kooperazzjoni Europej oħra, b'mod partikulari il-Fondazzjoini Ewropea tax-Xjenza;

(e) kollaborazzjoni u inizjattivi konġunti ta' organizzazjonijiet speċjalizzati ta'kooperazzjoni xjentifika Ewropea bħal ma huma CERN, EMBL, ESO, ENO u l-ESA . [6]

Dawn l-azzjonijiet se jkunu implimentati fil-kuntest ġenerali ta' l-attivitajiet li jsiru sabiex jittejbu r-riżultati ġenerali tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika Ewropea u jiġi żgurat li l-komponenti differenti tagħha, li jinkludu l-COST u l-Eureka, jkunu komplimentari.

B. Sabiex jiġi megħjun l-iżvilupp koerenti tal-politika ta' riċerka u innovazzjoni fl-Ewropa:

(a) it-twettiq ta' analiżi u studji, u xogħol relatat ma' viżjoni, statistika u indikaturi xjentifiċI u teknoloġiċiċ;

(b) it-twaqqif u l-appoġġ għall-operat ta' gruppi ta' xogħol speċjaliżżati u forums għall-konċentrazzjoni u d-dibattitu politiku;

(ċ) is-sostenn għax-xohgħol ta' benchmarking tal-politika fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali;

(d) sostenn għax-xogħol ta' kartografija ta' l-eċċeleneza xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa:

(e) sostenn sabiex isir ix-xogħol meħsieġ sabiex jittejjeb l-ambjent regolatrju u amministrattiv għar-riċeka u l-inovavzzjoni fl-Ewropa.

[1] Il-konoxxenza fondamentali fil-ġenomika (inklużi l-bnedmin/l-annimal/il-pjanti) taqa' taħt l-ewwel prijorità ewlenija, kif ukoll l-applikazzjonijiet tagħha għas-saħħa tal-bniedem. L-applikazzjonijiet għall-ikel taqa' taħt il-ħames prijorità (bħal per eżempju dawk relatati man-nutrizzjoni/l-ikel ta' kwalita' aħjar). Kwistjonijiet oħra relatati max-xjenzi tal-ħajja huma indirizzati mis-sitt prijorità jew koperti, kif jixraq, mis-Sezzjoni 1.2.1. (Ir-riċerka ta'"orjentazzjoni politika") kif ukoll l-Intestatura III.

[2] Ara ukoll is-Sezzjoni 1.2.1. 'il-politika ta' appoġġ u l-antiċipazzjoni tal-bżonnijiet teknoloġiċi u xjentifiċi' u l-intestatura III (It-tisħiħ tal-pedamenti taż-Żona Ewropea tar-Riċerka) għal suġġetti oħra relatati mas-saħħa.

[3] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

[4] Materji oħra relatati ma' l-enerġija huma inklużi taħt is-Sezzjoni 1.2.1. ("L-appoġġ tal-politika u l-antiċipazzjoni tal- bżonnijiet xjentifiċi") fit-Titlu 111.

[5] Materji oħra fuq it-trasport ta' natura politika (bħalma huma sigurtà fit-trasport, l-għodda u l-indikaturi għall-prestazzjoni tas-sitema tat-trasport u t-tbassir) jaqaw taħt is-Sezzjoni 1.2.1. ("l-appoġġ politiku u l-antiċipazzjoni tal-bżonnijiet xjentifiċi u teknoloġiċi").

[6] CERN: Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari; EMBL: Laboratorju Ewropew tal-Bioloġija Molekolari; ESO: Osservatorju Ewopew tan-nofs in-nhar: ENO: Osservatorju Ewropew tat-TRamuntana; ESA: Aġenzija Spazjali Ewropea.

--------------------------------------------------

ANNESS II

AMMONT GLOBALI MASSIMU, L-ISĦMA RISPETTIVI U SKOMPONIMENT INDIKATTIV

L-ammont finanzjarju globali massimu u l-isĦma inkattivi rispettivi ta' l-attivitajiet varji kif issir referenza għalihom f'Artikolu 164 tat-Trattat kif ġej:

(EUR miljun) |

L-ewwel attività | 13800 |

It-tieni attività | 600 |

It-tielet attività | 290 |

Ir-raba' attività | 1580 |

Ammont globali massimu | 16270 |

(2) Inkluż sa EUR 200 miljun għal aktar żvilupp tal-Géant u l-GRID.

(EUR miljun) |

1. | ’Il-konċentrazzjoni u l-integrazzjoni tar-riċerka tal-Komunità’ | | | 13345 |

Il-prijoritajiet tematiċi | | 11285 | |

Ix-xjenzi tal-ħajja, il-ġenomi u bioteknoloġija għas-saħħa | 2255 | | |

= Ġenomi avvanzati u l-applikazzjoni tagħhom għas-saħħa | 1100 | | |

= Il-ġlieda kontra l-mard prinċipali | 1155 | | |

It-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni | 3625 | | |

In-anoteknoloġiji u n-nanoxjenzi, il-materjali multifunzjonali mibnija fuq il-konoxxenza u l-proċessi u l-istrumenti ta' produzzjoni ġodda. | 1300 | | |

L-aeronawtika u l-ispazju | 1075 | | |

Il-kwalità u s-igurtà ta' l-ikel | 685 | | |

L-iżvilupp sostenibbli, il-bidla globali u l-ekosistemi | 2120 | | |

= Sistemi ta' enerġija sostenibbbli | 810 | | |

= transport sostenibbli fuq l-art | 610 | | |

= Bidla globali u ekosistemi | 700 | | |

Iċ-ċittadini u l-gvern f'soċjetà mibnija fuq il-konoxxenza | 225 | | |

Attivitajiet speċifiċi li jkopru żona ta' riċerka iktar wiesgħa. | | 1300 | |

Apoġġ politiku u antiċipazzjoni tal-bżonnijiet xjentifiċi u teknoloġiċi | 555 | | |

Attivitajiet ta' riċerka orizzontali li jinvolvu l-SMEs | 430 | | |

Miżuri speċifiċi li jsostnu l-kooperazzjoni internazzjonali | 315 | | |

Attivitajiet mhux nukleari fiċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt | | 760 | |

2. | L-istrtturar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka | | | 2605 |

Ir-riċerka u l-innovazzjoni | 290 | | |

Ir-riżorsi umani | 1580 | | |

Infratrutturi ta' Riċerka | 655 | | |

Ix-Xjenza u s-soċjetà | 80 | | |

3. | Tisħiħ tal-pedamenti taż-Żona Ewropea tar-Riċerka | | | 320 |

Sostenn għall-kordinazzjoni ta' l-attivitajiet | 270 | | |

Sostenn għall-iżvilupp koerenti tal- politika | 50 | | |

TOTAL | | 16270 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

STRUMENTI U REGOLI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FINANZJARJA MILL-KOMUNITÀ

Il-Komunità se tikkontribwixxi finanzjarjament, taħt il-programmi speċifiċi, u bla ħsara għar-regoli ta' parteċipazzjoni, għall-attiviatjiet ta' riċerka u teknoloġija, inklużi l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, ta' dan il-programm.

Dawn l-attivitajiet, li se jinkorporaw miżuri li jinkoraġixxu l-innovazzjoni, sa jkunu implimentati permezz ta' varjetà ta' strumenti deskritti hawn taħt, li ssir riferenza għalihom bħala 'Azzjonijiet ta "RTD indiretti", li għalihom il-Komunita' se tikkontribwixxi finanzjarjament. Flimkien ma' dan, il-Komunità se tidħol għal attivitajiet implimentati mill-JRC, u li ssir riferenza għalihom bħala "Azzjonijiet diretti."

1. STRUMENTI

Introduzzjoni

Strument li jimplimenta azzjoni għandu jkun proporzjonat ma' l-iskop u l- objettivi ta' l-attività ta' riċerka konċernata, u se jieħu in konsiderazzjoni, kif xieraq, il-veduti tal-komunità ta' riċerka. Skond hekk, id-daqs ta' azzjoni jista' jvarja skod it-temi u s-suġetti li tkopri, skond il-massa kritika tal-kompetenza meħtieġa sabiex jinkiseb il-valur miżjud Ewropew u jinkisbu r-riżultati mistennija. F'ċerti każi, dan jista' jintlaħaq permezz tal-ġbir flimkien ta' l-azzjonijiet dedikati għal aspetti differenti ta' l-istess objettiv.

L-istrumenti kollha għandhom jinvolvu, kif xieraq, universitajiet jew istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja ta' livell simili, l-organizazzjonijet ta' riċerka u l-industrija, inklużi l-SMEs. Dawn jistgħu jinvolvu attivitajiet relatati mad-disseminazzjoni, it-trasferiment u l-isfruttament tal-konoxxenza, kif ukoll analiżi u evalwazzjoni ta' l-impatt ekonomiku u soċjali tat-teknoloġiji konċernati u l-fatturi involuti fis-suċċess ta' l-implimentazzjoni tagħhom.

Bħala regola ġenerali, l-għażla ta' l-attivitajiet se tkunu ibbażata fuq sejħiet għal proposti u fuq stima reċiproka independenti, bl-eċċezzjoni tal-każijiet ġustifikati. L-attivitajiet ta' riċerka kollha se jkunu riveduti regolarment u dan jinvolvi b'mod partikulari l-monitoraġġ tal-livell ta' eċċellenza fir-riċerka. Sa tkun inkoraġġata l-parteċipazzjoni tal-SMEs inklużi r-raggruppamenti tal-SMEs u entitatajiet iżgħar.

F'dak li għandu x'jaqsam mar-riċerka fl-oqsma ta' prijorità tematika (taħt l-intestatura I kif imfissra fl-Anness I):

- l-importanza ta' l-istrumenti ġodda (proġetti ġodda u networks ta' eċċelenza) hija rikonoxxut bħala mezz ta' prijorità sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' massa kritika, immaniġġjar, is-simplifikazzjoni tal-ġestjoni u l-valur miżjud Ewropew kontribwit mir-riċerka tal-Komunità fir-rigward ta' dak li sar fuq livell nazzjonali, u l-integrazzjonijiet tal-kapaċitajiet ta' riċerka. Madanakollu, id-daqs tal-proġett mhux kriterju ta' esklużjoni, u l-aċċess għal strumenti ġodda huwa żgurat għall-SMEs u entitajiet żgħar oħra,

- l-istrumenti ġodda se jintużaw mill-bidu ta' dan il-programm f'kull tema u, fejn ikun xieraq, bħala mezz ta' priorità, filwaqt li jżomm l-użu tal-proġetti ta' tiċerka speċifiċi mmirati u l-azzjoniiet ta' kooridnazzjoni,

- fl-2004 se ssir evalwazzjoni minn esperti indipendenti dwar l-effiċjenza ta' kull wieħed minn dawn it-tliet tipi ta'strumenti fl-ezekuzzjoni ta' dan il-programm.

L-attivitajiet ta' riċerka fl-oqsma li jinvolvu "Attivitajiet speċifiċi li jkopru qasam ta' riċerka iktar wiesgħa" (taħt l-intestatura I) se jieħdu l-forma ta' proġetti ta' riċerka speċifiċi mmirati u prożetti ta' riċerka speċifiċi għall-SMEs. In-networks ta' eċċelenza u l-proġetti integrati jistgħu, madanakollu, jintużaw f'każijiet ġustifikati kif suppost, fejn l- objettivi in kwistjoni jistgħu jintlaħqu aħjar permezz ta' dawn il-mezzi.

L-attivitajiet li ssir referenza gaħlihom taħt l-Intestatura II (L-istrutturar taż-Żona Ewropea ta' Riċerka) u l-Intestatura III (Tisħiħ tal-pedamenti taż-Żona Ewropea ta' Riċerka), se jsiru permezz ta' prożetti ta' riċerka u innovazzjoni speċifiċi u mmirati, inizjattivi infrastrutturali integrati u attivitajiet li jippromwovu r-riżorzi umani u l-mobilità.

Flimkien ma' dan, fl-ambitu ta' dan il-programm jistgħu azzjonijiet ta' appoġġ speċifiċi, azzjonijiet ta' koordinazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi li daħlu għalihom bosta Stati Membri skond Artikolu 169 tat-Trattat.

1.1. Networks ta' eċċellenza

L-għan tan-networks ta' eċċellenza huwa li jsaħħaħ u jiżviluppa l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika tal-Komunità permezz ta' l-integrazzjoni, fuq livell Ewropew, tal-kapaċitajet ta' riċerka eżisteneti bħalissa jew emerġenti kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll reġjonali. Kull network huwa maħsub ukoll sabiex tiġi żviluppata l-konoxxenza f'qasam partikolari permezz ta' l-ġabra ta' massa kritika ta' kompetenza. Dawn se jiffavorixxu l-kooperazzjonu bejn il-kapaċitajiet ta' eċċellenza fl-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka, l-intrapriżi, inklużi l-SMEs, u l-organizzazjonjiet xjentifiċI u teknoloġiċi. L-attivitajiet konċernati huma ġeneralment immiriti lejn objettivi multidixxiplinari tat-tul, aktar milli għal riżultati definiti minn qabel f'termini ta' prodotti, proċessi jew servizzi.

Se jiġi implimentat network ta' eċellenza permezz ta' programm ta' attivitajiet konġunt li jinvolvi uħud, jew fejn ikun xieraq, l-attivitajiet u l-kapaċitajiet ta' riċerka kollha tal-parteċipanti fil-qasam relevanti sabiex tikiseb massa relevanti ta' esperjenza u valur miżjud Ewropew. Programm ta' attivitajiet konġunt jista' jimmira għal-ħolqien ta' ċentru ta' eċċellenza virtwali awtonomu li permezz tiegħu jista' jiġu żviluppati l-mezzi neċessarji sabiex ikun hemm integrazzjoni fit-tul tal-kapaċitajiet ta' riċerka.

Programm ta' attivitajiet konġunt bilfors jinkludi dawk mmirati għall-integrazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet relatati mal-propagazzjoni ta' l-eċċellenza u d-disseminazzjoni tar-riżultati barra n-network.

Bla ħsara għall-kondizzjonijiet speċifkati fil-programm speċifiku u r-regoli tal-parteċipazzjoni in-networks ta' eċċellenza se jkollhom livell għoli ta' atwonomija fil-ġestjoni tagħhom li jinkludi, fejn ikun xieraq, il-possibilità li l-komposizzjoni tan-network u l-kontenut tal-programm konġunt ta'attivitajiet jiġu adattati.

1.2. Proġetti integrati

Il-proġetti integrati huma maħsuba sabiex jagħtu spinta lill-kompetittività tal-Komunità jew sabiex jindirizzaw bżonijiet tas-soċjetà ewlenin permezz tal-mobilizzazjoni ta' massa kritika ta' risorsi ta' żvilupp tar-riċerka u t-teknoloġiku u l-kompetenzi. Kull proġett integrat għandu jiġi assenjat objettivi xjnetifiċi u teknoloġiċi mfissra b'mod ċar u għandu jkun dirett sabiex jinkisbu riżultati speċifiċi applikabbli f'termini ta', per eżempju, prodotti, proċessi jew servizzi. Skond dawn l-objettivi jistgħu jinkludu riċerka iktar fit-tul jew "riskjuża".

Il-proġetti integrati għandhon jinvolvu serje koerenti ta'azzjonijiet komponenti li jistgħu jvarjaw fid-daqs u l-istruttura skond il-kompiti li għandhom isiru, b'kull wieħed jitratta aspetti differenti tar-riċerka meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi globali komuni kolha; dawn għandhom jifformaw unità koerenti implimentata b' koordinazzjoni mill-qrib.

L-attivitajiet li jsiru bħala parti minn proġett inetgrat għandhom jinkludu r-riċerka u, skond il-każ, l-iżvilupp teknoloġiku u/jew l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, l-attivitajiet għall-ġestjoni u l-użu tal-konoxxenza sabiex titħeġġeġ l-innovazzjoni, u kull tip ieħor ta' attivita' li għandha x'taqsam direttament ma' l-objettivi tal-proġett integrat.

Bla ħsara għal kondizjonijiet li għandhom jiġu speċifikati fil-programmi speċifiċi u fir-regoli tal-parteċipazzjoni, il-proġetti integrati se jkollhom livell għoli ta' awtonomija fil-ġestjoni li tinkludi, fejn ikun xieraq, il-possibilità li jiġu adattati l-imsieħba u l-kontenut tal-proġett. Dawn se jitwettqu fuq il-bażi ta' pjanijiet ta' finanzjarji ġenerali li preferibbilment jinvolvu l-mobilizzazjoni sinjifikanti fil-fondi tas-settur pubbliku u dak privat, inkluż il-finanzjament jew skemi ta' kollaboroazzjoni bħall-Eureka, EB u EIF.

1.3. Proġetti speċifiċi mmirati fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni

Il-proġetti speċifiċi mmirati fil-qasam tar-riċerka jew ta' l-innovazzjoni se jkunu mmirati sabiex itejjbu l-kompettività ta' l-Ewropa. Dawn għandhom jikkonċentraw ħafna u sa jieħdu waħda miż-żewġ forom li ġejjin, jew kombinazzjoni tat-tnejn:

(a) proġett ta' żvilupp tar-riċerka u t-teknoloġija maħsub sabiex tinkiseb konoxxenza ġdida sabiex jittejjbu jew b'mod konsiderevoli jew sabiex jiġu żviluppati prodotti, proċessi jew servizzi ġodda jew sabiex jiġu sodisfatti bżonnijiet oħra tas-soċjetà u l-politika tal-Komunità;

(b) proġett ta' dimostrazzjoni maħsub sabiex juri l-vijabilità' ta' teknoloġijiet ġodda li joffru potenzjal ta' vantaġġ ekonomiku iżda li ma jstgħu jiġu kummerċjalizzati direttament.

Il-proġetti speċifiċi mmirati fil-qasam ta' l-innovazzjoni huma maħsuba sabiex jesperimentaw, jikkonvalidaw, u jiddiseminaw il-kunċetti u l-metodi ta' innovazzjoni ġodda fuq livell Ewropew.

1.4. Proġetti ta' riċerka speċifiċi għall-SMEs

Il-proġetti ta' riċerka speċifiċi għall-SMEs jistgħu jieħdu waħda mill-form li ġejjin:

(a) Proġetti ta' riċerka kooperattiva li jsiru għal benefiċċju ta' l-SMEs dwar temi ta' interess komuni;

(b) Proġetti ta' riċerka collettiva li jsiru għall-assoċazzjonijiet industrijali jew raggruppamenti industrijali f'setturi sħaħ ta' l-industrija fejn l-SMEs huma prominenti.

1.5. Azzjonijiet li jippromwovu u jiżviluppaw ir-riżorsi umani u l-mobilità

L-azzjonijiet li jippromwovu u jiżviluppaw ir-riżorsi umani u l-mobilità se jkunu mmirati għat-taħriġ, l-iżvilupp tal-kompetenza jewit-trasferiment tal-konoxxenza. Dawn jinvolvu appoġġ għall-azzjonijiet li jsiru minn persuni, strutturi ta' akkoljenza, inklużi n-networks ta' taħriġ, kif ukoll timijiet ta' riċerka Ewropej.

1.6. L-azzjonijiet ta' koordinament

L-azzjonijiet ta' koordinazzjoni huma maħsuba sabiex jippromwovi u jappoġġjaw l-attivitajiet ta' koordinazzjoni ta' varjetà ta' riċerka u operaturi ta' l-innovazzjoni bil-ħsieb li jkun hemm integrazzjoni aħjar. Se jkopru attivitajiet bħall-organizazzjoni tal-konferenzi, laqgħat, it-twettieq ta' studji, skambji ta' impjegati, skambji u d-diffużjuni ta' prattiki ġodda, il-ħolqien ta' sistemi ta' infomazzjoni u gruppi ta' esperti, u jistgħu, fejn ikun hemm bżonn , jinkludu appoġġ għad-definizzjoni, organizazzjoni u l-ġestjoni ta' l-inizzjattivi komuni jew konġunti.

1.7. Azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku

Azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku sa jikkomplimentaw l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u jistgħu jintużaw sabiex jgħinu fil-preparazzjonijiet tal-politika tal-ġejjieni tal-Komunità dwar ir-riċerka u l- iżviluppi teknoloġiċi inklużi l-attivitajiet ta' monitoraġġ u stima. Dawn jikkonsistu b'mod partikolari, f'konferenzi, seminars, studji u analiżi, kompetizzjonijiet u premji ta' livell għoli fix-xjenza, gruppi ta' xogħol u gruppi ta' esperti, appoġġ għall-operazzjonijiet u d-disseminazzjoni, l-attivitajiet ta' kommunikazzjoni u informazzjoni, jew taħlita ta' dawn, kif xieraq f'kull każ. Dawn jistgħu jinkludu wkoll azzjonijiet ta' appoġġ ta' l-infrastruttura ta' riċerka dwar, per eżempju, l-aċċess transnazzjonali u xogħol tekniku preparatorju (inklużi l-istudji tal-viabilità) l-iżvilupp ta' infrastruttura ġdida.

L-azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku se jkun implimentati ukoll sabiex jistimolaw, jinkoraġixxu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal- SMEs, it-timijiet ta' riċerka żgħar, iċ-ċentri ta' riċerka ġodda jew imbegħda, kif ukol dawk l-organizazzjonijiet mill-pajjiżi kandidati fl-attivitajiet ta' l-oqsma ta' prijorità tematika, b'mod partikolari permezz tan-networks ta' eċċellenza u l-proġetti integrati. L-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet tiddependi fuq l-istrutturi ta' infomazzjoni u assistenza speċifiċi, inkluż in-network ta' punti ta' kuntatt nazzjonali, stabbilit mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati fuq livell lokali, reġjonali jew nazzjonali u hija mmirata sabiex tiżi żgurata transizzjoni bla xkiel mill-ħames għas-sitt programm ta' kwadru.

1.8. Inizzjattivi integrati ta' l-infrastruttura

L-inizjattivi integrati ta' l-infrastruttura għandhom jgħaqqdu flimkien f'azzjoni waħda għadd ta'attivitajiet essenzjali sabiex jirrinforzaw u jiżviluppaw infrastrutturi ta' riċerka, sabiex jipprovdu servizzju fuq livell Ewropew. Għal dan il-għan, għandhom jgħaqqdu flimkien l-attivitajiet ta' networking ma' attivita' ta' appoġġ (eż. dawk relatati ma' l-aċċess transnazzjonali ) jew l-attivitajiet riċerka meħtieġa sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ta' l-infrastruttura, bl-eċċezzjoni madanakollu, tal-finanzjament ta' l-investiment f' infrastrutturi ġodda, li jistgħu ikunu finanzjati biss bħala azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku. Inkluż ukoll huwa kompenent tad-diffużjoni tal-konoxxenza ta' l-utenti potenzjali, inkluża l-industrija u b'mod partikolari l- SMEs.

1.9. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi avvjati minn Stati Membri oħra (Artikolu 169)

Skond Artikolu 169 tat-Trattat, dan l-istrument se jkopri l- programmi identifikati b'mod ċar implimentati mill-gvernijiet, awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali jew organizazzjonijiet ta' riċerka u jistgħu jintużaw fl-attivitajiet kollha ta' dan il-programm [1]. L-implimentazzjoni konġunta ta' dawn il-programmi tinvolvi rikors għal struttura ta' implimentazzjoni speċifika. Dan jista' jsir permezz ta' programmi ta' xogħol armonizzat u sejħiet għal proposti komuni, konġunti u koordinati.

2. REGOLI DETTALJATI DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI FINANZJARJA TAL-KOMUNITÀ [2]

Il-Komunità se timplimenta l-istrumenti finanzjarji skond il-programm kwadru tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll ir-regoli internazzjonali f'dan il-qasam, u b'mod partikolari il-Ftehim tal-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri kompensatorji. B'konformita ma' dan il-qafas internazzjonali, hemm bżonn li jkun possibli li tiġi aġġustata l-iskala u l-forma tal-parteċipazzjoni skond dan il-programm skond il-każ, b'mod partikolari jekk ikunu disponibbli fondi minn sorsi pubbliċi oħra, inklużi sorsi oħra ta' finanzjament tal-Komunità bħall-EIB u l-EIF.

Fil-każ ta' parteċipazzjoni ta' korpi minn reġjuni inqas żviluppati, meta proġett jirċievi l-intensità massima ta' kofinanzjament awtorizzat taħt dan il-programm jew għotja globali, kontribuzzjoni oħra mill-Fondi Strutturali konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12601999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar kif jistgħu jitqassmu l-fondi Strutturali, [3].

Fil-każ tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet mill- pajjiżi kandidati, jistgħu jingħataw kontribuzzjoni addizzjonali mill-istrumenti finanzjarji ta' qabel is-sħubija taħt kundizzjonijiet simili.

Fil-każ tal-parteċipazzjoni ta' organizazzjonjiet mill-pajjiżi tal-Mediterran jew minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, jistgħu jingħataw kontribuzzjoni tal-programm MEDA u ta' l-istrumenti finanzjarji tal-għajnuna tal-Komunità għall-iżvilup.

Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità tingħata skond il-prinċipju tal- kofinanzjament, bl-eċċezzjoni tal-finanzjament għall-istudju, il-konferenzi u l-offerti pubbliċi.

Il-parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità, bl-eċċezzjoni tal- każijiet ġustifikati kif suppost, tiġi deċiża wara sejħiet miftuħa għall- proposti jew stediniet għall-proċeduri ta' l-offerti. L-għażla tal-proġetti ssir skond stima reċiproka indipendenti.

Il-Kummissjoni twettaq l-attiviatjiet ta' riċerka b'tali mod li tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Komunità permezz ta' kontrolli effettii u jekk jinkixfu l-irregolaritajiet, permmezz ta' miżuri dissważivi u proporzjonati.

Fid-deċiżjonijiet li jadottaw il-programmi speċifiċi ta' implimentazzjoni ta' dan il-programm, ma jista' jkun hemm l-ebda deroga mir-regoli li jinsabu fit-tebbella hawn taħt.

L-attivitajiet RTD u l-kontribuzzjoni finanzjarji tal-Komunità skond it-tip ta' strument

Tip ta' strument | Attivitajiet RTD | Kontribuzzjoni tal-Komunità |

Networks ta' eċċelenza | L-oqsma ta' prijorità tematikaL-appoġġ politiku u l-antiċipazzjoni tal-bżonnjiet xjentifiċi u teknoloġiċi technological needs | Għotja għall-integrazzjoni: massimu ta' 25 % tal-valur tal-kapaċità tar-riżorsi proposti għall-integrazzjoni mill-parteċipanti bħala ammont fiss ta' għajnuna għall-programm ta' attivitajiet konġunt |

Proġetti integrati | L-oqsma ta' prijorità tematikaL-appoġġ politiku u l-antiċipazzjoni tal-bżonnjiet xjentifiċi u teknoloġiċi | Għotja lill-budget ta' massimu ta' 50 % għal riċerka3 5 % għad-dimostrazzjoni100 % għal attivitajiet oħra bħat-taħriġ tar-riċerkaturi u l-ġestjoni tal-kosorzji |

Proġetti speċifiċi mmirati ta' riċerka jew proġetti ta' innovazzjoni | L-oqsma ta' prijorità tematikaL-appoġġ politiku u l-antiċipazzjoni tal-bżonnjiet xjentifiċi u teknoloġiċiAttivitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali speċifiċIPromozzjoni ta' l-interazzjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoniL-iżvilupp armonjuz bejn ix-xjenza u s-soċjetà | Għotja lill-budget ta' massimu ta' - 50 % tal-budget |

Parteċipazzjoni fil-programmi avvjati mill-Istati membri (Artikolu 169) | l-attivitajiet kollha tas-Sitt programm kwadru | Li għandhom jiġu mfissra fid-deċiżjonijiet ta' wara meħuda skond Artikolu 169 |

Proġetti ta' riċerka speċifiċi għall-SMEs | L-attivitajiet ta' riċerka speċifika għall-SMEs | Għotja lill-budget ta' massimu ta' - 50 % tal-budget |

Azzjonijiet li jippromwovu u jiżviluppaw ir-riżorsi umani u l-mobilità | Il-promozzjoni tar-riżorsi umani u l-mobilità | ’Għotja lill-budget ta' massimu ta' of 100 % tal-budget, jekk ikun hemm bżonn tingħata f'somma sħiħa |

L-azzjonijiet ta' koordinazzjoni | Fl-Attivitajiet kollha tas-sitt programm kwadru | ’Għotja lill-budget ta' massimu ta' of 100 % tal-budget, |

Azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku | Fl-attivitajiet kollha tas-sitt programm kwadru | ’Għotja lill-budget ta' massimu ta' 100 % tal-budget , jekk ikun hemm bżonn tingħata f'somma sħiħ |

Inizjattivi ta' infrastruttura integrati | Appoġġ għall-infrastrutturi ta' riċerka | Għotja għall- budget: Skond it-tip ta' attività, ta' massimu ta' 50 % sa 100 % tal-budget |

Azzjonijiet Diretti | L-attivitajiet mhux nukleari taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt | 100 % |

[1] Huwa imfakkar li l-programmi nazzjonali li għandhom isiru skond Artikolu 169 tat-Trattat huma suġġetti għad-deċiżjoni tal-Parmanet Ewropew u tal-Kunsill skond il-proċedura ta' Artikolu 251 tat-Trattat.

[2] Huwa mfakkar li skond Artikolu 167 tat-Trattat, ir-regoli ta' parteċipazzjoni ta' l-impriċi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għad-disseminazzjoni ta' riżultati għall-implimentazzjoni tal-programm kwadru għandhom ikunu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill bla ħsara għall-proċedura li tinsab fl- f'Artikolu 251 tat-Trattat. Dawn ir-regoli se jkopru, ifost affarijiet oħra, in-numru minimu ta' membri parteċipanti, il-parteċipazzjoni ta' korpi mill-pajjiżi kandidati u minn pajjiżi terzi, il- kriterji ta' evalwazzjoni u selezzjoni ta' l-azzjonijiet RTD, il-ġestjoni ta' l-RTD, il-kwistjonijiet ta' responsabilità u drittijeit ta' propjetà intelletwali.

[3] ĠU L 161. 26.6.1999. p. 1

--------------------------------------------------