32000R1564



Official Journal L 180 , 19/07/2000 P. 0005 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2000

tat-18 ta' Lulju 2000

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' xi prodotti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana Komuni, kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jipprovdi regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew f'parti bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu man-negozju fil-prodotti.

(3) Bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda fl-Anness mar-Regolament presenti għandhom jiġu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM murija fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet miġjuba fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi ta' verifiki doppji u għas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva tal-prodotti tat-tessuti dwar l-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni dwar it-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri għall-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-nomenklatura magħquda u li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew (KE) Nru 955/1999 [4], għal perjodu ta' 60 ġurnata mid-detentur.

(5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda mehmuża huma klassifikati fi ħdan in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet NM murija fil-kolonna 2 ta' l-iskeda msemmija.

L-Artikolu 2

Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi ta' verifika doppja u għas-sorveljanza tal-Komunità minn qabel u retrospettiva tal-prodotti tat-tessuti ma' l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni dwar it-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' 60 ġurnata.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 144, tas-17.6.2000, p. 6.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

1.Ingwanta ta' materjal tal-qoton maħdum bil-labar, li l-wiċċ ta' barra tiegħu huwa miksi bil-gomma naturali (latex).Din l-ingwanta hija għall-użu domestiku.(Ara r-ritratt Nru 602) | 61161020 | Il-klassifikazzjoni tiġi determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(a) tal-Kapitolu 40, in-Nota 7 tat-Taqsima XI, in-Nota 4(a) tal-Kapitolu 59, in-Nota 1 tal-Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi NM 6116, 611610 u 61161020. Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni HS tat-Titli 4015 u 4016. Minħabba li jiġi meqjus li t-toqol tal-materjal miksi li minnu hija magħmula l-ingwanta ma jaqbiżx 1500 g/m2, din l-ingwanta għandha tiġi kklassifikata bħala ingwanta maħduma bil-labar taħt it-titolu 6116. |

2.Oġġett tessili maħdum: ilqugħ tax-xemx fil-forma ta' ras ta' qattus stilizzata bil-kantunieri għat-tond, ta' qies ta' madwar 44 ċm x 39 ċmIl-prodott huwa magħmul minn materjal bin-nisġa magħluqa trasparenti bi stampa ta' qattus, imġebbed u bil-punti f'qafas tal-wajer flessibbli. Fin-nofs tal-materjal hemm suction pad tal-plastik li permezz tagħha l-ilqugħ ikun jista' jitwaħħal malħġieġ tat-tieqa.(Oġġetti maħduma oħrajn)(Ara r-ritratt Nru 596) | 63079010 | Il-klassifikazzjoni tiġi determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 7(e) tat-Taqsima XI, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 u l-kliem tal-kodiċi NM 6307, 630790 u 63079010. Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat taħt it-titolu Nru 8708, "partijiet u aċċessorji ta' vetturi", minħabba li l-forma tagħha tiksi biss parti partikolari waħda minn tieqa u għaldaqstant mhix tajba għall-użu biss jew prinċiparjament tal-artikli tal-Kapitoli 86, 87 jew 88. Ma taqax taħt it-titoli Nri 6303 u 6304 għaliex la għandha blind interjuri u lanqas fitting interjuri. |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------