31993L0022



Official Journal L 141 , 11/06/1993 P. 0027 - 0046
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0083
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0083


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE

ta’ l-10 ta’ Mejju 1993

dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi din id-Direttiva tikkostitwixxi l-istrument essenzjali għall-ħolqien tas-suq intern, pass iddeterminat mill-Att Singolu Ewropew u stabbilit f’għamla ta’ tabella taż-żmien f’ White Paper tal-Kummissjoni, mill-punto di vista kemm tal-libertà ta’ stabbiliment u wkoll tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam ta’ ditti ta’ l-investiment;

Billi ditti li jipprovdu s-servizzi ta’ l-investiment kif koperti b’din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni mill-Istati Membri tal-lokalità tagħhom sabiex jipproteġu investituri u l-istabbiltà tas-sistema finanazjarja;

Billi l-approċċ adottat għandu jaffettwa biss l-armonizzazzjoni essenzjali meħtieġa u suffiċjenti biex jassigura r-rikonoxximent reċiproku ta’ sistemi ta’ awtorizzazzjoni u superviżjoni prudenti, jagħmel possibbli l-għoti ta’ awtorizzazzjoni singola ma’ tul il-Komunità kollha u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ superviżjoni mill-Istat Membru tal-lokalità; billi, bis-saħħa ta’ rikonoxximent reċiproku, ditti ta’ l-investiment awtorizzati fl-Istati Membri tal-lokalità tagħhom jistgħu jwettqu s-servizzi kollha koperti b’din id-Direttiva jew uħud minnhom li dwarhom ikunu rċevew awtorizzazzjoni ma tul il-Komunità kollha minn friegħi jew permezz tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi;

Billi l-prinċipji ta’ rikonoxximent reċiproku u ta’ superviżjoni minn Stat Membru tal-lokalità jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru m’għandhomx jagħtu jew inkellha għandhom ineħħu l-awtorizzazzjoni meta fatturi bħal ma huma l-kontenut ta’ programmi ta’ operazzjonijiet, id-distribuzzjoni ġeografika ta’ l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw biċ ċar li d-ditta ta’ l-investiment tkun għażlet għal sistema legali ta’ Stat Membru wieħed għall-iskop biex tevadi normi aktar stretti li jkunu eżistenti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu hi twettaq jew għandha l-intenzjoni li twettaq il-parti l-kbira ta’ l-attivitajiet tagħha; billi għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva ditta ta’ l-investiment li hija persuna legali għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha; billi ditta ta’ l-investiment li ma hix persuna legali għandha jkollha l-uffiċċju ewlieni fl-Istat Membru li fih tkun ġiet awtorizzata; billi, b’żieda, Stati Membri għandhom jeħtieġu li l-uffiċċju ewlieni ta’ ditta ta’ l-investiment għandu jkun dejjem jinstab fl-Istat Membru tal-lokalità u li dan attwalment jopera hemmhekk;

Billi huwa meħtieġ, għal protezzjoni ta’ l-investituri, li tkun iggarantita s-superviżjoni interna ta’ kull ditta, jew permezz ta’ tmexxija minn tnejn min-nies jew, meta dan ma jkunx meħtieġ b’din id-Direttiva, b’mekkaniżmi oħra li jassiguraw riżultat ekwivalenti;

Billi sabiex tkun iggarantita kompetizzjoni ġusta, għandu jkun assigurat li ditti ta’ l-investiment li ma humiex istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom l-istess libertà li joħolqu friegħi u jipprovdu servizzi trans-fruntieri bħal ma hemm dispożizzjoni dwar dan fit-Tieni Direttiva tal-Kunsill (89/646/KEE) tal-15 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u s-segwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu [4];

Billi ditta ta’ l-investiment m’għandhiex tkun tista’ tinvoka din id-Direttiva sabiex twettaq transazzjonijiet tal-mument jew transazzjonijiet ta’ kambju bil-quddiem apparti milli bħala servizzi marbuta tal-provvediment jew servizzi ta’ investiment; billi, għalhekk, l-użu ta’ fergħa unikament għal dawn it-transazzjonijiet ta’ kambju esteru tkun tikkostitwixxi użu ħażin mill-makkinarju ta’ din id-Direttiva;

Billi ditta ta’ l-investiment awtorizzata fl-Istat Membru tal-lokalità tagħha tista’ twettaq negozju ma’ tul il-Komunità kollha b’kull mezz li hi tħoss li jkun xieraq; billi, għal dak il-għan tista’, jekk tħoss li jkun meħtieġ, iżżomm aġenti marbuta biex jirċievu u jittrasmettu ordnijiet għall-akkont tagħha u taħt ir-responsabbiltà sħiħa u mingħajr kundizzjoni tagħha; billi, f’ dawn iċ-ċirkostanzi, in-negozju ta’ aġenti bħal dawn għandu jkun meqjus bħalli kieku kien tad-ditta; billi, aktar minn hekk, din id-Direttiva ma tfixkilx Stat Membru tal-lokalità milli jagħmel l-istatus ta’ aġenti bħal dawn suġġett għal ħtiġiet speċjali; billi jekk ditta ta’ l-investiment twettaq negozju trans-fruntieri, l-Istat Membru ospitanti għandu jittratta dawk l-aġenti bħala d-ditta innifisha; billi, aktar minn hekk, bejgħ minn bieb għal bieb ta’ titoli trasferibbli m’għandux ikun kopert b’din id-Direttiva u r-regolazzjoni ta’ dan għandu jibqa’ bħala materja għal dispożizzjonijiet nazzjonali;

Billi "titoli trasferibbli" tfisser dawk il-klassijiet ta’ titoli li normalment huma nnegozjati f’suq kapitali, bħal ma huma titoli governattivi, ishma f’kumpaniji, titoli negozjabbli li jagħtu d-dritt li jkunu akkwistati ishma b’abbonament jew kambju, depożitarji ta’ introjtu, ħruġ ta’ bonds bħala parti minn serje, warrants ta’ indiċi u titoli li jagħtu d-dritt li jkunu akkwistati dawn il-bonds b’abbonament;

Billi "strumenti tas-suq monetarju" jfissru dawk il-klassijiet ta’ strumenti li normalment huma nnegozjati fis-suq tal-flus bħal ma huma kambjali tat-teżor, ċertifikati ta’ depożiti u karti kummerċjali;

Billi d-definizzjonijiet ferm wesgħin ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus inklużi f’din id-Direttiva huma validi biss għan din id-Direttiva u b’konsegwenza bl-ebda mod ma jaffettwaw il-varji definizzjonijiet ta’ strumenti finanazjarji użati fil-leġislazzjoni nazzjonali għal skopijiet oħra bħal ma hija t-tassazzjoni; billi, aktar minn hekk, id-definizzjoni ta’ titoli trasferibbli tkopri biss strumenti negozjabbli; billi, b’konsegwenza, ishma u titoli oħra ekwivalenti għal ishma maħruġa minn korpi bħal ma huma soċjetajiet tal-bini u soċjetajiet industrijali u provedenti, li l-holding tagħhom ma tistax fil-prattika tkun trasferibbli ħlief milli l-korp li jkun ħariġhom jixtrihom lura, ma humiex koperti b’din id-definizzjoni;

Billi "strument ekwivalenti għal kuntratt ta’ futuri finanzjarji" jfisser kuntratt li huwa mwettaq b’pagament bi flus ikkalkolati b’referenza għaċ-ċaqliq fir-rati ta’ l-imgħax jew tal-kambju, il-valur ta’ xi strument elenkat fit-Taqsima B ta’ l-Anness jew ta’ l-indiċi ta’ strument bħal dan;

Billi, għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, in-negozju ta’ l-akkwist u t-trasmissjoni ta’ ordnijiet jinkludu wkoll ir-resqien flimkien ta’ żewġ investituri jew aktar biex b’hekk twassal għal transazzjoni bejn dawk l-investituri;

Billi l-ebda dispożizzjoni f’din id-Direttiva ma taffettwa d-dispożizzjonijiet tal-Komunità jew, f’nuqqas ta dan, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw offerti pubbliċi ta’ l-istrumenti koperti b’din id-Direttiva; billi l-istess japplika għan-negozju u d-distribuzzjoni ta’ strumenti bħal dawn;

Billi Stati Membri jżommu r-responsabbiltà sħiħa għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ strateġija monetarja tagħhom, mingħajr preġudizzju għal miżuri meħtieġa biex tissaħħaħ is-Sistema Monetarja Ewropea;

Billi huwa meħtieġ li jkunu esklużi intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li l-attivitajiet tagħhom huma suġġetti għal monitoraġġ xieraq mill-awtoritajiet kompetenti ta’ superviżjoni prudenti u li huma kkoordinati fil-livell tal-Komunità u l-intrapriżi li jwettqu ri-assigurazzjoni u attivitajiet ta’ retroċessjoni;

Billi intrapriżi li ma jipprovdux servizzi lejn partijiet terzi imma li n-negozju tagħhom jikkonsisti fil-provvediment ta’ servizzi ta’ l-investiment biss għall-intrapriżi paterni tagħhom, għas-susidjarji tagħhom jew għal xi sussidjarji oħra ta’ l-intrapriżi paterni tagħhom, m’għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva;

Billi l-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li jkopri intrapriżi li n-negozju normali tagħhom hu li jipprovdu partijiet terzi b’ servizzi ta’ investiment fuq bażi professjonali; billi l-iskop tagħha m’għandux ikun għalhekk li tkopri xi persuna b’attività professjonali differenti (eż. nutar jew avukat) li jipprovdi servizzi ta’ investiment biss fuq bażi inċidentali fil-kors ta’ dik l-attività tal-professjoni l-oħra, basta li dik l-attività tkun irregolata u li r-regoli relevanti ma jkunux jipprojbixxu l-provvediment, fuq bażi inċidentali, ta’ servizzi ta’ l-investiment; billi huwa wkoll meħtieġ għall-istess raġuni li jkunu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva persuni li jipprovdu servizzi ta’ l-investiment biss lill-produtturi jew dawk li jagħmlu użu minn komoditajiet sal-limitu meħtieġ għat-transazzjonijiet f’dawk il-prodotti meta transazzjonijiet bħal dawn jikkostitwixxu n-negozju ewlieni tagħhom;

Billi ditti li jipprovdu servizzi ta’ l-investiment li jikkonsistu esklussivament fl-amministrazzjoni ta’ skemi ta’ parteċipazzjoni ta’ l-impjegati u li għalhekk ma jipprovdux servizzi ta’ l-investiment lill partijiet terzi m’għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva;

Billi huwa meħtieġ li jkunu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva banek ċentrali u korpi oħra li jwettqu funzjonijiet simili kif ukoll korpi pubbliċi li jkollhom id-dover jew li jintervienu fl-amministrazzjoni ta’ dejn pubbliku, liema kunċett ikopri l-investiment innifsu; billi, partikolarment, din l-esklużjoni ma tkoprix korpi li huma parzjalment jew totalment il-holding ta’ Stat li r-rwol tagħhom huwa kummerċjali jew marbut ma’ l-akkwista ta’ dik il-propjetà;

Billi huwa meħtieġ li jkunu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva xi ditti jew persuni li n-negozju tagħhom jikkonsisti biss fl-akkwist u t-trasmissjoni ta’ ordnijiet lejn ċerti kontro-partijiet li ma jżommux fondi jew titoli li jappartienu lill-klijenti tagħhom; billi, għalhekk, dawn ma jgawdux id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jipprovdu servizzi permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, li jkunu suġġetti, meta huma jixtiequ li joperaw fi Stat Membru ieħor, għad-dispożizzjonijiet relevanti adottati minn dak l-Istat;

Billi huwa meħtieġ li jkunu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva intrapriżi ta’ l-investiment kollettiv sew jekk ikkoordinati u anki jekk le fil-livell tal-Komunità, u d-depożitarji jew l-amministraturi ta’ dawk l-intrapriżi, la darba huma suġġetti għal regoli speċifiċi direttament addattati għall-attivitajiet tagħhom;

Billi, meta l-għaqdiet maħluqa minn fondi tal-pensjonijiet ta’ Stat Membru biex jippermettu l-immaniġjar ta’ l-assi tagħhom jillimitaw irwieħhom għal amministrazzjoni bħal dik u ma jipprovdux servizzi ta’ l-investiment għal partijiet terzi, u meta l-fondi tal-pensjonijiet ikunu huma nnifishom suġġetti għall-kontroll ta’ l-awtoritajiet bir-responsabbiltà li jagħmlu monitoraġġ ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, ma jidhirx li huwa meħtieġ li dawk l-għaqdiet ikunu suġġetti għal kondizzjonijiet għal bidu ta’ negozju u għall-operazzjoni imposta b’din id-Direttiva;

Billi din id-Direttiva m’għandhiex tkun applikabbli għal agenti di cambio kif definiti fil-liġi Taljana ladarba dawn jappartienu lejn kategorija li l-awtorizzazzjoni tagħha m’għandhiex tkun imġedda, l-attivitajiet tagħhom huma llimitati fit-territorju nazzjonali u ma jagħtux bidu għal riskju tat-tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni;

Billi d-drittijiet mogħtija lil ditti ta’ investiment b’din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ Stati Membri, banek ċentrali u korpi nazzjonali oħra li jwettqu funzjonijiet simili lejn il-kontro-partijiet magħżula tagħhom fuq bażi ta’ kriterja objettiva u mhux diskriminatorja;

Billi r-responsabbiltà għal superviżjoni tas-sodizza finanazjarja ta’ ditta ta’ l-investiment għandha taqa’ fuq l-awtorotajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità tagħha permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adegwatezza tal-kapital ma’ ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu [5], li jikkoordinaw ir-regoli applikabbli għar-riskju tas-suq;

Billi Stat Membru tal-lokalità jista’, bħala regola ġenerali, jistabbilixxi regoli aktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward ta’ kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni, il-ħtiġiet prudenti u r-regoli dwar rappurtar u trasparenza;

Billi t-twettiq ta’ l-attivitajiet li ma humiex koperti b’din id-Direttiva huma rregolati b’dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi;

Billi sabiex ikunu protetti investituri jew il-holding ta’ investitur u drittijiet oħra simili fir-rigward ta’ titoli u d-dritt tiegħu fir-rigward ta’ fondi afdati lil ditta għandhom partikolarment ikunu protetti billi jinżammu distinti minn dawk tad-ditta; billi dan il-prinċipju m’għandux, madankollu, ifixkel ditta milli twettaq in-negozju f’isimha imma għan-nom ta’ l-investitur, meta dak ikun meħtieġ min-natura nnifisha tat-transazzjoni u l-investitur ikun jaqbel, per eżempju self ta’ ishma;

Billi l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni ta’ friegħi ta’ ditti ta’ l-investiment awtorizzati f’pajjiżi terzi jibqgħu applikabbli dwar dawn id-ditti; billi dawk il-friegħi ma jkunux igawdu l-libertà li jfornu s-servizzi skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 59 tat-Trattat jew id-dritt ta’ stabbiliment fl-Istati Membri apparti minn dawk li fihom huma stabbiliti; billi, madankollu, talbiet għall-awtorizzazzjoni ta’ sussidjarji jew ta’ l-akkwist ta’ holding magħmula minn intrapriżi rregolati bil-liġijiet ta’ pajjiżi terzi huma suġġetti għal proċedura intenzjonata biex tassigura li d-ditti ta’ l-investiment fil-Komunità jirċievu trattament reċiproku fil-pajjiżi terzi f’dak il-każ;

Billi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil ditti ta’ l-investiment mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bis-saħħa ta’ din id-Direttiva sejrin ikollhom applikabilità ma’ tul il-Komunità kollha, u mhux aktar sempliċement ma’ tul in-nazzjon, u billi l-klawsoli eżistenti ta’ reċiproċità minn issa ’l quddiem ma jkollhom l-ebda effett; billi proċedura flessibbli hija għalhekk meħtieġa biex ikun possibbli li tkun studjata r-reċiproċità fuq bażi tal-Komunità; billi l-għan ta’ din il-proċedura mhux li jingħalqu s-swieq finanzjarji tal-Komunità imma pjuttost, minħabba li l-Komunità għandha l-ħsieb li żżomm is-swieq finanzjarji tagħha miftuħa għal kumplament tad-dinja, sabiex ittejjeb il-liberalizzazzjoni fis-swieq finanzjarji globali f’pajjiżi terzi oħra; billi, bħala l-aħħar rifuġju, għal possibbiltà li jittieħdu miżuri li jinvolvu s-sospensjoni ta’ applikazzjonijiet ġodda għal awtorizzazzjoni jew għar-restrizzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet ġodda;

Billi wieħed mill-objettivi ta’ din id-Direttiva huwa li jipproteġi lill-investituri; billi, huwa għalhekk xieraq li jittieħed akkont tal-ħtiġiet differenti għal protezzjoni tal-varji kategoriji ta’ l-investituri u l-livelli tagħhom ta’ l-esperjenza professjonali;

Billi l-Istati Membri għandhom jassiguraw li ma jkun hemm l-ebda ostakolu li jfixkel it-twettiq ta’ attivitajiet li jirċievu għarfien reċiproku bl-istess manjiera bħal fl-Istat Membru tal-lokalità tagħhom, sa kemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux b’konflitt mal-liġijiet u r-regolamenti li jipproteġu l-ġid ġenerali eżistenti fl-Istat Membru ospitanti;

Billi Stat Membru ma jistax jillimita d-dritt ta’ l-investituri li huma abitwalment residenti jew stabbiliti f’dak l-Istat Membru li japprofittaw irwieħhom minn xi servizz ta’ l-investiment ipprovdut minn ditta ta’ l-investiment koperta b’din id-Direttiva li tkun tinstab’ il barra minn dak l-Istat Membru u li taġixxi’ l barra minn dak l-Istat Membru;

Billi f’ċerti Stati Membri l-funzjonijiet tat-tmexxija u t-twettiq jistgħu jitwettqu minn korpi separati mis-swieq li fihom it-transazzjonijiet ikunu effetwati; billi, għalhekk, xi referenza għal din id-Direttiva dwar aċċess lejn u sħubija fis-swieq irregolati għandha tinqara bħal li tinkludi referenzi lejn aċċess għal u sħubija ta’ korpi li jwettqu l-funzjonijiet tat-tmexxija u t-twettiq għal swieq irregolati;

Billi kull Stat Membru għandu jassigura li fit-territorju tiegħu, trattament tad-ditti kollha ta’ l-investiment awtorzzati f’xi Stat Membru u l-istess l-istrumenti finanzjarji elenkati fis-swieq irregolati ta’ l-Istati Membri mingħajr diskriminazzjoni; billi ditti ta’ l-investiment għandhom ikollhom l-istess opportunitajiet li jissieħbu jew li jkollhom aċċess lejn swieq irregolati; billi, indipendentament mill-manjera li fiha t-transazzjonijiet huwa preżentament organizzati fl-Istat Membru, huwa għalhekk importanti, suġġett għal kondizzjonijiet imposti b’din id-Direttiva, li jabolixxi r-restrizzjonijiet tekniċi u legali dwar l-aċċess lejn swieq irregolati fil-qafas ta’ din id-Direttiva;

Billi uħud mill-Istati Membri jawtorizzaw istituzzjonijiet ta’ kreditu li jsiru membri tas-swieq irregolati tagħhom biss indirettament, billi jistabbilixxu sussidjarji speċjalizzati; billi l-opportunità li din id-Direttiva tagħti lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jsiru membri ta’ swieq irregolati direttament mingħajr ma jistabbilixxu sussidjarji speċjalizzati tikkostitwixxi riforma sinifikanti għal dawk l-Istati Membri u li l-konsegwenzi kollha tagħha għandhom ikunu studjati mill-ġdid fid-dawl ta’ l-iżvilupp tas-swieq finanzjarji; billi, in vista ta’ dawk il-fatturi, ir-rapport li l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill dwar din il-materja mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998 għandu jieħu akkont tal-fatturi kollha meħtieġa għal Kunsill biex ikun jista’ jistudja mill-ġdid il-konsegwenzi għal dawk l-Istati Membri, u partikolarment għal perikolu ta’ konflitti ta’ interess u l-livell ta’ protezzjoni mogħtija lil investituri;

Billi huwa għalhekk ta’ l-akbar importanza li l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ kumpens għandhom jiddaħħlu fis-seħħ fl-istess jum bħal din id-Direttiva; billi, aktar minn hekk, sa dik id-data li fiha d-Direttiva li tarmonizza sistemi ta’ kumpens għandha tiddaħħal b’effett, Stati Membri ospitanti għandhom ikunu jistgħu jimponu l-applikazzjoni tas-sistemi tagħhom dwar il-kumpens fuq ditti ta’ l-investiment inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati minn Stati Membri oħra, meta l-Istati Membri tal-lokalità ma jkollhom l-ebda sistema ta’ kumpens jew meta s-sistemi tagħhom ma jkunux joffru livelli ekwivalenti ta’ protezzjoni;

Billi l-istruttura ta’ swieq irregolati għandha tibqa li tkun irregolata b’liġi nazzjonali, mingħajr b’hekk ma jinħoloq ostakolu għal-liberalizzazzjoni ta’ aċċess għas-swieq irregolati ta’ l-Istati Membri ospitanti għal ditti ta’ l-investiment awtorizzati biex jipprovdu s-servizzi kkonċernati ta’ l-Istati Membri tal-lokalità tagħhom; billi, permezz ta’ dak il-prinċipju, il-liġi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-liġi ta’ l-Olanda jirregolaw l-attivitajiet ta’ Kursmakler u hoekmannen rispettivament sabiex jassiguraw li dawn ma jkunux eżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom paralleli mal-funzjonijiet l-oħra; billi għandu għalhekk ikun innutat li Kursmakler u hoekmannen ma jistgħux jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra; billi ħadd, hu liema hu l-Istat Membru tal-lokal tiegħu, ma jista’ jinsisti li jaġixxi bħala Kursmakler jew bħala hoekman mingħajr ma jkun suġġett għall-istess regoli dwar inkompatibilità li jirriżultaw mill-i status ta’ Kursmakler jew ta’ hoekman;

Billi għandu jkun innutat li din id-Direttiva ma tistax taffettwa l-miżuri meħuda bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 79/279/KEE tal-5 ta’ Marzu 1979 li tikkoordina l-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ titoli lejn il-listi ta’ borża uffiċjali [6];

Billi l-istabbilità u l-operat sod tas-sistema finanzjarja u l-protezzjoni ta’ l-investituri tippresupponi li Stat Membru ospitanti jkollu d-dritt u r-reponsabbiltà kemm li ma jħallix u wkoll li jippenalizza xi azzjoni fit-territorju tiegħu minn ditti ta’ l-investiment kuntrarju għar-regoli ta’ kondotta u dispożizzjonijiet oħra legali jew regolatorji li hu jkun adotta fl-interess tal-ġid ġenerali u biex tittieħed azzjoni f’emerġenzi; billi, aktar minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom, fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jorbtu fuq il-kooperazzjoni l-aktar mill-qrib ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità, partikolarment f’dak li jirrigwardja n-negozju mwettaq permezz tal-libertà li jipprovdi servizzi; billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti huma intitolati li jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tal-lokal dwar xi miżuri li jinvolvu penalitajiet fuq id-ditta ta’ l-investiment jew restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tagħha li dan ta’ l-aħħar ikun ħa vis-à-vis d-ditti ta’ l-investiment li dawk ta’ qabel ikunu awtorizzaw sabiex ikunu jistgħu jwettqu b’effiċjenza il-funzjoni tagħhom ta’ superviżjoni prudenti; billi għal dak il-għan kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tal-lokal u ospitanti għandhom ikunu assigurati;

Billi, bil-għan doppju ta’ protezzjoni għall-investituri u biex tkun assigurata l-operazzjoni sewwa tas-swieq f’titoli trasferibbli, huwa meħtieġ li tkun assigurata li t-trasparenza ta’ transazzjonijiet tkun milħuqa u li r-regoli stabbiliti għal dak l-iskop f’din id-Direttiva għal swieq irregolati jkunu applikabbli kemm lejn ditti ta’ l-investiment u wkoll lejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu meta dawn joperaw fis-suq;

Billi eżaminazzjoni tal-problemi li joriġinaw mill-oqsma koperti mid-Direttiva tal-Kunsill dwar servizzi ta’ l-investiment u titoli, fir-rigward kemm ta’ l-applikazzjoni ta’ miżuri eżistenti u wkoll il-possibbiltà ta’ koordinazzjoni fil-futur aktar mill-qrib, teħtieġ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni fi ħdan kumitat; billi l-istabbiliment ta’ kumitat bħal dak ma jikkanċellax tipi oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni f’dak il-qasam;

Billi emendi tekniċi għar-regoli dettaljati stabbiliti f’din id-Direttiva jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa biex jittieħed akkont ta’ l-iżviluppi ġodda fis-settur ta’ servizzi ta’ l-investiment; billi l-Kummissjoni għandha tagħmel dawk l-emendi kif ikun meħtieġ, wara li tirreferi l-materja lejn il-kumitat li għandu jkun stabbilit fil-qasam tas-swieq tat-titoli,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IT-TITOLU I

Definizzjonijiet u skop

L-Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

1. servizz ta’ l-investiment għandu jfisser kwalunkwe wieħed mis-servizzi elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness li għandhom x’jaqsmu ma uħud mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima B ta’ l-Anness li jkunu pprovduti għal parti terza;

2. ditta ta’ l-investiment għandha tfisser xi persuna legali li l-okkupazzjoni jew in-negozju regolari tagħha huwa l-provvediment ta’ servizzi ta’ l-investiment għal partijiet terzi fuq bażi professjonali.

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, Stati Membri jistgħu jinkludu bħala ditti ta’ l-investiment intrapriżi li mhumiex persuni legali jekk:

- l-istatut legali jassigura livell ta’ protezzjoni għall-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak mogħti minn persuni legali, u

- huma suġġetti għal superviżjoni prudenti ekwivalenti u xierqa għat-tip legali tagħhom.

Madankollu, meta persuni naturali bħal dawn jipprovdu servizzi li jinvolvu żamma ta’ fondi jew titoli trasferibbli ta’ partijiet terzi, dawn jistgħu ikunu meqjusa bħala ditti ta’ l-investiment għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva biss jekk, mingħajr preġudizzju għal ħtiġiet l-oħra imposti b’din id-Direttiva u fid-Direttiva 93/6/KEE, dawn ikunu konformi ma dawn il-kundizzjonijiet:

- id-drittijiet tal-holding ta’ partijiet terzi fi strumenti u fondi li jappartienu lilhom għandhom ikunu salvagwardjati, speċjalment fil-każ ta’ falliment tad-ditta jew tal-propjetarji tagħha, sekwestru, kumpens jew xi azzjoni oħra minn kredituri tad-ditta jew tal-propjetarji tagħha,

- ditta ta’ l-investiment għandha tkun suġġetta għar-regoli ddisinjati biex jissorveljaw il-likwidità tad-ditta u dik tal-propjetarji tagħha,

- il-kontijiet annwali ta’ ditta ta’ l-investiment għandhom ikunu awditjati minn persuna waħda jew aktar li jkunu ġew awtorizzati, permezz ta’ liġi nazzjonali, biex jawditjaw il-kontijiet,

- meta ditta jkollha biss propjetarju wieħed, dan għandu jagħmel dispożizzjoni għal ħarsien ta’ l-investituri fil-każ li d-ditta twaqqaf in-negozju tagħha wara l-mewt tiegħu, jew fil-każ li ma jkunx jista’ jkompli jew f’xi każ ieħor bħal dak.

Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1997 il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar l-applikazzjoni tat-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-punt u, jekk xieraq, tipproponi l-emendi għalihom jew it-tħassir tagħhom.

Meta persuna tipprovdi wieħed mis-servizzi li hemm referenza għalihom fit-Taqsima A(1)(a) ta’ l-Anness u meta dik l-attività tkun imwettqa biss għall-akkont ta’ u taħt ir-responsabbiltà sħiħa u mingħajr kondizzjonijiet ta’ ditta ta’ l-investiment, dik l-attività għandha tkun meqjusa bħala l-attività mhux ta’ dik il-persuna imma tad-ditta ta’ l-investiment innifisha;

3. istituzzjoni ta’ kreditu għandha tfisser l-istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/780/KEE [7] bl-eċċezzjoni ta’ l-istituzzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) hemmhekk;

4. titoli trasferibbli għandha tfisser:

- ishma f’kumpaniji u titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji,

- bonds u tipi oħra ta’ dejn b’sigurtà

li huma negozjabbli fis-suq kapitali u

- xi titoli oħra normalment innegozjati li jagħtu d-dritt li jkunu akkwistati uħud minn dawk it-titoli trasferibbli b’abbonament jew b’kambju jew li jagħtu bidu għal twettiq bi flus

esklużi strumenti ta’ pagament;

5. strumenti tas-suq tal-flus għandha tfisser dawk il-klassijiet ta’ strumenti li normalment huma nnegozjati fuq suq tal-flus;

6. Stat Membru tal-lokalità għandha tfisser:

(a) meta d-ditta ta’ l-investiment tkun persuna naturali, l-Istat Membru li fih din ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha;

(b) meta d-ditta ta’ l-investiment tkun persuna legali, l-Istat Membru li fih ikun jinstab l-uffiċċju rreġistrat jew, jekk skond il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollhiex uffiċċju rreġistrat, l-Istat Membru li fih l-uffiċċju ewlieni jkun jinstab;

(ċ) fil-każ ta’ suq, l-Istat Membru li fih l-uffiċċju rreġistrat tal-korp li jipprovdi faċilitajiet ta’ negozju jkun jisntab jew, jekk taħt il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollux uffiċċju rreġistrat, l-Istat Membru li fih l-uffiċċju ewlieni ta’ dak il-korp ikun jinstab;

7. Stat Membru ospitanti għandha tfisser l-Istat Membru li fih ditta ta’ l-investiment ikollha fergħa jew tipprovdi s-servizzi;

8. fergħa għandha tfisser il-post tan-negozju li jkun parti minn ditta ta’ l-investiment, li ma jkollha l-ebda personalità legali u li tipprovdi servizzi ta’ l-investiment li dwarhom id-ditta ta’ l-investiment tkun ġiet awtorizzata; il-postijiet kollha tan-negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn ditta ta’ l-investiment bl-uffiċini ewlenija fi Stat Membru ieħor għandhom ikun meqjusa bħala fergħa singola;

9. awtoritajiet kompetenti għandha tfisser l-awtoritajiet li kull Stat Membru jinnomina permezz ta’ l-Artikolu 22;

10. holding kwalifikanti għandha tfisser holding diretta jew indiretta f’ditti ta’ l-investiment li jirrappreżentaw 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-voti li jagħmluha possibbli li teżerċita influwenza sinifikanti fuq l-amministrazzjoni tad-ditta ta’ l-investiment li fiha l-holding tissostjeni.

Għall-iskopijiet ta’ din id-definizzjoni, fil-kuntest ta’ l-Artikoli 4 u 9 u tal-livelli l-oħra ta’ holding li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 9, id-drittijiet tal-voti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 88/627/KEE [8] għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni;

11. intrapriża paterna għandha tfisser intrapriża paterna kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE [9];

12. sussidjarja għandha tfisser intrapriża sussidjarja kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE; xi intrapriża sussidjarja ta’ intrapriża sussidjarja għandha wkoll tkun meqjusa bħala sussidjarja ta’ l-intrapriża paterna li tkun fir-ras ta’ dawk l-intrapriżi;

13. suq irregolat għandu jfisser suq għall-istrumenti elenkati fit-Taqsima B ta’ l-Anness li:

- jidher fuq il-lista li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 16 imħejjija mill-Istat Membru li jkun l-Istat Membru tal-lokalità kif definit fl-Artikolu 1(6)(ċ),

- jiffunzjona regolarment,

- jkun ikkaratterizzat bil-fatt li dawk ir-regolamenti maħruġa jew approvati mill-awtoritajiet kompetenti jiddefinixxu l-kondizzjonijiet għall-operat tas-suq, il-kondizzjonijiet għal aċċess lejn is-suq u, meta d-Direttiva 79/279/KEE tkun applikabbli, il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-dħul f’illistjar impost f’dik id-Direttiva u, meta dik id-Direttiva ma tkunx applikabbli, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati minn strument finanzjarju qabel ma jistgħu ikunu effettivament innegozjati fuq dak is-suq,

- jenħtieġ il-konformità mal-ħtiġiet dwar ir-rappurtaġġ u t-trasparenza stabbilita bis-saħħa ta’ l-Artikoli 20 u 21;

14. kontroll tfisser xi kontroll kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttivi 83/349/KEE.

L-Artikolu 2

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti ta’ l-investiment kollha. Biss il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 8(2), 10, 11, 12, l-ewwel paragrafu, 14(3) u (4), 15, 19 u 20, madankollu, għandhom ikunu applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-awtorizzazzjoni tagħhom, permezz tad-Direttivi 77/780/KEE u 89/646/KEE, jkopru wieħed jew aktar tas-servizzi ta’ l-investiment li huma elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness ta’ din id-Direttiva.

2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:

(a) intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 73/239/KEE [10] jew l-Artikolu 1 tad-Direttiva 79/267/KEE [11] jew l-intrapriżi li jwettqu l-attivitajiet ta’ ri-assigurazzjoni jew retroċessjoni li hemm referenza għalihom fid-Direttiva 64/225/KEE [12];

(b) ditti li jipprovdu servizzi ta’ l-investiment esklussivament għall-intrapriżi paterni tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra ta’ l-intrapriżi paterni tagħhom;

(ċ) persuni li jipprovdu servizz ta’ l-investiment meta dak is-servizz ikun ipprovdut f’manjiera inċidentali ma’ tul il-korsa ta’ l-attività professjonali u li dik l-attività tkun irregolata b’dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew kodiċi ta’ etika li jirregolaw il-professjoni li ma jeskludux il-provvediment ta’ dak is-servizz;

(d) ditti li jipprovdu servizzi ta’ l-investiment li jikkonsistu esklussivament fl-amministrazzjoni ta’ skemi ta’ parteċipazzjoni ta’ l-impjegati;

(e) ditti li jipprovdu servizzi ta’ investiment li jikkonsistu f’li jipprovdu kemm is-servizzi li hemm referenza għalihom f’(b) u wkoll dwak li hemm referenza għalihom f’(d);

(f) banek ċentrali ta’ Stati Membri u l-korpi oħra nazzjonali li jwettqu funzjonijiet simili u l-korpi pubbliċi l-oħra li huma impenjati fi jew jintervienu fl-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku;

(g) ditti

- li ma jistgħux iżommu fondi jew titoli ta’ klijenti u li għal dik ir-raġuni ma jistgħu qatt iqiegħdu lilhom infushom f’dejn mal-klijenti tagħhom, u

- li ma jistgħux jipprovdu xi servizz ta’ l-investiment ħlief li jirċievu u jittrasmettu ordnijiet f’titoli trasferibbli u unitajiet fl-intrapriżi ta’ l-investiment kollettiv, u

- li fil-korsa li jipprovdu dak is-servizz jistgħu jitrasmettu ordnijiet biss lejn:

(i) ditti ta’ l-investiment awtorizzati bi qbil ma’ din id-Direttiva;

(ii) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati bi qbil mad-Direttivi 77/780/KEE u 89/646/KEE;

(iii) friegħi ta’ ditti ta’ l-investiment jew ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma awtorizzati f’pajjiż terz u li huma suġġetti lejn jew li huma konformi ma’ regoli prudenti meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu mill-anqas strinġenti bħal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, fid-Direttiva 89/646/KEE, jew fid-Direttiva 93/6/KEE;

(iv) intrapriżi ta’ l-investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-liġi ta’ Stat Membru li jinnegozjaw unitajiet lejn il-pubbliku u lejn l-amministraturi ta’ dawk l-intrapriżi;

(v) il-kumpaniji ta’ l-investiment b’kapital fiss, kif definit fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 77/91/KEE [13], li t-titoli tagħhom huma mniżżla jew innegozjati fuq suq irregolat fi Stat Membru;

- li l-attivitajiet tagħhom huma rregolati f’livell nazzjonali b’regoli jew b’kodiċi ta’ etika;

(h) intrapriżi ta’ l-investiment kollettiv sew jekk ikkoordinati fil-livell tal-Komunità u anki jekk le u d-depożitarji u l-amministraturi ta’ dawk l-intrapriżi;

(i) persuni li n-negozju ewlieni tagħhom huwa li jinnegozjaw f’komoditajiet fosthom jew ma’ produtturi jew professjonisti li jagħmlu użu minn dawk il-prodotti u li jipprovdu servizzi ta’ investiment biss lill-dawk il-produtturi jew lill-professjonisti li jagħmlu użu sal-limitu meħtieġ għan-negozju ewlieni tagħhom;

(j) ditti li jipprovdu servizzi ta’ l-investiment li jikkonsistu esklussivament fin-negozju għall-akkont tagħhom stess f’futuri finanzjarji jew għażliet ta’ swieq jew li jittrattaw għall-akkont ta’ membri oħra ta’ dawk is-swieq jew li jagħmlu prezzijiet għalihom u li huma ggarantiti minn membri li jmexxu ta’ l-istess suq. Ir-responsabbiltà biex ikun assigurat it-twettiq ta’ kuntratti li jkunu saru bejn ditti bħal dawn għandha tkun merfugħa mill-membri li joperaw fl-istess swieq ta’ tmexxija;

(k) għaqdiet stabbiliti mill-fondi Daniżi tal-pensjoni bl-għan uniku ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet li huma membri ta’ dawk l-għaqdiet;

(l) "agenti di cambio" li l-attivitajiet u l-funzjonijiet tagħhom huma rregolati fl-Editt Irjali Taljan Nru 222 tas-7 ta’ Marzu 1925 u dispożizzjonijiet sussegwenti li jemendawh, u li huma awtorizzati li jwettqu l-attivitajiet tagħhom permezz ta’ l-Artikolu 19 tal-Liġi Taljana Nru 1 tat-2 ta’ Jannar 1991.

3. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998 u f’intervalli regolari minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar l-applikabbiltà tal-paragrafu 2 b’konnessjoni mat-Taqsima A ta’ l-Anness u għandha, fejn xieraq, tipproponi emendi għad-definizzjonijiet ta’ l-esklużjonijiet u s-servizzi koperti fid-dawl ta’ l-operat ta’ din id-Direttiva.

4. Id-drittijiet mogħtija b’din id-Direttiva m’għandhomx ikunu estiżi għall-provvediment ta’ servizzi bħala kontro-parti ta’ l-Istat, il-bank ċentrali jew xi korpi nazzjonali oħra ta’ Stat Membru li jwettqu funzjonijiet simili fit-twettiq ta’ strateġiji monetarji, rata ta’ kambju, dejn pubbliku u amministrazzjoni ta’ riservi ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

IT-TITOLU II

Kondizzjonijiet għal bidu ta’ negozju

L-Artikolu 3

1. Kull Stat Membru għandu jagħmel aċċess lejn negozju ta’ ditti ta’ l-investiment suġġetti għal awtorizzazzjoni għal ditti ta’ l-investiment li dwarhom ikun l-Istat Membru tal-lokalità. Awtorizzazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità innominati bi qbil ma’ l-Artikolu 22. L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika s-servizzi ta’ l-investiment li hemm referenza għalihom fit-Taqsima A ta’ l-Anness li l-intrapriża tkun awtorizzata li tipprovdi. L-awtorizzazzjoni tista’ wkoll tkopri wieħed jew aktar mis-servizzi mhux ewlenija li hemm referenza għalihom fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness. Awtorizzazzjoni fil-qofol ta’ dak li tfisser din id-Direttiva ma tista’ fl-ebda każ tkun mogħtija għal servizzi koperti biss bit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness.

2. Kull Stat Membru għandu jenħtieġ li:

- xi ditta ta’ l-investiment li tkun persuna legali u li, permezz tal-liġi nazzjonali tagħha, ikollha uffiċċju irreġistrat, għandha jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju irreġistrat,

- xi ditta oħra ta’ l-investiment għandha jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni u li fih attwalment twettaq in-negozju tagħha.

3. Mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet l-oħra ta’ l-applikazzjoni ġenerali stabbiliti b’liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għajr jekk:

- ditta ta’ l-investiment ikollha kapital suffiċjenti bi qbil mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 93/6/KEE wara li tkun ikkunsidrata n-natura tas-servizzi ta’ l-investiment f’dak il-każ,

- il-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju ta’ ditta ta’ l-investiment ikunu biżżejjed ta’ reputazzjoni tajba u jkollhom esperjenza suffiċjenti.

Id-direttorat tan-nogozju ta’ ditta għandu jkun deċiż b’mill-anqas żewġ persuni li jilħqu l-kondizzjonijiet t’hawn fuq. Meta l-arranġamenti xierqa jassiguraw li l-istess riżultat ikun milħuq, madankollu, partikolarment fil-każijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-aħħar inċiż tat-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni lil ditti ta’ l-investiment li huma persuni naturali jew, billi jittieħed akkont tan-natura u l-volum ta’ l-attivitajiet tagħhom, lejn ditti ta’ l-investiment li huma persuni legali meta dawk id-ditti jkunu amministrati minn persuna naturali waħda bi qbil ma’ l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni tagħhom u tal-liġijiet nazzjonali.

4. L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun akkumpanjata minn programm ta’ operazzjonijiet li jesiġu, inter alia, it-tipi ta’ negozju ippjanat u l-organizzazzjoni strutturali tad-ditta ta’ l-investiment ikkonċernata.

5. Applikant għandu jkun infurmat fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni sħiħa jekk awtorizzazzjoni tkunx ġiet mogħtija jew le. Raġunijiet għandhom jingħataw jekk awtorizzazzjoni tkun ġiet miċħuda.

6. Ditta ta’ l-investiment tista’ tibda n-negozju malli l-awtorizzazzjoni tkun ġiet mogħtija.

7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil ditta ta’ l-investiment li hija suġġetta għal din id-Direttiva biss meta dik id-ditta ta’ l-investiment:

(a) ma tagħmilx użu minn dik l-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja jew tieqaf milli twettaq negozju għal aktar minn sitt xhur preċedenti, sa kemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel xi dispożizzjoni għall-awtorizzazzjoni li tiskadi f’każijiet bħal dawn;

(b) tkun akkwistat l-awtorizzazzjoni permezz ta’ stqarrija falza jew b’xi mezzi irregolari oħra;

(ċ) ma tkunx aktar tilħaq il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-awtorizzazzjoni tkun ġiet mogħtija;

(d) ma tkunx aktar konformi mad-Direttiva 93/6/KEE;

(e) tkun serjament u sistematikament kisret id-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta’ l-Artikoli 10 jew 11; jew

(f) tidħol f’uħud mill-każijiet meta l-liġi nazzjonali tipprovdi għat-tneħħija.

L-Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għal bidu ta’ negozju ta’ ditti ta’ l-investiment qabel ma jkunu ġew infurmati bl-identità tas-sieħba jew tal-membri, sew jekk diretti jew indiretti, persuni naturali jew legali, li jkollhom holding kwalifikanti, u dwar l-ammonti ta’ dik il-propjetà.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu awtorizzazzjoni jekk, meta jieħdu akkont tal-ħtieġa biex jassiguraw l-amministrazzjoni soda u prudenti ta’ ditta ta’ l-investiment, huma ma jkunux sodisfatti dwar l-addattabilità tas-sieħba jew membri msemmija hawn fuq.

L-Artikolu 5

Fil-każ ta’ friegħi ta’ ditti ta’ l-investiment li jkollhom l-uffiċini rreġistrati ’l barra mill-Komunità u li jibdew jew iwettqu n-negozju, l-Istati Membri m’għandhomx japplikaw dak ir-riżultat fit-trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lil friegħi ta’ ditti ta’ l-investiment li jkollhom l-uffiċini rreġistrati fi Stati Membri.

L-Artikolu 6

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jikkonsultaw bil-quddiem dwar l-awtorizzazzjoni ta’ xi ditta ta’ l-investiment li tkun:

- sussidjarja ta’ ditta ta’ l-investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor,

- sussidjarja ta’ intrapriża paterna ta’ ditta ta’ l-investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor,

jew

- ikkontrollata mill-istess persuni, seww jekk naturali jew legali, bħal ma jikkontrollaw ditta ta’ l-investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

IT-TITOLU III

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

L-Artikolu 7

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni:

(a) dwar l-awtorizzazzjoni ta’ xi ditta li tkun sussidjarja diretta jew indiretta ta’ intrapriża paterna irregolati bil-liġi ta’ pajjiż terz;

(b) kull meta intrapriża paterna takkwista holding f’ditta ta’ l-investiment fil-Komunità, hekk li dik ta’ l-aħħar issir sussidjarja tagħha.

Fiż-żewg każijiet il-Komunità għandha tinforma lill-Kunsill sakemm kumitat dwar titoli trasferibbli jiġi stabbilit mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Meta awtorizzazzjoni tkun mogħtija lil xi ditta li tkun sussidjarja diretta jew indiretta ta’ l-intrapriża paterna irregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw l-istruttura tal-grupp fin-notifika li huma jindirizzaw lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar xi diffikultajiet ġenerali li jiltaqgħu magħhom ditti ta’ l-investiment tagħhom meta jistabbilixxu rwieħhom jew iwettqu s-servizzi ta’ l-investiment tagħhom f’pajjiż terz.

3. Inizjalment mhux aktar tard minn sitt xhur qabel ma’ din id-Direttiva tkun daħlet b’effett, imbagħad perjodikament, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jeżamina t-trattament mogħti lill-ditti ta’ l-investiment tal-Komunità f’pajjiżi terzi, fit-termini li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 4 u 5, kif jirrigwardjaw stabbiliment u s-segwiment ta’ attivitajiet ta’ servizzi ta’ l-investiment, u l-akkwist ta’ holding f’ditti ta’ l-investiment ta’ pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dawn ir-rapporti lill-Kunsill, flimkien ma xi proposti xierqa.

4. Kull meta jkun jidher għall-Kummissjoni, jew fuq il-bażi tar-rapporti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 jew fuq il-bażi ta’ xi informazzjoni oħra, li pajjiż terz ma jkunx qiegħed jagħti lil ditti ta’ l-investiment tal-Komunità aċċess effettiv għas-suq kumparabbli ma’ dak mogħti mill-Komunità lil ditti ta’ l-investiment mill-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti lill-Kunsill għal mandat xieraq għal negozjar bl-għan li takkwista opportunitajiet ta’ kompetizzjoni kumparabbli għal ditti ta’ l-investiment tal-Komunità. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

5. Kull meta jkun jidher għall-Kummissjoni, jew fuq il-bażi tar-rapporti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 jew fuq il-bażi ta’ informazzjoni oħra, ditti ta’ l-investiment tal-Komunità f’pajjiż terz ma jkunux irċevew trattament nazzjonali li joffri l-istess opportunitajiet kompetittivi bħal ma huma disponibbli għal ditti ta’ l-investiment u li l-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess effettiv għas-suq ma jkunux imwettqa, il-Kummissjoni tista’ tibda negozjati sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.

Fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-ewwel sub-paragrafu, hi tista’ wkoll tiddeċiedi fi kwalunkwe żmien, u b’żieda ma’ li tibda n-negozjati, bi qbil mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva li biha l-Kunsill jistabbilixxi l-kumitat li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jillimitaw jew jissosspendu d-deċiżjonijiet tagħhom rigward talbiet pendenti jew talbiet futuri għall-awtorizzazzjonijiet u l-akkwist ta’ holdings minn intrapriżi paterni diretti jew indiretti irregolati bil-liġijiet tal-pajjiż terz f’dak il-każ. It-tul ta’ dawn il-miżuri ma jistgħux jeċċedu t-tliet xhur.

Qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ tliet xhur, u fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati, il-Kunsill jista’, billi jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata jekk il-miżuri għandhomx jitkomplew.

Limitazzjonijiet jew sospensjonijiet bħal dawn ma jistgħux japplikaw għall-istabbiliment ta’ sussidjarji minn ditti ta’ l-investiment jew is-sussidjarji tagħhom awtorizzati kif xieraq fil-Komunità, jew fl-akkwist ta’ holdings f’ditti ta’ l-investiment tal-Komunità minn dawk id-ditti jew sussidjarji.

6. Kull meta jkun jidher għall-Kummissjoni li waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafi 4 u 5 jkunu jeżistu, l-Istati Membri għandhom jinfurmawha fuq it-talba tagħha:

(a) dwar l-awtorizzazzjoni ta’ xi ditta li tkun sussidjarja diretta jew indiretta ta’ l-intrapriża paterna irregolata bil-liġi tal-pajjiż terz f’dak il-każ;

(b) kull meta jkunu infurmati bi qbil ma’ l-Artikolu 10 li intrapriża paterna bħal dik tipproponi li takkwista holding f’ditta ta’ l-investiment tal-Komunità hekk li din ta’ l-aħħar issir is-sussidjarja tagħha.

Din l-obbligazzjoni li tipprovdi informazzjoni għandha tiskadi kull meta ftehim ikun milħuq mal-pajjiż terz li hemm referenza għalih fil-paragrafu 4 jew 5 jew meta l-miżuri li hemm referenza għalihom fit-tieni jew fit-tielet sub-paragrafu tal-paragrafu 5 ma jibqgħux japplikaw aktar.

7. Miżuri meħuda bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu konformi ma’ l-obbligazzjonijiet tal-Komunità permezz ta’ xi ftehim internazzjonali, bilaterali jew multi-laterali, li jirregola il-bidu u l-insegwiment ta’ negozju ta’ ditti ta’ l-investiment.

IT-TITOLU IV

Kundizzjonijiet ta’ l-operat

L-Artikolu 8

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tal-lokalità għandhom jenħtieġu li ditta ta’ l-investiment li huma jkunu awtorizzaw tkun konformi l-ħin kollu mal-kondizzjonijiet imposti fl-Artikolu 3(3).

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandhom jenħtieġu li ditta ta’ l-investiment li huma jkunu awtorizzaw tkun konformi il-ħin kollu mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 93/6/KEE.

3. Is-superviżjoni prudenti ta’ ditta ta’ l-investiment għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità kull meta ditta ta’ l-investiment tistabbilixxi fergħa jew tipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor jew le, mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu responsabbiltà lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru ospitanti.

L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li xi persuna li tipproponi li takkwista, direttament jew indirettament holding kwalifikanti f’ditta ta’ l-investiment, li l-ewwel għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti, li tgħidilhom id-daqs tal-holding li hija jkollha l-intenzjoni li żżomm. Persuna bħal din għandha l-istess tinforma lill-awtoritajiet kompetenti jekk hi tipproponi li żżid il-holding kwalifikanti tagħha sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital li hi żżomm ikun jilħaq jew jeċċedi 20 %, 33 % jew 50 % jew li b’hekk id-ditta ta’ l-investiment tkun saret sussidjarja tagħha.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom massimu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika li hemm dispożizzjoni dwarha fl-ewwel sub-paragrafu li jopponu pjan bħal dak jekk, invista tal-ħtieġa li tkun assigurata amministrazzjoni soda u prudenti ta’ ditta ta’ l-investiment, dawn ma jkunux sodisfatti dwar l-addattabilità tal-persuna li hemm referenza għaliha fl-ewwel sub-paragrafu. Jekk dawn ma jopponux il-pjan, huma jistgħu jistabbilixxu limitu ta’ żmien għall-implimentazzjoni tiegħu.

2. Jekk dak li jakkwista l-holding li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tkun ditta ta’ l-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew l-intrapriża paterna ta’ ditta ta’ l-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew persuna li tikkontrolla ditta ta’ l-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor u jekk, bħala riżultat ta’ dak l-akkwist, id-ditta li fiha dak li jakkwista jipproponi li jkollu holding tkun issir sussidjarja jew suġġetta għal kontroll ta’ dak li jakkwista, l-assessjar ta’ l-akkwist għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni minn qabel li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6.

3. L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li xi persuna li tipproponi li takkwista, direttament jew indirettament holding kwalifikanti f’ditta ta’ l-investiment l-ewwel tinforma lill-awtoritajiet kompetenti, billi tgħidilhom id-daqs tal-holding li hija jkollha l-intenzjoni li żżomm. Persuna bħal din għandha l-istess tinforma lill-awtoritajiet kompetenti jekk tipproponi li tnaqqas il-holding kwalifikanti tagħha sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital minimu miżmum minnha jkun jaqa’ taħt il-20 %, 33 % jew 50 % jew li b’hekk id-ditta ta’ l-investiment ma tibqax sussidjarja tagħha.

4. Malli jsiru jafu b’dan, ditti ta’ l-investiment għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b’xi akkwisti jew disponimenti ta’ holding fil-kapital tagħhom li jikkaġunaw li l-holding teċċedi jew tinżel taħt waħda mil-limiti li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 3.

Mill-anqas darba fis-sena, huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti bl-ismijiet tas-sieħba u l-membri li jipposiedu holding kwalifikanti u d-daqs ta’ holding bħal dik kif murija, per eżempju, bl-informazzjoni mogħtija fil-laqgħat ġenerali annwali tas-sieħba u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti applikabbli għal kumpaniji mniżżla fil-borża.

5. Stati Membri għandhom jenħtieġu li, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 aktarx li topera għad-detriment ta’ l-amministrazzjoni prudenti u soda ta’ditti ta’ l-investiment, l-awtortajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu dik is-sitwazzjoni. Miżuri bħal dawn jistgħu jikkonsistu, per eżempju, f’inġunzjonijiet, sanzjonijiet kontra d-diretturi u l-managers jew is-sospensjoni ta’ l-eżerċitar tad-drittijiet tal-voti marbuta ma’ l-ishma miżmuma mis-sieħba jew il-membri f’dak il-każ.

Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni li jonqsu milli jkunu konformi ma’ l-obbligazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni bil-quddiem, imposti fil-paragrafu 1. Jekk holding tkun akkwistata avolja jkun hemm l-oppożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, indipendentament minn xi sanzjonijiet oħra li għandhom ikunu adottati, jipprovdu jew li l-eżerċitar tad-drittijiet ta’ votazzjoni bil-posta jkun sospiż, jew tan-nullità ta’ voti mitfugħa, jew tal-possibbiltà li dawn ikunu annullati.

L-Artikolu 10

1. Kull Stat Membru tal-lokal għandu jħejji r-regoli prudenti li d-ditti ta’ l-investiment għandhom josservaw il-ħin kollu. Partikolarment, dawn ir-regoli għandhom jenħtieġu li kull ditta ta’ l-investiment:

- ikollha proċeduri sodi amministrativi u tal-kontijiet, kontroll u arranġamenti ta’ salvagwardja għall-ipproċessar ta’ dettalji elettroniċi, mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern inkluż, partikolarment, regoli għat-transazzjonijiet personali ta’ l-impjegati tagħha,

- tagħmel arranġamenti adegwati għal strumenti li jappartienu lill-investituri bl-għan li jkunu salvagwardjati d-drittijiet ta’ proprjetà ta’ dawn ta’ l-aħħar, speċjalment fil-każ ta’ l-insolvenza tad-ditta ta’ l-investiment, u li jipprevienu l-użu mid-ditta ta’ l-investiment ta’ l-istrumenti ta’ l-investitutri għall-akkont tagħha ħlief bil-kunsens espress ta’ l-investituri,

- tagħmel arranġamenti adegwati għal fondi li jappartienu lill-investituri bil-għan li jkunu salvagwardjati d-drittijiet ta’ dawn ta’ l-aħħar u, ħlief fil-każ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ma jħallux lid-ditta ta’ l-investiment milli tuża l-fondi ta’ l-investituri għall-akkont tagħha stess,

- tagħmel arranġamenti biex jinżammu reġistri ta’ transazzjonijiet eżegwiti li għandhom mill-anqas ikunu suffiċjenti biżżejjed li jiffaċilitaw lill-awtortajiet ta’ l-Istat Membru tal-lokalità li jissorveljaw il-konformità mar-regoli prudenti li huma jkunu responsabbli li japplikaw; dawk ir-reġistri għandhom jinżammu għal perijodi li għandhom ikunu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti,

- ikunu strutturati u organizzati b’tali mod hekk li jitnaqqas ir-riskju li l-interessi tal-klijenti jkunu preġudikati b’konflitti ta’ interess bejn id-ditta u l-klijenti tagħha jew bejn wieħed mill-klijenti u ieħor. Madankollu, meta fergħa tkun stabbilita, l-arranġamenti organizzazzjonali ma jistgħux ikunu f’konflitt mar-regoli ta’ kondotta stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti biex ikopru konflitti ta’ interess.

L-Artikolu 11

1. Stati Membri għandhom iħejju regoli ta’ kondotta li d-ditti ta’ l-investiment għandhom josservaw il-ħin kollu. Dawn ir-regoli għandhom jimplimentaw mill-anqas il-prinċipji stabbiliti f’dawn l-inċiżi li ġejjin u għandhom ikunu applikati b’tali mod hekk li jieħdu akkont tan-natura professjonali tal-persuna li lilha is-servizz ikun ipprovdut. L-Istati Membri għandhom ukoll japplikaw dawn ir-regoli fejn xieraq għal servizzi li ma jkunux ewlenija, li huma elenkati fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness. Dawn il-prinċipji għandhom jassiguraw li ditta ta’ l-investiment:

- taġixxi b’onestà u b’mod ġust meta twettaq l-attivitajiet tan-negozju tagħha fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u l-integrità tas-suq,

- taġixxi b’sengħa, kura u diliġenza, fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u l-integrità tas-suq,

- ikolla u tuża effettivament ir-riżorsi u l-proċeduri li huma meħtieġa għat-twettiq ġust ta’ l-attivitajiet tan-negozju tagħha,

- tfittex minn għand il-klijenti tagħha informazzjoni li tirrigwarda s-sitwazzjonijiet finanzjarji tagħhom, l-esperjenza ta’ l-investiment u l-objettivi fir-rigward tas-servizzi mitluba,

- tagħmel żvelar adegwat ta’ l-informazzjoni materjali relevanti fit-trattament tagħha mal-klijenti,

- tipprova li tevita konflitti ta’ interess u, meta dawn ma jkunux jistgħu jiġu evitati, tassigura li l-klijenti tagħha ikunu ttrattati b’ġustizzja, u

- tkun konformi mal-ħtiġiet regolatorji kollha applikabbli għat-twettiq ta’ l-attivitajiet tan-negozju tagħha sabiex tinkoraġixxi l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u l-integrità tas-suq.

2. Mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fil-kuntest ta’ l-armonizzazzjoni tar-regoli ta’ kondotta, l-implimentazzjoni u s-superviżjoni tal-konformità magħhom għandhom jibqgħu ir-responsabbiltà ta’ l-Istat Membru li fih is-servizz ikun ipprovdut.

3. Meta ditta ta’ l-investiment tesegwixxi ordni, għall-iskopijiet li tapplika r-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, in-natura professjonali ta’ l-investitur għandha tkun assessjata fir-rigward ta’ l-investitur li minn għandu tkun oriġinat l-ordni, indipendentement minn jekk l-ordni tkunx saret direttament mill-investitur innifsu jew indirettament permezz ta’ ditta ta’ l-investimenti li tipprovdi s-servizz li hemm referenza għalih fit-Taqsima A(1)(a) ta’ l-Anness.

L-Artikolu 12

Qabel ma tagħmel negozju magħhom, ditta għandha tinforma lill-investituri liema fond ta’ kumpens jew protezzjoni ekwivalenti jkun applikabbli fir-rigward tat-transazzjonijiet li huma maħsuba, il-koperta li tkun offruta indipendentement minn liema sistema tkun applikabbli, jew jekk ma jkunx hemm fond jew kumpens.

Il-Kunsill jinnota l-istqarrija tal-Kummissjoni dwar il-fatt li hi għandha tissottometti proposti dwar l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ kumpens li jkopru transazzjonijiet minn ditti ta’ l-investiment sal-31 ta’ Lulju 1993 l-aktar tard. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawk il-proposti fl-aqsar żmien possibbli u bl-għan li jdaħħal fis-seħħ is-sistemi proposti fl-istess jum bħal din id-Direttiva.

L-Artikolu 13

Din id-Direttina m’għandhiex tfixkel lil ditti ta’ l-investiment awtorizzati fi Stati Membri oħra milli jirreklamaw is-servizzi tagħhom bil-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni disponibbli fl-Istati Membri ospitanti, suġġetti għal xi regoli li jirregolaw il-għamla u l-kontenut ta’ dawk ir-reklami fl-interess tal-ġid ġenerali.

TITOLU V

Id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi

L-Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness jistgħu jitwettqu fit-terrirorji tagħhom, bi qbil ma’ l-Artikoli 17, 18 u 19 jew bl-istabbiliment ta’ fergħa jew permezz tal-libertà ta’ provvista ta’ servizzi, minn xi ditta ta’ l-investiment awtorizzata u taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, skond din id-Direttiva, basta li dawk l-attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni.

Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-poteri ta’ l-Istati Membri ospitanti fir-rigward ta’ l-unitajiet ta’ l-intrapriżi ta’ l-investiment kollettiv li dwarhom id-Direttiva 85/611/KEE [14] mhix applikabbli.

2. Stati Membri ma jistgħux jagħmlu l-istabbiliment ta’ fergħa jew il-provvediment ta’ servizzi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 suġġetti għal xi ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni, għal xi ħtieġa li jkun ipprovdut kapital iddotat jew xi miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti.

3. Stat Membru jista’ jenħtieġ li transazzjonijiet li jirrigwardaw is-servizzi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom, meta dawn ikunu jissodisfaw dawn il-kriterji kollha, ikunu mwettqa fuq suq irregolat:

- l-investitur għandu jkun abitwalment residenti jew stabbilit f’dak l-Istat Membru,

- id-ditta ta’ l-investiment għandha twettaq dawk it-transazzjonijiet permezz ta’ stabbiliment ewlieni, permezz ta’ fergħa li tkun tinstab f’dak l-Istat Membru jew permezz tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi f’dak l-Istat Membru,

- it-transazzjoni għandha tinvolvi strument li jkun innegozjat fuq suq irregolat f’dak l-Istat Membru.

4. Meta Stat Membru japplika l-paragrafu 3 dan għandu jagħti lil investituri li jkunu abitwalment residenti jew stabbiliti f’dak l-Istat Membru id-dritt li ma jkunux konformi ma’ l-obbligazzjonijiet imposti fil-paragrafu 3 u li jkollhom it-transazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 imwettqa lil hinn minn suq irregolat. Stati Membri jistgħu jagħmlu l-eżerċitar ta’ dan id-dritt suġġett għall-awtorizzazzjoni espressa, billi jittieħdu f’akkont il-varji ħtiġiet ta’ investituri għal protezzjoni u partikolarment l-abilità ta’ l-investituri professjonali u istituzzjonali li jaġixxu fl-aħjar interess tagħhom. Dan għandu fi kwalunkwe każ ikun possibbli għal awtorizzazzjonijiet bħal dawn li jingħataw b’kondizzjonijiet li ma joħolqux ħsara għall-eżekuzzjoni mgħaġġla ta’ l-ordnijiet ta’ l-investituri.

5. Il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar l-operat tal-paragrafi 3 u 4 mhux aktar mill-31 ta’ Diċembru 1998 u għandha, jekk xieraq, tipproponi emendi għal dawn.

L-Artikolu 15

1. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14, l-Istati Membri ospitanti għandhom jassiguraw li ditti ta’ l-investiment li jkunu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membru tal-lokalità tagħhom li jipprovdu s-servizzi li hemm referenza għalihom fit-Taqsima A(1)(b) u (2) ta’ l-Anness jistgħu, direttament jew indirettament, isiru membri ta’ jew ikollhom aċċess lejn is-swieq irregolati fl-Istati Membri ospitanti meta servizzi simili jkunu pprovduti u wkoll li jsiru membri ta’ jew li jkollhom aċċess lejn sistemi ta’ tmexxija u twettiq li huma pprovduti għall-membri ta’ dawk is-swieq li huma irregolati hemmhekk.

L-Istati Membri għandhom jabolixxu xi regoli jew liġijiet nazzjonali jew ir-regoli ta’ swieq irregolati li jillimitaw in-numru ta’ persuni li jkollhom il-permess għall-aċċess tagħhom. Jekk, bis-saħħa ta’ l-istruttura legali tiegħu jew tal-kapaċità teknika tiegħu, aċċess lejn suq irregolat ikun illimitat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li l-istruttura u l-kapaċità tiegħu ikunu aġġustati regolarment.

2. Sħubija fi, jew aċċess għal suq irregolat għandha tkun ikkondizzjonata fuq li ditti ta’ l-investiment ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ l-adegwatezza ta’ kapital u ma’ li l-Istati Membri tal-lokalità iwettqu superviżjoni dwar il-konformità bi qbil mad-Direttiva 93/6/KEE.

L-Istati Membri ospitanti għandhom ikunu intitolati li jimponu ħtiġiet ta’ kapital addizzjonali biss fir-rigward ta’ materji li ma humiex koperti b’dik id-Direttiva.

Aċċess lejn suq irregolat, ammissjoni għal sħubija fih u l-kontinwament ta’ l-aċċess jew sħubija għandhom ikunu suġġetti għal konformità mar-regoli ta’ suq irregolat b’relazzjoni mal-kostituzzjoni u l-amministrazzjoni tas-suq irregolat u tal-konformità mar-regoli li jirrigwardaw transazzjonijiet fis-suq, flimkien man-normi professjonali imposti fuq l-impjegati li joperaw fis-suq u b’konnessjoni miegħu, u mar-regoli u l-proċeduri għat-tmexxija u t-twettiq. L-arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli u l-proċeduri jistgħu jkunu adottati kif xieraq, inter alia, biex jassiguraw it-twettiq ta’ l-obbligazzjoni li jirriżultaw, basta, madankollu, li l-Artikolu 28 ikun hemm konformità miegħu.

3. Sabiex tintlaħaq l-obbligazzjoni imposta fil-paragrafu 1, Stati Membri ospitanti għandhom joffru lid-ditti ta’ l-investiment li hemm referenza għalihom f’dak il-paragrafu l-għażla li jsiru membri ta’ jew li jkollhom aċċess lejn is-swieq regolati, jew:

- direttament, bl-istabbiliment ta’ friegħi fl-Istati Membri ospitanti, jew

- indirettament, bl-istabbiliment ta’ sussidjarji fl-Istati Membri ospitanti jew mill-akkwist ta’ ditti fl-Istati Membri ospitanti li diġà jkunu membri tas-swieq irregolati tagħhom jew li diġà jkollhom aċċess fihom.

Madankollu, dawk l-Istati Membri li, meta din id-Direttiva tkun adottata, japplikaw liġijiet li ma jippermettux lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jsiru membri ta’ jew li jkollhom aċċess lejn swieq irregolati sa kemm ma jkollhomx sussidjarji speċjalizzati, jistgħu jibqgħu sal-31 ta’ Diċembru 1996 li japplikaw l-istess obbligazzjonijiet f’metodu mhux diskriminatorju lejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu mill-Istati Membri l-oħra għall-iskopijiet ta’ l-aċċess f’dawk is-swieq irregolati.

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Portugiża jistgħu jestendu dak il-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 1999. Sena qabel dik id-data, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport, li jieħu akkont ta’ l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u għandha, jekk xieraq, tissottometti proposta. Il-Kunsill jista’, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta’ dik il-proposta, jiddeċiedi li jagħmel reviżjoni ta’ dawk l-arranġamenti.

4. Suġġetti għall-paragrafi 1, 2 u 3, meta s-suq irregolat ta’ l-Istat Membru ospitanti, jopera mingħajr xi ħtiġiet għal preżenza fiżika tad-ditti ta’ l-investiment li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, jistgħu isiru membri jew li jkollhom aċċess lejn dan fuq l-istess bażi mingħajr il-ħtieġa li jkunu stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti sabiex jiffaċilitaw li d-ditti ta’ l-investiment tagħhom isiru membri ta’ jew li jkollhom aċċess lejn swieq irregolati ta’ l-Istati Membri ospitanti bi qbil ma’ dan il-paragrafu, Stati Membri tal-lokalità għandhom jippermettu li dawk is-swieq irregolati ta’ l-Istati Membri ospitanti li jipprovdu faċilitajiet fit-territorji ta’ l-Istati Membri ospitanti.

5. Dan l-Artikolu m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu l-ħolqien ta’ swieq ġodda fit-territorji tagħhom.

6. Dan l-Artikolu m’għandux ikollu effett:

- fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, dwar ir-regolament ta’ l-attivitajiet tal-Kursmakler, jew

- fl-Olanda, dwar ir-regolament ta’ l-attivitajiet tal-hoekmannen.

L-Artikolu 16

Għall-iskopijiet tar-rikonoxximent reċiproku u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha tkun għal kull Stat Membru li jħejji lista tas-swieq irregolati li dwarhom hu jkun l-Istat Membru tal-lokalità u li jkunu konformi mar-regolamenti tiegħu, u li jgħaddi dik il-lista għall-informazzjoni, flimkien mar-regoli tal-proċedura relevanti u l-operat ta’ dawk is-swieq irregolati, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Komunikazzjoni simili għandha wkoll isseħħ fir-rigward ta’ kull bidla tal-lista jew regoli msemmija qabel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-listi ta’ swieq irregolati u taġġornahom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mill-anqas darba kull sena.

Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1996, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar l-informazzjoni u, fejn xieraq, tipproponi emendi għad-definizzjoni ta’ suq irregolat għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 17

1. B’żieda mal-konformità tal-kundizzjonijiet imposti fl-Artikolu 3, xi ditta ta’ l-investiment li tixtieq li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità.

2. L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li kull ditta ta’ l-investiment li tipproponi li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li tipprovdi din l-informazzjoni li ġejja meta teffettwa n-notifika li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 1:

(a) l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b) programm ta’ l-operazzjonijiet, li jsemmi, inter alia, it-tipi ta’ negozju intiżi u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;

(ċ) l-indirizz ta’ l-Istat Membru ospitanti li minn għandu jkunu jistgħu jiġu akkwistati d-dokumenti;

(d) l-ismijiet ta’ dawk responsabbli għall-amministrazzjoni tal-fergħa.

3. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità ma jkollhomx raġunijiet biex jiddubitaw l-adegwatezza ta’ l-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ditta ta’ l-investiment, billi jittieħed akkont ta’ l-attivitajiet intiżi, huma għandhom fi żmien tliet xhur mill-wasla ta’ l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti u għandhom jinfurmaw lid-ditta ta’ l-investiment kif xieraq.

Għandhom ukoll jikkomunikaw dettalji ta’ xi skema ta’ kumpens intiża biex tipproteġi lill-investituri tal-fergħa.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità jiċħdu li jikkomunikaw l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħhom lid-ditta ta’ l-investiment ikkonċernata fi żmien tliet xhur mill-wasla ta’ l-informazzjoni. Iċ-ċaħda tagħhom jew in-nuqqas li jwieġbu għandhom ikunu suġġetti għad-dritt ta’ l-applikazzjoni lejn il-qrati ta’ l-Istat Membru tal-lokalità.

4. Qabel ma l-fergħa ta’ ditta ta’ l-investiment tibda bl-attivitajiet tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, iħejju għas-superviżjoni tad-ditta ta’ l-investiment bi qbil ma’ l-Artikolu 19 u, jekk meħtieġ, jindikaw il-kundizzjonijiet li bihom, f’interess ta’ ġid ġenerali, dawk l-attivitajiet għandhom ikunu mwettqa fl-Istat Membru ospitanti.

5. Mal-wasla tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti, jew fil-każ li jiskadi l-perjodu li hemm dispożizzjoni dwaru fil-paragrafu 4 mingħajr il-wasla ta’ xi komunikazzjoni minn dawk ta’ l-aħħar, il-fergħa tista’ tkun stabbilita u tibda bl-attivitajiet tagħha.

6. Fil-każ ta’ xi bidla f’uħud mill-partikolaritajiet ikkomunikati bis-saħħa tal-paragrafu 2(b), (ċ) jew (d), ditta ta’ l-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub tal-bidla f’dak il-każ lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tal-lokalità u ospitanti mill-anqas xahar wieħed qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3 u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu deċiżjoni dwar il-bidla bis-saħħa tal-paragrafu 4.

7. Fil-każ ta’ bidla fil-partikolaritajiet ikkomunikati bi qbil mat-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru ospitanti, kif meħtieġ.

L-Artikolu 18

1. Xi ditta ta’ l-investiment li tkun tixtieq li twettaq negozju fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba permezz tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi għandha tikkomunika din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità tagħha:

- l-Istat Membru li fih hi jkollha l-intenzjoni li topera,

- programm ta’ operazzjonijiet li jiddikjara partikolarment is-servizz jew servizzi ta’ l-investiment li hi jkollha l-ħsieb li tipprovdi.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandhom, fi żmien xahar wieħed mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti. Id-ditta ta’ l-investiment tista’ imbagħad tibda tipprovdi s-servizz jew servizzi ta’ l-investiment skond il-każ fl-Istat Membru ospitanti.

Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom, mal-wasla ta’ l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, jindikaw lid-ditta ta’ l-investiment il-kondizzjonijiet, inklużi r-regoli ta’ kondotta, li magħhom, fl-interess tal-ġid ġenerali, dawk li jipprovdu s-servizzi ta’ l-investiment f’dak il-każ għandhom ikunu konformi fl-Istat Membru ospitanti.

3. Jekk il-kontenut ta’ l-informazzjoni kkomunikata bi qbil mat-tieni inċiż tal-paragrafu 1 għandu jkun emendat, id-ditta ta’ l-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub ta’ l-emenda lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità u lill-Istat Membru ospitanti qabel ma timplimenta l-bidla, sabiex l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti jkunu jistgħu, jekk meħtieġ, jinfurmaw lid-ditta b’xi tibdil jew żidiet li għandhom isiru għall-informazzjoni kkomunikata permezz tal-paragrafu 2.

L-Artikolu 19

1. L-Istati Membri ospitanti jistgħu, għall-iskopijiet statistiċi, jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment kollha li jkollhom friegħi fit-territorji tagħhom, jirrappurtaw perjodikament dwar l-attivitajiet f’dawk l-Istati Membri ospitanti, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri ospitanti.

Fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom dwar l-imġiba ta’ l-istrateġija monetarja, mingħajr preġudizzju għal miżuri meħtieġa għat-tisħiħ tas-Sistema Monetarja Ewropea, Stati Membri ospitanti jistgħu fit-territorji tagħhom jeħtieġu lill-friegħi kollha ta’ ditti ta’ l-investiment li joriġinaw minn Stati Membri oħra li jipprovdu għal dak l-iskop l-istess partikolaritajiet bħad-ditti ta’ l-investiment nazzjonali.

2. Fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom permezz ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu friegħi ta’ ditti ta’ l-investiment li jipprovdu għal dak l-iskop l-istess partikolaritajiet bħal ditti nazzjonali.

Stati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu ditti ta’ l-investiment li jwettqu n-negozju fit-territorji tagħhom permezz tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għal monitoraġġ tal-konformità man-normi stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti li jistgħu jkunu applikabbli lilhom, għalkemm dawk il-ħtiġiet ma jistgħux ikunu aktar iebsa minn dawk li l-istess Stat Membru jimponi fuq ditti stabbiliti għal monitoraġġ tal-konformità tagħhom ma’ l-istess normi.

3. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti jaċċertaw li ditta ta’ l-investiment li jkollha fergħa jew li tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet legali adottati f’dak l-Istat bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jinvolvu poteri ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li d-ditta ta’ l-investiment kkonċernata twaqqaf dik is-sitwazzjoni irregolari.

4. Jekk id-ditta ta’ l-investiment ikkonċernata tonqos milli tieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità, kif xieraq. Dawn l-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom, fl-ewwel opportunità possibbli, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jassiguraw li d-ditta ta’ l-investiment ikkonċernata tirremedja dik is-sitwazzjoni irregolari. In-natura ta’ dawk il-miżuri għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti.

5. Jekk, allavolja jkunu ttieħdu l-miżuri mill-Istat Membru ospitanti jew minħabba miżuri bħal dawk juru li ma jkunux adegwati jew li ma jkunux disponibbli fl-Istat membru f’dak il-każ, id-ditta ta’ l-investiment tippersisti fil-vjolazzjoni tar-regoli legali li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u li huma eżistenti fl-Istat Membru ospitanti, dan l-Istat ta’ l-aħħar jista’, wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità, li jieħu il-miżuri xierqa biex ma jħallux jew jikkastigaw aktar irregolaritajiet u, sakemm ikun meħtieġ, li ma jħallux lil dik id-ditta ta’ l-investiment milli tibda aktar transazzjonijiet fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fit-territorju tagħhom ikun possibbli li jkunu servuti d-dokumenti legali meħtieġa għal dawn il-miżuri fuq id-ditti ta’ l-investiment.

6. Dawn id-dispożizzjonijiet imsemmija m’għandhomx jaffettwaw il-poteri ta’ l-Istati Membri ospitanti milli jieħdu miżuri xierqa biex ma jħallux jew jippenalizzaw irregolaritajiet imwettqa fit-territorji tagħhom li huma kuntrarju għar-regoli ta’ kondotta introdotti bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11, kif ukoll għal xi dispożizzjonijiet legali jew regolatorji oħra adottati fl-interess tal-ġid ġenerali. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li ma jitħallewx ditti ta’ l-investiment li jikkommettu irregolaritajiet milli jibdew aktar transazzjonijiet fit-territorju tagħhom.

7. Xi miżuri adottati bis-saħħa tal-paragrafi 4, 5 u 6 li jinvolvu penalitajiet jew restrizzjonijiet dwar li jkunu pprovduti servizzi għandhom ikunu ġġustifikati kif xieraq u kkomunikati lid-ditta ta’ l-investiment ikkonċernata. Kull waħda minn dawn il-miżuri għandha tkun suġġetta għad-dritt ta’ l-appell fil-qrati ta’ l-Istati Membri li jkunu adottawha.

8. Qabel ma jużaw il-proċedura li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafi 3, 4 jew 5, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti jistgħu, f’emerġenzi, li jieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa biex jipproteġu l-interessi ta’ l-investituri u l-oħrajn li lilhom ikunu pprovduti s-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu infurmati b’miżuri bħal dawn fl-aktar opportunità kmieni.

Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati, tiddeċiedi li l-Istat Membru f’dak il-każ għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-miżuri.

9. Fil-każ ta’ tneħħija ta’ awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom ikunu infurmati u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex ma jħallux lid-ditta ta’ l-investiment ikkonċernata milli tibda aktar transazzjonijiet fit-territorju tagħhom u biex jissalvagwardjaw l-interessi tad-depożitaturi. Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar każijiet bħal dawk lill-kumitat stabbilit fi stadju aktar tard fil-qasam ta’ titoli.

10. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bin-numru u t-tipi ta’ każijiet li fihom ikun hemm ċaħda bis-saħħa ta’ l-Artikolu 17 jew tal-miżuri li jkunu ttieħdu bi qbil mal-paragrafu 5. Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar każijiet bħal dawk lill-kumitat stabbilit f’data aktar tard fil-qasam ta’ titoli.

L-Artikolu 20

1. Sabiex jassiguraw li l-awtoritajiet responsabbli għas-swieq u għas-superviżjoni jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tagħhom, l-Istati Membri tal-lokalità għandhom mill-anqas jeħtieġu:

(a) mingħajr preġudizzju għall-passi meħuda fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 10, li ditti ta’ l-investiment iżommu għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet mill-anqas għal ħames snin id-dettalji relevanti dwar transazzjonijiet li jirrigwardjaw is-servizzi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14(1) li huma jkunu wettqu fi strumenti nnegozjati fuq suq irregolat, sew jekk dawk it-transazzjonijiet ikunu ġew imwettqa fuq suq irregolat u anki jekk le;

(b) li d-ditti ta’ l-investiment jirrappurtaw lejn awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tal-lokalità tagħhom, it-transazzjonijiet li hemm referenza għalihom f’ (a) meta dawk it-transazzjonijiet ikopru:

- ishma jew strumenti oħra mogħtija aċċess lejn kapital,

- bonds u tipi oħra ta’ dejn b’titoli,

- kuntratti bil-quddiem standardizzati li jirrigwardjaw ishma, jew

- għażliet standardizzati dwar ishma.

Dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli lejn l-awtoritajiet relevanti fl-opportunità l-aktar kmieni possibbli. Il-limitu taż-żmien għandu jkun stabbilit minn dik l-awtorità. Dan jista’ jkun imtawwal sat-tmiem tal-jum tax-xogħol li jmiss meta r-raġunijiet operazzjonali jew prattiċi hekk jiddettaw imma fl-ebda ċirkostanza ma jista’ jeċċedi dak il-limitu.

Rapporti bħal dawn għandhom, partikolarment, jinkludu dettalji ta’ l-ismijiet u n-numri ta’ l-istrumenti mixtrija jew mibjugħa, id-dati u l-ħinijiet tat-transazzjonijiet, il-prezzijiet tat-transazzjonijiet u l-mezzi ta’ l-identifikazzjoni tad-ditti ta’ l-investiment ikkonċernati.

Stati Membri tal-lokalità jistgħu jipprovdu li l-obbligazzjoni imposta f’ (b) għandha, fil-każ ta’ bonds u tipi oħra ta’ dejn b’titoli, li jkunu japplikaw biss għal transazzjonijiet aggregati fl-istess strument.

2. Meta ditta ta’ l-investiment twettaq transazzjoni fuq suq irregolat fl-Istat Membru tagħha ospitanti, l-Istat Membru tal-lokalità jista’ jwarrab il-ħtiġiet tiegħu fir-rigward ta’ rappurtaġġ jew li d-ditta ta’ l-investiment tkun suġġetta għal ħtiġiet ekwivalenti biex tirrapporta t-transazzjonijiet f’dak il-każ mill-awtoritajiet inkarigati minn dak is-suq.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rapport li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1(b) għandu jsir jew mid-ditta ta’ l-investiment innifisha jew minn sistema ta’ tqabbil ta’ negozju, jew permezz ta’ l-awtoritajiet ta’ borża jew dawk ta’ suq irregolat ieħor.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-informazzjoni disponibbli bi qbil ma’ dan l-Artikolu tkun ukoll disponibbli għall-applikazzjoni xierqa ta’ l-Artikolu 23.

5. Kull Stat Membru jista’, b’manjiera mhux diskriminatorja, jadotta u jżomm dispożizzjonijiet aktar iebsa fil-qasam irregolat b’dan l-Artikolu fir-rigward tas-sustanza u l-għamla fir-rigward tal-konservazzjoni u r-rappurtaġġ ta’ dettalji li jirrigwardjaw it-transazzjonijiet:

- imwettqa fuq suq irregolat li tiegħu jkun l-Istat Membru tal-lokalità, jew

- imwettqa minn ditti ta’ l-investiment li tiegħu ikun l-Istat Membru tal-lokalità.

L-Artikolu 21

1. Sabiex jiffaċilitaw biex l-investituri li jkollhom aċċess f’kull hin, it-termini ta’ transazzjoni li huma jqisu u li jivverifikaw aktar tard, il-kundizzjonijiet li fihom ikunu ġew imwettqa, kull awtorità kompetenti għandha, għal kull wieħed mis-swieq irregolati li fih tkun daħlet fil-lista li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 16, li tieħu miżuri biex tipprovdi lill-investituri bl-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2. Bi qbil mal-ħtiġiet imposti fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddetterminaw l-għamla li biha u l-ħin eżatt li fih l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta, kif ukoll il-mezzi li bihom din għandha tkun disponibbli, wara li jkunu kkunsidraw in-natura, id-daqs u l-ħtiġiet tas-suq ikkonċernat u ta’ l-investituri li joperaw fuq dak is-suq.

2. L-awtoritaji kompetenti għandhom jeħtieġu għal kull strument mill anqas:

(a) pubblikazzjoni fil-bidu ta’ kull jum ta’ negozju fis-suq tal-prezz medju mgħobbi, l-ogħla u l-anqas prezzijiet u l-volum innegozjat fis-suq irregolat f’dak il-każ għan-negozju kollu tal-jum ta’ qabel;

(b) b’żieda ma’ dan, għal swieq kontinwi immexxija minn ordnijiet u mmexxija minn kwotazzjonijiet, pubblikazzjoni:

- fit-tmiem ta’ kull siegħa ta’ negozju fis-suq, tal-medja tal-prezz mgħobbi u tal-volum innegozjat fis-suq irregolat f’dak il-każ għal perjodu ta’ sitt sigħat li jagħlqu hekk li jkun baqa’ sagħtejn negozju fis-suq qabel il-pubblikazzjoni, u

- kull 20 minuta, il-medja tal-prezz peżat u l-ogħla u l-anqas prezzijiet fis-suq irregolat f’dak il-każ għal perjodu ta’ sagħtejn li jispiċċaw hekk li jħallu siegħa waħda ta’ negozju fis-suq qabel il-pubblikazzjoni.

Meta l-investituri jkollhom aċċess bil-quddiem lejn l-informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-kwantitajiet li dwarhom transazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu mwettqa:

(i) infomazzjoni bħal dik għandha tkun disponibbli fil-ħinijiet kollha ma’ tul il-hinijiet tan-negozju tas-suq;

(ii) it-termini mħabbra għall-prezz u l-kwantità partikolari għandhom ikunu t-termini li dwarhom ikun possibbli għall-investitur li jwettaq transazzjoni bħal dik.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu itawlu jew jissospendu pubblikazzjoni meta dan juri li jkun iġġustifikat mill-kondizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq jew, fil-każ ta’ swieq żgħar, biex jippreservaw l-anonimità ta’ ditti u ta’ l-investituri. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet speċjali fil-każ ta’ transazzjonijiet eċċezzjonali li huma ferm kbar fi skala meta mqabbla mal-medja ta’ transazzjonijiet fit-titoli f’dak il-każ u fuq dak is-suq u fil-każ ta’ titoli ta’ likwidità għolja definiti permezz ta’ kriterji objettivi u magħmulin pubbliċi. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll japplikaw dispożizzjonijiet aktar flessibbli, partikolarment fir-rigward ta’ limiti ta’ żmien għal pubblikazzjoni, għal transazzjonijiet li jikkonċernaw bonds jew tipi oħra ta’ dejn b’titoli.

3. Fil-qasam irregolat minn dan l-Artikolu, kull Stat Membru jista’ jadotta jew iżomm dispożizzjonijiet aktar stretti jew dispożizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tas-sustanza u l-għamla li fiha l-informazzjoni għandha tkun disponibbli lejn l-investuturi li jikkonċernaw transazzjonijiet imwettqa fuq swieq irregolati li tagħhom ikun l-Istat Membru tal-lokalità, basta li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu applikabbli indipendentament mill-Istat Membru li fih dak li jagħmel il-ħruġ ta’ strument finanzjarju jkun jinstab jew ta’ l-Istat Membru li fis-suq irregolat tiegħu l-istrument ikun tniżżel għall-ewwel darba.

4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-applikabbiltà ta’ dan l-Artikolu mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1997; il-Kunsill jista’, fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata, li jemenda dan l-Artikolu.

IT-TITOLU VI

Awtoritajiet responsabbli għal awtorizzazzjoni u superviżjoni

L-Artikolu 22

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-doveri li hemm dispożizzjoni dwarhom f’din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan, jindikaw xi diviżjoni ta’ doveri.

2. L-awtoritajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu jew l-awtoritajiet pubbliċi, il-korpi rikonoxxuti minn liġi nazzjonali jew korpi rikonoxxuti minn awtoritajiet espressament awtorizzati għal dak l-iskop mil-liġi nazzjonali.

3. L-awtoritajiet ikkonċernati għandhom ikollhom il-poteri kollha meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom.

L-Artikolu 23

1. Meta jkun hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar fl-istess Stat Membru, dawn għandhom jikkolaboraw mill-qrib fis-superviżjoni ta’ l-attivitajiet ta’ ditti ta’ l-investiment li joperaw f’dak l-Istat Membru.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li dik il-kollaborazzjoni sseħħ bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti u xi awtoritajiet pubbliċi responsabbli għas-superviżjoni ta’ swieq finanazjarji, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanazjarji l-oħra u l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, fir-rigward ta’ l-entitajiet li dawk l-awtoritajiet jagħmlu s-superviżjoni tagħhom.

3. Meta, permezz tal-provvediment ta’ servizzi jew bl-istabbiliment ta’ friegħi, ditta ta’ l-investiment topera fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti minn dak l-Istat Membru tal-lokalità tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib sabiex aktar effettivament iwettqu r-responsabbilitajiet rispettivi tagħhom fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Għandhom ifornu lill-xulxin fuq talba għal dan, l-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-amministrazzjoni u l-proprjetà ta’ ditti ta’ l-investiment bħal dawn li aktar li tiffaċilita is-superviżjoni tagħhom u l-informazzjoni kollha li aktar tiffaċilita il-monitoraġġ ta’ dawk id-ditti. Partikolarment, l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandhom jikkooperaw biex jassiguraw li l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru ospitanti jiġbor il-partikolaritajiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19(2).

Sal-limiti li huwa meħtieġ għall-iskop ta’ l-eżerċitar tal-poteri tagħhom ta’ superviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità għandhom ikunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti b’xi miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti bis-saħħa ta’ l-Artikolu 19(6) li jinvolvu penalitajiet imposti fuq ditta ta’ l-investiment jew restrizzjonijiet dwar l-attivitajiet ta’ ditta ta’ l-investiment.

L-Artikolu 24

1. L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li, meta ditta ta’ l-investiment tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor li twettaq l-attivitajiet tagħha minn fergħa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità jistgħu, wara li l-ewwel ikunu infurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti, li jwettqu huma stess jew permezz ta’ l-intermedjarju ta’ persuni li huma jaħtru għal dak l-iskop, verifiki fuq il-post ta’ l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 23(3).

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti jistgħu ukoll jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti li jara li dik il-verifika tkun imwettqa. L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal dik għandhom, fil-qafas tal-poteri tagħhom, jaġixxu dwarhom billi jwettqu il-verifika huma stess, billi jippermettu lill-awtoritajiet li jkunu talbuhom li jwettquhom jew billi jippermettu lil awdituri jew esperti li jagħmlu dan.

3. Dan l-Artikolu m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti milli jwettqu, fil-proċess tar-responsabbilitajiet permezz ta’ din id-Direttiva, verifiki fuq il-post tal-friegħi stabbiliti fit-territorju tagħhom.

L-Artikolu 25

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll awdituri jew esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikunu marbuta bl-obbligazzjoni tas-segretezza professjonali. Din tfisser li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali li huma jistgħu jirċievu fil-korsa tad-doveri tagħhom ma tkun tista’ tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità tkun liema tkun, ħlief f’sommarju jew f’għamla kollettiva, minn dawk id-ditti ta’ l-investiment individwali li ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti bil-liġi kriminali.

Madankollu, meta ditta ta’ l-investiment tkun giet iddikjarata bħala falluta jew li tkun xolta ta’ bil-fors, informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna partijiet terzi involuti fi sforz li jsalvaw din l-intrapriża, tkun tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti milli jagħmlu skambju ta’ informazzjoni bi qbil ma’ din id-Direttiva jew mad-Direttivi applikabbli għal ditti ta’ l-investiment. Dik l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri jistgħu jiffinalizzaw ftehim ta’ kooperazzjoni li jipprovdi għal skambju ta’ informazzjoni, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni kkomunikata tkun koperta b’garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f’dan l-Artikolu.

4. L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni kunfidenzjali permezz tal-paragrafi 1 jew 2 jistgħu jużawha biss fil-kors tad-doveri tagħhom:

- biex jivverifikaw li l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju ta’ ditti ta’ l-investiment ikunu mwettqa u biex tiffaċilita il-monitoraġġ, fuq bażi mhux konsolidata jew ikkonsolidata, tat-twettiq ta’ dak in-negozju, speċjalment f’dak li jirrigwardja l-monitoraġġ tal-likwidità, il-kapaċità ta’ ħlasijiet, riskji kbar u proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet u mekkaniżmi interni ta’ kontroll,

- biex jimponu sanzjonijiet,

- f’appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jew

- fi proċedimenti fi qrati mibdija permezz ta’ l-Artikolu 26.

5. Il-paragrafi 1 u 4 m’għandhomx ifixklu l-iskambju ta’ l-informazzjoni:

(a) fi Stat Membru, meta jkun hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar, jew

(b) fi ħdan Stat Membru jew bejn Stati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti u

- l-awtoritajiet responsabbli għal superviżjoni ta’ organizzazzjonijiet finanzjarji oħra u ta’ ditti ta’ l-investiment u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji,

- korpi responsabbli għal-likwidazzjoni jew falliment ta’ ditti ta’ l-investiment u proċeduri oħra simili, u

- persuni responsabbli għat-twettiq ta’ awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ ditti ta’ l-investiment u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra,

fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, u fl-iżvelar lill-korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ kumpens dwar l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.

6. Dan l-Artikoliu m’għandux lanqas ifixkel lill-awtorità kompetenti milli tiżvela lil dawk il-banek ċentrali li ma jagħmlux superviżjoni individwali ta’ ditti ta’ l-investiment kull informazzjoni li huma jistgħu jeħtieġu biex jaġixxu bħala awtoritajiet monetarji. Informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposta fil-paragrafu 1.

7. Dan l-Artikolu m’għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti milli jikkomunikaw l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 1 sa 4 lil clearing house jew korp simili rikonoxxut mil-liġi nazzjonali ħalli jipprovdi clearing u twettiq ta’ servizzi għal wieħed mis-swieq ta’ l-Istati Membri jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jassiguraw il-funzjonar xieraq ta’ dawk il-korpi b’relazzjoni man-nuqqasijiet jew il-potenzjal ta’ nuqqasijiet mill-parteċipanti fis-suq. Din l-informazzjoni mwassla għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jassiguraw li l-informazzjoni li tkun waslitilhom permezz tal-paragrafu 2 ma tkunx tista’ tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu mingħajr il-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom.

8. B’żieda, u indipendentament mid-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 4, Stati Membri jistgħu, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra ta’ l-amministrazzjonijiet ċentrali tal-gvernijiet tagħhom li jkunu responsabbli għal-leġislazzjoni dwar is-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u ta’ l-ispetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

Żvelar bħal dan jista’ jsir, madankollu, biss meta meħtieġ u għal raġunijiet ta’ kontroll prudenti.

L-Istati Membri għandhom, madankollu, jassiguraw li l-informazzjoni li tkun waslitilhom permezz tal-paragrafi 2 u 5 u dik akkwistata permezz ta’ verifiki fuq il-post li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 24 qatt ma tkun tista’ tiġi żvelata fil-każijiet li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu ħlief bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni jew ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun twettqet il-verifika fuq il-post.

9. Jekk sal-waqt ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, Stat Membru jipprovdi għal skambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet sabiex jivverifika il-konformità mal-liġijiet dwar superviżjoni prudenti, fuq l-organizzazzjoni, l-operat u l-imġieba ta’ kumpaniji kummerċjali u dwar ir-regolament ta’ swieq finanzjarji, dak l-Istat Membru jista’ jibqa jawtorizza t-twassil ta’ l-informazzjoni bħal dik sa kemm isseħħ il-koordinazzjoni mad-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet għas-settur finanzjarju kollu imma fl-ebda każ wara l-1 ta’ Lulju 1996.

Stati Membri għandhom, madankollu, jassiguraw li, meta l-informazzjoni tkun ġejja minn Stat Membru ieħor, din ma tistax tkun żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu mingħajr il-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u din tista’ tkun użata biss għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

Il-Kunsill għandu jeffettwa l-koordinazzjoni li hemm referenza għaliha fl-ewwel sub-paragrafu fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill jinnota li l-istqarrija tal-Kummissjoni għall-fatt li hi għandha tissottometti proposti sal-31 ta’ Lulju 1993 l-aktar tard. Il-Kunsill li jaġixxi fuq dawk il-proposti fl-iqsar żmien possibbli u bil-għan li tressaq ir-regoli proposti f’effett fl-istess jum bħal din id-Direttiva.

L-Artikolu 26

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ ditta ta’ l-investiment bis-saħħa ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati bi qbil ma’ din id-Direttiva huma suġġetti għad-dritt ta’ l-applikazzjoni lejn il-qrati; l-istess għandu jkun applikabbli jekk l-ebda deċiżjoni ma tittieħed fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħha dwar applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tipprovdi għall-informazzjoni kollha meħtieġa permezz tad-dispożizzjonijiet eżistenti.

L-Artikolu 27

Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta’ tneħħija ta’ l-awtorizzazzjoni jew tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi kriminali, Stati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet rispettivi tagħhom jistgħu, fir-rigward ta’ ditti ta’ l-investiment jew dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju ta’ dawk id-ditti li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw is-superviżjoni jew it-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom, jadottaw jew jimponu fir-rigward tagħhom miżuri jew penalitajiet immirati speċifikament ħalli jwaqqfu ksur osservat jew il-kawzi ta’ dak il-ksur.

L-Artikolu 28

Stati Membri għandhom jassiguraw li din id-Direttiva tkun implimentata mingħajr diskriminazzjoni.

IT-TITOLU VII

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 29

Sa kemm isseħħ l-adozzjoni tad-Direttiva l-oħra li tesiġi dispożizzjonijiet għal adattament ta’ din id-Direttiva lejn progress tekniku fl-oqsma speċifikati hawn taħt, il-Kunsill għandu, bi qbil mad-Deċiżjoni 87/373/KEE [15], billi jaġixxi ma’ maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta dawk l-adattazzjonijiet li jistgħu ikunu meħtieġa, kif ġej:

- espansjoni tal-lista fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness,

- adattazzjoni tat-terminoloġija tal-listi fl-Anness biex jittieħed akkont ta’ l-iżviluppi dwar swieq finanzjarji,

- l-oqsma li fihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu skambju ta’ l-informazzjoni kif murija fl-Artikolu 23;

- kjarifika tad-definizzjonijiet biex jassiguraw applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fil-Komunità kollha,

- kjarifika tad-definizzjonijiet sabiex jittieħed akkont ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ta’ żviluppi fis-swieq finanzjarji,

- il-livellar tat-terminoloġija dwar u l-qafas tad-definizzjonijiet bi qbil ma’ l-atti sussegwenti dwar miżuri fuq ditti ta’ l-investiment u materji relatati,

- id-doveri l-oħra li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 7(5).

L-Artikolu 30

1. Ditti ta’ l-investiment diġà awtorizzati fl-Istat Membru tal-lokalità tagħhom biex jipprovdu servizzi ta’ l-investiment qabel il-31 ta’ Diċembru 1995 għandhom ikunu meqjusa bħala li huma hekk awtorizzati għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, jekk il-liġijiet ta’ dawk l-Istati Membri jipprovdu li l-bidu ta’ dawn l-attivitajiet għandhom ikunu konformi ma’ kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk imposti fl-Artikoli 3(3) u 4.

2. Ditti ta’ l-investiment li diġa jwettqu negozju fil-31 ta’ Diċembru 1995 u li ma humiex inklużi fost dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu bl-attivitajiet tagħhom basta li, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1996 u bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri tal-lokalità tagħhom, dawn jakkwistaw awtorizzazzjoni biex jibqgħu b’dawn l-attivitajiet bi qbil mad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

L-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din biss għandha tiffaċilita li ditti bħal dawk li jikkwalifikaw skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar id-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi.

3. Meta qabel id-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva ditti ta’ l-investiment ikunu bdew negozju fi Stati Membri oħra jew permezz ta’ friegħi jew bis-saħħa tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi, l-awtoritajiet ta’ kull Stat Membru tal-lokalità għandhom, bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Diċembru 1995, jikkomunikaw, għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 17(1) u (2) u 18, lejn l-awtoritajiet ta’ kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, il-lista ta’ ditti li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva u l-operat f’dawk l-Istati u jindikaw in-negozju li jkun twettaq hemmhekk.

4. Persuni naturali awtorizzati fi Stat Membru fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva biex joffru servizzi ta’ l-investiment għandhom ikunu meqjusa li huma awtorizzati skond din id-Direttiva, basta li huma jwettqu l-ħtiġiet imposti fl-Artikolu 1(2), it-tieni sub-paragrafu, it-tieni inċiż, u t-tielet sub-paragrafu, l-erba’ inċiżi kollha.

L-Artikolu 31

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1995 l-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu b’effett mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995. L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta Stati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-manjiera li biha referenzi bħal dawn għandhom isiru għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.

L-Artikolu 32

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Mejju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Helveg Petersen

[1] ĠU C 43, tat-22.2.1989, p. 7; u ĠU C 42, tat-22.2.1990, p. 7.

[2] ĠU C 304, ta’ l-4.12.1989, p. 39; u ĠU C 115, tas-26.4.1993.

[3] ĠU C 298, tas-27.11.1989, p. 6.

[4] ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/30/KEE(ĠU L 110, tat-28.4.1992, p. 52).

[5] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 66, tas-16.3.1979, p. 21. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall.

[7] ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/646/KEE (ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 1).

[8] ĠU L 348, tas-17.12.1988, p. 62.

[9] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE (ĠU L 317, tas-16.11.1990, p. 60).

[10] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/619/KEE (ĠU L 330, tad-29.11.1990, p. 50).

[11] ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/618/KEE (ĠU L 330, tad-29.11.1990, p. 44).

[12] ĠU 56, ta’ l- 4.4.1964, p. 878/64.

[13] ĠU L 26, tat-30.1.1977, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall.

[14] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/220/KEE (ĠU L 100, tad-19.4.1988, p. 31).

[15] ĠU L 197, tat-18.7.1987, p. 33.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IT-TAQSIMA A

Servizzi

1. (a) Akkwist u trasmissjoni, għan-nom ta’ l-investituri, ta’ l-ordnijiet fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-istrumenti li hemm elenkati fit-Taqsima B.

(b) L-eżekuzzjoni ta’ dawk l-ordnijiet apparti milli għall-akkont tagħhom.

2. Negozju f’xi wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima B għall-akkont tagħhom.

3. Maniġġjar ta’ portfolios ta’ l-investiment bi qbil mal-mandati mogħtija minn investituri fuq bażi diskrezzjonarja, klijent bi klijent, meta dawk il-portfolios jinkludu wieħed jew aktar mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima B.

4. Assigurazzjoni fir-rigward ta’ ħruġ ta’ xi strumenti elenkati fit-Taqsima B u/jew it-tqegħid ta’ dak il-ħruġ.

IT-TAQSIMA B

Strumenti

1. (a) Titoli trasferibbli.

(b) Unitajiet f’intrapriżi ta’ l-investiment kollettiv.

2. Strumenti tas-suq tal-flus.

3. Kuntratti ta’ futuri finanzjarji, inklużi ekwivalenti ta’ strumenti ta’ twettiq bi flus.

4. Ftehim bil-quddiem ta’ rati dritti ta’ imgħax (FRAs).

5. Rati ta’ imgħax, muniti u tpartit ta’ ekwitajiet.

6. Għażliet biex ikunu akkwistati jew iddisponuti xi strumenti li jidħlu f’din it-taqsima ta’ l-Anness, inklużi l-ekwivalenti ta’ strumenti ta’ twettiq bi flus. Din il-kategorija tinkludi għażliet partikolari dwar muniti u rati ta’ imgħax.

IT-TAQSIMA Ċ

Servizzi mhux ewlenija

1. Is-salvagwardja u l-amministrazzjoni fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima B.

2. Servizzi ta’ kustodju mingħajr periklu.

3. Għoti ta’ kreditu jew self lill-investitur biex jitħallew li jwettqu transazzjoni f’wieħed jew aktar mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima B, meta d-ditta li tagħti l-kreditu jew is-self tkun involuta fit-transazzjoni.

4. Parir lill-intrapriżi dwar struttura kapitali, strateġija industrijali u kwistjonijiet relatati u pariri kif ukoll servizzi relatati ma’ unifikazzjonijiet u xiri ta’ intrapriżi.

5. Servizzi li jirrigwardjaw l-assigurazzjoni.

6. Parir ta’ l-investiment li jikkonċernaw wieħed jew aktar mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima B.

7. Servizzi ta’ kambju esteru meta dawn ikunu marbuta mal-provvediment ta’ servizzi ta’ l-investiment.

--------------------------------------------------