31992R2407



Official Journal L 240 , 24/08/1992 P. 0001 - 0007
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0116
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0116


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92

tat-23 ta’ Lulju 1992

dwar liċenzjar ta’ air carriers

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 84(2) dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi hu importanti li tiġi stabbilita politika dwar kull trasport bl-ajru għas-suq intern fuq kull perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992 kif provdut fl-Artikolu 8a tat-Trattat;

Billli s-suq intern għandu jkun fih żona mingħajr fruntieri interni li fiha ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital hi żgurata;

Billi l-applikazzjoni fis-settur tat-trasport bl-ajru tal-prinċipju ta’ libertà li jiġu provduti servizzi, teħtieġ li tieħu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dak is-settur;

Billi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2343/90 tal-24 ta’ Lulju 1990 dwar aċċess għal air carriers għal rotot ta’ servizz bl-ajru skedat ġewwa l-Komunità u dwar il-qsim ta’ kapaċità ta’ passiġġieri bejn air carriers f’servizzi ta’ l-ajru skedati bejn Stati Membri [4] il-Kunsill iddeċieda li jadotta għall-implimentazzjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1992, regoli komuni li jirregolaw il-liċenzjar ta’ air carriers;

Billi, madankollu, hu meħtieġ li l-Istati Membri jingħataw kull perjodu raġonevoli, sal-1 ta’ Jannar 1993, għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

Billi hu mportanti li jiġu mfissra ħtiġiet mhux diskriminatorji għar-rigward tal-lok u l-kontroll ta’ kull impriża li tapplika għal kull liċenzja;

Billi sabiex jiġi żgurat servizz li wieħed jista’, joqgħod fuqu u adegwat huwa meħtieġ li jiġi żgurat li kull air carrier ikun f’kull ħin qiegħed jopera b’livelli ta’ ekonomija b’saħħitha u ta’ sigurtà għolja;

Billi għall-protezzjoni ta’ l-utenti u l-partijiet konċernati oħra hu mportanti li jiġi żgurat li air carriers ikunu assigurati b’mod adegwat għar-rigward ta’ riskji ta’ lijabilità;

Billi fis-suq intern air carriers għandhom ikunu kapaċi li jużaw ajruplani ta’ sidien minn kull parti tal-Komunità, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja għar-rigward tal-kondizzjoni teknika tal-carrier;

Billi għandu jkun possibbli wkoll li jiġi mikri ajruplan reġistrat barra l-Komunità għal perjodu qasir jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, kemm-il darba standardsta’ sigurtà jkunu ekwivalenti għal dawk applikabbli ġewwa l-Komunità;

Billi proċeduri għall-għoti ta’ liċenzji lil air carriers għandhom ikunu trasparenti u mhux diskriminatorji,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jirreferi għal ħtiġiet għall-għoti u manutenzjoni ta’ liċenzji ta’ ħidma minn Stati Membri għar-rigward ta’ air carriers stabbiliti ġewwa l-Komunità.

2. It-tagħbija bl-ajru ta’ passiġġieri, ittri u/jew merkanzija, li ssir minn ajruplani mhux power driven u/jew ajruplani ultra-light power driven, kif ukoll titjiriet lokali li ma jinkludux tagħbija bejn ajruporti differenti, mhumiex soġġetti għal dan ir-Regolament. Għar-rigward ta’ dawn l-operazzjonijiet, għandha tapplika liġi nazzjonali li tirregola liċenzji ta’ ħidma, jekk ikun hemm, u liġi tal-Komunità u nazzjonali dwar iċ-ċertifikat ta’ l-operatur bl-ajru (AOC).

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "impriża" tfisser kull persuna naturali, kull persuna legali, kemm jekk topera għall-profitt jew le, jew kull korp uffiċjali kemm jekk ikollu l-personalità legali tiegħu jew le;

(b) "air carrier" tfisser kull impriża ta’ trasport bl-ajru li jkollha liċenzja tat-tħaddim valida;

(ċ) "liċenzja tat-tħaddim" tfisser kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Istat Membru responsabbli lil kull impriża, li jippermettilha li ġġorr bl-ajru passiġġieri, ittri u/jew merkanzija, kif iddikjarat fil-liċenzja ta’ ħidma, għal remunerazzjoni u/jew kiri;

(d) "ċertifikat ta’ operatur bl-ajru (AOC)" tfisser kull dokument maħruġ lil kull impriża jew kull grupp ta’ impriżi mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li jaffermaw li l-operatur inkwistjoni għandu l-abbiltà professjonali u organizzattiva biex jiżgura l-operazzjoni mingħajr periklu ta’ ajruplan għall-attivitajiet ta’ avjazzjoni speċifikati fiċ-ċertifikat;

(e) "pjan ta’ negozju" tfisser kull deskrizzjoni dettaljata ta’ l-attivitajiet kummerċjali maħsuba mill-air carrier għall-perjodu inkwistjoni, b’mod partikolari għar-rigward ta’ l-iżvilupp tas-suq u investimenti li għandhom isiru, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi ta’ dawn l-attivitajiet;

(f) "kont ta’ l-immaniġjar" tfisser kull dikjarazzjoni dettaljata ta’ dħul u nfiq għall-perjodu inkwistjoni inkluż kull rendikont dettaljat bejn attivitajiet li jkunu relatati ma’ trasport bl-ajru u attivitajiet oħra kif ukoll bejn elementi ta’ flus u mhux ta’ flus;

(g) "kontroll effettiv" tfisser kull relazzjoni kostitwita permezz ta’ jeddijiet, kuntratti jew kull mezz ieħor li, jew separatament jew konġuntivament u li b’konsiderazzjonijiet ta’ fatt jew liġi involuta, jagħtu l-possibbiltà li direttament jew indirettament jeżerċitaw kull influwenza deċiżiva fuq kull impriża, b’mod partikolari permezz ta’:

(a) id-dritt li jintuża kull assi jew parti minnu ta’ kull impriża;

(b) jeddijiet jew kuntratti li jagħtu kull influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, votazzjoni jew deċiżjonijiet tal-korpi ta’ kull impriża jew mod ieħor jinfluwenzaw b’mod deċiżiv fuq it-tħaddim ta’ l-operat kummerċjali ta’ l-impriża.

L-Artikolu 3

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(5), l-Istati Membri m’għandhomx jagħtu liċenzji ta’ l-operat jew iħalluhom fis-seħħ fejn ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma jkunux osservati.

2. Kull impriża li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandha tkun intitolata li tirċievi kull liċenzja tat-tħaddim. Dik il-liċenzja ma tagħtix minnha nfisha kull jedd ta’ aċċess għal rotot speċifiċi jew għas-swieq,

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), l-ebda impriża mwaqqfa fil-Komunità, m’għandha titħalla ġewwa t-territorju tal-Komunità, li ġġorr bl-ajru passiġġieri, ittri u/jew merkanzija għal remunerazzjoni u/jew kiri sakemm l-impriża ma tingħatax l-liċenzja tat-tħaddim xierqa.

Liċenzja tat-tħaddim

L-Artikolu 4

1. L-ebda impriża m’għandha tingħata liċenzja ta’ kull tħaddim minn kull Stat Membru kemm-il darba:

(a) il-post prinċipali tal-kummerċ tagħha u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun f’dak l-Istat Membru; u

(b) ix-xogħol prinċipali tagħha jkun trasport bl-ajru iżolat jew konġuntivament ma’ kull ħidma kummerċjali oħra ta’ ajruplan jew tiswija u manutenzjoni ta’ ajruplan.

2. Mingħajr preġudizzju għal patti ta’ ftehim u konvenzjonijiet li għalihom il-Komunità tkun parti f’ kull kuntratt, l-impriża għandha tkun il-proprjetà u tibqa’ l-proprjetà direttament jew permezz ta’ maġġoranza ta’ ishma, ta’ l-Istati Membri u/jew ċittadini ta’ l-Istati Membri. Din għandha f’kull ħin tkun effettivament kontrollata minn dawk l-Istati jew dawk iċ-ċittadini.

3. (a) Minkejja l-paragrafi 2 u 4, air carriers li huma diġà rikonoxxuti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2343/90 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 294/91 tal-4 ta’ Frar 1991 dwar l-operat ta’ servizzi ta’ tagħbija bl-ajru bejn L-Istati Membri [5] għandhom iżommu l-jeddijiet tagħhom taħt dan jew Regolamenti assoċjati kemm-il darba dawn josservaw l-obbligi l-oħra f’dan ir-Regolament u jibqgħu ikunu kontrollati direttament jew indirettament mill-istess pajjiżi terzi u/jew minn ċittadini ta’ l-istess pajjiż terzi bħal dawk li jeżerċitaw dak il-kontroll fil-ħin ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan il-kontroll jista’, iżda, jkun trasferit lil Stati Membri u/jew lil ċittadini ta’ Stat Membru f’kull żmien.

(b) Il-possibiltà ta’ xiri u bejgħ ta’ ishma taħt subparagrafu (a) ma tkoprix ċittadini li jkollhom kull interess sinifikanti f’air carrier ta’ kull pajjiż terz.

4. Kull impriża li tipparteċipa direttament jew indirettament f’kull kontrollar ta’ pussess ta’ ishma f’air carrier għandha tosserva l-ħtiġiet tal-paragrafu 2.

5. Kull air carrier għandu f’kull ħin ikun kapaċi li juri lill-Istat Membru responsabbli għall-liċenzja tat-tħaddim, illi dan jissodisfa l-ħtiġiet ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni, li taġixxi fuq it-talba ta’ kull Stat Membru, għandha teżamina l-konformità mal-ħtiġiet ta’ dan l-Artikolu u tieħu deċiżjoni jekk meħtieġ.

L-Artikolu 5

1. Kull impriża ta’ trasport bl-ajru applikanti li lilha tingħata kull liċenzja tat-tħaddim għall-ewwel darba għandha tkun kapaċi turi għas-sodisfazzjon raġonevoli ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja li:

(a) hija tista’ tonora f’kull ħin l-obbligi tagħha attwali jew mistennija, stabbiliti taħt assunzjonijiet realistiċi, għal kull perjodu ta’ 24 xahar mill-bidu tal-ħidmiet; u

(b) din tista’ tkopri l-ispejjeż tagħha kemm dawk fissi kif ukoll dawk operattivi li jirriżultaw minn operazzjonijiet b mod konformi mal-pjan ta’ negozjutagħha u stabbiliti taħt assunzjonijiet realistiċi, għal kull perjodu ta’ tliet xhur mill-bidu tal-ħidmiet, mingħajr ma jittieħed rendikont ta’ kull dħul mill-ħidmiet tagħha.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, kull applikant għandu jissottometti kull pjan ta’ dħul u nefqa għal, mill-inqas, l-ewwel sentejn ta’ operazzjoni. Il-pjan ta’ dħul u nefqa għandu wkoll jagħti dettalji dwar ir-rabtiet finanzjarji ta’ l-applikant ma’ kull attività kummerċjali oħra li l-applikant ikun jagħmel jew direttament jew permezz ta’ impriżi relatati. L-applikant għandu wkoll jipprovdi kull informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari l-fatti magħrufa (data) li għalihom saret referenza fil-parti A ta’ l-Anness.

3. Kull air carrier għandu javża bil-quddiem lill-awtorità li toħroġ il-liċenzja, il-pjanijiet għal: operat ta’ servizz skedat ġdid jew servizz mhux skedat lejn kull kontinent jew reġjun tad-dinja li ma kienx moqdi qabel, tibdiliet fit-tip jew numru ta’ ajruplani użati jew kull bidla sostanzjali fl-iskala ta’ l-attivitajiet tiegħu. Huwa għandu wkoll javża bil-quddiem kull għaqdajew akkwistmaħsuba u għandu javża lill-awtorità li toħroġ il-liċenzja fi żmien erbatax-il jum b’kull bdil fil-proprjetà ta’ kull pussess ta’ sehem li jirrapreżenta 10 % jew aktar tal-ishma kollha tal-air carrier jew il-kumpanija ġeniturjewil-kumpanija azjenda aħħarija tiegħu. L-għoti ta’ pjan ta’ dħul u ħruġ li jkopri 12-il xahar, xahrejn qabel il-perjodu li għalih jirreferi, għandu jikkostitwixxi avviż xieraq taħt dan il-paragrafu għall-iskopijiet ta’ bdil tal-ħidmiet kurrenti u/jew iċ-ċirkostanzi li huma nklużi f’dak il-pjan ta’ negozju.

4. Jekk l-awtorità li toħroġ il-liċenzja tikkunsidra t-tibdiliet avżati taħt il-paragrafu 3 li għandhom kull piż sinifikanti fuq il-finanzi tal-air carrier, hija għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ pjan ta’ dħul u ħruġ rivedut li jkun fih it-tibdiliet inkwistjoni u li jkopri, mill-inqas, kull perjodu ta’ 12-il xahar mid-data ta’ l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll l-informazzjoni kollha rilevanti, inkluż il-fatti magħrufa (data) li għaliha saret referenza fil-parti B ta’ l-Anness, biex jiġi evalwat jekk l-air carrier huwiex kapaċi jonora l-obbligi eżistenti u mistennija tiegħu matul dak il-perjodu ta’ 12-il xahar. L -awtorità li toħroġ il-liċenzja għandha tieħu kull deċiżjoni dwar il-pjan ta’ negozju rivedut mhux aktar tard minn tliet xhur wara li kull informazzjoni meħtieġa tkun mogħtija lilha.

5. L-Awtoritajiet li joħorġu liċenzji jistgħu, f’kull ħin u f’kull każ kull meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li jeżistu problemi finanzjarji ma’ xi air carrier liċenzjat magħhom, jevalwaw l-aġir finanzjarju tiegħu u jistgħu jissospendu jew jirrevokaw il-liċenzja jekk ma jibqgħux aktar sodisfatti li l- air carrier ikun jista’ jonora l-obbligi tiegħu attwali jew mistennija għal kull perjodu ta’ 12-il xahar. Awtoritajiet li joħroġu liċenzji jistgħu wkoll jagħtu kull liċenzja temporanja sakemm issir organizzazzjoni finanzjarja mill-ġdid ta’ l-air carrier, kemm-il darba s-sigurtà ma tkunx f’riskju.

6. Kull air carrier għandu jipprovdi, kull sena finanzjarja mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità li toħroġ il-liċenzja, il-kontijiet verifikati li jirreferu għas-sena finanzjarja preċedenti. F’kull ħin fuq talba ta’ l-awtorità li toħroġ liċenzja, air carrier għandu jagħti l-informazzjoni rilevanti għall-iskopijiet tal-paragrafu 5 u, b’mod partikolari, il-fatti magħrufa (data) li għaliha saret referenza fil-parti Ċ tal-Anness.

7. (a) Il-Paragrafi 1, 2, 3, 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx għal air carriers li jeżerċitaw esklużivament ħidmiet b’ajruplani ta’ anqas minn 10 tunellati mto w (il-piż massimu mat-tlugħ) u/jew anqas minn 20 siġġu. Dawn l-air carriers għandhom f’kull ħin ikunu kapaċi li juru li l-kapital nett tagħhom ikun mill-inqas ECU 80 0000 jew li jagħtu, meta mitluba mil-awtorità tal-liċenzji, l-informazzjoni rilevanti għall-iskopijiet tal-paragrafu 5. Kull Stat Membru jista’ minkejja dan kollu japplika l-paragrafi 1, 2, 3, 4 u 6 għal air carriers liċenzjati minnu li joperaw servizzi skedati jew li t-turnover tagħhom jeċċedi ECU 3 miljuni kull sena.

(b) Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, iżżid kif xieraq il-valuri msemmija fis-subparagrafu (a) jekk żviluppi ekonomiċi jindikaw il-ħtieġa ta’ dik id-deċiżjoni. Din il-bidla għandha tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(ċ) Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill f’kull limitu ta’ żmien ta’ xahar. Il-Kunsill, li jaġixxi b’kull maġġoranza kwalifikata, jista’ f’ċirkostanzi eċċezzjonali jieħu kull deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

L-Artikolu 6

1. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jeħtieġu, għall-iskopijiet li joħorġu kull liċenzja tat-tħaddim, xhieda li l-persuni li kontinwament jew effettivament jimmaniġġaw il-ħidmiet ta’ l-impriża jkunu ta’ reputazzjoni tajba jew li ma jkunux ġew iddikjarati falluti, jew tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja fil-każ ta’ aġir mhux xieraq professjonali serju jew kull offiża kriminali, dak l-Istat Membru għandu jaċċetta bħala kull xhieda xierqa għar-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra t-turija ta’ dokumenti maħruġa minn awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ oriġini jew l-Istat Membru li tiegħu ikun iċ-ċittadin barrani, juri li dawk il-ħtiġiet ikunu milħuqa.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ l-Istat Membru li minnu joriġina ċ-ċittadin barrani ma joħorġux id-dokumenti li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu, dawn id-dokumenti għandhom ikunu sostitwiti b’kull dikjarazzjoni ġuramentata — jew, fi Stati Membri fejn ma jkunx hemm dispożizzjoni għal dikjarazzjoni ġuramentata, permezz ta’ dikjarazzjoni solenni — magħmula mill-persuna interessata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jew, meta xieraq, kull nutar jew korp professjonali kwalifikat ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini jew l-Istat Membru li minnu jiġi l-persuna; dik l-awtorità jew nutar għandha toħroġ ċertifikat li jiċċertifika l-awtentiċità tal-ġurament jew dikjarazzjoni solenni.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li d-dokumenti u ċ-ċertifikati li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 jiġu murija mhux aktar minn tliet xhur wara d-data tal-ħruġ.

L-Artikolu 7

Air carrier għandu jkun assigurat biex ikopri lijabilità f’każ ta’ inċident, b’mod partikolari għar-rigward ta’ passiġġieri, bagalji, merkanzija, ittri u terzi persuni.

L-Artikolu 8

1. Il-proprjetà ta’ ajruplan m’għandhiex tkun kondizzjoni biex tingħata jew tiġi mantnuta liċenzja tat-tħaddim iżda kull Stat Membru jista’ jeħtieġ, għar-rigward ta’ air carriers liċenzjati minnu li dawn ikollhom ajruplan jew aktar għad-dispożizzjoni tagħhom, permezz ta’ proprjetà jew kull forma ta’ ftehim ta’ kiri.

2. (a) Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ajruplan użat minn kull air carrier għandu jkun irreġistrat, skond l-għażla ta’ l-Istat Membru li joħroġ l-liċenzja tat-tħaddim, fir-reġistru nazzjonali tiegħu jew ġewwa l-Komunità.

(b) Jekk ftehim ta’ kiri ta’ kull ajruplan reġistrat ġewwa l-Komunità jkun kunsidrat aċċettabbli taħt l-Artikolu 10, kull Stat Membru m’għandux jeħtieġ ir-reġistrazzjoni ta’ dak l-ajruplan fuq ir-reġistru tiegħu jekk dan ikun jeħtieġ tibdil strutturali lil dak l-ajruplan.

3. Fil-każ ta’ ftehim ta’ kiri għal żmien qasirbiex jintlaħqu ħtiġiet temporanji tal-air carrier jew mod ieħor f’ċirkostanzi eċċezzjonali, kull Stat Membru jista jagħti konċessjonijiet għall-ħtiġiet tal-paragrafu 2(a).

4. Meta jiġi applikat il-paragrafu 2(a) kull Stat Membru għandu, bla ħsara għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, inkluż dawk li jirreferu għal ċertifikazzjoni ta’ airworthiness, jaċċetta fuq ir-reġistru nazzjonali tiegħu, mingħajr ebda ħlas diskriminatorju u mingħajr dewmien, ajruplan li jkun proprjetà taċ-ċittadini ta’Stati Membri oħra u trasferimenti minn reġistri ta’ ajruplani ta’ Stati Membri oħra. L-ebda dritt m’għandu jkun applikat għal trasferiment ta’ ajruplan b’żieda mad-dritt normali ta’ reġistrazzjoni.

Ċertifikat ta’ l-operaturi ta’ l-ajru (AOC)

L-Artikolu 9

1. L-għoti u l-validità f’kull ħin ta’kull liċenzja tat-tħaddim għandha tiddependi mill-pussess ta’ AOC validu li jispeċifika l-attivitajiet koperti mill-liċenzja tat-tħaddim u li taderixxi mal-kriterji stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill rilevanti.

2. Sa dak iż-żmien li r-Regolament tal-Kunsill li għalih saret referenza fil-paragrafu 1 ikun applikabbli, għandhom japplikaw regolamenti nazzjonali rigward l-AOC, jew titolu ekwivalenti dwar iċ-ċertifikar ta’ operaturi ta’ trasport bl-ajru għandhom japplikaw.

L-Artikolu 10

1. Għall-iskopijiet li jiġu żgurati standards ta’ sigurtà u lijabilità, kull air carrier li juża ajruplan ta’ impriża oħra jew li jipprovdih lill-impriża oħra għandu jikseb għal approvazzjoni bil-quddiem għall-ħidma mill-awtorità tal-liċenzji xierqa. Il-kondizzjonijiet ta’ l-approvazzjoni għandhom ikunu parti mill-ftehim ta’ kiri bejn il-partijiet.

2. Kull Stat Membru m’għandux japprova patti ta’ ftehim ta’ kiri ta’ ajruplan bil-crew lil kull air carrier li jkun tah kull liċenzja tat-tħaddim kemm-il darba standards ta’ sigurtà ekwivalenti għal dawk imposti taħt l-Artikolu 9 jkunu osservati.

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 11

1. Kull liċenzja tat-tħaddim hi valida kemm-il darba l-air carrier josserva l-obbligi ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, kull Stat Membru jista’ jagħmel dispożizzjoni għal kull reviżjoni, sena wara li kull liċenzja tat-tħaddim ġdida tkun ingħatat u kull ħames snin minn dan.

2. Meta air carrier ma jibqax jopera għal sitt xhur jew ma jkunx beda jopera għal sitt xhur wara l-għoti ta’ kull liċenzja tat-tħaddim, l-Istat Membru responsabbli għandu jiddeċiedi jekk l-liċenzja tat-tħaddim għandhiex tiġi sottomessa mill-ġdid għal approvazzjoni.

3. Għar-rigward ta’ air carriers liċenzjati minnhom, Stati Membri għandhom jiddeċiedu jekk il-liċenzja tat-tħaddim għandhiex tiġi sottomessa mill-ġdid għall-approvazzjoni f’każ ta’ bidla f’wieħed jew f’ħafna elementi li jaffettwaw is-sitwazzjoni legali ta’ l-impriża u, b’mod partikolari, fil-każ ta’ għaqdiet jew teħid. L - air carrier(s) inkwistjoni jista’ (jistgħu) jkompli(u) bil-ħidmiet tiegħu/tagħhom kemm-il darba l-awtorità tal-liċenzji ma tiddeċidix li s-sigurtà hija mhedda, waqt li tagħti r-raġunijiet.

L-Artikolu 12

Kull air carrier li kontra tiegħu proċeduri ta’ falliment jew proċeduri bħal dawn ikunu nbdew m’għandux jitħalla minn kull Stat Membru li jżomm il-liċenzja tat-tħaddim tiegħu jekk il-korp kompetenti f’dak l-Istat Membru jkun konvint li ma jkunx hemm prospett realistiku ta’ kull rikostruzzjoni finanzjarja sodisfaċenti f’kull żmien raġonevoli.

L-Artikolu 13

1. Proċeduri għall-għoti ta’ liċenzja tat-tħaddim għandhom isiru pubbliċi mill-Istat Membru interessat u l-Kummissjoni għandha tiġi avżata.

2. L-Istat Membru konċernat għandu jieħu kull deċiżjoni dwar kull applikazzjoni kemm jista’ jkun malajr possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-informazzjoni kollha xierqa tkun mogħtija, meta wieħed jikkunsidra kull xhieda disponibbli. Id-deċiżjoni għandha tkun komunikata lill-impriża applikanti tat-trasport bl-ajru. Rifjut għandu jindika r-raġunijiet għal dan.

3. Kull impriża li l-applikazzjoni tagħha għal kull liċenzja tat-tħaddim tkun ġiet rifjutata tista’ tgħaddi l-każ lill-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma jkunux ġew eżawriti din għandha tiddikjara l-veduti tagħha dwar l-interpretazzjoni korretta tar-Regolament mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 169 tat-Trattat.

4. Deċiżjonijiet minn Stati Membri biex jagħtu jew jirrevokaw liċenzja tat-tħaddim għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 14

1. Sabiex tesegwixxi d-dmirijiet tagħha taħt l-Artikolu 4 il-Kummissjoni tista’ tieħu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Istati Membri interessati, li għandom jiżguraw ukoll id-disponibbilità ta’ informazzjoni minn air carriers liċenzjati minnhom.

2. Meta l-informazzjoni mitluba ma tingħatax fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni, jew tkun mogħtija f’forma mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha permezz ta’ deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru konċernat titlob li l-informazzjoni tingħata. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema informazzjoni tkun meħtieġa u tiffissa limitu ta’ żmien xieraq li fih din għandha tingħata.

3. Jekk l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 2 ma tingħatax sal-limitu ta’ żmien stabbilit jew l-air carrier ma jkunx mod ieħor wera li dan ikkonforma mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha, minbarra fejn jeżistu ċirkostanzi speċjali, tinforma minnufih lil kull Stat Membru bis-sitwazzjoni. L-Istati Membri jistgħu, sakemm ikunu notifikati mill-Kummissjoni li tkun ġiet provduta dokumentazzjoni li turi l-osservanza tal-ħtiġiet inkwistjoni, jissospendu kull jeddijiet ta’ aċċess għas-suq li għalih l-air carrier ikun intitolat taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar l-aċċess għal air carriers tal-Komunità għal rotot bl-ajru ġewwa l-Komunità [6].

L-Artikolu 15

B’żieda mar-regoli ta’ dan ir-Regolament l-air carrier għandu wkoll jirrispetta l-ħtiġiet tal-liġi nazzjonali kompatibbli mal-liġi tal-Komunità.

L-Artikolu 16

Minkejja l-Artikolu 3(1), liċenzja tat-tħaddim fis-seħħ f’kull Stat Membru fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament għandhom jibqgħu validi, bla ħsara għal-liġijiet li abbażi tagħhom jkunu ngħataw, għal perjodu massimu ta’ sena minbarra fil-każ ta’ l-Artikolu 4(1)(b) li għalih japplika perjodu massimu ta’ tliet snin, li matul dawn il-perjodi l-air carriers li jkollhom dawk il-liċenzji għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jikkonformaw ma’ kull ħtieġa ta’ dan ir-Regolament.Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, carriers li jkollhom liċenzja tat-tħaddimgħandhom jitqiesu li jinkludu carriers li joperaw b’mod leġittimu b’AOĊ validu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iżda mingħajr ma jkollhom dawk il-liċenzji.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2)(3)(4) u (5) u l-Artikolu 9, minbarra li air carriers li operaw bis-saħħa ta’ eżenzjonijiet qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu ikomplu jagħmlu dan, għal kull perjodu li ma jeċċedix il-perjodi massimi speċifikati hawn fuq, kemm-il darba jitlestew inkjesti minn Stati Membri dwar il-konformità tagħhom ma’ l-Artikolu 4.

L-Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni qabel jadottaw liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom jikkomunikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni meta jkunu adottati.

L-Artikolu 18

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Informazzjoni kunfidenzjali miksuba fl-applikazjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun koperta b’sigriet professjonali.

L-Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Lulju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Cope

[1] ĠU C 258, ta’ l-4.10.1991, p. 2.

[2] ĠU C 125, tat-18.5.1992, p. 140.

[3] ĠU C 169, tas-6.7.1992, p. 15.

[4] ĠU L 217, tal-11.8.1990, p. 8.

[5] ĠU L 36, tat-8.2.1991, p. 1.

[6] ĠU L 240, ta’ l-24.8.1992, p. 8.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-informazzjoni għall-użu flimkien ma’ l-Artikolu 5 dwar is-saħħa finanzjarja ta’ air carriers

A. L-informazzjoni li għandha tingħata minn kull applikant l-ewwel darba min-naħa ta’ saħħa finanzjarja

1. Il-kontijiet ta’ l-immaniġarinterni l-aktar riċenti u, jekk disponibbli, il-kontijiet verifikati għas-sena finanzjarja ta’ qabel.

2. Kullkarta tal-bilanċipproġettata, inkluż il-kont tal-qligħ u tat-telf, għas-sentejn ta’ wara.

3. Il-bażi għall-ispiża proġettata u ċ-ċifri ta’ dħul dwar dawk l-oġġetti bħal karburant, tariffi u rati, salarji, manutenzjoni, deprezzament, it-tibdil fir-rata tal-kambju, l-ispejjeż ta’ l-ajruport, assigurazzjoni, eċċ. It-tbassir tat-traffiku/dħul.

4. Id-dettalji dwar l-ispejjez tal-bidu li jkunu saru għall-perjodu mis-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni sal-bidu ta’ l-operazzjonijiet u spjegazzjoni tal-proposta dwar l-iffinanzjar ta’ dawn l-ispejjeż.

5. Id-dettalji ta’ sorsi ta’ finanzi eżistenti u proġettati.

6. Id-dettalji ta’ shareholders, inkluż nazzjonalità u tip ta’ sehem li għandu jinżamm, u l-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni. Jekk parti ta’ grupp ta’ impriżi, informazzjoni dwar ir-relazzjoni ta’ bejniethom.

7. Id-dikjarazzjoni tal-flus ipproġettat u l-pjanijiet ta’ likwidità għall-ewwel sentejn ta’ ħidma.

8. Id-dettalji ta’ l-iffinanzjar tax-xiri/kiri ta’ ajruplan inkluż, fil-każ ta’ kiri, il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-kuntratt.

B. L-informazzjoni li għandha tingħata għall-istima tas-saħħa finanzjarja kontinwa tal-persuni fil-pussess ta’ liċenzja eżistenti li jkunu qed jippjanaw bidla fl-istrutturi tagħhom jew fl-attivitajiet tagħhom b’kull piż sinifikanti fuq il-finanzi

1. Jekk meħtieġ, il-karta tal-bilanċta’ l-immaniġġar intern l-aktar riċenti u l-kontijiet verifikati għas-sena finanzjarja ta’ qabel.

2. Dettalji preċiżi ta’ kull tibdil propost e.ż. bidla fit-tip ta’ servizz, takeover jew għaqda proposta, modifiki fil-kapital ta’ l-ishma, tibdil fl-azzjonisti, eċċ.

3. Kull karta tal-bilanċipproġettata, b’kont tal-profitt u tat-telf, għas-sena finanzjarja kurrenti, inkluż kull tibdila proposta fl-istruttura jew fl-attivitajiet li jkollhom kull piż sinifikanti fuq il-finanzi.

4. L-Ispiża passata u proġettata u ċ-ċifri ta’ dħul dwar dawk l-oġġetti bħal karburant, tariffi u rati, salarji, manutenzjoni, deprezzament, it-tibdil fir-rati tal-kambju, l-ispejjeż ta’ l-ajruport, l-assigurazzjoni, eċċ. It-tbassir tat-traffiku/dħul.

5. Id-dikjarazzjoni tal-flus u l-pjanijiet ta’ likwidità għas-sena ta’ wara, inkluż kull tibdil propost fl-istruttura jew fl-attività li jkunu ta’ piż sinifikanti fuq il-finanzi.

6. Id-dettalji tal-iffinanzjar tax-xiri/kiri ta’ ajruplani inkluż, fil-każ ta’ kiri, il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-kuntratt.

Ċ. L-informazzjoni li għandha tingħata għal stima tas-saħħa finanzjarja kontinwa tal-persuni fil-pussess ta’ liċenzja eżistenti

1. Il-kontijiet verifikati mhux aktar minn sitt xhur wara l-għeluq tal-perjodu rilevanti u, jekk meħtieġ, il-karta tal-bilanċ ta’ l-immaniġġar intern l-aktar riċenti.

2. Kull karta tal-bilanċipproġettata, inkluż l-kont tal-profitt u tat-telf, għas-sena ta’ wara.

3. L-Ispiża passata u proġettata u ċ-ċifri tad-dħul dwar dawk l-oġġeti bħal karburant, tariffi u rati, salarji, manutenzjoni, deprezzament, it-tibdil fir-rati tal-kambju, l-ispejjeż ta’ l-ajruport, assigurazzjoni, eċċ. It-tbassir tat-traffiku/dħul.

4. Dikjarazzjoni tal-flus u l-pjanijiet ta’ likwidità għas-sena ta’ wara.

--------------------------------------------------