31999L0018



Official Journal L 097 , 12/04/1999 P. 0082 - 0097


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

1999/18/KE

tat-18 ta' Marzu 1999

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE dwar il-fanali taċ-ċpar ta' quddiem għall-vetturi bil-mutur u l-bozoz bil-filament għal dawn il-fanali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li ikkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li ikkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li ikkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem għall-vetturi bil-mutur u l-bozoz bil-filament għal dawn il-fanali [3], kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari Artikolu 10 tagħha,

(1) Billi d-Direttiva 76/762/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KE li ġiet stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE; billi, b'konsekwenza, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi, l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għad-Direttiva 76/762/KEE;

(2) Billi, b'mod partikolari, Artikolu 3(4) u Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkollha anness magħha dokument ta' informazzjoni u wkoll ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq Anness VI mad-Direttiva 70/156/KEE sabiex l-approvazzjoni tat-tip tista' tiġi komputerizzata; billi ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip li hemm previst fid-Direttiva 76/762/KEE għandu jiġi emendat kif xieraq;

(3) Billi l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati sabiex tinżamm l-ekwivalenza maħsuba minn Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE bejn xi Direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjoni Uniti (UN-ECE), meta dawk ir-regolamenti huma emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 76/762/KEE għandhom jiġu mibdula b'dawk tar-Regolament UN-ECE Nru 19 permezz ta' cross-reference;

(4) Billi hu neċessarju li jiġi assigurat li l-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5] u fid-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE [6], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kumissjoni 1999/17/KE [7], huma sodisfatti;

(5) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/762/KEE hi emendata kif ġej:

1. It-titolu hu sostitwit b'li ġej:

"dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem għall-vetturi bil-mutur."

2. F'Artikolu 1, il-paragrafu 1 hu sostitwit b' li ġej:

"1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għal kwalunkwe tip ta' fanal taċ-ċpar ta' wara li jissodisfa l-ħtiġiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar fl-Anessi rilevanti."

3. F'Artikolu 2, l-ewwel pragrafu hu sostitwit b' li ġej:

"L-Istati Membri għandhom, għal kul tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem li huma japprovaw skond Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta' approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent konformi mal-mudell muri f'Appendiċi 3 ta' Anness I."

4. Artikolu 4 hu sostitwit b' li ġej:

"Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin, permezz tal-proċeduri speċifikati f'Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b'kull approvazzjoni li jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva,"

5. Artikolu 9 hu sostitwit b' li ġej:

"Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba biex tintuża fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, ħlief għal vetturi li jimxu fuq il-linji u tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-makkinarju mobbli kollu."

6. L-Annessi huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-publikazzjoni tat-testi msemmija f'Artikolu 3 hi ttardjata iktar mill-1 ta' April 1999, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi, l-Istati Membri ma jistgħux għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem:

- jirrifjutaw li jagħtu approvazjoni tat-tip KE jew approvazzjoni ta' tip nazzjonali, fir-rigward ta' tip ta' vettura jew tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' fanali taċ-ċpar ta' quddiem,

basta li l-fanali taċ-ċpar ta' quddiem jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/762/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, u li, sa fejn il-vetturi huma konċernati, huma stallati skond il-ħtiġiet stipulati mid-Direttiva 76/756/KEE.

2. Mill-1 ta' April 2000 l-Istati Membri:

- m' għandhomx iktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal kwaluhkwe tip ta' vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem, u għal kwalunkwe tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/762/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

3. Mill-1 ta' April 2001 il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/762/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem bħala komponenti, kif emendati minn din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli għall-iskopijiet ta' Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, għall-iskopijiet tal-partijiet ta' tibdil, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE ta' fanali taċ-ċpar ta' quddiem, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom, skond il-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 76/762/KEE bata li dawn il-fanali taċ-ċpar ta' quddiem:

- huma maħsuba li jitwaħħlu ma' vetturi diġà użati, u

- jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba.

Artikolu 3

Il-paragrafi u l-annessi tar-Regolament Nru 19 tal-UN-ECE, msemmija fil-punt 1 ta' Anness II, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-1 ta' April 1999.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Ottubru 1999; madanakollu, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija f'Artikolu 3 hi ttardjata iktar mill-1 ta' April 1999, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' din l-obbligazzjoni sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija f'Artikolu 3 hi ttardjata iktar mil-1 ta' April 1999, minn sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawk it-testi.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25.

[3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 122.

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 1.

[5] ĠU L 171, tat-30.6.1997, p. 1.

[6] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 96.

[7] Ara paġna 45 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

LISTA TA' L-ANNESSI

ANNESS I: | Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 1: | Dokument ta' informazzjoni |

Appendiċi 2: | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 3: | Mudelli tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponenti |

ANNESS II: | Ħtiġiet tekniċi |

ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT

1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent skond Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

1.2. Mudell għad-dokument ta' informazzjoni hu mogħti f'Appendiċi 1.

1.3. Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip:

1.3.1. żewġ kampjuni, mgħammra bil-fanal jew il-fanali rakkomandati;

1.3.2. għat-test tal-materjal tal-plastik li minnhom huma magħmula l-lentijiet:

1.3.2.1 tlettax-il lenti;

1.3.2.1.1. sitta minn dawn il-lentijiet jistgħu jiġu mibdula b'sitt kampjuni ta' materjal mill-inqas 60 mm × 80 mm fid-daqs, li jkollhom wiċċ ċatt jew imżaqqaq ’il barra u area sostanzjalment ċatta (ir-radius tal-kurvatura mhux inqas minn 300 mm) fin-nofs li hi mill-inqas 15 mm × 15 mm);

1.3.2.1.2. kull lenti ta' din ix-xorta jew kampjun ta' materjal għandha tiġi prodotta bil-metodu li jkun se jintuża fil-produzzjoni tal-massa;

1.3.2.2. riflettur li miegħu jistgħu jiġu mqabbda l-lentijiet skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

1.3.3. Il-karatteristiċi tal-materjali li minnhom huma magħmulin il-lentijiet u l-kisi, jekk ikun hemm, għandu jkollhom magħhom ir-rapport tat-test fuq dawn il-materjali u l-kisi jekk dan ikun sar diġà.

2. IL-MARKI

2.1. Il-mezzi sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għandu jkollhom:

2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur;

2.1.2. fil-każ ta' fanali b'sorsi tad-dawl sostitwibbli: it-tip(i) ta' bozza bil-filament preskritt;

2.1.3. fil-każ ta' fanali bis-sorsi tad-dawl li mhumiex sostitwibbli: il-vultaġġ u l-wattage nominali.

2.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jarmi d-dawl, jew ma wieħed mill-uċuh li jarmu d-dawl, tal-mezzmezz. Għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz hu mwaħħal mal-vettura.

2.3. Kull mezz għandu jkollu biżżejjed spazju għall-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent. Dan l-ispazju għandu jintwera fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1.

3. L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT

3.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip KE skond Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

Nota:

Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jżomm Stat Membru milli jipprojibixxi l-kombinazzjoni ta' headlamp li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik approvat taħt din id-Direttiva u mezz mekkaniku li jnaddaf il-headlamps (bil-wipers).

3.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip KE jinsab f'Appendiċi 2.

3.3. Numru ta' l-approvazzjoni konformi ma’ Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat lil kull tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem approvat. L-istess Stat Membru m'għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem.

3.4. Meta l-approvazzjoni ta' tip KE ta' komponent hi mitluba għal tip ta' mezz ta' dawl jew ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal taċ-ċpar ta' quddiem u fanali oħrajn, numru wieħed ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent jista’ jiġi assenjat basta li l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jikkonforma mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u kull wieħed mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li għalihom l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent hi mitluba jikkonforma mad-Direttiva separata li tapplika għalih.

4. MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT

4.1. Flimkien mal-marki msemmija fil-punt 2.1., kull fanal taċ-ċpar ta' quddiem li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent.

4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti f:

4.2.1. rettangolu madwar l-ittra "e" u warajh in-numru jew l-ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1 għall-Ġermanja

2 għal Franza

3 għall-Italja,

4 għall-Olanda,

5 għall-Isvezja

6 għall-Belġju

9 għal Spanja

11 għar-Renju Unit

12 għall-Awstrija

13 għal-Lussemburgu

17 għall-Finlandja

18 għad-Danimarka

21 għall-Portugal

23 għall-Greċja

IRL għall-Irlanda;

4.2.2. qrib ir-rettanglu "in-numru bażi ta' l-approvazzjoni" li jinsab fis-sezzjoni 4 tan-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmi f'Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, b'żewġ figuri quddiemu li juru n-numru ta' sekwenza mogħti lill-iktar emenda teknika riċenti tad-Direttiva 76/762/KEE fid-data li fiha kienet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip KE. F'din id-Direttiva in-numru ta' sekwenza hu 02;

4.2.3. simboli oħra kif ġej:

4.2.3.1. l-ittra "B";

4.2.3.2. fuq il-fanali taċ-ċpar ta' quddiem li jinkorporaw lenti ta' materjal tal-plastik il-grupp ta' l-ittri "PL" li għandhom jiġu mwaħħla ħdejn is-simbolu preskritt fil-paragrafu hawn fuq

4.2.3.3. fi kwalunkwe każ il-mod rilevanti ta' operazzjoni użat matul il-proċedura tat-test skond il-paragrafu 1.1.1.1. ta' Anness 4 [1] u l-vultaġġi permessi skond il-paragrafu 1.1.1.2. ta' Anness 4 [2] għandhom jiġu stipulati fuq iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fil-punt 3.2.

Fil-każijiet korrispondenti il-mezz għandu jiġi mmarkat kif ġej:

Fuq unitajiet li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva li huma iddisinjati b'mod li l-filament(i) ta' funzjoni waħda ma jkunx mixgħul flimkien ma’ dawk ta' xi funzjoni li magħha tista’ tkun reċiprokament inkorporata, (/) għandha titqiegħed daqqa djagonali wara s-simbolu fil-marka ta' l-approvazzjoni ta' din il-funzjoni.

Madanakollu, jekk il-fanal taċ-ċpar ta' quddiem u l-fanal passanti biss ma jinxtegħelux flimkien, id-daqqa djagonali għandha titqiegħed wara l-fanal taċ-ċpar, bis-simbolu jitqiegħed jew separatament jew fl-aħħar ta' kombinazzjoni ta' simboli.

Fuq unitajiet li jissodisfaw l-ħtiġiet ta' Anness 4 [3] biss meta forniti b'vultaġġ ta' 6 V jew 12-il V, għandu jitqiegħed simbolu li jikkonsisti fin-numru 24 maqtugħ b'salib djagonali (x) ħdejn il-holder tal-fanal bil-filament. L-inkorporazzjoni tal-fanal reċiproku tal-fanal bid-dawl passanti u l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jekk possibbli jekk hu konformi mad-Direttiva 76/756/KEE.

4.3. Il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għandha tkun imwaħħla mal-lenti tal-fanal jew ma’ waħda mill-lentijiet b'tali mod li ma titħassarx u tkun tista’ tinqara b'mod ċar anke meta l-fanali huma mwaħħla mal-vettura.

4.4. L-Arranġament tal-marka ta' l-approvazzjoni.

4.4.1. Fanali indipendenti:

Eżempji tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent huma mogħtija fil-Figura 1 ta' Appendiċi 3.

4.4.2. Fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati:

4.4.2.1. Meta jinħareġ numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent, skond il-punt 3.4 hawn fuq, għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal taċ-ċpar ta' quddiem u fanali oħrajn, tista’ tiġi mwaħħala marka waħda ta' approvazzjoni għat-tip KE ta' komponent, u li tikkonsisti f’:

4.4.2.1.1. rettangolu madwar l-ittra "e" u warajh in-numru jew l-ittri li jiddistingwu l-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip (ara l-punt 4.2.1);

4.4.2.1.2. in-numru bażi ta' l-approvazzjoni (ara l-punt 4.2.2., l-ewwel nofs sentenza);

4.4.2.1.3. jekk hemm bżonn, il-vleġġa meħtieġa, sa fejn din għandha x'taqsam mal-muntaġġ sħiħ tal-fanal.

4.4.2.2. Din il-marka tista’ tinstab kullimkien fuq il-fanali li huma raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati, sakemm:

4.4.2.2.1. tkun tidher wara l-istallazzjoni tal-fanali;

4.4.2.2.2. ebda komponenti li jittrażmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa fl-istess ħin il-marka ta' l-approvazzjoni.

4.4.2.3. Is-simbolu ta' identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li konformi magħha kienet inagħtat l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent, flimkien man-numru tas-sekwenza (ara l-punt 4.2.2, it-tieni nofs sentenza) u, fejn meħtieġ, l-ittra "D" u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

4.4.2.3.1. jew fuq il-wiċċ approprjat li jarmi d-dawl;

4.4.2.3.2. jew fi grupp, b'tali mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati jista’ jiġi identifikat b'mod ċar.

4.4.2.4. Id-dimensjonijiet tal-komponenti ta' din il-marka m’ħandhomx ikunu inqas mid-dimensjonijiet minimi għal marki individwali speċifikati mid-Direttivi varji li konformi magħhom kienet mogħtija l-approvazjoni tat-tip KE ta' komponent.

4.4.2.5. Eżempji ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għal fanal li hu raggruppat, kombinat jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali oħrajn huma mogħtija fl-Appendiċi 3, il-Figura 2.

4.4.3. Fanali reċiprokament inkorporati ma’ fanali oħrajn, li l-lenti tagħhom tista’ wkoll tintuża għal tipi oħrajn ta' headlamps:

4.4.3.1. id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-punt 4.4.2. fuq għandhom japplikaw;

4.4.3.2. barra minn hekk, meta tintuża l-istess lenti, din jista’ jkollha marki ta' l-approvazzjoni differenti li għandhom x'jaqsmu mat-tipi differenti ta' headlamps jew unitajiet ta' fanali, sakemm il-qafas ewlieni tal-headlamp, anke jekk ma jistax jinfired mil-lenti, jinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-punt 2.3 hawn fuq u jkollu l-marki ta' l-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali;

4.4.3.3. jekk tipi differenti ta' headlamps jinkludu l-istess qafas ewlieni, ta' l-aħħar jista’ jkollu l-marki ta' l-approvazzjoni differenti.

4.4.3.4. Eżempji ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għal fanali nkorporati ma’ headlamp huma mogħtija fil-Figura 3 ta' Appendiċi 3.

5. MODIFIKI TAT- TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ ta' modifiki fl-approvazzjoni tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id- dispożizzjonijiet ta' Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1 Bħala regola ġenerali, għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni skond id-dispożizzjonijiet imniżżla f'Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2. B'mod partikolari, it-testijiet imwettqa skond il-punt 2.3.5. ta' Anness X tad- Direttiva 70/156/KEE huma dawk preskritti fil-punt 3 ta' Anness 5 u f'Anness 6, u l-kriterji li għandhom jintużaw fl-għażla tal-kampjuni għat-testijiet imsemmija fil-punti 2.4.2. u 2.4.3. ta' Anness X huma dawk f’Anness 7 tad-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' Anness II ma’ din id-Direttiva.

6.3. Normalment, l-ispezzjonijiet awtoriżżati mill-awtorità ta' l-approvazzjoni għandhom isiru darba kull sentejn.

Appendiċi 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 3

EŻEMPJI TAL-MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT

+++++ TIFF +++++

Figura 1a

+++++ TIFF +++++

Figura 1b

Il-mezz li jkollu l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent murija hawn fuq huwa fanal taċ-ċpar ta' quddiem, li t-tip tiegħu ġie approvat fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 147 1.

Il-Figura 1a turi li l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik u li ma jistax jinxtegħel fl-istess ħin ma' xi fanal ieħor li miegħu jista' jkun reċiprokament inkorporat.

Il-Figura 1b turi li l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jista' jinxtegħel fl-istess ħin ma' xi fanal ieħor li miegħu jista' jkun reċiprokament inkorporat.

+++++ TIFF +++++

Figura 2Immarkar simplifikat ta' fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati meta żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess assemblaġġ(Il-linji wieqfa u mimduda jiskematiżżaw il-forma tal-mezz ta' sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn m'humiex parti mill-marka ta' l-approvazzjoni)MUDELL A

+++++ TIFF +++++

MUDELL B

+++++ TIFF +++++

MUDELL Ċ

+++++ TIFF +++++

MUDELL D

Nota:

L-erba' eżempji ta' marki ta' l-approvazzjoni, il-mudelli A, B, Ċ u D jirrappreżentaw erba' alternattivi possibbli għall-immarkar ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew iktar jagħmlu parti mill-istess unità fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati. Din il-marka ta' approvazzjoni turi li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7120 u jinkludi:

Headlamp A approvat skond l-Anness II mad-Direttiva 76/758/KEE, sekwenza Nru 02, għall-installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug:

Headlamp (HCR) b'dawl passanti diżinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug u dawl għas-sewqan b'intensità massima bejn 86250 u 101250 kandela (kif indikat min-numru 30) approvat skond l-Anness V mad-Direttiva 76/761/KEE, sekwenza Nru 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL);

Fanal taċ-ċpar ta' quddiem (B) approvat skond id-Direttiva 76/762/KEE, Nru tas-sekwenza 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL);

Fanal fuq quddiem li juri d-direzzjoni tal-kategorija 1a approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, Nru tas-sekwenza 01.

+++++ TIFF +++++

Figura 3Fanal reċiprokament inkorporat jew raggruppat ma' headlamp

L-eżempju ta' hawn fuq jikkorrispondi għall-marki ta' lenti maħsuba biex tintuża f'tipi differenti ta' headlamps, jiġifieri:

either: jew headlamp b'dawl passanti diżinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u dawl tas-sewqan b'intensita luminuża massima ta' bejn 86250 u 101250 kandela (kif muri fin-numru 30) approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7120 skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IV mad-Direttiva 76/761/KEE, Nru tas-sekwenza 04, li hu reċiproament inkorporat ma' fanal taċ-ċpar ta' quddiem approvat skond id-Direttiva 76/762/KEE, Nru tas-sekwenza 02,

jew:

headlamp b'dawl passanti u dawl tas-sewqan, diżinjat għaż-żewġ sistemti tat-traffiku u approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7122 skond il-ħtiġiet ta' -Anness II mad-Direttiva 76/761/KEE, Nru tas-sekwenza 01, li hu reċiprokament inkorporat ma' l-istess fanal taċ-ċpar ta' quddiem kif muri hawn fuq,

jew:

anke kwalunkwe mill-headlamps imsemmija hawn fuq approvati bħala fanal wieħed.

Il-qafas ewlieni tal-headlamp għandu jkollu l-uniku numru validu ta' l-approvazzjoni, per eżempju:

+++++ TIFF +++++

jew:

+++++ TIFF +++++

jew:

+++++ TIFF +++++

jew:

+++++ TIFF +++++

ANNESS II

ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk imqiegħda fil-paragrafi 1. u 5. sa 8. u l-Annessi 3 sa 7 tar-Regolament UN-ECE Nru 19 li tikkonsisti fil-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

- is-serje ta' emendi 02 li tinkorpora s-Supplimenti 1 sa 4 tas-serje ta' emendi [1],

- Is-Suppliment 5 sas-serje ta' emendi 02 inklużi l-Korrezzjonijiet tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 19 [2],

- is-Suppliment 6 mas-serje ta' emendi 02 [3],

- is-Suppliment 7 mas-serje ta' emendi 02 [4],

- is-Suppliment 8 mas-serje ta' emendi 02 [5],

ħlief li:

1.1. Fejn hemm referenza għar-"Regolament Nru 37", dan għandu jinftiehem bħala l-"Anness VII mad-Direttiva 76/761/KEE."

1.2. Fil-paragrafu 5.1., "il-paragrafu 2.2.3. hawn fuq" ifisser "il-punt 1.3.1. ta' Anness I ma" din id-Direttiva.

1.3. F'Anness 5, paragrafu 1.1 u f'Appendiċi 1, it-titolu ta' Skeda A, "il-paragrafu 2.2.4. ta' dan ir-Regolament" ifisser "il-punt 1.3.2. ta' Anness I ma' din id-Direttiva".

1.4. F'Anness 5, paragrafu 1.2 u f'Appendiċi 1, it-titolu ta' l-Iskeda B, "il-paragrafu 2.2.4. ta' dan ir-Regolament" ifisser "il-punt 1.3.1. ta' Anness I ma' din id-Direttiva".

1.5. F'Anness 5, il-paragrafu 2.4.2., "il-paragarfu 2.2.4.1.1." ifisser "il-punt 1.3.2.1.1. ta' Anness I ma' din id-Direttiva".

1.6. F'Anness 7, paragrafi 2.3 u 3.3., "il-paragrafu 12" ifisser "Artikolu 11 tad-Direttiva 70/156/KEE"

.1.7. F'Anness 6, paragrafu 2.5., "il-paragrafu 11.1. ta' dan ir-Regolament" ifisser "il-punt 2.1. ta' Anness X mad-Direttiva 70/156/KEE".

"

[1] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' Anness II ta' din id-Direttiva.

[2] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' Anness II ta' din id-Direttiva.

[3] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' Anness II ta' din id-Direttiva.

[1]

[2]

[3]

[4] TRANS/WP. 29/568.

[5] TRANS/WP. 29/568.

--------------------------------------------------