31989L0680



Official Journal L 398 , 30/12/1989 P. 0026 - 0026
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0124
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0124


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1989

li temenda d-Direttiva 77/536/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(89/680/KEE)

IL- KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u b’mod partikolari Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill- Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi huwa meħttieġ li jiġu adottati miżuri bil-għan li jkun stabbilit b’mod progressiv is-suq intern tul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern ifisser żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu tal-merkanzija, l-persuni, s-servizzi u l-kapital huwa assigurat;

Billi Artikolu 9 tad-Direttiva 77/536/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/354/KEE [5], tillimita l-applikazzjoni ta’ l-imsemmija Direttiva għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija b’massa ta’ bejn 1,5 u 4,5 tunnellata; billi żjieda ta’ 1,5 tunnellata fil-massa massima kif stabbilita fil-present ma tinvolvix xi żvantaġġi kbar mill-perspettiva tas-sigurtà fuq it-toroq u s-sigurtà waqt ix-xogħol fl-għelieqi;

Billi l-istrutturi tal-protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi b’massa ta’ bejn 4,5 u 6 tunnellati jistgħu jiġu trattati bl-istess mod bħal dawk ta’ tratturi b’massa ta’ bejn 1,5 u 4,5 tunnellati u għalhekk jistgħu jingħataw il-benefiċċju ta’ l-istess regoli,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-ewwel linja tar-raba’ inċiż ta’ Artikolu 9 tad-Direttiva 77/536/KEE, ‘massa bejn 1,5 u 4,5 tunnellati’ hija mibdula bi ‘massa bejn 1,5 u 6 tunnellati’

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard minn 12-il xahar mit-3 ta’ Jannar 1990. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989.

Għall- Kunsill

Il-President

E. Cresson

[1] ĠU C 324, tas-17.12.1988, p. 14.

[2] ĠU C 120, tas-16.5.1989, p. 17, uĠU C 256, tas-9.10.1989, p. 75.

[3] ĠU C 102, ta’ l-24.4.1989, p. 8.

[4] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 1.

[5] ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43.

--------------------------------------------------