31998R1563



Official Journal L 203 , 21/07/1998 P. 0005 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1563/98

tal-20 ta’ Lulju 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 956/97 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward miżuri speċifiċi li japplikaw għall-ispraġ ipproċessat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti proċessati mill-frott u l-hxejjex [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/97 [3] jiddisponi illi l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi għandhom jissottomettu programmi ta’ miżuri speċifiċi qabel it-30 ta’ Ġunju 1998; billi ż-żmien meħtieġ biex jiģu stabbiliti dawn l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi kif definit fl-Artikolu 1(a) ta’ dan ir-Regolament ġie ippruvat illi mhuwiex itwal minn dak previst inizjalment; billi, bħala riżultat ta’ dan, huwa meħtieġ illi l-limitu taż-żmien imsemmi hawn fuq jiġi mtawwal b’sena sabiex jgħin li jiġi implimentat dan ir-Regolament;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ghall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) No 956/97, "30 ta’ Ġunju 1998" jiġu sostitwiti bi "30 ta’ Ġunju 1999".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 303, tas-6.11.1997, p. 1.

[3] ĠU L 139, tat-30.5.1997, p. 10.

--------------------------------------------------