32001L0030

Official Journal L 146 , 31/05/2001 P. 0001 - 0023

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2001/30/KE

tat-2 ta' Mejju 2001

li temenda d-Direttiva 96/77/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità għal addittivi ta' l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar addittivi ta' l-ikel awtorizzati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem([1]), kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill([2]), u b'mod partikolari, l-Artikolu 3(3)(a) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel.

Billi:

(1) Hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-kriterji ta' purità għall-addittivi kollha għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu ħlewwa msemmija fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi ta' l-ikel għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu ħlewwa ([3]), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/5/KE([4]).

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE tat-2 ta' Diċembru 1996 li tistabbilixxi kriterji ta' purità speċifiċi għal addittivi ta' ikel għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu ħlewwa([5]), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/63/KE([6]) stabbiliet kriterji ta' purità għal numru ta' addittivi ta' l-ikel. Din id-Direttiva issa għandha ssir kompleta permezz ta' kriterji ta' purità għall-bqija ta' l-addittivi ta' l-ikel imsemmija fid-Direttiva 95/2/KE.

(3) Huwa neċessarju li jiġu kkunsidrati l-ispeċifikazzjonijiet u tekniki analitiċi għal addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif abbozzati mill-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi ta' l-Ikel (JECFA).

(4) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Oġġetti ta' l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 96/77/KE hija b'dan il-mezz emendata kif ġej:

Fl-Anness, it-test ta' l-Anness għal din id-Direttiva għandu jiġi miżjud.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-1 ta' Ġunju 2002. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni mill-ewwel.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

3. Prodotti mpoġġija fis-suq jew ittikkettjati qabel l-1 ta' Ġunju 2002 li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva jistgħu jitpoġġew fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-2 ta' Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

E 170 (i) KARBONAT TAL-KALĊJU

Il-kriterji ta' purità għal dan l-addittiv huma l-istess kif stabbiliti għal dan l-addittiv fl-Anness għad-Direttiva 95/45/KE li tistabbilixxi kriterji ta' purità speċifiċi dwar kuluri għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel().

________________________

(1) ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 13.

E 353 AĊIDU METATARTARIKU

Sinonimi Aċidu Ditartariku

Definizzjoni

Isem Kimiku Aċidu Metatartariku

Formula kimika C4H6O6

Assaġġ Mhux inqas minn 99,5 %

Deskrizzjoni Għamla kristallina jew ta' trab ta' kulur abjad jew safrani. Delikwixxenti ħafna b'riħa ħafifa ta' karamella.

Identifikazzjoni

A. Jinħall faċilment fl-ilma u fl-etanol

B. Poġġi kampjun ta' 1 sa 10mg ta' din is-sustanza f'test tube ma' 2ml ta' aċidu sulfuriku konċentrat u 2 taqtiriet ta' reaġent sulpho-resorcinol. Meta jisħon sa 150C, jidher kulur vjola intens.

Purità

Arseniku Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju Mhux aktar minn 1 mg/kg

E354 TARTRAT TAL-KALĊJU

Sinonimi L-CALCIUM TARTRATE

Definizzjoni

Isem Kimiku Calcium L(+)-2,3-dihydroxybutanedioate di-hydrate

Formula kimika C4H4CaO6. 2H2O

Piż molekulari 224,18

Assaġġ Mhux inqas minn 98,0 %

Deskrizzjoni Trab kristallin fin ta' kulur abjad jew abjad jagħti fil-griż.

Identifikazzjoni

A. Jinħall ftit fl-ilma. Solubilità ta' bejn wieħed u ieħor ta' 0,01g/100ml ilma (20Ċ). Jinħall ftit ħafna fl-etanol. Jinħall ftit fid-diethyl ether. Jinħall fl-aċidi.

B. Rotazzjoni speċifika []20D + 7,0 sa + 7,4 (0,1 % f'1N ta' soluzzjoni HCL)

Ċ. PH ta' 5 % ta' taħlita ta' materjal insolubbli Bejn 6,0 u 9,0

Purità

Sulfati (H2SO4) Mhux aktar minn 1 g/kg

Arseniku Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju Mhux aktar minn 1 mg/kg

E356 ADIPAT TAS-SODJU

Definizzjoni

Isem Kimiku Adipat tas-Sodju

EINECS 231-293-5

Formula kimika C6H8Na2O4

Piż molekulari 190,11

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 99,0 % (fuq bażi anidra)

Deskrizzjoni Kristalli bojod bla riħa jew trab kristallin

Identifikazzjoni

A. Medda ta' tidwib 151Ċ - 152Ċ (għal aċidu adipiku)

B. Solubilità Bejn wieħed u ieħor 50g/100ml ilma (20Ċ)

Ċ. Test posittiv għas-sodju

Purità

Ilma Mhux iktar minn 3 % (Karl Fischer)

Arseniku Mhux iktar minn 3mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 5mg/kg

Merkurju Mhux iktar minn 1mg/kg

E357 ADIPAT TAL-POTASSJU

Definizzjoni

Isem Kimiku Adipat tal-Potassju

EINECS 242-838-1

Formula Kimika C6H8K2O4

Piż Molekulari 222,32

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 99,0 % (fuq bażi anidra)

Deskrizzjoni Kristalli bojod bla riħa jew trab kristallin

Identifikazzjoni

A. Medda ta' tidwib 151Ċ-152Ċ (għal aċidu adipiku)

B. Solubilità Bejn wieħed u ieħor 60g/100ml ilma (20Ċ)

Ċ. Test Posittiv għall-potassju

Purità

Ilma Mhux iktar minn 3 % (Karl Fischer)

Arseniku Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 5 mg/kg

Merkurju Mhux iktar minn 1 mg/kg

E 420 (i) SORBITOL

Il-kriterji ta' purità għal dan l-addittiv huma l-istess kif stabbiliti għal dan l-addittiv fl-Anness għad-Direttiva 95/31/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel([7]).

E 420 (ii) XIROPP TAS-SORBITOL

Il-kriterji ta' purità għal dan l-addittiv huma l-istess kif stabbiliti għal dan l-addittiv fl-Anness għad-Direttiva 95/31/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel.

E 421 MANNITOL

_________________________

(2) ĠU L 178, tat-28.7.1995, p. 1.

E 425 (i) GOMMA KONJAC

Definizzjoni Il-Gomma Konjac hija idrokollojde li jinħall fl-ilma miksub mid-dqiq tal-Konjac permezz ta' estrazzjoni milwiema. Dqiq tal-Konjac huwa l-prodott mhux maħdum mhux ippurifikat mill-għeruq tal-pjanta perenni Amorphophallus konjac. Il-komponent prinċipali tal-Gomma Konjac huwa l-polysaccharide glucomannan ta' piż molekulari għoli li jinħall fl-ilma, li huwa magħmul minn unitajiet ta' D-mannose u D-glukosju ta' proporzjon molari ta' 1,6:1,0, marbutin permezz ta' ((1-4)-glycosidic bonds. Ktajjen laterali (Side chains) aktar qosra huma mwaħħlin permezz ta' ((1-3)-glycosidic bonds, u gruppi aċitili jinsabu b'mod każwali fi proporzjon ta' bejn wieħed u ieħor grupp wieħed għal kull 9 sa 19-il unità taz-zokkor.

Piż molekulari Il-komponent prinċipali, glucomannan, għandu piż molekulari medju ta' 200 000 sa 2 000 000

Assaġġ Mhux inqas minn 75% karboidrat

Deskrizzjoni Trab ta' kulur bejn abjad u krema u ta' lewn ċar

Identifikazzjoni

A. Solubilità Tinxtered fl-ilma jaħraq jew fl-ilma kiesaħ u tifforma soluzzjoni viskuża ħafna b'pH ta' bejn 4,0 u 7,0

B. Formazzjoni ta' ġel Żid 5 ml ta' 4% ta' soluzzjoni borat tas-sodju ma' soluzzjoni ta' 1 % tal-kampjun f'test-tube u ħawwad bis-saħħa. Jifforma ġel

Ċ. Formazzjoni ta' ġel stabbli għas-sħana Ħejji soluzzjoni ta' 2 % tal-kampjun billi ssaħħnu banju Marija għal 30 minuta, waqt li tħawwad il-ħin kollu u mbagħad kessaħ is-soluzzjoni għal temperatura tal-kamra. Għal kull g tas-soluzzjoni wżata biex tipprepara 30 g tas-soluzzjoni ta' 2 %, żid 1 ml ta' 10% soluzzjoni ta' karbonat tal-potassju mal-kampjun idrat għal kollox f'temperatura ta' l-ambjent. Saħħan it-taħlita f'banju Marija għal 85Ċ, u żommha għal sagħtejn mingħajr ma tħawwadha. Taħt dawn il-kondizzjonijiet jiġi ffurmat ġel li huwa stabbli għas-sħana.

D. Viskożità (Soluzzjoni ta' 1 %) Mhux inqas minn 3 kgm-1s-1 f'temperatura ta' 25Ċ

Purità

Telf waqt tnixxif Mhux iktar minn 12 % (105Ċ, 5 sigħat)

Lamtu Mhux iktar minn 3%

Proteina Mhux iktar minn 3% (N x 5,7)

Stabbilixxi n-nitroġenu permezz tal-metodu Kjeldahl. Il-perċentwali tan-nitroġenu fil-kampjun immultiplikat b'5,7 jagħti l-perċentwali tal-proteina fil-kampjun

Materjal li jinħall fl-etere Mhux iktar minn 0,1%

Irmied totali Mhux iktar minn 5,0% (800Ċ, 3 sa 4 sigħat)

Arseniku Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

Salmonella spp. Mhux preżenti f'12,5g

E. Coli Mhux preżenti f'5g

E 425 (ii) KONJAC GLUCOMANNAN

Definizzjoni Konjac glucomannan huwa idrokollojde li jinħall fl-ilma miksub mid-dqiq tal-Konjac bil-ħasil bl-etanol li jżomm l-ilma. Id-dqiq tal-Konjac huwa l-prodott mhux maħdum mit-tuberi tal-pjanta perenni Amorphophallus konjac. Il-komponent prinċipali huwa l-polysaccharide ta' piż molekulari għoli li jinħall fl-ilma, glucomannan, li huwa magħmul minn unitajiet ta' D-mannose u D-glukosju ta' proporzjon molari ta' 1,6:1,0, marbutin permezz ta' ((1-4)-glycosidic bonds b'fergħa kull 50 jew 60 unit. Madwar kull 19-il residwu taz-zokkor huwa aċetilat.

Piż molekulari 500 000 sa 2 000 000

Assaġġ Fibra totali tad-dieta: mhux inqas minn 95% fuq bażi ta' piż xott

Deskrizzjoni Trab ta' kulur bejn abjad u kannella ċar ta' daqs ta' partikola fina, li tiċċirkola b'mod liberu u bla riħa

Identifikazzjoni

A. Solubilità Jinfirex fl-ilma jaħraq jew kiesaħ u jifforma soluzzjoni viżkuża ħafna b'pH ta' bejn 5,0 u 7,0. Is-solubilità tiżdied permezz tas-sħana u l-aġitazzjoni mekkanika.

B. Formazzjoni ta' ġel stabbli fis-sħana Ħejji soluzzjoni ta' 2% tal-kampjun billi ssaħħnu f'ilma jagħli għal 30 minuta, billi tħawwdu b'mod kontinwu u mbagħad tkessaħ is-soluzzjoni għat-temperatura tal-kamra. Għal kull g tal-kampjun użat ħejji 30 g tas-soluzzjoni ta' 2%, żid 1 ml ta' soluzzjoni ta' 10% ta' karbonat tal-potassju mal-kampjun idrat għal kollox fit-temperatura ambjentali. Saħħan it-taħlita f'ilma għal 85Ċ, u żommha għal sagħtejn mingħajr ma taġita. Taħt dawn il-kondizzjonijiet jifforma ġel stabbli fis-sħana.

Ċ. Viskożità (soluzzjoni ta' 1%) Mhux inqas minn 20 kgm-1s-1 f'25Ċ

Purità

Telf waqt tnixxif Mhux iktar minn 8 % (105Ċ, 3 sigħat)

Lamtu Mhux iktar minn 1%

Proteina Mhux iktar minn 1,5% (N x 5,7)

Iddetermina n-nitroġenu permezz tal-metodu Kjeldahl. Il-perċentwali ta' nitroġenu fil-kampjun immultiplikat b'5,7 jagħti l-perċentwali ta' proteina fil-kampjun.

Materjal jinħall fl-etere Mhux iktar minn 0,5%

Sulphite (bħala SO2) Mhux iktar minn 4 mg/kg

Klorur Mhux iktar minn 0,02%

Jinħall fl-alkoħol 50% Mhux iktar minn 2,0% materjal

Irmied totali Mhux iktar minn 2,0% (800Ċ, 3 sa 4 sigħat)

Ċomb Mhux iktar minn 1mg/kg

Salmonella spp. Mhux preżenti f'12,5g

E. Coli Mhux preżenti f 5g

E504(ii) KARBONAT TA' L-IDROSSIDU TAL-MANJEŻJU

Sinonimi Karbonat ta' l-idrossidu tal-manjeżju, subkarbonat tal-manjeżju (ħafif jew tqil), karbonat tal-manjeżju bażiku idrat, idrossidu tal-karbonat tal-manjeżju

Definizzjoni

Isem Kimiku Idrossidu tal-karbonat tal-manjeżju idrat

EINECS 235-192-7

Formula kimika 4MgCO3Mg(OH)25H2O

Piż molekulari 485

Assaġġ Kontenut ta' Mg mhux inqas minn 40,0% u mhux iktar minn 45,0% ikkalkolat bħala MgO

Deskrizzjoni Massa bajda u ħafifa li titfarrak malajr jew trab abjad oħxon.

Identifikazzjoni

A. Testijiet posittivi għall-manjeżju u għall-karbonat

B. Solubilità Prattikament ma jinħallx fl-ilma. Ma jinħallx fl-etanol

Purità

Materja li ma tinħallx fl-aċidu Mhux iktar minn 0,05%

Materja li tinħall fl-ilma Mhux iktar minn 1,0%

Kalċju Mhux iktar minn 1,0%

Arseniku Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 10 mg/kg

Merkurju Mhux iktar minn 1mg/kg

E 552b TALK

Sinonimi Talkum

Definizzjoni Forma li tinsab fin-natura ta' silikat tal-manjeżju li fih l-ilma li fih proporzjonijiet varji ta' minerali assoċjati bħalma huma l-alpha-quartz, il-calcite, il-chlorite, id-dolomit, il-magnesite, u l-phlogopite

Isem Kimiku Magnesium hydrogen metasilicate

EINECS 238-877-9

Formula kimika Mg3(Si4O10)(OH)2

Piż molekulari 379,22

Deskrizzjoni Trab ħafif, omoġenju, abjad jew kważi abjad, żejtni meta tmissu.

Identifikazzjoni

A. Assorbiment IR Qċaċet karatteristiċi f'3 677, 1 018 u 669 ċm-1

B. Diffrazzjoni tar-raġġi-X Qċaċet f'9,34 / 4,66 / 3,12

Ċ. Solubilità Ma jinħallx fl-ilma u fl-etanol

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 0,5 % (105Ċ, siegħa)

Materja li tinħall fl-aċidu Mhux iktar minn 6 %

Materja li tinħall fl-ilma Mhux iktar minn 0,2 %

Ħadid li jinħall fl-aċidu Mhux osservat

Arseniku Mhux iktar minn 10 mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 5 mg/kg

E 554 SODIUM ALUMINIUM SILICATE

Sinonimi Sodium silicoaluminate, sodium aluminosilicate, aluminium sodium silicate

Definizzjoni

Isem Kimiku Sodium aluminium silicate

Assaġġ Kontenut fuq il-bażi anidra: bħala SiO2 mhux inqas minn 66,0% u mhux iktar minn 88,0% bħala Al2O3 mhux inqas minn 5,0% u mhux iktar minn 15,0%

Deskrizzjoni Trab jew żibeġ amorfus abjad fin

Identifikazzjoni

A. Testijiet posittivi għas-sodju, jew għall-aluminju u għas-silikat

B. pH ta' materjal insolubbli fl-ilma ta' 5% Bejn 6,5 u 11,5

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 8,0 % (105Ċ, sagħtejn)

Telf waqt it-tqabbid Mhux inqas minn 5,0% u mhux iktar minn 11,0 % fuq il-bażi anidra (1 000Ċ, piż kostanti)

Sodju Mhux inqas minn 5% u mhux iktar minn 8,5% (bħala Na2O) fuq il-bażi anidra

Arseniku Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju Mhux aktar minn 1 mg/kg

E 555 POTASSIUM ALUMINIUM SILICATE

Sinonimi Majka

Definizzjoni Majka naturali magħmula b'mod prinċipali minn potassium aluminium silicate (muscovite)

EINECS 310-127-6

Isem Kimiku Potassium aluminium silicate

Formula kimika KAl2ġAlSi3O10ħ(OH)2

Piż molekulari 398

Assaġġ Kontenut mhux inqas minn 98%

Deskrizzjoni Platelets jew trab kristallini ta' lewn bejn griż ċar u abjad

Identifikazzjoni

A. Solubilità Ma jinħallx fl-ilma, aċidi, alkali u solventi organiċi dilwiti

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 0,5% (105Ċ, sagħtejn)

Antimonju Mhux iktar minn 20 mg/kg

Żingu Mhux iktar minn 25 mg/kg

Barju Mhux iktar minn 25 mg/kg

Kromju Mhux iktar minn 100 mg/kg

Ram Mhux iktar minn 25 mg/kg

Nikel Mhux iktar minn 50 mg/kg

Arseniku Mhux iktar minn 3 mg/kg

Merkurju Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju Mhux iktar minn 2mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 10mg/kg

E 556 CALCIUM ALUMINIUM SILICATE

Sinonimi Calcium aluminosilicate, calcium silicoaluminate, aluminium calcium silicate

Definizzjoni

Isem Kimiku Calcium aluminium silicate

Assaġġ Kontenut fuq il-bażi anidra: bħala SiO2 mhux inqas minn 44,0% u mhux iktar minn 50,0% bħala Al2O3 mhux inqas minn 3,0% u mhux iktar minn 5,0% bħala CaO mhux inqas minn 32,0% u mhux iktar minn 38,0%

Deskrizzjoni Trab bajdani fin li jiċċirkola b'mod ħieles

Identifikazzjoni

A. Testijiet posittivi għall-kalċju, għall-aluminju u għas-silikat

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 10,0% (105Ċ, sagħtejn)

Telf waqt it-tqabbid Mhux inqas minn 14,0% u mhux iktar minn 18,0% fuq il-bażi anidra (1 000Ċ, piż kostanti)

Fluworidu Mhux iktar minn 50 mg/kg

Arseniku Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux aktar minn 10 mg/kg

Merkurju Mhux iktar minn 1 mg/kg

E 558 BENTONITE

Definizzjoni Il-bentonite huwa tafal naturali li fih proporzjon għoli ta' montmorillonite, native aluminium silicate idrat li fih xi atomi ta' l-aluminju u tas-silika ġew mibdula b'mod naturali minn atomi oħra bħalma huma l-manjeżju u l-ħadid. Jonji tal-kalċju u tas-sodju huma maqbuda bejn is-saffi minerali. Hemm erba' tipi komuni ta' bentonite: sodium bentonite naturali, calcium bentonite naturali, bentonite attivat bis-sodju u bentonite attivat bl-aċidu

Assaġġ Kontenut ta' Montmorillonite ta' mhux inqas minn 80%

Deskrizzjoni Trab jew granuli sofor jew bojod fil-griż fini ħafna. L-istruttura ta' bentonite tgħinu sabiex jassorbi l-ilma fl-istruttura tiegħu u fuq il-wiċċ tiegħu ta' barra (karatterisitiċi ta' nfieħ)

Identifikazzjoni

A. Test tal-Methylene blue

B. Diffrazzjoni tar-raġġi-X Qċaċet karatteristiċi f'12,5/15 A

Ċ. Assorbiment IR Qċaċet f'428/470/530/1 110 -1 020/3 750 - 3 400 ċm-1

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 150,0% (105Ċ, sagħtejn)

Arseniku Mhux iktar minn 2 mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 20 mg/kg

E 559 ALUMINIUM SILICATE (KAOLIN)

Sinonimi Kaolin, ħafif jew tqil

Definizzjoni Aluminium silicate idruż (kaolin) huwa tafal tal-plastik abjad purifikat kompost minn kaolinite, potassium aluminium silicate, feldspar u kwarz. L-ipproċessar ma għandux jinkludi kalċinazzjoni

EINECS 215-286-4 (kaolinite)

Formula kimika Al2Si2O5(OH)4 (kaolinite)

Piż molekulari 264

Assaġġ Kontenut mhux inqas minn 90% (total ta' silika u allumina, wara t-tqabbid) Silika (SiO2) Bejn 45% u 55% Allumina (Al2O3) Bejn 30% u 39%

Deskrizzjoni Trab fin, abjad jew abjad fil-griż, żejtni. Kaolin huwa magħmul minn aggregazzjonijiet maħlula ta' gzuz orjentati b'mod każwali ta' taqxir ta' kaolinite jew taqxir esagonali individwali

Identifikazzjoni

A. Testijiet posittivi għall-allumina u għas-silicate

B. Diffrazzjoni tar-raġġi-X: Qċaċet karatteristiċi f'7,18/ 3,58 / 2,38 / 1,78

Ċ. Assorbiment IR Qċaċet f'3 700 u 3 620 ċm-1

Purità

Telf waqt it-tqabbid Bejn 10 u 14% (1 000Ċ, piż kostanti)

Materja li tinħall fl-ilma Mhux iktar minn 0,3 %

Materja li tinħall fl-aċidu Mhux iktar minn 2,0 %

Ħadid Mhux iktar minn 5 %

Ossidu tal-potassju (K2O) Mhux iktar minn 5 %

Karbonju Mhux iktar minn 0,5%

Arseniku Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 5 mg/kg

Merkurju Mhux iktar minn 1 mg/kg

E 620 AĊIDU GLUTAMIKU

Sinonimi Aċidu L-glutamiku, aċidu L--aminoglutariku

Definizzjoni

Isem kimiku aċidu L-glutamiku, L-2-amino-pentanedioic acid

EINECS 200-293-7

Formula kimika C5H9NO4

Piż molekulari 147,13

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 99,0 % u ta' mhux iktar minn 101,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli bojod jew trab kristallin

Identifikazzjoni

A. Testijiet posittivi għal aċidu glutamiku permezz ta' kromotografija ta' saff irqiq

B. Rotazzjoni speċifika []D² Bejn + 31,5 u + 32,2 (soluzzjoni ta' 10% (bażi anidra) f'2N HCl, tubu ta' 200 mm)

Ċ. pH ta' soluzzjoni saturata Bejn 3,0 u 3,5

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 0,2 % (80Ċ, 3 sigħat)

Irmied solfat Mhux iktar minn 0,2 %

Klorur Mhux iktar minn 0,2 %

Pyrrolidine carboxylic acid Mhux iktar minn 0,2 %

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E621 MONOSODIUM GLUTAMATE

Sinonimi Sodium glutamate, MSG

Definizzjoni

Isem kimiku Monoidrat tal-Monosodium L-glutamate

EINECS 205-538-1

Formula kimika C5H8NaNO4 . H20

Piż molekulari 187,13

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 99,0 % u mhux iktar minn 101,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab kristallin abjad u prattikament bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għas-sodju

B. Test posittiv għal aċidu glutamiku permezz ta' kromotografija ta' saff irqiq

Ċ. Rotazzjoni speċifika []D² Bejn + 24,8 u + 25,3 (soluzzjoni 10% (bażi anidra) f'2N HCl, tubu ta' 200 mm)

D. pH ta' soluzzjoni ta' 5% Bejn 6,7 u 7,2

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 0,5 % (98Ċ, 5 sigħat)

Klorur Mhux iktar minn 0,2 %

Pyrrolidine carboxylic acid Mhux iktar minn 0,2 %

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E622 MONOPOTASSIUM GLUTAMATE

Sinonimi Potassium glutamate, MPG

Definizzjoni

Isem kimiku Monopotassium L-glutamate monohydrate

EINECS 243-094-0

Formula kimika C5H8KNO4 . H20

Piż molekulari 203,24

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 99,0 % u ta' mhux iktar minn 101,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab kristallin abjad u prattikament bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għall-potassju

B. Test posittiv għal aċidu glutamiku permezz ta' kromotografija ta' saff irqiq

Ċ. Rotazzjoni speċifika []D² Bejn + 22,5 u + 24,0 (soluzzjoni 10% (bażi anidra) f'2N HCl, tubu ta' 200 mm)

D. pH ta' soluzzjoni 2 % Bejn 6,7 u 7,3

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 0,2 % (80Ċ, 5 sigħat)

Klorur Mhux iktar minn 0,2 %

Pyrrolidine carboxylic acid Mhux iktar minn 0,2 %

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E623 CALCIUM DIGLUTAMATE

Sinonimi Calcium glutamate, MSG

Definizzjoni

Isem kimiku Monocalcium di-L-glutamate

EINECS 242-905-5

Formula kimika C10H16CaN2O8 . x H20 (x = 0, 1, 2 or 4)

Piż molekulari 322,32 (anidru)

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 98,0 % u mhux iktar minn 102,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab kristallin abjad u prattikament bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għall-kalċju

B. Test posittiv għall-aċidu glutamiku permezz ta' kromotografija ta' saff irqiq

Ċ. Rotazzjoni speċifika []D² Bejn + 27,4 u + 29,2 (għal calcium diglutamate b'x = 4) (soluzzjoni ta' 10% (bażi anidra) f'2N HCl, tubu ta' 200 mm)

Purità

Ilma Mhux iktar minn 19,0 % (għal calcium diglutamate b' x = 4) (Karl Fischer)

Klorur Mhux iktar minn 0,2 %

Pyrrolidine carboxylic acid Mhux iktar minn 0,2 %

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E624 MONOAMMONIUM GLUTAMATE

Sinonimi Ammonium glutamate

Definizzjoni

Isem kimiku Monoidrat tal-Monoammonium L-glutamate

EINECS 231-447-1

Formula kimika C5H12N2O4 . H20

Piż molekulari 182,18

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 99,0 % u mhux iktar minn 101,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab kristallin abjad u prattikament bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għall-ammonju

B. Test posittiv għal aċidu glutamiku permezz ta' kromotografija ta' saff irqiq

Ċ. Rotazzjoni speċifika []D² Bejn + 25,4Ċ u + 26,4Ċ (soluzzjoni ta' 10% (bażi anidra) f'2N HCl, tubu ta' 200 mm)

D. pH ta' soluzzjoni ta' 5 % Bejn 6,0 u 7,0

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 0,5 % (50Ċ, 4 sigħat)

Irmied solfat Mhux iktar minn 0,1 %

Pyrrolidine carboxylic acid Mhux iktar minn 0,2 %

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E625 MAGNESIUM DIGLUTAMATE

Sinonimi Magnesium glutamate

Definizzjoni

Isem kimiku Monomagnesium di-L-glutamate tetrahydrate

EINECS 242-413-0

Formula kimika C10H16MgN2O8 . 4H20

Piż molekulari 388,62

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 95,0 % u mhux iktar minn 105,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab kristallin abjad jew abjad fil-griż u prattikament bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għall-manjeżju

B. Test posittiv għal aċidu glutamiku permezz ta' kromotografija ta' saff irqiq

Ċ. Rotazzjoni speċifika []D² Bejn + 23,8 u + 24,4 (soluzzjoni ta' 10% (bażi anidra) f'2N HCl, tubu ta' 200 mm)

D. pH ta' soluzzjoni ta' 10 % Bejn 6,4 u 7,5

Purità

Ilma Mhux iktar minn 24,0 % (Karl Fischer)

Klorur Mhux iktar minn 0,2 %

Pyrrolidine carboxylic acid Mhux iktar minn 0,2 %

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 626 AĊIDU GWANILIKU

Sinonimi Aċidu gwaniliku

Definizzjoni

Isem kimiku Guanosine-5' -monophosphoric acid

EINECS 201-598-8

Formula kimika C10H14N5O8P

Piż molekulari 363,22

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 97,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli bla kulur jew bojod bla riħa jew trab kristallin bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku

B. pH ta' soluzzjoni 0,25 % Bejn 1,5 u 2,5

Ċ. Spettrometrija Assorbiment massimu ta' soluzzjoni ta' 20 mg/l f'0,01N HCl f'256nm

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 1,5 % (120Ċ, 4 sigħat)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 627 DISODIUM GUANYLATE

Sinonimi Sodium guanylate, sodium 5'-guanylate

Definizzjoni

Isem kimiku Disodium guanosine-5'-monophosphate

EINECS 221-849-5

Formula kimika C10H12N5Na2O8P . xH2O (x = ca. 7)

Piż molekulari 407,19 (anidru)

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 97,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli bla kulur jew bojod bla riħa jew trab kristallin bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku u għas-sodju

B. pH ta' soluzzjoni ta' 5 % Bejn 7,0 u 8,5

Ċ. Spettrometrija Assorbiment massimu ta' soluzzjoni ta' 20 mg/l f'0,01N HCl f'256nm

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 25 % (120Ċ, 4 sigħat)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 628 DIPOTASSIUM GUANYLATE

Sinonimi Potassium guanylate, potassium 5'-guanylate

Definizzjoni

Isem kimiku Dipotassium guanosine-5'-monophosphate

EINECS 226-914-1

Formula kimika C10H12K2N5O8P

Piż molekulari 439,40

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 97,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli bla kulur jew bojod bla riħa jew trab kristallin abjad

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku u għall-potassju

B. pH ta' soluzzjoni ta' 5 % Bejn 7,0 u 8,5

Ċ. Spettrometrija Assorbiment massimu ta' soluzzjoni ta' 20 mg/l f'0,01N HCl f'256nm

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 5 % (120Ċ, 4 sigħat)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 629 CALCIUM GUANYLATE

Sinonimi Calcium 5'-guanylate

Definizzjoni

Isem kimiku Calcium guanosine-5'-monophosphate

Formula kimika C10H12CaN5O8P . nH2O

Piż molekulari 401,20 (anidru)

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 97,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab bojod jew abjad fil-griż bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku u għall-kalċju

B. pH ta' soluzzjoni 0,05 % Bejn 7,0 u 8,5

Ċ. Spettrometrija Assorbiment massimu ta' soluzzjoni ta' 20 mg/l f'0,01N HCl f'256nm

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 23,0 % (120Ċ, 4 sigħat)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 630 AĊIDU INOSINIKU

Sinonimi 5'-Inosiunic acid

Definizzjoni

Isem kimiku Inosine 5'-monophosphoric acid

EINECS

Formula kimika C10H13N4O8P

Piż molekulari 348,21

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 97,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab abjad jew bla kulur, bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku

B. pH ta' soluzzjoni 5 % Bejn 1,0 u 2,0

Ċ. Spettrometrija Assorbiment massimu ta' soluzzjoni ta' 20 mg/l f'0,01N HCl f'250nm

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 3,0 % (120Ċ, 4 sigħat)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 631 DISODIUM INOSINATE

Sinonimi Sodium Inosinate, sodium 5'-inosinate

Definizzjoni

Isem kimiku Disodium inosine 5'-monophosphate

EINECS

Formula kimika C10H11N4Na2O8P . H2O

Piż molekulari 392,17 (anidru)

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 97,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab abjad jew bla kulur, bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku u għas-sodju

B. pH ta' soluzzjoni 5 % Bejn 7,0 u 8,5

Ċ. Spettrometrija Assorbiment massimu ta' soluzzjoni ta' 20 mg/l f'0,01N HCl f'250nm

Purità

Telf fit-tnixxif Mhux iktar minn 28,5 % (Karl Fischer)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 632 DIPOTASSIUM INOSINATE

Sinonimi Potassium inosinate, potassium 5'-inosinate

Definizzjoni

Isem kimiku Dipotassium inosine- 5'-monophosphate

EINECS 243-652-3

Formula kimika C10H11K2N4O8P

Piż molekulari 424,39

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 97,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab abjad jew bla kulur, bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku u għall-potassju

B. pH ta' soluzzjoni 5 % Bejn 7,0 u 8,5

Ċ. Spettrometrija Assorbiment massimu ta' soluzzjoni ta' 20 mg/l f'0,01N HCl f'250nm

Purità

Ilma Mhux iktar minn 23,0 % (Karl Fischer)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 633 CALCIUM INOSINATE

Sinonimi Calcium 5'-inosinate

Definizzjoni

Isem kimiku Calcium inosine- 5'-monophosphate

Formula kimika C10H11CaN4O8P . nH2O

Piż molekulari 386,19 (anidru)

Assaġġ Kontenut ta' mhux inqas minn 97,0 % fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab abjad jew bla kulur, bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku u għall-kalċju

B. pH ta' soluzzjoni 0,05 % Bejn 7,0 u 8,0

Ċ. Spettrometrija Assorbiment massimu ta' soluzzjoni ta' 20 mg/l f'0,01N HCl f'250nm

Purità

Ilma Mhux iktar minn 23,0 % (Karl Fischer)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 634 CALCIUM 5'-RIBONUCLEOTIDE

Definizzjoni

Isem kimiku Calcium 5'-ribonucleotide huwa essenzjalment taħlita ta' calcium inosine-5'-monophosphate u calcium guanosine-5'-monophosphate

Formula kimika C10H11N4CaO8P . nH2O y C10H12N5CaO8P . nH2O

Assaġġ Kontenut taż-żewġ komponenti prinċipali mhux inqas minn 97,0 % u ta' kull komponent mhux inqas minn 47,0 % u mhux iktar minn 53 % f'kull każ fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab abjad jew kważi abjad, bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku u għas-sodju

B. pH ta' soluzzjoni ta' 5 % Bejn 7,0 u 8,0

Purità

Ilma Mhux iktar minn 23,0 % (Karl Fischer)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 635 DISODIUM 5'-RIBONUCLEOTIDE

Sinonimi Sodium 5'-inosinate

Definizzjoni

Isem kimiku Disodium 5'-ribonucleotide huwa essenzjalment taħlita ta' disodium inosine-5'-monophosphate u disodium guanosine-5'-monophosphate

Formula kimika C10H11N4O8P . nH2O u C10H12N5Na2O8P . nH2O

Assaġġ Kontenut taż-żewġ komponenti prinċipali mhux inqas minn 97,0 % u ta' kull komponent mhux inqas minn 47,0 % u mhux iktar minn 53 % f'kull każ fuq il-bażi anidra

Deskrizzjoni Kristalli jew trab abjad jew kważi abjad, bla riħa

Identifikazzjoni

A. Test posittiv għal ribose u għal fosfat organiku u għas-sodju

B. pH ta' soluzzjoni ta' 5 % Bejn 7,0 u 8,5

Purità

Ilma Mhux iktar minn 26,0 % (Karl Fischer)

Nucleotides oħra Ma jidhrux bil-kromotografija ta' saff irqiq

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 905 XAMA' MIKRO-KRISTALLIN

Sinonimi Xama' tal-pitrolju

Definizzjoni Xama' mikro-kristallin hija taħlita ta' idrokarboni solidi saturati, prinċipalment paraffina mifruq, miksub mill-pitrolju

Deskrizzjoni Xama' bejn bajda u kulur ambra, bla riħa

Identifikazzjoni

A. Solubilità Ma jinħallx fl-ilma, jinħal ftit fl-etanol

B. Indiċi rifrattiv nD 1,434-1,448

Purità

Piż molekulari Medja mhux inqas minn 500

Viskosità f'100Ċ Mhux inqas minn 1,1 . 10-5m2s-1

Residwu wara t-tqabbid Mhux iktar minn 0,1 %

Numru ta' karbonju f'punt ta' distillazzjoni ta' 5 % Mhux iktar minn 5 % ta' molekoli b'numru ta' karbonju inqas minn 25

Kulur Jgħaddi mit-test

Sulfur Mhux iktar minn 0,4 %

Arseniku Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 3 mg/kg

Komposti poliċikliċi aromatiċi L-idrokarboni poliċikliċi aromatiċi, miksubin permezz ta' estrazzjoni bid-dimethyl sulfoxide għandhom jissodisfaw il-limiti ta' assorbiment ultravjola li ġejjin nm Assorbiment massimu kull ċm tul tal-mogħdija 280-289 0,15 290-299 0,12 300-359 0,08 360-400 0,02

E 912 ESTERI TA' L-AĊIDU MONTAN

Definizzjoni Aċidi Montan u/jew l-esters b'ethylene glycol u/jew 1,3-butanediol u/jew glycerol

Isem kimiku Esters ta' l-aċidu Montan

Deskrizzjoni Taqxir, trab, granuli jew gerbub kważi bojod sa sofor

Identifikazzjoni

A. Densità (20Ċ) Bejn 0,98 u 1,05

B. Drop point Aktar minn 77Ċ

Purità

Valur ta' l-aċidu Mhux iktar minn 40

Gliċerol Mhux aktar minn 1 % (permezz ta' kromotografija tal-gas)

Polyols oħra Mhux aktar minn 1 % (permezz ta' kromotografija tal-gas)

Tipi oħra ta' xama' Ma jidhrux (permezz ta' differential scanning calorimetry u/jew infrared spetroscopy)

Arseniku Mhux iktar minn 2 mg/kg

Kromju Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 914 XAMA' TAL-POLIETILENI OSSIDAT

Definizzjoni Prodotti ta' rejazzjoni polari minn ossidazzjoni ħafifa ta' polietilene

Isem kimiku Polietilene ossidat

Deskrizzjoni Taqxir, trab, granuli jew gerbub kważi abjad

Identifikazzjoni

A. Densità (20Ċ) Bejn 0,92 u 1,05

B. Drop point Aktar minn 95Ċ

Purità

Valur ta' l-aċidu Mhux iktar minn 70

Viskosità f'120Ċ Mhux inqas minn 8,1 . 10-5 m2s-1

Tipi oħra ta' xama' Ma jidhrux (permezz ta' differential scanning calorimetry u/jew infrared spectroscopy)

Ossiġenu Mhux iktar minn 9,5 %

Kromju Mhux iktar minn 5 mg/kg

Ċomb Mhux iktar minn 2 mg/kg

E 950 ACESULFAME K

Il-kriterji ta' purità għal dan l-addittiv huma l-istess kif stabbiliti għal dan l-addittiv fl-Anness għad-Direttiva 95/31/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel.

E 951 ASPARTAM

E 953 ISOMALT

Il-kriterji ta' purità għal dan l-addittiv huma l-istess kif stabbiliti għal dan l-addittiv fl-Anness għad-Direttiva 95/31/KE, kif emendata bid-Direttiva 98/66/KE, li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel.

E 957 THAUMATIN

Il-kriterji ta' purità għal dan l-addittiv huma l-istess kif stabbiliti għal dan l-addittiv fl-Anness għad-Direttiva 95/31/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel.

E 959 NEOHESPERIDINE DIHYDROCHALCONE

Il-kriterji ta' purità għal dan l-addittiv huma l-istess kif stabbiliti għal dan l-addittiv fl-Anness għad-Direttiva 95/31/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel.

E 965 (i) MALTITOL

Il-kriterji ta' purità għal dan l-addittiv huma l-istess kif stabbiliti għal dan l-addittiv fl-Anness għad-Direttiva 95/31/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità dwar sustanzi li jagħtu ħlewwagħall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel.

E 965 (ii) XIROPP TAL-MALTITOL

Il-kriterji ta' purità għal dan l-addittiv huma l-istess kif stabbiliti għal dan l-addittiv fl-Anness għad-Direttiva 95/31/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel.

E966 LACTITOL

E 967 XYLITOL

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

[2] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 1.

[3] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1.

[4] ĠU L 55, ta' l-24.2.2001, p. 59.

[5] ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1.

[6] ĠU L 227, tat-30.10.2000, p. 1.

[7]