32001D0218



Official Journal L 081 , 21/03/2001 P. 0034 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta’ Marzu 2001

li jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu temporanjament miżuri addizzjonali kontra t-tixrid ta’ Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (pinewood nematode) fir-rigward ta’ żoni fil-Portugall, ħlief għal dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix

(notifikata bid-dokument numru C(2001) 692)

(2001/218/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KEE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1) Meta Stat Membru jqis li jkun hemm perikolu imminenti tal-introduzzjoni fit-territorju tiegħu ta’ Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al., (il-pine wood nematode (PWN)), minn Stat Membru ieħor, jista’ temporanjament jieħu kull miżura addizzjonali meħtieġa biex jipproteġi lilu nnifsu minn dak il-perikolu.

(2) Il-Portugall avża lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Ġunju 1999 li xi kampjuni ta’ siġar tal-arżnu li joriġinaw fit-territorju tiegħu kienu identifikati bħala li kienu nfestati bil-PWN. Rapporti komplementari provduti mill-Portugall jindikaw li aktar kampjuni ta’ siġar ta’ l-arżnu urew li kienu nfestati bih.

(3) L-Isvezja, fuq il-bażi tat-tagħrif imsemmi hawn fuq addottat fid-29 ta’ Settembru 1999, ċerti miżuri addizzjonali li jinkludi trattament speċjali bis-sħana u l-użu ta’ passaport tal-pjanti, għall-injam kollu li jitlaq mill-Portugall, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-protezzjoni kontra l-introduzzjoni tal-PWN mill-Portugall.

(4) Ma kienx possibbli s’issa li jew jiġi identifikat is-sors ta’ kontaminazzjoni minkejja elementi li jindikaw li l-materjal ta’ l-ippakkeġġar huwa x’aktar dan is-sors.

(5) Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2000/58/KE [2] awtorizzat lill-Istati Membri li temporanjament jieħdu miżuri addizzjonali kontra t-tixrid tal-PWN, fir-rigward ta’ żoni fil-Portugall, ħlief għal dawk fejn hu magħruf li ma jseħħx.

(6) Minn stima mill-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel (FVO) f’Mejju u f’Ottubru 2000 u minn tagħrif addizzjonali provdut mill-Portugall, jidher li s-sitwazzjoni fitosanitarja ittejbet bħala riżultat ta’ l-applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni. Iżda siġar li juru sinjali ta’ infestazzjoni bil-PWN xorta nstabu matul stħarriġ taż-żona fejn kien magħruf li kienet seħħet qabel.

(7) Fl-istħarriġ uffiċjali mwettaq mill-Istati Membri l-oħra fuq injam, qoxra tas-siġra iżolata tal-pjanti Abies Mill., Cedrus Trew, Larix Mill., Picea A. Dietr., Pinus L., Pseudotsuga Carr. u Tsuga Carr., li joriġinaw fil-pajjiżi tagħhom, ebda wieħed mill-kampjuni meħuda u analizzati ma ttestjaw pożittiv għall-preżenza ta’ PWN.

(8) Huwa għalhekk meħtieġ li l-Portugall ikompli jieħu l-miżuri speċifiċi. Jista’ wkoll ikon meħtieġ li l-Istati Membri l-oħra ikomplu jadottaw il-miżuri addizzjonali biex jipproteġu lilhom infushom.

(9) Il-miżuri ta’ hawn fuq għandhom jirreferu għal injam, qoxra tas-siġra iżolata u pjanti host fiż-żoni demarkati fil-Portugallu minn dawk iż-żoni għal żoni oħra fil-Portugall u fl-Istati Membri l-oħra.

(10) Huwa wkoll meħtieġ li l-Portugall jibqa’ jieħu l-miżuri biex jikkontrolla t-tixrid tal- PWN bil-għan ta’ l-erdikazzjoni.

(11) L-effett tal-miżuri ta’ l-emerġenza għandhom jiġu stmati kontiwament matul l-2001 u l-2002, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ tagħrif li għandu jiġi provdut mill-Portugall u mill-Istati Membri. Jekk ikun jidher ċar li miżuri ta’ emerġenza riferiti fid-Deċiżjoni preżenti ma jkunux biżżejjed biex jevitaw it-tixrid tal-PWN jew ma jkunux ġew imħarsa, aktar miżuri stretti jew miżuri alternattivi għandhom jiġu konsiderati.

(12) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

F’din id-Deċiżjoni

- "il-pine wood nematode (PWN)" tfisser Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al.,

- "injam u qoxra tas-siġra suxxettibbli" tfisser injam u qoxra tas-siġra iżolata tal-koniferi (Coniferales), ħlief għal dawk ta’ Thuja L.;

- "pjanti suxxettibbli" tfisser pjanti (ħief għal frott u żerriegħa) ta’ l-Abies Mill., Cedrus Trew, Larix Mill., Picea A. Dietr., Pinus L., Pseudotsuga Carr. u Tsuga Carr.

Artikolu 2

Sat-28 ta’ Frar 2002 il-Portugall għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet stipulata fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni jkunu mħarsa fir-rigward ta’ injam suxxettibbli, qoxra tas-siġar u pjanti, li jiġi mċaqalqa fi jew miż-żoni demarkati fil-Portugall u kif definiti skond l-Artikolu 5, jew għal żoni oħra fil-Portugall jew lejn Stati Membri oħra.

Il-kundizzjonijiet speċifikati fit-taqsima 1 ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni, għandhom jgħoddu biss għall-konsenji li jħallu ż-żoni demarkati fil-Portugall wara t-28 ta’ Frar 2001.

Artikolu 3

Stati Membri ta’ destinazzjoni ħlief għall-Portugall:

(a) jistgħu jissoġġettaw il-konsenji ta’ njam suxxettibbli, u qoxra ta-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli miż-żoni demarkati fil-Portugall u mċaqalqa fit-territorju tagħhom għall-ittestjar għall-preżenza ta’ PWN;

(b) jistgħu jiedu aktar passi xierqa biex iwettqu sorveljanza uffiċċjali dwar dawk il-konsenji, biex jiġi żgurat jekk ikunux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rilevanti speċifikati fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ uffiċċjali dwar il-PWN, fuq injam suxxettibbli u qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli li joriġinaw mill-pajjiż tagħhom, biex jistabbilixxu jekk ikunx hemm xi xhieda ta’ infestazzjoni mill-PWN.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, fejn ir-riżultati ta’ l-istħarriġ li għalih jipprovdi l-ewwel paragrafu juru l-ġrajja ta’ PWN f’żoni fejn qabel ma kienx hemm, dawn għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Novembru 2001.

Artikolu 5

Il-Portugall għandu jistabbilixxi żoni li fihom ikun magħruf li l-PWN ma jkunx seħħ, u żoni demarkati (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjħa żoni demarkati) magħrufa minn parti li fiha jkun magħruf li jkun seħħ il-PWN u parti oħra maħsuba bħala żona buffer ta’ mhux anqas minn 20 kilometru madwar dik il-parti, waqt li jingħata kont tar-riżultati ta’ l-istħarriġ riferit fl-Artikolu 4.

Il-Kummissjoni għandha tiġbor lista ta’ żoni li fihom ikun magħruf li l-PWN ma jkunx seħħ u tibgħat dik il-lista lill-Kunitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti lill-Istati Membri. Kull żona fil-Portugall li ma tkunx tagħmel parti mill-lista miġbura ta’ hawn fuq, għandha titqies li tkun linja demarkata.

Il-lista ta’ żoni riferita fl-ewwel sentenza u fit-tieni paragrafu għandha tiġi aġġustata mill-Kummissjoni skond ir-riżultati ta’ l-istħarriġ riferit fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 4 u għas-sejbiet notifikati skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sal-15 ta’ Diċembru 2001 l-aktar tard;

Artikolu 7

Id-Deċiżjoni 2000/58/KE hija b’dan imħassra b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Marzu 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 21, tas-26.1.2000, p. 36.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 2, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu mħarsa.

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet riferiti fil-punt 2 fil-każ ta’ ċaqlieq miż-żoni demarkati għal żoni fil-Portugall, ħlief għal żoni demarkati jew fi Stati Membri oħra ta’:

(a) pjanti suxxettibbli għandhom ikunu akkumpanjati b’passaport tal-pjanti imħejji u maħruġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE [1], wara:

- li l-pjanti jkunu ġew uffiċċjalment spezzjonati u misjuba ħielsa minn sinjali jew sintomi ta’ PWN u

- li ebda sintomi ta’ PWN ma jkunu ġew osservati fil-post ta’ produzzjoni jew fil-viċinanza mmedjata mill-bidu ta’ l-aħħar ċiklu sħiħ ta’ veġetazzjoni;

(b) injam suxxettibbli u qoxra iżolata tas-siġar, ħlief għal injam fil-forma ta’:

- bċejjeċ, partikoli, fdal jew skart ta’ l-injam miksub kollu kemm hu jew f’parti minnu minn dawn il-koniferi,

- kaxxi ta’ l-ippakkjar, kaxxi oħra jew tankijiet,

- pallets, pallets tal-kaxxi jew injam ieħor għat-tagħbija,

- dunnage, spacers u bearers,

iżda nkluż dak li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, għandu jkun akkumpanjat bil-passaport tal-pjanti riferit fil-punt 1(a), wara li l-injam jew il-qoxra iżolata tas-siġar tkun għaddiet mit-trattament xieraq tas-sħana biex tinkiseb temperatura minima fil-qalba ta’ l-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta biex jiġi żgurat il-ħelsien minn PWNs ħajjin;

(ċ) injam suxxettibbli fil-forma ta’ bċejjeċ, partikoli, fdal jew skart ta’ l-injam miksub kollu kemm hu jew f’parti minnu minn dawn il-koniferi għandu jkun akkumpanjat mil-imsemmi passport tal-pjanti wara li jkun għadda minn trattament xieraq ta’ fumigazzjoni biex jiġi żgurat ħelsien minn PWNs ħajjin;

(d) injam suxxettibbli fil-forma ta’ dunnage, spacers u bearers, inkluż dak li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu għandu:

- jitqaxxar mill-qoxra tiegħu,

- ikun ħieles minn toqob tad-dud li jkunu akbar minn dijametru ta’ 3 mm,

- ikollu kontenut ta’ umdità espress bħala perċentwali ta’ materjal niexef ta’ anqas minn 20 % miksub fiż-żmien tal-manifattura;

(e) injam suxxettibbli, fil-forma ta’ kaxxi ta’ l-ippakkjar, kaxxi, kaxxi oħra, tankijiet u pakkeġġar simili, pallets, kaxxi tal-pallets u njam ieħor għat-tgħabija, pallet collars, sew jekk ikunu wżat fil-ġarr ta’ oġġetti ta’ kull xorta sew jekk le għandhom jgħaddu minn jew trattament xieraq bis-sħana biex tinkiseb temperatura minima fil-qalba ta’ l-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta, trattament bil-pressa (impregnated), jew fumigazzjoni biex jiġi żgurat ħelsien minn PWNs ħajjin jew ikunu juri mmarkar ta’ trattament approvat uffiċjalment li jkun jippermetti l-identifikazzjoni ta’ fejn u minn min ikun twettaq it-trattament jew ikunu akkumpanjati mill-imsemmi passaport tal-pjanti li jkun jagħti xhieda tal-miżuri mwettqa.

2. Fil-każi ta’ ċaqlieq f’żoni demarkati fil-Portugall:

(a) pjanti suxxettibbli:

- imkabbra f’postijiet ta’ produzzjoni fejn ebda sintomi ta’ PWN ma jkunu ġew osservati, jew fil-viċinanza mmedjata mill-bidu ta’ l-aħħar ċiklu sħiħ ta’ veġetazzjoni u misjuba ħielsa minn sinjali jew sintomi ta’ PWN matul spezzjonijiet uffiċjali, għandhom ikunu akkumpanjati mill-imsemmi passaport tal-pjanti meta jiċċaqalqu mill-post ta’ produzzjoni,

- imkabbra f’postijiet ta’ produzzjoni fejn sintomi tan-nematode ta’ injam ta’ l-arżnu ikun ġie osservat, jew fil-viċinanza mmedjata tagħhom, mill-bidu ta’ l-aħħar ċiklu sħiħ ta’ veġetazzjoni jew identifikat bħala infestat min-nematode ta’ njam ta’ l-arżnu m’għandhom jiġu mċaqalqa mill-post ta’ produzzjoni u għandhom jiġu distrutti bili jinħarqu,

- imkabbra f’postijiet bħal foresti, ġonna pubbliċi jew privati li huma jew indikati bħala nfetati min-nematode ta’ njam ta’ l-arżnu, jew li juru xi sinjali ta’ mard jew li jkunu jinsabu f’żoni ta’ salvataġġ, għandhom:

- jekk identifikati matul iż-żmien mill-1 ta’ Novembru sa l-1 ta’ April, jitwaqqu f’dak iż-żmien, jew

- jekk identifikati matul iż-żmien mit-2 ta’ April sal-31 ta’ Ottubru, jitwaqqgħu minnufih u

- jekk lokati fil-parti ta’ żoni markati maħsuba bħala żoni buffer skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, ittestjati għall-preżenza ta’ PWN. Jekk il-preżenza tiġi konfermata d-delimitazzjoni ta’ żoni demarkati għandha tinbidel skond dan;

(b) matul iż-żmien mill-1 ta’ Novembru sa l-1 ta’ April, injam suxxettibbli fil-forma ta’ njam tond jew injam isserrat, bil-qoxra jew mingħajra, inkluż dak li ma jkunx inżamm fl-istat naturali tond tiegħu:

(i) miksub minn siġar identifikat bħala nfestati bil-PWN, jew li jkun jinsab f’żoni ta’ salvataġġ, jew li juri xi sinjali ta’ mard, għandu qabel it-2 ta’ April jew ikun:

- jiġi distrutt billi jinħaraq bil-kontroll uffiċċjali f’postijiet adattati, jew

- jiġi mċaqlaq bil-kontroll uffiċjali lejn jew:

- impjant ta’ l-ipproċessar biex jitqatta bċejjeċ u jiġi utilizzat f’dan l-impjant, jew

- f’impjant industrijali għall-użu bħala injam karburant f’dan l-impjant, jew

- impjant ta’ l-ipproċessar, meta l-injam għandu jew jiġi:

- ittarattat bis-sħana b’mod li tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’ l-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta, jew

- imqatta’ bċejjeċ u fumigat biex jiġi żgurat ħelsien minn PWNs ħajjin;

(ii) miksub minn siġar oħra ħlief għal dawk riferiti fis-subparagrafu (i) għandu jew:

jiġi ttestjat uffiċjalment għall-preżenza ta’ PWN u ta’ Monochamus spp.; jekk il-preżenza tiġi konfermata l-injam għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet riferiti fl-(i); jekk ma jkunx hemm dik il-preżenza, l-injam jista’ jiġi mċaqlaq taħt il-kontroll uffiċjali ta’ l-impjant ta’ l-ipproċessar għal aktar użu bħala njam għall-bini, jew permezz ta’ deroga mċaqlaq f’żoni fil-Portugall, ħlief għal żoni demarkati, taħt il-kontroll uffiċċjali ta’ mpjanti approvati ta’ pproċessar notifikati lill-Kummissjoni, fejn l-injam, fiż-żmien bejn l-1 ta’ Novembru u l-1 ta’ April, għandu jew jiġi:

- ittrattat bis-sħana b’mod li tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’ l-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta. Aktar ċaqlieq ta’ dan l-injam ittrattat bis-sħana huwa permess meta l-injam ikun akkumpanjat mill-imsemmi passaport tal-pjanti, jew

- imqatta’ bċejjeċ u fumigat biex jiġi żgurat ħelsien minn PWNs ħajjin; Aktar ċaqlieq ta’ dan l-injam fumigat huwa permess meta l-injam ikun akkumpanjat bl-imsemmi passaport tal-pjanti, jew

- imqatta’ bċejjeċ u wżat għal għanijiet industrijali f’dan l-impjant, jew

- imċaqlaq taħt il-kontroll uffiċċjali ta’ l-impjant ta’ l-ipproċessar, fejn l-injam għandu jew jiġi:

- ittarattat bis-sħana b’mod li tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’ l-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta, jew

- imqatta’ bċejjeċ u fumigat biex jiġi żgurat ħelsien minn nematodes ħajjin ta’ l-injam ta’ l-arżna, jew

- imqatta’ bċejjeċ u wżat għal għanijiet industrijali;

(ċ) matul iż-żmien mit-2 ta’ April sal-31 ta’ Ottubru, injam suxxettibbli fil-forma ta’ njam tond jew injam isserrat, bil-qoxra jew mingħajra, inkluż dak li ma jkunx inżamm fl-istat naturali tond tiegħu:

(i) miksub minn siġar identifikat bħala nfestati bil-PWN, jew li jkun jinsab f’żoni ta’ salvataġġ, jew li juri xi sinjali ta’ mard, għandu jew:

- jiġi distrutt minnufih billi jinħaraq taħt il-kontroll uffiċjali f’postijiet adattati, jew

- minnufih imqaxxar mill-qoxra f’postijiet adattati barra l-foresta qabel ma jiġi mċaqlaq taħt il-kontroll uffiċjali lejn postijiet ta’ ħażna fejn l-injam jiġi ttrattat b’insettiċida adattat jew li jkollu l-faċilitajiet ta’ ħażna mxarrba adattata u approvata, disponibbli ta’ l-anqas matul il-perijodu msemmi hawn fuq, bil-ħsieb ta’ aktar ċaqlieq lejn impjant industrijali:

- biex jiġi minnufih imqatta’ fi bċejjeċ u wżat għal għanijiet industrijali, jew

- għall-użu minnufih bħala injam karburant f’dan l-impjant, jew

- jiġi minnufih ittrattat bis-sħana b’mod li tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’ l-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta, jew

- biex jiġi minnufih imqatta’ fi bċejjeċ u fumigat biex jiġi żgurat ħelsien minn PWNs ħajjin;

(ii) miksub minn siġar oħra ħlief għal dawk riferiti fil-(i) għandu minnufih jitqaxxar mill-qoxra fil-post fejn jitwaqqa’ jew fil-viċinanza mmedjata u għandu jew:

- jiġi ttestjat għall-preżenza ta’ PWN u ta’ Monochamus spp.; jekk il-preżenza tiġi konfermata l-injam għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet riferiti fil-(i); jekk il-preżenza ma tiġix konfermata, l-injam jista’ jiġi mċaqlaq taħt il-kontroll uffiċjali ta’ impjant ta’ l-ipproċessar għal aktar użu bħala njam għall-bini jew

- imċaqlaq taħt il-kontroll uffiċjali lejn impjant fejn l-injam għandu jew jiġi:

- imqatta’ bċejjeċ u wżat għal għanijiet industrijali, jew

- ittarattat bis-sħana b’dak il-mod li tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’ l-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta, jew

- imqatta’ bċejjeċ u fumigat biex jiġi żgurat ħelsien minn PWNs ħajjin;

(d) qoxra tas-siġar suxxettibli għandha;

- tiġi distrutta billi tinħaraq jew tintuża bħala karburanti f’impjant industrijali ta’ ipproċessar, jew

- ittrattat bis-sħana b’dak il-mod li tintlaħaq temperatura mal-qoxra kollha ta’ 56 °C għal 30 minuta, jew

- fumigata biex jiġi żgurat ħelsien minn PWNs ħajjin;

(e) injam suxxettibli taħt għamla ta’ skart prodotti hekk kif jitwaqqgħu, għandhom ikunu maħruqa f’postijiet xierqa taħt kontroll uffiċjali:

- matul iż-żmien mill-1 ta’ Novembru sa l-1 ta’ April, f’dak iż-żmien, jew

- matul iż-żmien mit-2 ta’ April sal-31 ta’ Ottubru, minnufih;

(f) injam suxxettibbli, fil-forma ta’ skart prodott matul l-ipproċessar ta’ l-injam, għandu jew jiġi maħruq minnufih f’postijiet addattati taħt kontroll uffiċċjali, jew użat bħala karburant f’impjant ta’ l-ipproċessar jew fumigat biex jiġi żgurat ħelsien minn PWNs ħajjin;

(g) injam suxxettibbli, fil-forma ta’ kaxxi ta’ l-ippakkjar, kaxxi, kaxxi oħra, tankijiet u ppakkjar simili, pallets, palletts tal-kaxxi u njam ieħor għat-tgħabija, pallet collars, dunnage, spacers u bearers, inkluż dak li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu għandu:

- jitqaxxar mill-qoxra tiegħu,

- ikun ħieles minn toqob tad-dud li jkunu akbar minn dijametru ta’ 3 mm,

- ikollu kontenut ta’ umdità espress bħala perċentwali ta’ materjal niexef ta’ anqas minn 20 % miksub fiż-żmien tal-manifattura;

[1] ĠU L 4, tat-8.1.1993, p. 22.

--------------------------------------------------