31992L0008



Official Journal L 070 , 17/03/1992 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0006
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0006


L-ERBATAX-IL DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 92/8/KEE

tat-18 ta' Frar 1992

li tadatta għall-progress tekniku l-Annessi III, IV, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 76/768 tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prodotti kosmetiċi ([1]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/184/KEE ([2]), u partikolarment l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, is-sustanzi, l-aġenti koloranti, l-preservattivi, u l-filtri ultra-vjola li d-data tad-dħul tagħhom skadiet fil-31 ta' Diċembru 1991 għandhom jibqgħu jiġi wżati fil-prodotti kosmetiċi għal sitt xhur oħra;

Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi fuq it-tneħħija ta' l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fis-settur tal-prodotti kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Anness III, il-Parti 2, id-data tal-31 ta' Diċembru 1991 fil-kolonna imħolli sal' hija mibdula b'dik tat-30 ta' Ġunju 1992 għas-sustanza li ġejja:

2.1,1,1 - Trichloroethane (methyl chloroform);

2. Fl-Anness IV, il-Parti 2, id-data tal-31 ta' Diċembru 1991 fil-kolonna imħolli sa' hija mibdula b'dik tat-30 ta' Ġunju 1992 għan-numri u denominazzjonijiet li ġejjin: 26 100, 73 900, 74 189, Solvent isfar 98 u 15 585

3. Fl-Anness VI, il-Parti 2, id-data tal-31 ta' Diċembru 1991 fil-kolonna imħolli sa' hija mibdula b'dik tat-30 ta' Ġunju 1992 għas-sustanzi li ġejjin:

2. Chlorphenesin (INN)

15. Benzethonium chloride (INN) (+)

16. Benzalkonium chloride (INN), bromide u saccharinate (+)

20. Hexamidine (INN) u l-imluħ tiegħu (inklużi isethionate u 4-hydroxybenzoate) (+)

21. Benzylhemiformal (a 1: 1 taħlita ta' benzyloxymethanol u (benzyloxymethoxy) methanol)

26. Glutaraldehyde

27. 3-Decyloxy 2-hydroxy-1-amino propane-hydro-chloride (Decominol) (INN);

4. Fl-Anness VII, il-Parti 2, id-data tal-31 ta' Diċembru 1991 fil-kolonna imħolli sa' hija mibdula b'dik tat-30 ta' Ġunju 1992 għas-sustanzi li ġejjin:

1. N-Propoxylated ethyl-4-aminobenzoate (isomers imħallta)

2. Ethoxylated ethyl-4-aminobenzoate

4. Glycerol 1-(4-aminobenzoate)

5. 2-Ethylhexyl 4-dimethylaminobenzoate

6. 2- Ethylhexyl salicylate

12. Isopentyl-4-methoxycinnamate (iżomeri imħallta)

13. 2-Ethylhexyl 4-dimethylaminobenzoate

16. 2-Hydroxy-4-methoxy-4-methylbenzophenone (mexenone)

17. 2-Hydroxy-4-methoxybenzophenone-5 aċidu sulfoniku u l-imluħ tas-sodju (Sulisobenzone u s-sodju tas-Sulisobenzone)

24. Alpha-(2-Oxoborn-3-ylidene) toluene-4 aċidu sulfoniku u l-imluħ tiegħu

25. 3(4-Methylbenzylidene)-d-1-camphor

26. 3-Benzylidene camphor

28. 4-Isopropyl-dibenzoylmethane

29. 4- Isopropylbenzyl salicylate

31. 1-(4-tert-Butylphenyl)-3-(4-methoxyphenyl)propane-1-3-dione

32. 2,4,6-Trianilino-(p-carbo-2-ethylhexyl-1-oxi)-1,3,5-triazine

Artikolu 2

1. Irrispettivament mid-dati tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li mill-1 ta' Lulju 1992, għas-sustanzi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1, la l-manifatturi u l-anqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità m'għandhom iqiegħdu fis-suq il-prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 li jkun fihom is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 1 ma jistgħux jinbiegħu jew inkella jingħataw lill-konsumatur finali wara t-30 ta' Ġunju 1993 jekk ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1992. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-riferenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Frar 1992.

Għall-Kummissjoni

Karel VAN MIERT

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 91, 12.4.1991, p. 59.