32000D0684



Official Journal L 283 , 09/11/2000 P. 0036 - 0036


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni

tat-12 ta' Ottubru 2000

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, minn naħa l-oħra

(2000/684/KE, KEFA, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 44(1), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 308 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabblixxi il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill bis-saħħa ta' l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat konsultattiv KEFA u bil-kunsens tal-Kunsill,

Billi:

(1) Il-Ftehim tas-Sħubija u Koperazzjoni u l-Istati Membri taghħom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq l-oħra [2], li daħal fis-seħħ fl-1 Lulju 1998, jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-oġġettivi tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fir-rigward tal-Moldova.

(2) Billi l-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni kien iffirmat qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea biex jinkludi l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, kien iffirmat Protokoll fil-15 ta' Mejju 1997 biex jinkludi it-tliet Stati Membri f'dak il-Ftehim.

(3) Intlaħaq ftehim bejn il-partijiet, fuq l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Istati Membri kollha ħlief għall-Awstrija, l-Isvezja, il-Fillandja, id-Danimarka u l-Portugall.

(4) Il-firmatarji kollha tal-Protokoll issa rratifikawh,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim tas-Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa u r-Repubblika tal-Moldova fuq l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni,

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità Ewropea, jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 4 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussel, it-12 ta' Ottubru 2000.

Għall-Kunsill

Għall-Kummissjoni

H. Védrine

Il-President

Il-President

R. Prodi

[1] ĠU C 286, 22.9.1997, p. 82

[2] ĠU L 181, 24.6.1998, p. 3

--------------------------------------------------